RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (tfassil mill-ġdid)
17.2.2009 - (COM(2008)0505 – C6‑0297/2008 – 2008/0165(COD)) - ***I
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Johannes Blokland
(Tfassil mill-ġdid – Artikolu 80a tar-Regoli ta' Proċedura)
- ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
- NOTA SPJEGATTIVA
- ANNESS: ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI
- ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
- OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI
- PROĊEDURA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (tfassil mill-ġdid)
(COM(2008)0505 – C6‑0297/2008 – 2008/0165(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni – tfassil mill-ġdid)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2008)0505)[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 133 u 175(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0297/2008),
– wara li kkunsidra l-ftehima interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali[2],
– wara li kkunsidra l-ittra tas-17 ta' Diċembru 2008 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel b'konformità mal-Artikolu 80a(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 80, 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6‑0045/2009),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali,
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u bl-adattamenti tekniċi approvati mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali u kif emendata hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal regolament Ċitazzjoni 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 133 u 175(1) tiegħu, |
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu, | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(2) Huwa stabbilit li l-emissjonijiet kontinwi ta' sostanzi li jagħmlu ħsara lill-ożonu fil-livelli preżenti joħolqu ħsara sinifikanti lis-saff ta' l-ożonu. Hemm evidenza ċara ta’ nuqqas fil-piż atmosferiku ta’ sustanzi li jnaqqsu l-ożonu, u ġew osservati xi sinjali bikrin ta’ rkupru stratosferiku. Madankollu, l-irkupru tas-saff tal-ożonu għal-livell ta’ konċentrazzjoni li kien jeżisti qabel l-1980 mhuwiex previst li se jseħħ qabel in-nofs tas-seklu 21. Żieda fir-radjazzjoni UV-B li tirriżulta mit-tnaqqis tal-ożonu għalhekk tippersisti bħala theddida sinifikanti għas-saħħa u l-ambjent. Għalhekk jeħtieġ li jittieħdu aktar miżuri effiċjenti sabiex tkun imħarsa s-saħħa umana u l-ambjent kontra l-effetti ħżiena li jirriżultaw minn emissjonijiet bħal dawn u biex jiġi evitat ir-riskju ta’ aktar dewmien fl-irkupru tas-saff tal-ożonu . |
(2) Huwa stabbilit li l-emissjonijiet kontinwi ta' sostanzi li jagħmlu ħsara lill-ożonu fil-livelli preżenti joħolqu ħsara sinifikanti lis-saff ta' l-ożonu. Hemm evidenza ċara ta’ nuqqas fil-piż atmosferiku ta’ sustanzi li jnaqqsu l-ożonu, u ġew osservati xi sinjali bikrin ta’ rkupru stratosferiku. Madankollu, l-irkupru tas-saff tal-ożonu għal-livell ta’ konċentrazzjoni li kien jeżisti qabel l-1980 mhuwiex previst li se jseħħ qabel in-nofs tas-seklu 21. Żieda fir-radjazzjoni UV-B li tirriżulta mit-tnaqqis tal-ożonu għalhekk tippersisti bħala theddida sinifikanti għas-saħħa u l-ambjent. Fl-istess ħin, dawn is-sustanzi għandhom potenzjal ta' tisħin globali għoli u huma fatturi li jikkontribwixxu biex tiżdied it-temperatura tal-pjaneta. Għalhekk jeħtieġ li jittieħdu aktar miżuri effiċjenti sabiex tkun imħarsa s-saħħa umana u l-ambjent kontra l-effetti ħżiena li jirriżultaw minn emissjonijiet bħal dawn u biex jiġi evitat ir-riskju ta’ aktar dewmien fl-irkupru tas-saff tal-ożonu . | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Minbarra l-proprjetajiet kimiċi li għandhom minħabba t-tnaqqis tal-ożonu, dawn is-sustanzi għandhom ukoll potenzjal ta' tisħin globali għoli u jistgħu, għalhekk, jikkawżaw żieda fit-temperatura tal-pjaneta. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 2 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2a) Bosta sustanzi li jnaqqsu l-ożonu (ODS) huma gassijiet b’effett ta' serra imma mhumiex ikkontrollati taħt il-Konvenzjoni Qafas għat-Tibdil fil-Klima tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Protokoll ta’ Kjoto tagħha għaliex bosta jaħsbu li l-Protokoll ta’ Montreal għandu jneħħi gradwalment l-ODS. Minkejja l-progress li sar permezz tal-Protokoll, il-ħidma biex l-ODS jitneħħew gradwalment għad trid titkompla fl-Unjoni Ewropea u fid-dinja. Għalhekk ta’ min inaqqas kemm hu possibbli u jelimina l-produzzjoni u l-użu tal-ODS kull fejn ikunu disponibbli alternattivi teknikament vijabbli. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 8 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(8) Permezz tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' klorofluworokarbonji, klorofluworokarbonji kompletament aloġenati oħra, aloni, tetraklorur tal-karbonju , idrobromofluworokarbonji tal-1,1,1-trikloroetan , bromoklorometan u bromur tal-metil tneħħew gradwalment. |
(8) Permezz tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ klorofluworokarbonji, klorofluworokarbonji kompletament aloġenati oħra, aloni, tetraklorur tal-karbonju, 1,1,1-trikloroetan, idrobromofluworokarbonji, bromoklorometan u bromur tal-metil tneħħew gradwalment u għalhekk qegħdin jiġu pprojbiti l-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ dawk is-sustanzi u tal-prodotti u tat-tagħmir li fihom dawk is-sustanzi. Issa huwa wkoll xieraq li jiġi pprojbit progressivament l-użu ta’ dawk is-sustanzi u tal-prodotti u tat-tagħmir li fihom dawk is-sustanzi. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Waħda mill-akbar theddidiet għas-saff tal-ożonu huma s-sustanzi li jnaqqsu l-ożonu li diġà ġew prodotti. Sabiex ikun limitat l-effett tat-tnaqqis tal-ożonu (u l-effett ta' serra), huwa importanti li l-użu tas-sustanzi li jnaqqsu l-ożonu msemmija ikun limitat kemm jista’ jkun. Huma meħtieġa inċentivi biex titnaqqas id-dipendenza, b’mod speċjali, fuq l-aloni, u biex ikun hemm tentattivi ħalli s-sustanzi kimiċi jinġabru u jinqerdu b’mod sikur. Dan kollu diġà ssemma fil-preambolu. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 10 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(10) Id-disponibbiltà ta' alternattivi għall-bromur tal-metil għandha tkun riflessa f'aktar tnaqqis sostanzjali fil-produzzjoni u l-konsum tiegħu meta paragunat mal-Protokoll. L-eżenzjoni għall-użi kritiċi tal-bromur tal-metil għandu jieqaf kompletament, filwaqt li tinżamm il-possibilità li tingħata deroga f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza f'każ ta' tifqigħat mhux mistennija ta' annimali ta' ħsara jew ta' mard fejn dan it-tip ta' użu ta' emerġenza għandu jkun permess skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq1 ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali2. F'każijiet bħal dawn miżuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, bħal pereżempju l-użu ta' films kważi impermeabbli għall-fumigazzjoni tal-ħamrija, għandhom ikunu previsti. |
(10) Fid-dawl tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2008/753/KE tat-18 ta' Settembru 2008 dwar in-nuqqas ta' inklużjoni tal-bromur tal-metil fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u tad-disponibilità ta' alternattivi għall-bromur tal-metil għandu jkun hemm projbizzjoni totali fuq il-produzzjoni u l-konsum tiegħu. L-eżenzjoni għall-użi kritiċi tal-bromur tal-metil għandha tieqaf kompletament. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
_________ |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/52/KE (ĠU L 214, 17.8.2007, p. 3). |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2ĠU L 123, 24.4.1988, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/70/KE tad-29 ta' Novembru 2007 (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 26). |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/753/KE tat-18 ta’ Settembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ bromur tal-metil fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE l-awtorizzazzjoni tal-bromur tal-metil se tiskadi fit-18 ta’ Marzu 2009. Ikun loġiku jekk l-użu tal-bromur tal-metil ikun ipprojbit anke fil-kuntest ta’ din id-direttiva. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 11 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(11) L-użu tal-bromur tal-metil għall-applikazzjonijiet ta' kwarantina u qabel it- trażbord għandu jkun ikkontrollat ukoll. Il-livelli medji tal-użu waqt il-perjodu mill-2005 sal-2008 ma għandhomx jinqabżu u fl-aħħar mill-aħħar għandhom jitnaqqsu u jitneħħew gradwalment sal-2015, u sadanittant għandhom jiġu applikati teknoloġiji ta' rkupru. |
(11) Minħabba r-Regolament 2032/2003 li pprojbixxa l-użu tal-bromur tal-metil bħala bijoċida mill-1 ta’ Settembru 2006, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/753/KE li pprojbixxiet l-użu tal-bromur tal-metil bħala prodott għall-ħarsien tal-pjanti mit-18 ta’ Marzu 2010, l-użu tal-bromur tal-metil għall-applikazzjonijiet ta’ kwarantina u qabel it-trażbord għandu jkun ipprojbit ukoll mit-18 ta’ Marzu 2010. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Hemm bosta alternattivi għat-trattament bil-QPS għal diversi oġġetti li jispiċċaw u għal dawk li jtulu. Dawn l-alternattivi jvarjaw minn trattamenti kimiċi alternattivi għal trattamenti bid-dijossidu tal-karbonju u għal trattamenti bis-sħana jew b'xi mod ieħor. Għaxar snin ilu, diversi Stati Membri rnexxielhom jipprojbixxu l-użu tat-trattamenti bil-QPS għaliex kienu disponibbli alternattivi għalihom – l-esperjenza twila tagħhom uriet li projbizzjoni hija vijabbli. Barra minn hekk, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/753/KE, l-awtorizzazzjoni tal-bromur tal-metil bħala prodott għall-ħarsien tal-pjanti se jkun irtirat sat-18 ta’ Marzu 2009, u l-provvisti li jifdal ma jkunux jistgħu jintużaw wara t-18 ta’ Marzu 2010. Dan ifisser li l-bromur tal-metil ma jistax jintuża għall-QPS wara t-18 ta’ Marzu 2010 – dan l-użu jkun illegali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 18 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(18) Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1999/45/KE tat-3 ta' Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikettjar tal-preparazzjonjijiet perikolużi jesiġu t-tikkettar ta' sustanzi kklassifikati bħala sustanzi li jnaqqsu l-ożonu. Billi sustanzi li jnaqqsu l-ożonu prodotti għal użi ta' materja prima jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità, għandhom ikunu distinti minn dawk is-sustanzi prodotti għal użi oħra, sabiex tiġi evitata kwalunkwe devjazzjoni tal-materja prima għal użi oħra li huma kontrollati skont ir-Regolament. Barra minn hekk, sabiex l-utenti aħħarija jiġu mgħarrfa u l-infurzar tar-Regolament jiġi ffaċilitat, anke l-prodotti u t-tagħmir li jkun fihom sustanzi ta' dan it-tip jew jiddependu minnhom għandhom jiġu ttikkettati b'dan il-mod waqt l-isservisjar u l-manutenzjoni. |
(18) Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1999/45/KE tat-3 ta' Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikettjar tal-preparazzjonjijiet perikolużi jesiġu t-tikkettar ta' sustanzi kklassifikati bħala sustanzi li jnaqqsu l-ożonu. Billi sustanzi li jnaqqsu l-ożonu prodotti għal użi ta’ materja prima kif ukoll biex jintużaw fil-laboratorju u għall-analiżi u bħala aġenti tal-ipproċessar jistgħu jitħallew jintużaw mingħajr xkiel fil-Komunità, għandha ssir distinzjoni bejnhom u dawk is-sustanzi prodotti għal użi oħra, sabiex tiġi evitata kwalunkwe devjazzjoni għal użi oħra li huma kontrollati skont ir-Regolament. Barra minn hekk, sabiex l-utenti aħħarija jiġu mgħarrfa u l-infurzar tar-Regolament jiġi ffaċilitat, anke l-prodotti u t-tagħmir li jkun fihom sustanzi ta' dan it-tip jew jiddependu minnhom għandhom jiġu ttikkettati b'dan il-mod waqt l-isservisjar u l-manutenzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-riskju li s-sustanzi li jnaqqsu l-ożonu prodotti bħala materja prima (Artikolu 7) jintużaw għal finijiet oħrajn japplika wkoll għall-użu fil-laboratorju u għall-analiżi (Artikolu 10) u bħala aġenti tal-ipproċessar (Artikolu 8). Għalhekk huwa loġiku li dawn ir-rekwiżiti tal-ittikkettar japplikaw ukoll għall-użu fil-laboratorju u għall-analiżi u bħala aġenti tal-ipproċessar biex tissaħħaħ il-prevenzjoni tal-kummerċ illegali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 22 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(22) L-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet skont approċċ ibbażat fuq ir-riskji sabiex jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament, u b'hekk jimmiraw dawk l-attivitajiet li jirrappreżentaw l-ikbar riskju għall-kummerċ illegali jew l-emissjoni ta' sustanzi kontrollati. |
(22) L-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet skont approċċ ibbażat fuq ir-riskji sabiex jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament, u b'hekk jimmiraw dawk l-attivitajiet li jirrappreżentaw l-ikbar riskju għall-kummerċ illegali jew l-emissjoni ta' sustanzi kontrollati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonijiet jitwettqu skont ir-Rakkomandazzjoni 2001/331/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001 li tistabbilixxi kriterji minimi għall-ispezzjonijiet ambjentali fl-Istati Membri1. Ir-riżultati tal-ispezzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati fuq l-Internet. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
_________ | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1 ĠU L 118, 4.4.2001, p. 41-46 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Is-suċċess ta' dan ir-regolament huwa dipendenti ħafna fuq spezzjonijiet tajbin. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tar-rakkomandazzjoni 2001/331/KE. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 25 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(25) B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tiddetermina l-format u l-kontenut ta' tikketti għal sustanzi kontrollati għal użi ta' materja prima, li temenda l-Anness III dwar proċessi li għalihom jistgħu jintużaw sustanzi kontrollati bħala aġenti tal-ipproċessar, li tadotta miżuri li jnaqqsu t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-bromur tal-metil għal użi ta' kwarantina u ta' qabel it-trażbord, li temenda l-Anness VI dwar użi kritiċi tal-aloni, li tadotta miżuri addizzjonali ta' monitoraġġ u ta' kontroll dwar il-kummerċ, li tadotta rekwiżiti għal prodotti li jiġu prodotti minn sustanzi kontrollati f'pajjiżi li mhumiex parti fil-Protokoll, li temenda l-Anness VII dwar teknoloġiji ta' qerda, li tistabbilixxi lista bi prodotti u tagħmir li għalihom l-irkupru u l-qerda sussegwenti ta' sustanzi kontrollati għandhom ikunu obbligatorji, li tadotta rekwiżiti ta' minimu ta' kwalifiki għall-persunal, li tistabbilixxi rekwiżiti għall-prevenzjoni ta' emissjonijiet u tnixxijiet ta' sustanzi kontrollati, li tinkludi sustanzi ġodda fl-Anness II u li temenda r-rekwiżiti ta' rappurtar għall-Istati Membri u l-impriżi. Minħabba li dawk il-miżuri huma ta' skop ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi li mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi li mhux essenzjali ġodda, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(25) B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tiddetermina l-format u l-kontenut ta’ tikketti għal sustanzi kontrollati għal użi ta’ materja prima kif ukoll biex jintużaw fil-laboratorju u għall-analiżi u bħala aġenti tal-ipproċessar, li temenda l-Anness III dwar proċessi li għalihom jistgħu jintużaw sustanzi kontrollati bħala aġenti tal-ipproċessar, li temenda l-Anness VI dwar użi kritiċi tal-aloni, li tadotta miżuri addizzjonali ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll dwar il-kummerċ, li tadotta rekwiżiti għal prodotti li jiġu prodotti minn sustanzi kontrollati f’pajjiżi li mhumiex firmatarji tal-Protokoll, li temenda l-Anness VII dwar teknoloġiji ta’ qerda, li tistabbilixxi lista bi prodotti u tagħmir li għalihom l-irkupru u l-qerda sussegwenti ta’ sustanzi kontrollati għandhom ikunu obbligatorji, li tadotta rekwiżiti ta’ minimu ta’ kwalifiki għall-persunal, li tistabbilixxi rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ emissjonijiet u tnixxijiet ta’ sustanzi kontrollati, li tinkludi sustanzi ġodda fl-Anness II u li temenda r-rekwiżiti ta’ rappurtar għall-Istati Membri u għall-impriżi. Minħabba li dawk il-miżuri huma ta' skop ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi li mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi li mhux essenzjali ġodda, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-riskju li s-sustanzi li jnaqqsu l-ożonu prodotti bħala materja prima (Artikolu 7) jintużaw għal finijiet oħrajn japplika wkoll għall-użu fil-laboratorju u għall-analiżi (Artikolu 10) u bħala aġenti tal-ipproċessar (Artikolu 8). Għalhekk huwa loġiku li dawn ir-rekwiżiti tal-ittikkettar japplikaw ukoll għall-użu fil-laboratorju u għall-analiżi u bħala aġenti tal-ipproċessar biex tissaħħaħ il-prevenzjoni tal-kummerċ illegali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Wara t-tħassir tal-Artikolu 12, il-parti li tikkonċerna l-bromur tal-metil għandha titħassar ukoll. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 26 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(26) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/12/KE tal-5 ta' April 2006 dwar l-iskart1 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 fuq skart perikoluż jistipulaw miżuri dwar il-qerda ta' sustanzi kontrollati. Skont il-Protokoll it-teknoloġiji approvati biss mill-Partijiet jistgħu jiġu applikati għall-qerda ta' sustanzi kontrollati. Id-Deċiżjonijiet rilevanti tal-Partijiet għandhom għalhekk jiġu inkorporati f'dan ir-Regolament. |
(26) Billi ammonti sinifikanti ta’ ODS jibqgħu maqfula jew “maħżuna” fi prodotti u f’tagħmir (pereżempju f’fowmijiet ta’ izolament, li jkessħu u sistemi ta’ arja kundizzjonata). Għall-qerda tas-sustanzi kontrollati għandu jiġi stabbilit qafas legali. Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi1 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 fuq skart perikoluż jistipulaw miżuri dwar il-qerda ta’ sustanzi kontrollati. Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi s-Sitt Programm Komunitarju ta’ Azzjoni Ambjentali (is-sitt EAP), fl-Artikolu 8(2), punt (iv) tistipula l-iżvilupp ta’ direttiva dwar l-iskart mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni, li hija essenzjali biex ikunu meqruda l-ODS fil-fowm ta' iżolament. Skont il-Protokoll it-teknoloġiji approvati biss mill-Partijiet jistgħu jiġu applikati għall-qerda ta' sustanzi kontrollati. Id-Deċiżjonijiet rilevanti tal-Partijiet għandhom għalhekk jiġu inkorporati f'dan ir-Regolament. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1 ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9. |
1 ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Is-sitt EAP jistipula l-iżvilupp ta’ direttiva dwar l-iskart mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni. Huwa essenzjali li din id-direttiva tiġi adottata biex jinqerdu l-ODS fil-fowm ta’ iżolament (li hija kwantità enormi). S’issa, il-KE ma ppubblikat xejn. Fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-istrateġija tematika dwar l-iskart tat-13 ta’ Frar 2007 (A6/438/2006) il-PE għamel anke talba lill-Kummissjoni dwar dan. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 27 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(27) Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tikkompila lista ta' prodotti u tagħmir li għalihom l-irkupru, jew il-qerda mingħajr irkupru minn qabel, ta' sustanzi kontrollati għandha tiġi kkunsidrata bħala teknikament u ekonomikament vijabbli, u għalhekk obbligatorja. |
(27) Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tikkompila lista ta' prodotti u tagħmir li għalihom l-irkupru, jew il-qerda mingħajr irkupru minn qabel, ta' sustanzi kontrollati għandha tiġi kkunsidrata bħala teknikament u ekonomikament vijabbli, u għalhekk obbligatorja. Il-Kummissjoni għandha wkoll tadotta pjan ta’ azzjoni li jipprevedi inċentivi sabiex jiġu rtirati s-sustanzi kkonċernati u jiġu sostitwiti b’alternattivi aktar sikuri. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Waqt li titqies il-ħtieġa dejjem aktar urġenti li dawn is-sustanzi jiġu rkuprati u eliminati mill-aktar fis possibbli, ikun utli li kieku l-Kummissjoni kellha tfassal pjan ta’ azzjoni sabiex tipprovdi inċentivi għall-‘utenti’ u għall-‘produtturi’ biex jirtiraw u jissostitwixxu dawk is-sustanza kemm jista’ jkun malajr. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 28 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(28) Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu flessibbli biex ikun żgurat li sustanzi identifikati mill-Panel tal-Valutazzjoni Xjentifika skont il-Protokoll bħala sustanzi li jnaqqsu l-ożonu għandhom jiġu rrappurtati, biex ikun jista' jitkejjel id-daqs tal-impatt ambjentali tagħhom, u biex jiġi żgurat li dawk is-sustanzi l-ġodda li ġew identifikati bħala sustanzi li għandhom potenzjal sinifikanti għat-tnaqqis tal-ożonu jiġu sottomessi għal miżuri ta' kontroll. |
(28) Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu flessibbli biex ikun żgurat li sustanzi identifikati mill-Panel tal-Valutazzjoni Xjentifika skont il-Protokoll bħala sustanzi li jnaqqsu l-ożonu għandhom jiġu rrappurtati, biex ikun jista' jitkejjel id-daqs tal-impatt ambjentali tagħhom, u biex jiġi żgurat li dawk is-sustanzi l-ġodda li ġew identifikati bħala sustanzi li għandhom potenzjal sinifikanti għat-tnaqqis tal-ożonu jiġu sottomessi għal miżuri ta' kontroll. F'dan il-kuntest, għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-irwol ta' sustanzi b'ċiklu ta' ħajja qasir, fid-dawl tal-evalwazzjoni tal-ożonu li saret mill-Programm Ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti/ L-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija (UNEP/WMO) fl-2006, li kkonkludiet li l-potenzjal ta' tnaqqis fl-ożonu li għandhom dawn is-sustanzi huwa akbar milli kien maħsub. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-evalwazzjoni dwar l-ożonu tal-UNEP/WMO tal-2006 kkonkludiet li "l-irwol ta' sustanzi li għandhom ċiklu ta' ħajja qasir fit-tnaqqis tal-ożonu huwa aktar importanti minn dak li rriżulta minn evalwazzjonijiet preċedenti." Issa hemm il-fehma li sustanzi aloġenati li għandhom ċiklu ta' ħajja qasir bħall-bromur propil normali (n-PB), li huwa kważi esklussivament antropoġeniku, jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-bromu stratosferiku u b'hekk għandhom effett negattiv fuq l-ożonu stratosferiku. Il-proposta tal-Kummissjoni tinkludi l-n-PB fl-Anness II, Parti B (sustanzi li jridu jiġu rrappurtati), imma jeħtieġ li dan ikun fl-Anness II, Parti A (sustanzi ristretti). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal kwantitajiet insinifikanti ta' kwalunkwe sustanza msemmija fil-paragrafu 1, li tinsab fi kwalunkwe prodott jew sustanza u li toriġina minn produzzjoni involontarja jew b'kumbinazzjoni matul il-proċess tal-manifattura, minn materja prima li ma tkunx ġiet trattata, jew minn użu bħala aġent tal-ipproċessar li jkun preżenti fis-sustanzi kimiċi bħala traċċi ta' impuritajiet, jew li joħroġ matul il-manifattura tal-prodott jew waqt li jkun immaniġġat. |
2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal kwantitajiet insinifikanti ta' kwalunkwe sustanza msemmija fil-paragrafu 1, li tinsab fi kwalunkwe prodott jew sustanza u li toriġina minn produzzjoni involontarja jew b'kumbinazzjoni matul il-proċess tal-manifattura, minn materja prima li ma tkunx ġiet trattata, jew minn użu bħala aġent tal-ipproċessar li jkun preżenti fis-sustanzi kimiċi bħala traċċi ta' impuritajiet. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
It-test tar-Regolament 2037/2000 jeħtieġ li jiġi aġġornat sabiex jitnaqqsu għall-minimu l-attivitajiet li ġew esklużi mill-ambitu tar-Regolament. Il-virgoli fil-paragrafu 2 huma ambigwi, għaliex jimplikaw li ‘insinifikanti’ tista’ ma tapplikax għal-lista kollha ta’ oġġetti. Potenzjalment dan it-test jista’ jippermetti emissjonijiet mhux ikkontrollati ta’ ODS waqt il-‘manifattura tal-prodott’ (eż. il-manifattura tal-fowm) jew l-‘immaniġġjar’ tal-ODS. It-test tar-regolament riformulat jeħtieġ li jkun aktar ċar, mingħajr ambigwità. Id-derogi għall-materja prima, għall-aġenti tal-ipproċessar, eċċ. jiġu deskritti f’artikoli sussegwenti tar-Regolament, u għalhekk l-Artikolu 1 potenzjalment ma għandux jeskludi dawk l-oġġetti mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 3 - punt 10 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(10) 'produzzjoni' tfisser l-ammont ta' sustanzi kontrollati prodotti, inkluż l-ammont li ġie prodott bħala prodott sekondarju, li minnu jitnaqqas l-ammont meqrud b'teknoloġiji approvati mill-Partijiet. L-ebda ammont irkuprat, irriċiklat jew reklamat ma għandu jkun meqjus bħala 'produzzjoni', |
(10) ‘produzzjoni’ tfisser l-ammont ta’ sustanzi kontrollati prodotti, inkluż l-ammont li ġie prodott bħala prodott sekondarju. L-ebda ammont irkuprat, irriċiklat jew reklamat ma għandu jkun meqjus bħala 'produzzjoni', | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-Regolament 2037/2000 uża d-definizzjoni tradizzjonali ta' produzzjoni tal-Protokoll li meta kienu jiġu kkalkolati l-livelli tal-‘produzzjoni’ kienet tħalli barra l-qerda. Dan ma għadux aktar xieraq għaliex il-parti l-kbira tal-produzzjoni tas-sustanzi li jnaqqsu l-ożonu waqfet u jeħtieġ li tinqata’ kull skuża li tippermetti produzzjoni ġdida jew kontinwata. Id-definizzjoni jeħtieġ li teskludi l-qerda. Inkella l-kumpaniji se jkollhom id-dritt ikomplu jipproduċu sustanzi li jnaqqsu l-ożonu b’mod leġittimu jekk jeqirdu xi ftit minnhom. Dan mhux se jwassal għal tneħħija gradwali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 16 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(16) 'tqegħid fis-suq' tfisser il-fornitura jew id-disponibilità għall-partijiet terzi, bi ħlas jew mingħajr ħlas, u tinkludi r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 450/2008, |
(16) 'tqegħid fis-suq' tfisser il-fornitura jew id-disponibilità għall-partijiet terzi, bi ħlas jew mingħajr ħlas, u tinkludi li jistgħu jintużaw b'mod liberu kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 450/2008, Fir-rigward tal-prodotti u t-tagħmir dan jirreferi biss għall-provvista jew id-disponibilità fil-Komunità għall-ewwel darba, | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għalkemm id-definizzjoni proposta ta' "tqegħid fis-suq", ristretta għall-ewwel tranżazzjoni fil-Komunità Ewropea, hija konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll ta' Montreal u mad-definizzjoni ta' dan it-terminu skont ir-Regolament (KE) 842/2006 dwar ċerti gassijiet florinati b'effett ta' serra, din tista' ddgħajjef l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri ta' kontroll applikabbli għas-sustanzi. Ix-xiri fil-Komunità Ewropea ta' sustanzi kkontrollati ma jkunx aktar regolati u l-awtoritajiet tal-infurzar ikunu limitati għal spezzjonijiet tal-użu sussegwenti tagħhom. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 19 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(19) 'riċiklaġġ' tfisser l-użu mill-ġdid ta' sustanza kontrollata li tkun ġiet irkuprata wara proċess bażiku ta' tindif bħall-filtrazzjoni jew it-tnixxif, |
(19) 'riċiklaġġ' tfisser l-użu mill-ġdid ta' sustanza kontrollata li tkun ġiet irkuprata wara proċess bażiku ta' tindif, | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Id-definizzjoni proposta hija differenti minn dik użata fir-Regolament 842/2006 dwar il-Gass F. Kumpaniji li jwettqu riċiklaġġ ġeneralment jirriċiklaw l-HCFSs, sustanzi kontrollati skont dan ir-Regolament, u HFCs, li huma kontrollati mir-Regolament dwar il-Gass F. Huwa importanti li ż-żewġ Regolament għar-riċiklaġġ u r-reklamazzjoni jkunu konsistenti . | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 3 - punt 20 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(20) 'reklamazzjoni' tfisser l-ipproċessar mill-ġdid u t-titjib ta' sustanza kkontrollata li tkun ġiet irkuprata permezz ta' proċessi bħalma huma l-filtrazzjoni , it-tnixxif, id-distillazzjoni u t-trattament kimiku sabiex jerġa' jġib is-sustanza għal-livell speċifikat ta' kwalità ekwivalenti għall-materjal verġni, |
(20) ‘reklamazzjoni’ tfisser l-ipproċessar mill-ġdid ta’ sustanza kontrollata li tkun ġiet irkuprata sabiex jintlaħaq standard speċifikat ta’ rendiment ekwivalenti għall-materjal verġni, | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Id-definizzjoni proposta tbiddel it-tifsira ta’ reklamazzjoni minn dik inkluża fir-Regolament 2037/2000 u fil-Protokoll ta’ Montreal, li tista’ tirrestrinġi l-kwantità ta’ materjal reklamat disponibbli. Id-definizzjoni tar-Regolament 2037/2000 u tal-Protokoll ta’ Montreal jeżiġu li sustanza terġa’ tinġieb għal standard speċifikat ta’ rendiment, li jipprovdi kontroll xieraq mingħajr restrizzjonijiet żejda. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 3 - punt 23 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(23) 'applikazzjonijiet ta' qabel it-trażbord' tfisser trattamenti, għajr għall-applikazzjonijiet ta' kwarantina, applikati fi żmien 21 jum qabel l-esportazzjoni biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li huma stabbiliti minn awtorità nazzjonali tal-pajjiż li qiegħed jimporta jew jesporta. |
(23) 'applikazzjonijiet ta' qabel it-trażbord' tfisser trattamenti, għajr għall-applikazzjonijiet ta' kwarantina, applikati fi żmien 21 jum qabel l-esportazzjoni biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li huma stabbiliti minn awtorità nazzjonali tal-pajjiż li qiegħed jimporta jew tar-rekwiżiti uffiċjali stabbiliti qabel Diċembru 1995 fil-pajjiż li qiegħed jesporta. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-Regolament (KE) ma jistax ikun aktar dgħajjef mid-definizzjoni tal-Protokoll. Rigward il-pajjiżi li jesportaw, id-definizzjoni tal-Protokoll tirrestrinġi t-trattament ta' qabel it-trażbord għar-rekwiżiti ‘attwali’ (id-Deċiżjoni tal-Protokoll VII/5 (b)), dan ifisser rekwiżiti li diġà kienu jeżistu meta ttieħdet id-Deċiżjoni f’Diċembru 1995. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt 23 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(23a) ‘prodotti u tagħmir li jiddependu mis-sustanzi kontrollati’ tfisser prodotti u tagħmir li ma jaħdmux mingħajr sustanzi kontrollati, waqt li mhux inklużi dawk il-prodotti u dak it-tagħmir li jintużaw għall-produzzjoni, għall-ipproċessar, għall-irkupru, għar-riċiklaġġ, għar-reklamazzjoni jew għall-qerda tas-sustanzi kontrollati. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-prodotti u t-tagħmir li jiddependu mis-sustanzi kontrollati għandhom jiġu definiti għall-finijiet ta’ ċarezza. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(b) il-livell ikkalkulat tal-produzzjoni tiegħu ta' idroklorofluworokarbonji fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Dicembru 2014 u f'kull perjodu ta' 12-il xahar ta' wara ma jaqbiżx 14 % tal-livell ikkalkulat tal-produzzjoni tiegħu ta' idroklorofluworokarbonji fl-1997; |
(b) il-livell ikkalkulat tal-produzzjoni tiegħu ta' idroklorofluworokarbonji fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Dicembru 2014 u f'kull perjodu ta' 12-il xahar ta' wara ma jaqbiżx 3 % tal-livell ikkalkulat tal-produzzjoni tiegħu ta' idroklorofluworokarbonji fl-1997; | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Produzzjoni żgħira (taħt rappurtar u monitoraġġ stretti) tal-idroklorofluworokarbonji (HCFCs) fl-Ewropa biex jintuża fil-laboratorju u għall-analiżi għandha tkun permessa sat-3.12.2019 (f’konformità mal-Protokoll ta’ Montreal, kif emendat fl-2007). Madankollu, il-livell ikkalkulat tal-produzzjoni għandu jitnaqqas minn mhux aktar minn 14 % għal mhux aktar minn 3% tal-livell ikkalkulat tal-produzzjoni tal-idroklorofluworokarbonji fl-1997. Inkella, l-ammont meħtieġ (li jitħalla jintuża skont l-Artikolu 11) se jiġi importat – probabbilment minn zoni li ma għandhomx leġiżlazzjoni daqstant stretta li tħares is-saff tal-ożonu. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(c) ma jipproduċi l- ebda idroklorofluworokarbonju wara l-31 ta' Diċembru 2019. |
(c) ma jipproduċi l- ebda idroklorofluworokarbonju wara l-31 ta' Diċembru 2014. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Qed jiġi propost li l-iskadenza għall-produzzjoni tal-HCFCs fl-Ewropa għall-esportazzjoni titressaq 'il quddiem (mill-2025 sal-2020) skont il-Protokoll ta' Montreal. Ġie propost li l-istudju ta' reviżjoni minn Milieu Ltd u minn Ecosphere Lda jsir fl-2015 imma l-Kummissjoni ma adottatx dan is-suġġeriment. Sabiex inkunu aktar ambizzjużi l-iskadenza għandha tkun qabel. Ukoll, fir-rigward tal-Artikolu 11(2) skont l-eżenzjoni għall-użu tal-HCFC's sal-aħħar tal-2014, hija loġika li talanqas il-produzzjoni tal-HCFC titwaqqaf. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. It-tqegħid fis-suq u l-użu ta' sustanzi kontrollati1 li mhumiex fi prodott għajr għal kontenitur użat għat-trasport jew għall-ħażna ta’ dik is-sustanza għandhom ikunu projbiti. |
1. It-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ sustanzi kontrollati għandhom ikunu pprojbiti ħlief għad-derogi elenkati fi bnadi oħra f’dan ir-Regolament. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Dan it-test huwa ferm diffiċli biex jiftiehem u fih negattiv doppju (‘li mhumiex’ u ‘għajr għal’). Artikoli sussegwenti jintroduċu derogi għal dan in-negattiv doppju – li aktarx joħolqu konfużjoni u interpretazzjonijiet differenti. Il-paragrafu għalhekk għandu jkun projbizzjoni sempliċi peress li d-derogi ġew spjegati sussegwentement. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 6 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
It-tqegħid fis-suq ta' prodotti u tagħmir li fihom sustanzi kontrollati jew li jiddependu minnhom għandu jiġu pprojbiti, bl-eċċezjoni ta' prodotti u tagħmir li għalihom ikun ġie awtorizzat l-użu tas-sustanza kkontrollata rispettiva skont l-Artikoli 10, 11(1), (2) u (4) jew 13. |
It-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prodotti u tagħmir li fihom sustanzi kontrollati jew li jiddependu minnhom għandu jiġu pprojbit, bl-eċċezzjoni ta’ prodotti u tagħmir li għalihom ikun ġie awtorizzat l-użu tas-sustanza kontrollata rispettiva skont l-Artikoli 10, 11(1), (2) u (4) jew 13. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sabiex ikun evitat il-mili mill-ġdid u bla tmiem ta’ prodott u ta’ tagħmir li jnixxi, dan l-Artikolu għandu jiġi estiż għall-użu (kif ġie definit fl-Artikolu 3(17)) tal-prodotti u tat-tagħmir. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. B'deroga mill-Artikoli 4 u 5, sustanzi kontrollati jistgħu jiġu prodotti, imqiegħda fis-suq u użati bħala materja prima. |
1. B’deroga mill-Artikoli 4 u 5, sustanzi kontrollati jistgħu jiġu prodotti, flimkien mal-livelli ta’ produzzjoni stipulati fl-Artikolu 4(2), imqiegħda fis-suq u użati bħala materja prima. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din il-kjarifika għandha tiżdied biex ikun ċar li t-tneħħija tal-materja prima mid-definizzjoni tal-produzzjoni (Artikolu 3(10)) ma taffettwax il-kontrolli tal-produzzjoni tal-Artikolu 4(2). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 7 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 7 a | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Reviżjoni tad-derogi | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-derogi u l-eżenzjonijiet, u għandha tneħħi d-derogi jew l-eżenzjonijiet għall-użu speċifiku fejn ikun hemm alternattivi teknikament u ekonomikament vijabbli. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-regolament ma jiffissax limiti ta’ żmien għad-derogi – u f’bosta każi ma jiffissax kundizzjonijiet għar-reviżjoni/għat-tneħħija. Uħud mid-derogi ma ġewx aġġornati fid-dawl tal-għarfien attwali dwar alternattivi vijabbli, eż. uħud mill-użu elenkat fl-Anness III (aġenti tal-ipproċessar) u fl-Anness VI (aloni) għandhom alternattivi vijabbli. Ir-regolament għandu jiffissa proċess regolari bil-għan li jnaqqas u jelimina d-derogi f’każi fejn jeżistu alternattivi vijabbli. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. B'deroga mill-Artikoli 4 u 5, sustanzi kontrollati jistgħu jiġu prodotti, imqiegħda fis-suq u użati bħala aġenti tal-ipproċessar. |
1. B’deroga mill-Artikoli 4 u 5, sustanzi kontrollati jistgħu jiġu prodotti, flimkien mal-livelli ta’ produzzjoni stipulati fl-Artikolu 4(2), imqiegħda fis-suq u użati bħala aġenti tal-ipproċessar. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Biex ikun ċar li t-tneħħija tal-aġenti tal-ipproċessar mid-definizzjoni tal-produzzjoni (Artikolu 3(10)) ma taffettwax il-kontrolli tal-produzzjoni tal-Artikolu 4(2), għandha tiġi miżjuda din il-kjarifika. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. Sustanzi kontrollati prodotti jew imqiegħda fis-suq bħala aġenti tal-ipproċessar jistgħu jintużaw biss għal dak il-għan. |
3. Sustanzi kontrollati prodotti jew imqiegħda fis-suq bħala aġenti tal-ipproċessar jistgħu jintużaw biss għal dak il-għan. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kontenituri li jkun fihom dawn is-sustanzi għandhom jiġu ttikkettati b'indikazzjoni ċara li s-sustanza tista' tintuża biss bħala aġent tal-ipproċessar. Il-Kummissjoni tista' tiddetermina l-forma u l-kontenut tat-tikketta li għandha tintuża. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-riskju li s-sustanzi li jnaqqsu l-ożonu magħmula bħala materja prima (Artikolu 7) jintużaw għal finijiet oħrajn japplika wkoll għall-użu fil-laboratorju u għall-analiżi (Artikolu 10) u għall-użu bħala aġenti tal-ipproċessar (Artikolu 8). Għalhekk huwa loġiku li dawn ir-rekwiżiti tal-ittikkettar japplikaw anke għall-użu fil-laboratorju u għall-analiżi u bħala aġenti tal-ipproċessar u biex tissaħħaħ il-prevenzjoni tal-kummerċ illegali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4. Il-Kummissjoni tista' skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2), tistabbilixxi lista ta’ impriżi li fihom l-użu ta’ sustanzi kontrollati bħala aġenti tal-ipproċessar għandu jkun permess, waqt li tistabbilixxi fejn xieraq kwantitajiet massimi li jistgħu jintużaw u livelli ta’ emissjonijiet għal kull impriża kkonċernata. |
4. Il-Kummissjoni tista' skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2), tistabbilixxi lista ta’ impriżi li fihom l-użu ta’ sustanzi kontrollati bħala aġenti tal-ipproċessar għandu jkun permess, waqt li tistabbilixxi fejn xieraq kwantitajiet massimi li jistgħu jintużaw għall-kompożizzjoni jew għall-konsum (bi qbil mad-definizzjonijiet tal-Protokoll ta' Montreal), u livelli ta’ emissjonijiet għal kull impriża kkonċernata. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-ammont massimu tas-sustanzi kontrollati li jistgħu jintużaw bħala aġenti tal-ipproċessar fil-Komunità ma għandux jaqbeż l-1,083 tunnellata metrika fis-sena. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-ammont massimu tas-sustanzi kontrollati li jistgħu jitħallew joħorġu minn użu tal-aġent tal-ipproċessar fil-Komunità ma għandux jaqbeż is-17-il tunnellata metrika fis-sena. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Fid-dawl ta’ informazzjoni ġdida jew żviluppi tekniċi, il-Kummissjoni tista’ temenda l-Anness III imsemmi fl-Artikolu 2(8). |
Fid-dawl ta’ informazzjoni ġdida jew żviluppi tekniċi, il-Kummissjoni għandha temenda l-ammonti massimi kif imsemmi f'dan il-paragrafu u tista' temenda l-Anness III kif imsemmi fl-Artikolu 3(8). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3). |
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Id-definizzjoni ta’ aġenti tal-ipproċessar skont id-Deċiżjoni tal-Protokoll ta’ Montreal X/14 tippermetti r-rappurtar u l-kontroll tal-“kompożizzjoni” jew tal-“konsum”. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-limitu massimu tal-UE għall-aġenti tal-ipproċessar skont id-deċiżjonijiet tal-Partijiet għall-Protokoll ta’ Montreal għandu jissemma wkoll f’dan l-Artikolu. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Dan it-test fil-kontroreferenza jidher li hu ħażin. Il-lista tal-aġenti tal-ipproċessar fl-Anness III f’ċerti bnadi, teknikament għadda żmienha u jeħtieġ li tiġi aġġornata – tinkludi xi użu li għalih il-Panel tal-Evalwazzjoni tat-Teknoloġija u l-Ekonomija tal-Protokoll ta’ Montreal identifika alternattivi li huma ħielsa mill-ODS. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 9 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
B'deroga mill-Artikolu 5, sustanzi kontrollati jistgħu jitqiegħdu fis-suq għall-qerda fil-Komunità skont ir-rekwiżiti għall-qerda stipulati fl-Artikolu 22(1). |
B'deroga mill-Artikolu 5, sustanzi kontrollati u prodotti u tagħmir li fihom sustanzi kontrollati jistgħu jitqiegħdu fis-suq għall-qerda fil-Komunità skont ir-rekwiżiti għall-qerda stipulati fl-Artikolu 22(1). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Id-deroga fl-Artikolu 9 għandha tapplika wkoll għall-qerda tal-prodotti u tat-tagħmir li fihom sustanzi kontrollati. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. Sustanzi kontrollati prodotti jew imqiegħda fis-suq għal użi essenzjali fil-laboratorju jew analitiċi jistgħu jintużaw biss għal dak il-għan. |
3. Sustanzi kontrollati prodotti jew imqiegħda fis-suq għal użi essenzjali fil-laboratorju jew analitiċi jistgħu jintużaw biss għal dak il-għan jew biex ikunu meqruda fil-Komunità skont ir-rekwiżiti għall-qerda stipulati fl-Artikolu 22(1). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Dan l-Artikolu, kif kien miktub, jista’ jevita l-qerda ta’ dawn is-sustanzi. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3a. Il-kontenituri li jkun fihom dawn is-sustanzi għandhom ikunu ttikkettati b’indikazzjoni ċara li s-sustanza għandu jkollha biss użu essenzjali fil-laboratorju u għall-analiżi. Il-Kummissjoni tista' tiddetermina l-forma u l-kontenut tat-tikketta li għandha tintuża. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-riskju li l-ODS magħmula bħala materja prima (Artikolu 7(2)) jintużaw għal finijiet oħrajn japplika wkoll għall-użu fil-laboratorju u għall-analiżi. Għalhekk huwa loġiku li dawn ir-rekwiżiti tal-ittikkettar japplikaw anke għall-użu fil-laboratorju u għall-analiżi u bħala aġenti tal-ipproċessar u biex tissaħħaħ il-prevenzjoni tal-kummerċ illegali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4. Kwalunkwe persuna li tuża sustanzi kontrollati għajr għall-idroklorofluworokarbonji għal użi essenzjali fil-laboratorju jew analitiċi għandha tirreġistra mal-Kummissjoni, u tindika s-sustanzi li qegħdin jintużaw, l-iskop, l-istima tal-konsum annwali u l-fornituri ta' dawk is-sustanzi, u għandha taġġorna dak it-tagħrif meta jkun hemm xi bidliet. |
4. Kwalunkwe impriża li tuża sustanzi kontrollati għajr għall-idroklorofluworokarbonji għal użi essenzjali fil-laboratorju jew analitiċi għandha tirreġistra mal-Kummissjoni, u tindika s-sustanzi li qegħdin jintużaw, l-iskop, l-istima tal-konsum annwali u l-fornituri ta' dawk is-sustanzi, u għandha taġġorna dak it-tagħrif meta jkun hemm xi bidliet. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ikun aħjar jekk jiġu rreġistrati l-impriżi aktar milli l-persuni li jużaw l-ODS għal użu fil-laboratorju u għall-analiżi sabiex ikun evitat piż amministrattiv sproporzjonat. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 5 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
5. Sad-data speċifikata f'avviż maħruġ mill-Kummissjoni, produtturi u importaturi li jfornu lill-persuni msemmija fil-paragrafu 4 jew li jużaw is-sustanzi kontrollati għalihom stess għandhom jiddikjaraw lill-Kummissjoni d-domanda prevista għall-perjodu speċifikat fl-avviż, u jispeċifikaw in-natura u l-kwantitajiet tas-sustanzi kontrollati meħtieġa. |
5. Sad-data speċifikata f'avviż maħruġ mill-Kummissjoni, produtturi u importaturi li jfornu lill-impriżi msemmija fil-paragrafu 4 jew li jużaw is-sustanzi kontrollati għalihom stess għandhom jiddikjaraw lill-Kummissjoni d-domanda prevista għall-perjodu speċifikat fl-avviż, u jispeċifikaw in-natura u l-kwantitajiet tas-sustanzi kontrollati meħtieġa. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ikun aħjar jekk jiġu rreġistrati l-impriżi aktar milli l-persuni li jużaw l-ODS għal użu fil-laboratorju u għall-analiżi sabiex ikun evitat piż amministrattiv sproporzjonat. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-kwantità totali annwali awtorizzata bil-liċenzji ma għandhiex taqbeż 130 % tal-medja tal-livell ikkalkulat ta' sustanzi kontrollati li produtturi jew importaturi qiegħdu fis-suq jew użaw għalihom stess għal użi essenzjali fil-laboratorju u analitiċi fis-snin 2005 sa 2008. |
Il-kwantità totali annwali awtorizzata bil-liċenzji ma għandhiex taqbeż 100% tal-medja tal-livell ikkalkulat ta' sustanzi kontrollati li produtturi jew importaturi qiegħdu fis-suq jew użaw għalihom stess għal użi essenzjali fil-laboratorju u analitiċi fis-snin 2005 sa 2008. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-limitu massimu ta' 130% kif propost ma jirriflettix il-ħtieġa li ma jintużawx l-ODS u għalhekk għandu jkun imnaqqas għal 100%. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. B'deroga mill-Artikolu 5, sal-31 ta' Diċembru 2014, l-idroklorofluworokarbonji reklamati jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw għall-manutenzjoni u l-isservisjar ta' tagħmir eżistenti ta' refriġerazzjoni u ta' arja kondizzjonata, kemm-il darba l-kontenitur ikun ittikkettat b'indikazzjoni li s-sustanza ġiet reklamata. |
2. B'deroga mill-Artikolu 5, sal-31 ta' Diċembru 2014, l-idroklorofluworokarbonji reklamati jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw għall-manutenzjoni u l-isservisjar ta' tagħmir eżistenti ta' refriġerazzjoni u ta' arja kondizzjonata u tagħmir ta' sistemi riversibbli ta' arja kondizjonata/pompa tas-sħana, kemm-il darba l-kontenitur ikun ittikkettat b'indikazzjoni li s-sustanza ġiet reklamata. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sal-31 ta' Diċembru 2014, l-idroklorofluworokarbonji rriċiklati jistgħu jintużaw għall-manutenzjoni u l-isservisjar ta' tagħmir eżistenti ta' refriġerazzjoni u ta' arja kondizzjonata kemm-il darba dawn ikunu ġew irkuprati minn tali tagħmir mill-impriża kkonċernata. |
Sal-31 ta’ Diċembru 2014, l-idroklorofluworokarbonji rriċiklati jistgħu jintużaw għall-manutenzjoni u għall-isservisjar ta’ tagħmir eżistenti ta’ refriġerazzjoni, ta’ arja kondizzjonata u ta’ sistemi riversibbli ta’ arja kondizzjonata/pompa tas-sħana kemm-il darba dawn ikunu ġew irkuprati minn tali tagħmir fl-istess sit fejn tintuża s-sustanza rkuprata. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tissostitwixxi l-emenda 13. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għal raġuni ta’ konsistenza, għandhom jiġu miżjuda s-sistemi riversibbli ta’ arja kondizzjonata/pompa tas-sħana, kif inhu l-każ għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 attwali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sabiex ikun jista’ jiġi evitat il-kummerċ illegali jeħtieġ ikun possibbli li jiġi mmonitorjat il-fluss tas-sustanzi. Għalhekk jeħtieġ li s-sustanza tiġi jew riċiklata jew użata mill-ġdid fl-istess sit. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. Meta l-idroklorofluworokarbonji reklamati jew irriċiklati jintużaw għall-manutenzjoni u l-isservisjar, it-tagħmir ikkonċernat ta' refriġerazzjoni u ta' arja kondizzjonata għandu jkun ittikkettat b'indikazzjoni tat-tip ta' sustanza, il-kwantità tagħha fit-tagħmir u, kif definit fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 67/548/KE, is-simbolu tal-periklu u l-indikazzjoni tal-periklu involut bl-użu tas-sustanza. |
3. Meta l-idroklorofluworokarbonji reklamati jew irriċiklati jintużaw għall-manutenzjoni u l-isservisjar, it-tagħmir ikkonċernat ta' refriġerazzjoni u ta' arja kondizzjonata u ta’ sistemi riversibbli ta’ arja kondizzjonata/pompa tas-sħana għandu jkun ittikkettat b'indikazzjoni tat-tip ta' sustanza, il-kwantità tagħha fit-tagħmir u, kif definit fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 67/548/KE, is-simbolu tal-periklu u l-indikazzjoni tal-periklu involut bl-użu tas-sustanza. Għandu jinżamm reġistru tal-kwantità u tat-tip ta' sustanza miżjuda, u l-identifikazzjoni tal-kumpanija jew it-tekniku li jkun għamel is-servicing u l-manutenzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għalkemm il-kamp ta' applikazzjoni għat-tagħmir għall-użu ta' HCFC's riċiklati/reklamati huwa l-istess bħal dak tar-regolament 2037/2000 il-kliem issa mhux konsistenti ma' dak tal-Artikolu 22. Għall-konsistenza għandhom jiżdiedu sistemi riversibbli ta’ arja kondizzjonata/pompa tas-sħana. Jeħtieġ ikun iċċarat li l-applikazzjonijiet jistgħu jingħataw service b'idroklorofluworokarbonji reklamati. It-tieni nett, il-proposta mhix ċara jekk it-tiketta tirreferix għall-kwantità/tip ta' materjal mir-reklamazzjoni u/jew mir-riċiklaġġ (it-tnejn jistgħu jiżdiedu) jew il-kwantità totali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 3 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3a. L-Istati Membri għandhom iżommu reġistri tal-kumpaniji li jqiegħdu fis-suq idroklorofluworokarbonji reklamati. Kumpaniji mniżżla fir-reġistri biss għandhom jitħallew iqiegħdu idroklorofluworokarbonji fis-suq. Sa l-1 ta' Jannar 2010, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-programm ta' reġistrazzjoni tagħhom. L-Istati Membri għandhom jagħmlu r-reġistru disponibbli sabiex jippermettu lill-kumpaniji li jirċievu idroklorofluworokarbonji reklamati li jikkonfermaw is-sors tas-sustanza. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kumpaniji li jużaw idroklorofluworokarbonji reklamati għal servicing u l-manutenzjoni għandhom iżommu reġistru tal-kumpaniji li jkunu pprovdew idroklorofluworokarbonji reklamati. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Wieħed mill-għanijiet ta' dan ir-regolament huwa li jitnaqqas ir-riskju tal-użu u tal-kummerċ illegali fl-HCFCs billi jkun ristrett it-tqegħid fis-suq ta' HCFS's reklamati. Partikolarment jekk l-HCFC's reklamati huma ekwivalenti jew simili għal HCHSs verġni jkun diffiċli li wieħed jiddistingwi bejn is-sustanza riklamata u dik verġni. Kumpaniji involuti fir-reklamazzjoni għandu jkollhom liċenzji għat-trattament tal-iskart u għandhom iżommu reġistru tal-attivitajiet ta' reklamazzjoni tagħhom. L-implimentazzjoni ta' reġistri li jkunu aċċessibbli u li dawn il-kumpaniji jintalbu jżommu reġistru jgħinu biex jassiguraw li jinqata' l-kummerċ illegali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ma tistax tiġi awtorizzata għal perjodu li jaqbeż il-31 ta' Diċembru 2019. |
L-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ma tistax tiġi awtorizzata għal perjodu li jaqbeż il-31 ta' Diċembru 2014. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Qed jiġi propost li l-iskadenza għall-produzzjoni tal-HCFCs fl-Ewropa għall-esportazzjoni titressaq 'il quddiem (mill-2025 sal-2020) skont il-Protokoll ta' Montreal. Ġie propost li l-istudju ta' reviżjoni minn Milieu Ltd u minn Ecosphere Lda jsir fl-2015 imma l-Kummissjoni ma adottatx dan is-suġġeriment. Sabiex inkunu aktar ambizzjużi l-iskadenza għandha tkun qabel. Ukoll, fir-rigward tal-Artikolu 11(2) skont l-eżenzjoni għall-użu tal-HCFC's sal-aħħar tal-2014, hu loġiku li talanqas il-produzzjoni tal-HCFC titwaqqaf. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 12 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 12 |
Imħassar | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Applikazzjonijiet ta' kwarantina u ta' qabel it-trażbord u użi ta' emerġenza tal-bromur tal-metil |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. B'deroga mill-Artikolu 5(1), il-bromur tal-metil jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża għal applikazzjonijiet ta' kwarantina jew ta' qabel it-trażbord sal-31 ta' Diċembru 2014. |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-bromur tal-metil jista' jintuża biss f'siti approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u skont il-kundizzjoni li l-bromur tal-metil rilaxxat mill-konsenja jiġi rkuprat b'rata ta' rkupru ta' mill-inqas [80 %]. |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Il-livell ikkalkulat tal-bromur tal-metil li importaturi jqiegħdu fis-suq jew li jużaw huma stess fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2010 sal-31 ta' Diċembru 2010 u f'kull perjodu ta' wara ta' 12-il xahar ma għandux jaqbeż 210 tunnellata ODP. |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2010 sal-31 ta' Diċembru 2010 u għal kull perjodu ta' wara ta' 12-il xahar sal-31 ta' Diċembru 2014 , kull importatur għandu jiżgura li l-livell ikkalkulat ta' bromur tal-metil li huwa jqiegħed fis-suq jew juża huwa stess għal użu ta' kwarantina jew ta' qabel it-trażbord ma għandux jaqbeż 100 % tal- medja tal-livell ikkalkulat ta' bromur tal-metil li huwa qiegħed fis-suq jew li huwa stess uża għall-kwarantina u qabel it-trażbord fiss-snin 1996, 1997 u 1998. |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. Il-bromur tal-metil imqiegħed fis-suq għal applikazzjonijiet ta' kwarantina u qabel it-trażbord jista' jintuża biss għal dawk l-iskopijiet. |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri sabiex tnaqqas il-livell ikkalkulat ta’ bromur tal-metil li importaturi jistgħu jqiegħdu fis-suq jew jużaw huma stess għall-kwarantina jew qabel it-trażbord fid-dawl ta’ sustanzi jew teknoloġiji alternattivi teknikament u ekonomikament disponibbli, b'mod partikolari billi jadattaw il-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 . |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3). |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
5. F'emerġenza, meta tfaqqigħ għall-għarrieda ta' annimali ta' ħsara jew mard partikolari jkun jeħtieġ hekk, il-Kummissjoni, fuq talba tal-awtorità kompetenti ta' Stat Membru, tista' tawtorizza l-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu temporanju tal-bromur tal-metil. Awtorizzazzjoni bħal din għandha tkun applikabbli għal perjodu li ma jaqbiżx 120 jum u għal kwantità li ma taqbiżx 20 tunnellata metrika u għandha tispeċifika miżuri li jridu jittieħdu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet matul l-użu . |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/753/KE tat-18 ta' Settembru 2008 rigward l-esklużjoni tal-bromur tal-metil mill-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, l-awtorizzazzjoni tal-bromur tal-metil tiskadi fit-18 ta' Marzu 2009. Tkun ħaġa loġika jekk jiġi projbit ukoll l-użu tal-bromur tal-metil fil-kuntest ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk fil-kuntest tal-QPS hemm biżżejjed alternattivi skont l-istħarriġ tal-2004 tal-protokoll ta' Montreal u l-istudju tal-Kumitat għall-Għażliet Tekniċi tal-Bromur tal-Metil. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. B'deroga mill-Artikolu 5(1), l-aloni jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw għall-użi kritiċi definiti fl-Anness VI. |
1. B’deroga mill-Artikolu 5(1), l-aloni rkuprati, riċiklati u reklamati jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw għall-użi kritiċi definiti fl-Anness VI, bil-kundizzjoni li dawn l-aloni jkunu ġejjin biss minn ħażniet tal-aloni nazzjonali reġistrati. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
It-Tqegħid fis-Suq għandu jkollu fil-mira tiegħu l-aloni rkuprati, reklamati jew riċiklati, peress li l-aloni ma għadhomx jiġu prodotti aktar. L-importazzjoni tal-aloni għandha tkun permessa biss minn jew permezz ta’ mħażen tal-aloni nazzjonali reġistrati, f’konformità mar-regolamentazzjoni attwali. Il-vantaġġ ta’ dan huwa li se jkun aktar faċli li jiġu identifikati u jkun hemm reazzjoni għal żbilanċi reġjonali possibbli fid-disponibilità tal-aloni u sabiex tkun evitata produzzjoni futura ta’ aloni ġodda. Dan huwa konformi mal-ispirtu tal-Protokoll ta’ Montreal. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Il-Kummissjoni tista' tirrevedi l-użi kritiċi elenkati fl-Anness VI u tadotta modifiki u skedi taż-żmien għat-tneħħija gradwali billi tiddefinixxi dati ta' skadenza , filwaqt li tqis id-disponibbiltà kemm tal-alternattivi teknoloġikament vijabbli kif ukoll ta' dawk ekonomikament vijabbli jew teknoloġiji li huma aċċettabbli mil-lat tal-ambjent u tas-saħħa. |
2. 2. Kull sena l-Kummissjoni għandha tirrevedi l-użi kritiċi elenkati fl-Anness VI u tadotta modifiki u skedi taż-żmien għat-tneħħija gradwali billi tiddefinixxi dati ta’ skadenza, filwaqt li tqis, speċjalment fil-każ ta’ industriji li għandhom rekwiżiti stretti tas-sikurezza u tar-rendiment tal-inġinerija, id-disponibiltà kemm tal-alternattivi teknoloġikament vijabbli kif ukoll ta’ dawk ekonomikament vijabbli jew ta’ teknoloġiji li huma aċċettabbli mil-lat tal-ambjent u tas-saħħa. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għandhom jitqiesu l-industriji, bħall-industrija tal-avjazzjoni, li għandhom isegwu rekwiżiti stretti tas-sikurezza u tar-rendiment tal-inġinerija. Kwalunkwe reviżjoni għandha tqis id-disponibilità tas-sostituti li jilħqu l-istandards stipulati minn dawn ir-rekwiżiti. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. L-importazzjoni ta' sustanzi kontrollati li mhumiex fi prodott għajr għal kontenitur użat għat-trasport jew għall-ħażna ta' dawn is-sustanzi u ta' prodotti u tagħmir, għajr għal oġġetti personali, li fihom jew li jiddependu minn dawk is-sustanzi għandha tkun projbita. |
1. L-importazzjoni ta' sustanzi kontrollati u ta' prodotti u tagħmir, għajr għal oġġetti personali, li fihom jew li jiddependu minn dawk is-sustanzi għandha tkun projbita | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sabiex ikun evitat li l-paragrafu jinftiehem ħażin, il-formulazzjoni ġiet issimplifikata sabiex ikun ċar li f'dan l-Artikolu qiegħda ssir referenza kemm għall-prodott kif ukoll għas-sustanzi separati. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt c | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(c) sustanzi kontrollati li huma maħsuba għall-qerda, |
(c) sustanzi kontrollati li huma maħsuba għall-qerda jew biex jiġu analizzati mill-ġdid u meqruda, | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Okkażjonalment, sustanzi kontrollati mhux bi speċifikazzjoni jeħtieġ li jiġu importati mill-ġdid biex jerġgħu jiġu analizzati u wara jinqerdu. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt d | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(d) bromur tal-metil li huwa maħsub għal użi ta' emerġenza msemmija fl-Artikolu 12(5) jew, sal-31 ta' Diċembru 2014, għal applikazzjonijiet ta' kwarantina jew ta' qabel it-trażbord imsemmija fl-Artikolu 12(1), |
Imħassar | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Wara t-tħassir tal-Artikolu 12, din il-parti għandha titħassar ukoll. Bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/753/KE tat-18 ta' Settembru 2008 rigward l-esklużjoni tal-bromur tal-metil mill-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, l-awtorizzazzjoni tal-bromur tal-metil tiskadi fit-18 ta' Marzu 2009. Tkun xi ħaġa lokġika jekk jiġi projbit l-użu tal-bromur tal-metil ukoll fil-kuntest ta' din id-Direttiva. Barra minn hekk fil-kuntest tal-QPS jeżistu biżżejjed alternattivi skont l-istħarriġ tal-2004 tal-protokoll ta' Montreal u l-istudju tal-Kumitat għall-Għażliet Tekniċi tal-Bromur tal-Metil. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. L-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, bl-eċċezzjoni tal-ħżin temporanju kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 450/2008, inkluż it-trażbord, jew għal tranżitu minn ġol-Komunità, għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja tal-importazzjoni. Dawk il-liċenzji għandhom jinħarġu mill-Kummissjoni wara l-verifika tal-konformità mal-Artikoli 16 u 20 . |
3. L-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, bl-eċċezzjoni tal-ħżin temporanju għal inqas minn 30 jum kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 450/2008, inkluż it-trażbord, jew għal tranżitu minn ġol-Komunità, għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja tal-importazzjoni. Dawk il-liċenzji għandhom jinħarġu mill-Kummissjoni wara l-verifika tal-konformità mal-Artikoli 16 u 20 . | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-ħżin temporanju għandu jkun tassew għal żmien limitat. Għalhekk qiegħed jiġi propost il-limitu ta' 30 jum. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt b | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(b) bromur tal-metil għal wieħed minn dawn l-użi: |
Imħassar | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(i) użi ta' emerġenza msemmija fl-Artikolu 12(5), |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(ii) sal-31 ta’ Diċembru 2014 u soġġetti għal-limiti kwantitattivi għat-tqegħid fis-suq stipulati fl-Artikolu 12(2) għal applikazzjonijiet għall-kwarantina u trażbord minn qabel ; |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Wara t-tħassir tal-Artikolu 12, din il-parti għandha titħassar ukoll. Wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/753/KE tat-18 ta’ Settembru 2008 dwar in-noninklużjoni tal-bromur tal-metil fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, l-awtorizzazzjoni tal-bromur tal-metil se tiskadi fit-18 ta’ Marzu 2009. Ikun loġiku jekk l-użu tal-bromur tal-metil ikun ipprojbit anke fil-kuntest ta’ din id-direttiva. Barra minn hekk, skont l-istħarriġ tal-2004 tal-Protokoll ta’ Montreal, fil-kuntest tal-QPS, jeżistu biżżejjed alternattivi. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 17 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. L-esportazzjoni mill-Komunità ta' sustanzi kontrollati li mhumiex fi prodotti għajr għal kontenituri użati għat-trasport jew il-ħżin ta' dawn is-sustanzi jew il-prodotti u t-tagħmir għajr l-oġġetti personali, li jkun fihom jew li jiddependu minn dawn is-sustanzi għandhom jiġu pprojbiti . |
1. L-esportazzjoni mill-Komunità ta' sustanzi kontrollati jew il-prodotti u t-tagħmir għajr l-oġġetti personali, li jkun fihom jew li jiddependu minn dawn is-sustanzi għandhom jiġu pprojbiti. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Il-projbizzjoni definita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun applikabbli għal esportazzjoni ta': |
2. Il-projbizzjoni definita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun applikabbli għal esportazzjoni ta': | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(a) sustanzi kontrollati biex jissodisfaw l-użi essenzjali msemmija fl-Artikolu 10(2) tal-Partijiet; |
(a) sustanzi kontrollati biex jissodisfaw l-użi essenzjali tal-Partijiet; | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(b) sustanzi kontrollati biex jissodisfaw użi kritiċi msemmija fl-Artikolu 13(1) tal-Partijiet; |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(c) sustanzi kontrollati biex jintużaw bħala materja prima ; |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(d) sustanzi kontrollati biex jintużaw bħala aġenti tal-ipproċessar; |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(e) prodotti u tagħmir li jkun fihom sustanzi kontrollati jew li jiddependu minnhom prodotti skont l-Artikolu 10(7) jew impurtati skont l-Artikolu 15(2) il-punt (d) u (e) ; |
(e) prodotti u tagħmir li jkun fihom sustanzi kontrollati jew li jiddependu minnhom prodotti skont l-Artikolu 10(7) jew impurtati skont l-Artikolu 15(2) il-punt (e) ; | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(f) il-prodotti u t-tagħmir li jkun fihom l-alon jew li jiddependu minnu sabiex jissodisfaw l-użi kritiċi elenkati fl-Anness VI ; |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(g) idroklorofluworkarbonji verġni jew reklamati għal użi għajr dawk għall-qerda. |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. B'deroga mill-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista', wara talba minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru u skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2), tawtorizza l-esportazzjoni ta' prodotti u tagħmir li fihom l-idroklorofluworokarbonji fejn jintwera li fid-dawl tal-valur ekonomiku u tat-tul ta' ħajja li huwa mistenni li baqagħlu l-oġġett speċifiku, il-projbizzjoni tal-esportazzjoni tkun se timponi piż sproporzjonat fuq l-esportatur. |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4. L-esportazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 2 għandha tkun soġġetta għall-liċenzjar . Dik il-liċenzja tal-esportazzjoni għandha tinħareġ mill-Kummissjoni lill-impriżi wara l-verifika tal-konformità mal-Artikolu 20 . |
4. L-esportazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun soġġetta għall-liċenzjar Dik il-liċenzja tal-esportazzjoni għandha tinħareġ mill-Kummissjoni lill-impriżi wara l-verifika tal-konformità mal-Artikolu 20 . | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
5. L-esportazzjoni msemmija fil-punti (e) sa (g) tal-paragrafu 2 u fil-paragrafu 3 għandhom ikunu suġġetti għal l-liċenzjar għajr għal esportazzjoni li sussegwentement hija għal tranżitu jew għal ħżin temporanju mingħajr ma ġiet assenjata trattament jew użu doganali approvat ieħor fir-Regolament (KE) Nru 450/2008 . Dik l il-liċenzja tal -esportazzjoni għandha tinħareġ mill-Kummissjoni lill-esportatur wara l-verifika tal-konformità mal-Artikolu 20 . |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għal raġunijiet etiċi u ambjentali l-esportazzjoni ta' sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għandhom ikunu limitati kemm jista' jkun, speċjalment fil-każ tal-Aloni u c-CFC's. Hemm riskju wisq għoli li dawn is-sustanzi b'potenzjali għoli li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (u b'effett ta' għoli) jistgħu jkunu rilaxxati fl-atmosfera. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għandu jkun hemm eżenzjoni għall-produzzjoni u għall-esportazzjoni tas-CFCs għal użu essenzjali għall-manifattura tal-MDIs fil-pajjiżi tal-Artikolu 5. Huwa biss issa li t-tranżizzjoni għal alternattivi qiegħda tiġi kkompletata fil-pajjiżi żviluppati. Huwa possibbli li s-CFCs ta’ grad farmaċewtiku ta’ kwalità għolja se jkunu meħtieġa għal perjodu limitat wara l-2010 minħabba diffikultajiet fl-implimentazzjoni tas-sostituti. Madankollu, il-proposta tal-Kummissjoni tipprojbixxi l-produzzjoni u l-esportazzjoni bla ebda eżenzjoni xierqa. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 3 – punt c – subpunt ii | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(ii) id-deskrizzjoni u l-kodiċi NM kif imniżżla fl-Anness IV, |
(ii) id-deskrizzjoni u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif imniżżla fl-Anness IV, | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għal finijiet ta’ ċarezza, l-abbrevjazzjoni użata għandha tiġi spjegata. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 3 – punt d | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(d) fil-każ ta' importazzjoni u esportazzjoni of products u tagħmir li fihom jew li jiddependu mill-alon jew l-idroklorofluworokarbonji |
(d) fil-każ ta’ importazzjonijiet jew esportazzjonijiet ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddependu minn sustanzi kontrollati: | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(i) it-tip u n-natura tat-tagħmir, |
(i) it-tip u n-natura tat-tagħmir, | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(ii) għal oġġetti li jistgħu jingħaddu l-għadd ta' unitajiet u l-kwantità tas-sustanza kontrollata għal kull unità f'kilogrammi metriċi, |
(ii) għal oġġetti li jistgħu jingħaddu l-għadd ta' unitajiet u l-kwantità tas-sustanza kontrollata għal kull unità f'kilogrammi metriċi, | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(iii) għal oġġetti li ma jistgħux jingħaddu l-piż nett totali f'kilogrammi metriċi, |
(iii) għal oġġetti li ma jistgħux jingħaddu l-piż nett totali f'kilogrammi metriċi, | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(iv) il-kwantità totali tal-alon jew l-idroklorofluworkarbonji li fihom f'kilogrammi metriċi , |
(iv) it-tip u l-kwantità totali ta’ kull sustanza kontrollata, | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(v) il-pajjiż/i tad-destinazzjoni finali tal-prodotti u t-tagħmir, |
(v) il-pajjiż/i tad-destinazzjoni finali tal-prodotti u t-tagħmir, | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(vi) jekk is-sustanzi kontrollati li fihom humiex verġni, reklamati jew skart, |
(vi) jekk is-sustanzi kontrollati li fihom humiex verġni, reklamati, riċiklati jew skart, | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(vii) f'każ ta' prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddependu mill-alon, dikjarazzjoni li huma għall-esportazzjoni għal użu kritiku speċifiku elenkat fl-Anness VI, |
(vii) f'każ ta' prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddependu mill-alon, dikjarazzjoni li huma għall-esportazzjoni għal użu kritiku speċifiku elenkat fl-Anness VI, | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(viii) f'każ ta' prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddependu mill-idroklorofluworkarbonji, ir-referenza għall-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 17(3); |
(viii) f'każ ta' prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddependu mill-idroklorofluworkarbonji, ir-referenza għall-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 17(3); | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Uħud mill-esportazzjonijiet tal-prodotti jew tat-tagħmir jistgħu jkunu marbuta ma’ tipi oħrajn ta’ ODS, mhux biss mal-aloni u mal-HCFCs, u t-test għandu jirrifletti dan. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għal finijiet ta’ kompletezza, it-tagħmir li fih jew li jiddependi minn alon jew minn idroklorofluworkarbonji jista’ jaħdem b’komposti verġni, reklamati jew riċiklati, filwaqt li jekk fih kompost magħmul mill-iskart – huwa maħsub biex jinqered skont l-Artikolu 22. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 6 – parti introduttorja | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6. Il-Kummissjoni tista' taqsam id-dejta ppreżentata s'issa kif meħtieġ f'każijiet speċifiċi mal-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet konċernati u tista': |
6. Il-Kummissjoni tista' taqsam id-dejta ppreżentata s'issa kif meħtieġ f'każijiet speċifiċi mal-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet konċernati u fi żmien 30 jum tax-xogħol wara li tirċievi t-talba, għandha tieħu wieħed mill-passi li ġejjin: | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(-a) tapprova t-talba għal liċenzja ta' importazzjoni jew ta' esportazzjoni, | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
It-twaqqif ta' sistema kumplessa ta' "kunsens infurmat minn qabel" kif proposta skont dan l-Artikolu tista' tirriżulta f'dewmien biex tintbagħat il-merkanzija u għalhekk bħala konsegwenza jintilfu l-ordnijiet. Huwa suġġerit li fir-regolament jiġi definit "tul ta' żmien" li jiżgura li l-kummerċ ikompli mingħajr dewmien mhux ġustifikat. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri addizzjonali għall-monitoraġġ u l-kontroll ta' sustanzi kontrollati jew sustanzi ġodda u ta' prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddependu minn sustanzi kontrollati maħżuna temporanjament, inkluż it-trażbord, fi tranżitu minn ġo u esportati mill-ġdid minn territorju doganali tal-Komunità, abbażi ta' evalwazzjoni tar-riskji potenzjali ta' kummerċ illegali marbut ma' ċaqliq ta' dan it-tip, filwaqt li jitqiesu l-impatti soċjoekonomiċi ta' miżuri ta' dan it-tip. |
Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri addizzjonali għal dawk mitluba skont ir-Rakkomandazzjoni 2001/33/KE jew li ġew deskritti fl-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament għall-monitoraġġ jew għall-kontroll ta’ sustanzi kontrollati jew sustanzi ġodda u ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddependu minn sustanzi kontrollati inklużi dawk maħżuna temporanjament, it-trażbord, fi tranżitu minn ġo u esportati mill-ġdid mit-territorju doganali tal-Komunità, u attivitajiet oħra abbażi ta’ evalwazzjoni tar-riskji potenzjali ta’ kummerċ illegali marbut ma’ ċaqliq ta’ dan it-tip, filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji ambjentali u l-impatti soċjoekonomiċi ta’ miżuri ta’ dan it-tip, u l-eżistenza ta' alternattivi vijabbli. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għal finijiet ta’ ċarezza – l-ewwel għandhom ikunu ċċarati l-miżuri ewlenin u mbagħad jistgħu jissemmew il-miżuri addizzjonali. Il-kamp ta' applikazzjoni jeħtieġ li jiġi ddefinit b’mod aktar wiesa’, biex ikun possibbli li jiġu indirizzati l-problemi flimkien mas-sitwazzjonijiet speċifiċi elenkati fl-abbozz tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, jeħtieġ li jitqiesu l-benefiċċji ambjentali (għall-ożonu, għall-klima, eċċ.) u l-vijabbiltà tal-alternattivi. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 21 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli ista ta’ prodotti u tagħmir li jista' jkun fihom jew li jiddependu minn sustanzi kontrollati u tal-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda għall-gwida tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. |
Mill-1 ta' Jannar 2010 il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-gwida tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri: | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(a) lista ta’ prodotti u tagħmir li jista’ jkun fihom jew li jiddependu minn sustanzi kontrollati, | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) lista tas-sustanzi, tal-prodotti, tat-tagħmir u tal-użu li huma permessi skont dan ir-Regolament u l-kundizzjonijiet jew ir-rekwiżiti relatati, u | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(c) lista tas-sustanzi, tal-prodotti u tat-tagħmir li mhumiex permessi skont dan ir-Regolament. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
F’kull lista se jkunu kkwotati l-kodiċijiet rilevanti tan-Nomenklatura Magħquda. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010. Sabiex ikunu jistgħu japplikawh, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jeħtieġu din il-lista. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Lista ta’ oġġetti li ‘jista’’ jkun fihom l-ODS hija parzjalment ta’ għajnuna, imma l-uffiċjali doganali jeħtieġu ferm aktar ċarezza sabiex iwettqu dmirijiethom b’mod effettiv – huma jeħtieġu lista ta’ sustanzi u ta’ oġġetti li huma permessi/awtorizzati (u r-rekwiżiti relatati bħal-liċenzji), u lista ta’ sustanzi/oġġetti li mhumiex permessi. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Sustanzi kontrollati li jkunu jinsabu f'tagħmir ta' refriġerazzjoni, arja kundizzjonata u tagħmir tas-sħana bil-pompa, tagħmir li jkun fih solventi jew sistemi ta' protezzjoni kontra n-nar u tagħmir għat-tifi tan-nar, għandhom, waqt is-servisjar u l-manutenzjoni ta' tagħmir jew qabel iż-żarmar jew ir-rimi tat-tagħmir, ikunu rkuprati għal qerda b'teknoloġiji approvati mill-Partijiet, elenkati fl-Anness VII jew jiġu rkuprati għar-riċiklaġġ jew ir-reklamazzjoni . |
1. Sustanzi kontrollati (inklużi aġenti li jonfħu l-fowm) li jkunu jinsabu f’tagħmir ta’ refriġerazzjoni, ta’ arja kondizzjonata u tagħmir tal-pompa tas-sħana, tagħmir li jkun fih solventi jew sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u tagħmir għat-tifi tan-nar, minn kull tip ta' utent inkluż fid-djar, għandhom, waqt l-isservisjar u l-manutenzjoni ta’ tagħmir jew qabel iż-żarmar jew ir-rimi tat-tagħmir, ikunu rkuprati biex jinqerdu b’teknoloġiji approvati mill-Partijiet, elenkati fl-Anness VII. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Anness għal dan ir-Regolament bl-istandards tar-rendiment li jispeċifikaw il-livell ta’ rkupru tas-sustanzi li jnaqqsu l-ożonu f’kull kategorija ta’ prodott u ta’ tagħmir, u l-istandards ta’ monitoraġġ, li jirriflettu l-aħjar prattiki ambjentali. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-fowm fil-fridges ta’ spiss ikun fih aktar ODS mir-refriġerant fil-fridges. Skont ir-Regolament 2037/2000, l-operaturi suppost kellhom jirkupraw l-ODS (aġent tal-infiħ) mill-fowm, imma wħud mill-Istati Membri għadhom ma implimentawx dan ir-rekwiżit. Jeħtieġ li jiġi dikjarat b’mod ċar bħala rekwiżit. Ir-riċiklaġġ u r-reklamazzjoni tal-ODS użati għandhom ikunu permessi biss għal każi fejn l-ODS se jintużaw f’użu permess (jiġifieri, l-użu essenzjali u kritiku awtorizzat skont ir-Regolament). L-għan ta' dan ir-Regolament hu li jelimina l-użu mhux essenzjali tal-ODS. Għalkemm ir-Regolament 2037/2000 jeżiġi l-irkupru tal-ODS, il-livell tal-irkupru fil-prattika huwa baxx b’mod inaċċettabbli f’uħud mill-faċilitijiet operattivi (eż. uħud mill-faċilitajiet għar-riċiklaġġ tal-fridges) u hemm differenzi kbar, li mhumiex teknikament ġustifikati fir-rendiment tal-faċilitajiet fil-KE kollha. L-istandards tar-rendiment jeħtieġ li jispeċifikaw il-perċentwali ta’ ODS li għandha tiġi rkuprata mid-diversi tipi ta’ prodotti u ta’ tagħmir, kif ukoll l-istandards minimi tal-monitoraġġ tekniku. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Anness għal dan ir-Regolament b'lista ta' prodotti u tagħmir li għalihom l-irkupru jew il-qerda mingħajr irkupru minn qabel għandha tiġi kkunsidrata bħala teknikament u ekonomikament vijabbli, li tispeċifika, jekk xieraq, it-teknoloġiji li għandhom jiġu applikati. |
Mill-1 ta' Jannar 2011 il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Anness għal dan ir-Regolament b'lista ta' prodotti u tagħmir li għalihom l-irkupru jew il-qerda mingħajr irkupru minn qabel għandha tiġi kkunsidrata bħala teknikament u ekonomikament vijabbli, li tispeċifika, jekk xieraq, it-teknoloġiji li għandhom jiġu applikati. Kwalunkwe proposta biex ikun stabbilit tali Anness għandha tkun akkumpanjata u appoġġjata minn stima ekonomika kompluta tal-ispejjeż u tal-benefiċċji għall-Istati Membri kollha. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Huwa importanti li jkun żgurat li l-komposti maħżuna jiġu rkuprati mill-ġdid. Sabiex dan ikun żgurat, b’relazzjoni għall-miżuri ta’ implimentazzjoni qed jiġu miżjuda d-dati. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Biex tipprepara l-proposta tagħha għall-Anness, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati kollha rigward il-prodotti u t-tagħmir li għandhom jiġu identifikati, il-vijabilità teknika u ekonomika tal-irkupru jew tal-qerda mingħajr irkupru minn qabel u t-teknoloġiji li għandhom jiġu applikati għal kull prodott u għal kull tagħmir identifikat bil-għan li jinqabdu kemm hu possibbli dawk is-sustanzi li jnaqqsu l-ożonu. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Meta titqies il-kapaċità differenti tal-Istati Membri kif ukoll l-isfidi tekniċi u ekonomiċi li jiffaċċjaw biex jieħdu ħsieb b’mod effettiv imkejjen fejn hu maħżun l-ODS, il-Kummissjoni għandha tappella formalment għall-esperjenza u għall-għarfien espert tal-partijiet interessati kollha biex tipprepara l-Anness il-ġdid, inklużi l-Istati Membri, l-industrija u l-NGOs. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 5 – subparagrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-miżuri meħuda mill-Istati Membri u tista' fid-dawl ta' din l-evalwazzjoni u tal-informazzjoni teknika u l-informazjoni l-oħra rilevanti, kif xieraq, tadotta miżuri dwar dawk ir-rekwiżiti minimi ta' kwalifika. |
Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-miżuri meħuda mill-Istati Membri. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-fowmijiet tal-iżolament fil-bini u anke fir-rigward tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart. Sal-1 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri dwar dawk ir-rekwiżiti minimi ta’ kwalifika. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Huwa importanti li jkun żgurat li l-komposti maħżuna jiġu rkuprati mill-ġdid. Sabiex dan ikun żgurat, b’relazzjoni għall-miżuri ta’ implimentazzjoni qegħdin jiġu miżjuda d-dati. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-fowmijiet tal-iżolament fil-bini, li għandhom ikunu ttrattati anke fid-direttiva futura dwar l-iskart mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 23 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Tnixxija u emissjonijiet ta' sustanzi kontrollati |
Trażżin | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. L-impriżi għandhom jieħdu l-miżuri kollha ta' prekawzjoni prattikabbli, sabiex ma jħallux u jnaqqsu kwalunkwe tnixxija ta' sustanzi kontrollati. Partikolarment, tagħmir fiss b'likwidu refriġeranti ta' aktar minn 3 kg għandu jkun eżaminat għal tnixxija darba kull sena. |
1. L-impriżi għandhom jieħdu l-miżuri kollha ta' prekawzjoni prattikabbli, sabiex ma jħallux u jnaqqsu kwalunkwe tnixxija ta' sustanzi kontrollati. Partikolarment, l-operaturi tal-applikazzjonijiet stazzjonarji li ġejjin: it-tagħmir ta’ refriġerazzjoni, ta’ arja kondizzjonata u ta’ pompa tas-sħana, inklużi ċ-ċirkwiti tagħhom, it-tagħmir li fih solventi jew is-sistemi għall-protezzjoni kontra n-nar u t-tagħmir għat-tifi tan-nar, li fihom is-sustanzi kontrollati elenkati fl-Anness I, waqt li jużaw il-miżuri kollha li jkunu teknikament vijabbli u li ma jinvolvux spiża sproporzjonata, għandhom: | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-rekwiżiti minimi ta' kwalifika għall- persunal involut. Fid-dawl ta' evalwazzjoni ta' dawn il-miżuri meħuda mill-Istati Membri u ta' informazzjoni teknika u informazzjoni oħra rilevanti, il-Kummissjoni, kif xieraq, tista' tadotta miżuri dwar l-armonizzazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti minimi ta' kwalifika. |
(a) jevitaw it-tnixxija ta’ dawn il-gassijiet; u | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3). |
(b) isewwi kwalunkwe tnixxija li jindividwaw mill-aktar fis possibbli, u fi kwalunkwe każ fi żmien 14-il ġurnata. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. L-impriżi għandhom jieħdu l-miżuri kollha ta' prekawzjoni prattikabbli, sabiex ma jħallux u jnaqqsu t-tnixxijiet tal-bromur tal-metil minn installazzjonijiet ta' fumigazzjoni jew operazzjonijiet oħra li fihom jintuża l-bromur tal-metil . L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-rekwiżiti minimi ta' kwalifika għall- persunal involut. |
2. L-operaturi tal-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li dawn ikunu eżaminati għal tnixxija minn persunal iċċertifikat li jissodisfa r-rekwiżiti minimi tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, jew li għandu kwalifika simili, skont l-iskeda li ġejja: | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. L-impriżi għandhom jieħdu l-miżuri kollha ta' prekawzjoni prattikabbli, sabiex ma jħallux u jnaqqsu kwalunkwe tnixxija u emissjoni ta' sustanzi kontrollati użati bħala materja prima jew bħala aġenti tal-ipproċessar. |
(a) applikazzjonijiet li fihom 3 kg jew aktar ta’ sustanzi kontrollati għandhom jiġu eżaminati għal tnixxija mill-inqas darba kull 12-il xahar; madankollu tagħmir li fih sistemi ermetikament issiġillati, li huma ttikkettati bħala tali u fihom inqas minn 6kg ta' sustanzi kontrollati, għandhom jiġu eżaminati mill-inqas darba kull 24 xahar; | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4. L-impriżi għandhom jieħdu l-miżuri kollha ta' prekawzjoni prattikabbli, sabiex ma jħallux u jnaqqsu kwalunkwe tnixxija u emissjoni ta' sustanzi kontrollati prodotti b'kumbinazzjoni matul il-manifattura ta' kimiċi oħra. |
(b) applikazzjonijiet li fihom 30 kg jew aktar ta’ sustanzi kontrollati għandhom jiġu eżaminati għal tnixxija mill-inqas darba kull 6 xhur; | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
5. Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi t-teknoloġiji u l-prattiki li għandhom jintużaw minn impriżi biex jevitaw u jnaqqsu kwalunkwe tnixxija u emissjoni ta' sustanzi kontrollati. |
(c) applikazzjonijiet li fihom 300 kg jew aktar ta’ sustanzi kontrollati għandhom jiġu eżaminati għal tnixxija mill-inqas darba kull tliet xhur. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3). |
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu eżaminati għal tnixxija fi żmien xahar wara li tkun issewwiet tnixxija sabiex ikun żgurat li t-tiswija kienet effettiva. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, ‘eżaminati għal tnixxija’ tfisser li t-tagħmir jew is-sistema jiġi eżaminat għal tnixxija billi jintużaw metodi ta’ kejl dirett jew indirett, li jiffokaw fuq dawk il-partijiet tat-tagħmir jew tas-sistema li hemm l-akbar probabilità li se jnixxu. Il-metodi ta’ kejl dirett u indirett biex isir eżami għal tnixxija għandhom ikunu speċifikati fir-rekwiżiti standard tal-eżamijiet imsemmija fil-paragrafu 7. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3. Fil-każ ta’ sistemi ta’ protezzjoni min-nar fejn hemm diġà fil-post sistema eżistenti ta’ spezzjoni biex tissodisfa l-istandard ISO 14520, dawn l-ispezzjonijiet jistgħu wkoll jissodisfaw l-obbligi ta’ dan ir-Regolament sakemm dawk l-ispezzjonijiet huma tal-inqas daqstant frekwenti. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4. L-operaturi tal-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, li jkun fihom 3 kg jew aktar ta’ sustanzi kontrollati, għandhom iżommu reġistru li fih ikun hemm il-kwantità u t-tip ta’ sustanzi kontrollati installati, kwalunkwe kwantità miżjuda u l-kwantità rkuprata waqt l-isservisjar, il-manutenzjoni u r-rimi finali. Għandhom iżommu wkoll reġistru ta’ informazzjoni rilevanti oħra inklużi l-identifikazzjoni tal-kumpanija jew tat-tekniku li jkun għamel is-servicing jew il-manutenzjoni, kif ukoll id-dati u r-riżultati tal-eżamijiet imwettqa skont il-paragrafi 2, 3 u 4 u l-informazzjoni rilevanti li tidentifika b’mod speċifiku t-tagħmir stazzjonarju separat tal-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2(b) u (c). Dawn ir-reġistri għandhom ikunu disponibbli, fuq talba, għall-awtorità kompetenti u għall-Kummissjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
5. Sal-1 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(3), ir-rekwiżiti standard biex ikunu eżaminati t-tnixxijiet għal kull waħda mill-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
6. Abbażi tal-informazzjoni li tasal mill-Istati Membri u f’konsultazzjoni mas-setturi rilevanti, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi r-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet minimi għal għarfien reċiproku skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(3) rigward il-programmi ta’ taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni għall-persunal rilevanti involut fl-installazzjoni, fil-manutenzjoni jew fl-isservisjar tat-tagħmir u tas-sistemi koperti mill-Artikolu 23(1) kif ukoll għall-persunal involut fl-attivitajiet stipulati fl-Artikoli 22 u 23. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 dwar il-gassijiet flworinati (gassijiet F) għandu dispożizzjonijiet aktar preċiżi marbuta mat-tnixxijiet u mal-emissjonijiet ta’ sustanzi kontrollati. Għal raġunijiet ta’ konsistenza, biex tittejjeb il-kwalità tat-test u biex ikun hemm aktar salvagwardji kontra l-emissjonijiet, ikun aħjar jekk jiġi implimentat l-istess test f’dan ir-Regolament. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 24 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Il-produzzjoni, l-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-użu u l-esportazzjoni ta' sustanzi ġodda fil-Parti A tal-Anness II huma projbiti. Din il-projbizzjoni ma għandiex tkun applikabbli għal sustanzi ġodda jekk dawn jintużaw bħala materja prima għal użi fil-laboratorju u analitiċi, għal importazzjoni ta' ħżin temporanju inkluż it-trażbord, u għal esportazzjoni sussegwenti għal tranżitu jew ħżin temporanju mingħajr ma jkunu ġew assenjati trattament jew użu doganali approvat ieħor kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 450/2008 . |
1. Il-produzzjoni, l-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-użu u l-esportazzjoni ta' sustanzi ġodda fil-Parti A tal-Anness II huma projbiti. Din il-projbizzjoni ma għandhiex tkun applikabbli għal sustanzi ġodda jekk dawn jintużaw bħala materja prima għal użi fil-laboratorju u analitiċi, għal importazzjoni ta' ħżin temporanju inkluż it-trażbord, u għal esportazzjoni sussegwenti għal tranżitu jew ħżin temporanju mingħajr ma jkunu ġew assenjati trattament jew użu doganali approvat ieħor kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 450/2008 . | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Il-Kummissjoni tista', tinkludi fil-Parti A ta l-Anness II is-sustanzi li ma jkunux sustanzi kontrollati imma li jinsabu mill-Panel tal-Valutazzjoni Xjentifika li skont il-Protokoll għandhom potenzjal sinifikanti ta' ħsara għall-ożonu, u tiddetermina il-possibiltà ta' eżenzjoni mill-paragrafu 1. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3). |
2. Il-Kummissjoni tista', tagħmel proposti kif xieraq, biex tinkludi fil-Parti A tal-Anness II is-sustanzi li ma jkunux sustanzi kontrollati imma li l-Panel tal-Valutazzjoni Xjentifika tqishom li skont il-Protokoll għandhom potenzjal sinifikanti ta' ħsara għall-ożonu, jew li huma magħmula, użati u emessi b'mod estensiv, u tiddetermina l-possibiltà ta' eżenzjoni mill-paragrafu 1. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. Fid-dawl ta' tagħrif xjentifiku rilevanti, il-Kummissjoni tista' tinkludi fil-Parti B tal-Anness II kwalunkwe sustanza li mhijiex kontrollata iżda li tinsab li għandha potenzjal għat-tnaqqis tal-ożonu. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3). |
3. Fid-dawl ta' tagħrif xjentifiku rilevanti, il-Kummissjoni tista' tinkludi fil-Parti B tal-Anness II kwalunkwe sustanza li mhijiex kontrollata iżda li tinsab li għandha potenzjal għat-tnaqqis tal-ożonu ta' 0.001 jew aktar u ċiklu ta' ħajja atmosferika ta' aktar minn 60 jum. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3). Is-sustanzi rrappurtati mill-Partijiet skont id-Deċiżjonijiet XIII/5, X/8 u IX/24 tal-Protokoll għandhom jiġu miżjuda wkoll mal-Parti B tal-Anness II. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Dan il-paragrafu jippermetti lill-Kummissjoni li tinkludi sustanza ġdida fl-Anness II biss fuq il-bażi tal-potenzjal tagħha li tnaqqas is-saff tal-ożonu. Inklużjoni bħal din għandha tkun ġustifikata permezz ta' parametri oħra li jaffettwaw is-saff tal-ożonu, bħall-użu tal-prodott u l-emissjonijiet tiegħu. Hemm diversi sustanzi aloġenati b'ċiklu ta' ħajja qasir li għandhom potenzjal teoretiku ta' tnaqqis tas-saff tal-ożonu. Intwera li sustanzi b'ċiklu ta' ħajja qasir u ċiklu ta' ħajja atmosferika ta' anqas minn 120 jum mhumiex kapaċi jilħqu kwantitajiet sostanzjali fl-istratosfera biex ikollhom impatt sinifikati li jippersisti fuq is-saff tal-ożonu. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Wara d-Deċiżjonijiet XIII/5, X/8 u IX/24 tal-Protokoll ta’ Montreal, il-Partijiet irrappurtaw għadd ta’ sustanzi ġodda u suspettati li jnaqqsu l-ożonu. Id-Deċiżjoni IX/24 tiddikjara: "Li kwalunkwe Parti tista’ ġġib għall-attenzjoni tas-Segretarjat l-eżistenza ta’ sustanzi ġodda li temmen li għandhom il-potenzjal li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u hemm il-probabilità li jiġu prodotti f’ammonti sostanzjali, imma li mhumiex elenkati bħala sustanzi kontrollati fl-Artikolu 2 tal-Protokoll...” – Dawn is-sustanzi għandhom jiġu miżjuda mal-Parti B tal-Anness II sabiex il-produzzjoni u l-użu tagħhom ikunu jistgħu jiġu mmonitorjati b’mod xieraq. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 5 – punt c a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(ca) dejta minn awtomonitoraġġ għall-emissjonijiet u għat-tnixxija li seħħew waqt li qed jiġu meqruda. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Biex tkun żgurata protezzjoni ambjentali aħjar u biex tkun iffaċilitata l-applikazzjoni tal-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 28 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
-1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonijiet jitwettqu skont ir-Rakkomandazzjoni 2001/331/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001 li tistabbilixxi kriterji minimi għall-ispezzjonijiet ambjentali fl-Istati Membri1. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet dwar il-konformità ma' dan ir-Regolament, b'segwitu għal approċċ dokumentat abbażi tar-riskji, inklużi l-ispezzjonijiet fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' sustanzi kontrollati kif ukoll ta' prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddependu minn dawk is-sustanzi . L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iwettqu l-investigazzjonijiet li l-Kummissjoni tikkunsidra meħtieġa skont dan ir-Regolament. |
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet dwar il-konformità ma' dan ir-Regolament, b'segwitu għal approċċ dokumentat abbażi tar-riskji, inklużi l-ispezzjonijiet fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' sustanzi kontrollati kif ukoll ta' prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddependu minn dawk is-sustanzi . L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iwettqu l-investigazzjonijiet li l-Kummissjoni tikkunsidra meħtieġa skont dan ir-Regolament. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1a. Minkejja l-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jwettqu kontrolli każwali fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' sustanzi kontrollati. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Suġġett għall-qbil mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jkunu sejrin isiru l-investigazzjonijiet fit-territorju tiegħu, l-uffiċjali tal-Kummissjoni għandhom jgħinu lill-uffiċjali ta' dik l-awtorità fit-twettiq tad-doveri tagħhom. |
2. Suġġett għall-qbil mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jkunu sejrin isiru l-investigazzjonijiet fit-territorju tiegħu, l-uffiċjali tal-Kummissjoni għandhom jgħinu lill-uffiċjali ta' dik l-awtorità fit-twettiq tad-doveri tagħhom. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. Fit-twettiq tal-ħidmiet assenjati lilha minn dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' takkwista l-informazzjoni kollha mill-gvernijiet u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u mill-impriżi. Meta titlob informazjoni minn xi impriża l-Kummissjoni għandha fl-istess waqt tgħaddi kopja tat-talba lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinsab l-impriża. |
3. Fit-twettiq tal-ħidmiet assenjati lilha minn dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' takkwista l-informazzjoni kollha mill-gvernijiet u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u mill-impriżi. Meta titlob informazjoni minn xi impriża l-Kummissjoni għandha fl-istess waqt tgħaddi kopja tat-talba lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinsab l-impriża. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-azzjoni xierqa biex tinkoraġġixxi l-iskambju xieraq ta' informazjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni. |
4. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-azzjoni xierqa biex tinkoraġġixxi l-iskambju xieraq ta' informazjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi xierqa biex tipproteġi l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni akkwistata skont dan l-Artikolu. |
Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi xierqa biex tipproteġi l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni akkwistata skont dan l-Artikolu. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4a. Fuq talba ta' Stat Membru ieħor, Stat Membru jista' jieħu azzjoni ta' nfurzar kontra persuni li huma suspettati li qed jibagħtu b'mod illegali sustanzi kontrollati u li jinsabu fit-territorju ta' dak l-Istat Membru. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
_______ | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1ĠU L 118, 4.4.2001, p. 41 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Huwa importanti li r-Rakkomandazzjoni 2001/331/KE tkun segwita f'dak li jirrigwarda l-ispezzjonijiet. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw u jagħmlu wkoll spezzjonijiet każwali. Se jkunu meħtieġa spezzjonijiet xierqa sabiex jinkiseb suċċess veru permezz ta' dan ir-Regolament. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 61 Proposta għal regolament Anness II – tabella | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Parti A: Sustanzi ristretti skont l-Artikolu 24(1) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Parti B: Sustanzi li għandu jsir rappurtar dwarhom skont l-Artikolu 26 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Parti A: Sustanzi ristretti skont l-Artikolu 24(1) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Parti B: Sustanzi li għandu jsir rappurtar dwarhom skont l-Artikolu 26 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-evalwazzjoni dwar l-ożonu tal-UNEP/WMO tal-2006 kkonkludiet li "l-irwol ta' sustanzi li għandhom ċiklu ta' ħajja qasir fit-tnaqqis tal-ożonu huwa aktar importanti minn dak li rriżulta minn evalwazzjonijiet preċedenti." Issa hemm il-fehma li sustanzi aloġenati li għandhom ċiklu ta' ħajja qasir bħall-bromur tal-propil normali (n-PB), li huwa kważi esklużivament antropoġeniku, jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-bromu stratosferiku totali u b'hekk għandhom effett negattiv fuq l-ożonu stratosferiku minħabba l-kwantitajiet kbar li jiġu prodotti. Il-proposta tal-Kummissjoni tinkludi l-n-PB fl-Anness II, Parti B (sustanzi li jridu jiġu rrappurtati), imma dan jeħtieġ li jkun fl-Anness II, Parti A (sustanzi ristretti). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 62 Proposta għal regolament Anness II – Parti B – Tabella – ringieli ġodda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Wara d-Deċiżjonijiet XIII/5, X/8 u IX/24 tal-Protokoll ta’ Montreal, il-Partijiet irrappurtaw għadd ta’ sustanzi ġodda u suspettati li jnaqqsu l-ożonu. Id-Deċiżjoni IX/24 tiddikjara: "Li kwalunkwe Parti tista’ ġġib għall-attenzjoni tas-Segretarjat l-eżistenza ta’ sustanzi ġodda li temmen li għandhom il-potenzjal li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u hemm il-probabilità li jiġu prodotti f’ammonti sostanzjali, imma li mhumiex elenkati bħala sustanzi kontrollati fl-Artikolu 2 tal-Protokoll...” – Dawn is-sustanzi għandhom jiġu miżjuda mal-Parti B tal-Anness II sabiex il-produzzjoni u l-użu tagħhom ikunu jistgħu jiġu mmonitorjati b’mod xieraq. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 63 Proposta għal regolament Anness VII – tabella – kolonna 2 – ringiela 3 – intestatura | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-Anness A, Gp I L-Anness BL-Anness C, Gp I
|
L-Anness I, Gp. IL-Anness I, Gp.II, Gp.IV, Gp. V L-Anness I, Gp. VIII
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għal finijiet ta’ ċarezza – trid tiġi segwita n-numerazzjoni introdotta minn dan ir-Regolament, minflok in-numerazzjoni tal-Protokoll ta’ Montreal. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 64 Proposta għal regolament Anness VII – tabella – kolonna 3 – ringiela 3 – intestatura | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Alon L-Anness A, Gp II |
Alon(L-Anness I, Gp. Alon (L-Anness I, Gp III)
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għal finijiet ta’ ċarezza – trid tiġi segwita n-numerazzjoni introdotta minn dan ir-Regolament, minflok in-numerazzjoni tal-Protokoll ta’ Montreal. |
NOTA SPJEGATTIVA
Daħla
L-atmosfera tagħna hija magħmula minn żewġ saffi li jipproteġuna. Il-parti l-baxxa tal-atmosfera (is-saff troposferiku) fiha konċentrazzjoni importanti u ta' benefiċċju ta' dijossidu tal-karbonju li jżomm is-sħana tax-xemx (madankollu, konċentrazzjoni għolja ta' CO2 toħloq effett ta' serra aktar intensiv bir-riżultat li jista' jkun hemm tibdil fil-klima). It-tieni saff huwa s-saff stratosferiku tal-ożonu li jipproteġi l-ħajja fuq wiċċ id-dinja mir-raġġi ultravjola tax-xemx. F'dan ir-regolament, il-protezzjoni tas-saff stratosferiku tal-ożonu hija l-ewwel prijorità, imma t-tibdil fil-klima jiġi evitat ukoll, minħabba li s-sustanzi projbiti m'għandhomx biss Potenzjal ta' Tnaqqis tal-Ożonu (ODP) importanti imma bl-istess mod għandhom Potenzjal ta' Twissija kontra t-Tisħin Globali (GWP).
Fil-bidu tas-snin tmenin, ix-xjenzjati osservaw tnaqqis sinifikanti fil-konċentrazzjoni tal-ożonu fl-istratosfera fuq l-Antartiku, li wara sar magħruf bħala "t-toqba fl-ożonu". Fl-eqqel tagħha – matul ir-rebbiegħa fl-aħħar tas-snin disgħin – it-toqba tal-ożonu kienet l-agħar madwar il-poli, għalkemm il-konċentrazzjonijiet kienu naqsu b'mod sinifikanti f'postijiet oħra wkoll. Żieda fir-radjazzjoni UV għandha effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem, pereżempju billi jiżdiedu l-każijiet tal-kanser tal-ġilda u l-katarretti, kif ukoll fuq l-ekosistemi.
Sa mill-1987, il-gvernijiet approvaw il-Protokoll ta' Montreal dwar Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu, u b'hekk bdiet it-tneħħija gradwali tas-sustanzi li jnaqqsu l-ożonu (ODS) fil-pajjiżi firmatarji kollha skont skeda stabbilita. L-ODS prinċipali huma l-kloroflworokarbonji (CFCs), l-aloni, l-idroflworokarbonji (HCFCs) u l-bromur tal-metil. Fl-2007, il-Partijiet (inkluża l-Komunità Ewropea) iċċelebraw l-għoxrin anniversarju mill-Protokoll ta' Montreal, u dan baqa' miżmum bħala wieħed mill-iktar ftehimiet ambjentali internazzjonali ta' suċċess. Sa dak iż-żmien, il-191 Parti kollha kienu kisbu tnaqqis ta’ 95 % fil-konsum tal-ODS meta mqabbel mal-linji ta’ bażi li kienu ġew iffissati. It-tnaqqis kien l-ogħla (99.2 %) fil-pajjiżi industrijalizzati u xi ftit inqas (80 %) fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.
Fl-aħħar rapport tiegħu, ippubblikat fl-2007, il-Panel tal-Valutazzjoni Xjentifika (SAP) stabbilit skont il-Protokoll ta' Montreal ikkonferma li s-saff tal-ożonu qiegħed bil-mod jirkupra bis-saħħa tal-miżuri ta' kontroll introdotti mill-Protokoll - għalkemm minn 10 snin sa 15-il sena iktar tard minn kif kien ipproġettat fir-rapport aktar bikri tiegħu tal-2002. Il-livelli medji u taz-zona Artika issa huma mistennija li jirkupraw sal-2050, u t-toqba tal-ożonu tal-Antartiku mistennija li tkun irkuprat bejn l-2060 u l-2075.
Skont il-UNEP, il-kontrolli introdotti skont il-Protokoll ta' Montreal se jevitaw miljuni ta' kansers tal-ġilda fatali u għexieren ta' miljuni ta' kansers tal-ġilda mhux fatali u katarretti madwar id-dinja. Minbarra dan, dawn il-kontrolli se jgħinu biex jevitaw l-emissjonijiet tal-gass b'effett ta' serra ekwivalenti għal iktar minn 100 biljun tunnellata ta' CO2 bejn l-1990 u l-2010.
Sal-2010, l-emissjonijiet tal-ODS se jkunu inqas minn 5 % tal-emissjonijiet tas-CO2 globali previsti mqabbla ma' kważi 50 % fl-1990. Fir-rapport tiegħu tal-2007, l-SAP wissa lill-Partijiet li, minkejja s-suċċessi, hemm bżonn ta' viġilanza kontinwa biex tinżamm l-iskeda l-ġdida ppjanata għall-irkupru tas-saff tal-ożonu, waqt li tikkunsidra wkoll l-inċertezzi li baqa', l-aktar dawk dwar l-impatt tat-tibdil fil-klima.
Proposta tal-Kummissjoni
Ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 dwar is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu ("ir-Regolament") huwa l-istrument ewlieni tal-Komunitajiet Ewropej biex jimplimentaw il-Protokoll ta' Montreal. Il-proposta mfassla mill-ġdid ġeneralment iżżomm il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament attwali. Ir-Regolament propost għandu japplika għal sustanzi elenkati fl-Anness I u II. L-Anness II jipprovdi l-flessibilità biex ikunu stabbiliti ċerti miżuri ta' monitoraġġ għal sustanzi li nstab li fihom potenzjal ta' tnaqqis tal-ożonu jew miżuri ta' kontroll meta dan il-potenzjal huwa sinifikanti.
Il-proposta ssegwi l-istruttura tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, iżda żżid kapitolu ġdid dwar derogi mill-projbizzjonijiet tal-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu, li oriġinarjament kienu mifruxa f'dispożizzjonijiet varji dwar l-iskedi ta' tneħħija gradwali għas-sustanzi u l-prodotti kontrollati. Din il-bidla tibdel it-test f'wieħed li jista' jinqara aħjar u b'hekk tiffaċilita l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni.
L-objettivi ewlenin ta’ din ir-reviżjoni huma: (1) li tissimplifika u tirriformula r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 filwaqt li tnaqqas il-piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa bi qbil mal-impenn tal-Kummissjoni għal regolamentazzjoni aħjar; (2) li tiżgura l-konformità mal-Protokoll ta’ Montreal kif aġġustat fl-2007; u (3) li tiżgura li l-isfidi tal-ġejjieni jiġu indirizzati, sabiex ikun żgurat l-irkupru f'waqtu tas-saff tal-ożonu u sabiex jiġu evitati impatti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ekosistemi.
Dawn l-isfidi prinċipali huma:
1. Ir-rilaxx fl-atmosfera ta' emissjonijiet ODS/GHG "maħżuna" – Minħabba li l-Protokoll kien qed jiffoka fuq il-projbizzjoni tal-produzzjoni tal-ODS, ammonti sinifikanti ta' ODS jibqgħu maħżuna fi prodotti u tagħmir (pereżempju f'fowm ta' iżolament, refriġeranti u sistemi tal-arja kondizzjonata). Il-kalkoli jipprevedu li sal-2015 dawn il-ħażniet globali għandhom iżidu sa 2 miljun tunnellata ta' potenzjal tat-tnaqqis tal-ożonu (ODP) jew 13.4 biljun tunellata ta' CO2eq – b'hekk il-bżonn ta' azzjoni ulterjuri. Il-ħażniet tal-ODS fl-UE jistgħu jammontaw għal madwar 700,000 tunnellata ODP fl-2010, ekwivalenti għal 5 biljun tunellata ta' CO2, għalkemm il-kalkoli attwali huma suġġetti għal livell għoli ta' inċertezza. Ġie stabbilit qafas legali fl-Artikolu 22 tal-proposta tal-Kummissjoni għall-qerda ta' sustanzi kontrollati. Iridu jinstabu metodi biex dawn id-dispożizzjonijiet isiru obbligatorji u effettivi fil-prattika.
2. Eżenzjonijiet fl-użu tal-ODS – Il-Protokoll jipprovdi għal ċertu flessibilità dwar l-użu tal-ODS kontrollati, pereżempju fejn għad m'hemm ebda alternattiva vijabbli teknikament jew ekonomikament jew għal ċerti applikazzjonijiet, bħal ma hu l-użu tal-bromur tal-metil għal raġunijiet ta' kwarantina u trattament ta' qabel it-trażbord jew għall-għalf (Artikolu 12). Skont Deċiżjoni reċenti tal-Kummissjoni (2008/753/KE) dwar in-noninklużjoni tal-bromur tal-metil fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE (rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti), l-użu tal-bromur tal-metil għandu jkun kompletament ipprojbit. L-aloni huma aktar ta' tħassib għax għandhom l-ogħla potenzjal ta' tnaqqis tas-saff tal-ożonu (kif ukoll effett ta' serra għoli ħafna). Għalhekk, l-użu tal-aloni għandu jkun ristrett kemm jista' jkun, kif diġà hija l-intenzjoni tar-Regolament attwali. Madankollu r-reviżjoni tal-Anness VI s'issa għadha ma saritx. Huwa importanti li fil-ġejjieni dan isir (ara l-Artikolu 13 tal-proposta tal-Kummissjoni). Billi issa jeżistu alternattivi biex l-aloni jiġu sostitwiti f'applikazzjonijiet ta' protezzjoni min-nar, jistgħu issa jiġu ffissati dati ta' skadenza għal applikazzjonijiet eżistenti. Qed jiġi propost li l-iskadenza għall-produzzjoni tal-HCFCs fl-Ewropa għall-esportazzjoni fl-Artikolu 11, titressaq 'il quddiem (mill-2025 sal-2020) skont il-Protokoll ta' Montreal. Kien propost li l-istudju ta' reviżjoni minn Milieu Ltx u minn Ecosphere Lda jsir fl-2015 imma l-Kummissjoni ma' adottatx dan is-suġġeriment. Sabiex inkunu aktar ambizzjużi l-iskadenza għandha tkun qabel.
3. ODS ġodda – Evidenza xjentifika ġdida wriet li l-ODP ta' ċerti sustanzi kimiċi li bħalissa mhumiex ikkontrollati mill-Protokoll huwa sostanzjalment ogħla, filwaqt li l-kummerċjalizzazzjoni ta' dawn is-sustanzi qiegħda tiżdied b'rata mgħaġġla. L-evalwazzjoni dwar l-ożonu tal-UNEP/WMO tal-2006 kkonkludiet li "l-irwol ta' sustanzi li għandhom ċiklu ta' ħajja qasir fit-tnaqqis tal-ożonu huma ta' aktar importanza minn dak li rriżulta minn evalwazzjonijiet preċedenti." Issa hemm il-fehma li sustanzi aloġenati li għandhom ċiklu ta' ħajja qasir bħall-bromur propil normali (n-PB), li huwa kważi esklussivament antropoġeniku, jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-bromu stratosferiku u b'hekk għandhom effett negattiv fuq l-ożonu stratosferiku. Il-proposta tal-Kummissjoni tinkludi l-n-PB fl-Anness II, Parti B (sustanzi li jridu jiġu rrappurtati), imma dan jeħtieġ li jkun fl-Anness II, Parti A (sustanzi ristretti).
Il-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni fl-Artikolu 17 hija kwistjoni oħra. Huwa importanti ħafna li jkun hemm anqas eżenzjonijiet fuq din il-projbizzjoni ta' esportazzjoni. Ħafna eżenzjonijiet huwa diffiċili li jiġu verifikati fil-prattika. Għal raġunijiet etiċi u ambjentali l-esportazzjoni ta' sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għandhom ikunu limitati kemm jista' jkun, speċjalment fil-każ tal-Aloni u c-HCFC's. Hemm riskju wisq għoli li dawn is-sustanzi b'potenzjal għoli ta' tnaqqis tas-saff tal-ożonu (u b'effett ta' serra għoli) jistgħu isibu ruħhom fl-atmosfera.
Rigward l-ispezzjonijiet jeħtieġ li jkun hemm struttura aktar b'saħħitha skont ir-rakkomandazzjoni dwar l-ispezzjonijiet ambjentali, sabiex jintlaħaq tnaqqis veru fl-ODS u żieda fil-ħxuna tas-saff tal-ożonu.
L-emendi proposti f'dan ir-rapport għandhom l-għan li jtejbu aktar ir-Regolament skont l-isfidi msemmija hawn fuq. B'dan il-mod l-UE jista' jkollha objettivi aktar ambizzjużi għaliha nnifisha u jkollha rwol ewlieni fid-dinja. Dan jipproteġina minn effetti ta' qerda li jiġu minn radjazzjoni UV eċċessiva, u jwassal għal tnaqqis fl-effett ta' serra/fit-tibdil fil-klima.
ANNESS: ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI
KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI
CHAIRPERSON
Ref.: D(2008) 75675
Is-Sur Miroslav OUZKÝ
President tal-Kumitat għall-Ambjent,
Is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
ASP 05F69
Brussell
Suġġett: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (Riformulazzjoni)
(COM(2008)505 - C6-0297/2008 - 2008/0165(COD
Sinjur,
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, li għandi l-unur li nippresjiedi, eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, skont l-Artikolu 80a dwar it-Tfassil mill-ġdid, kif imdaħħal fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2007.
Il-Paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu jgħid:
Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jikkonkludi li l-proposta ma tinkludi l-ebda tibdil sostanzjali għal-leġiżlazzjoni ħlief dak identifikati bħala tali, għandu jinforma lill-kumitat responsabbli dwar dan.
F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 150 u 151, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet sostanzjali.
Madankollu, emendi tal-partijiet li ma nbidlux jistgħu jiġu ammessi fuq bażi eċċezzjonali u fuq bażi ta' każ b'każ mill-president ta' dan il-kumitat jekk iqis li dan huwa meħtieġ għal raġunijiet imperattivi li għandhom x'jaqsmu mal-koerenza interna tat-test jew għaliex l-emendi huma marbuta mill-qrib ma' emendi oħra li jkunu ammissibbli. Dawn ir-raġunijiet għandhom jitniżżlu f'ġustifikazzjoni miktuba tal-emendi."
Wara l-opinjoni tas-Servizz Legali, li r-rappreżentanti tiegħu pparteċipaw fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li jeżamina l-proposta għal riformulazzjoni, u li jibqa' konformi mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapporteur għal opinjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jikkunsidra li l-proposta msemmija ma tinkludix ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali.
Madankollu, skont l-Artikoli 80a(2) u 80(3), il-Kumitat għall-Affarijiet Legali qies li l-adattamenti tekniċi suġġeriti fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma msemmi hawn fuq kienu neċessarji sabiex jiġi żgurat li l-proposta tkun konformi mar-regoli tal-kodifikazzjoni u li ma tinvolvi ebda tibdil sostanzjali tal-proposta.
Fl-aħħar nett, wara li ddiskuta l-kwistjoni fil-laqgħa tiegħu tas-15 ta' Diċembru 2008, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bi 13-il vot favur[1] u bla astensjonijiet, jirrakkomanda li l-Kumitat tiegħek, bħala l-kumitat responsabbli, jeżamina l-proposta ta' hawn fuq b'konformità mas-suġġerimenti tiegħu u mal-Artikolu 80a.
Dejjem tiegħek,
Giuseppe GARGANI
Mehmuża: Opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv
- [1] Kienu preżenti dawn il-Membri: Giuseppe Gargani (Chairperson), Bert Doorn, Othmar Karas, Klaus-Heiner Lehne, Manuel Medina Ortega, Diana Wallis, Monica Frassoni, Francesco Enrico Speroni, Jean-Paul Gauzès, Georgios Papastamkos, Costas Botopoulos, Ieke van den Burg, Eva Lichtenberger.
ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI
|
||
Brussell,
OPINJONI
GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
TAL-KUNSILL
TAL-KUMMISSJONI
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu
COM(2008) 505 finali 1.8.2008 - 2008/0165(COD)
Wara li ġiet ikkunsidrata l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu iktar strutturat tat-teknika ta' riformulazzjoni ta' atti legali, u b'mod partikolari l-punt 9 tagħha, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, iltaqa' fl-1, it-2, it-8, id-9 u s-16 ta' Ottubru 2008 biex jeżamina l-proposta msemmija hawn fuq imressqa mill-Kummissjoni.
Waqt dawn il-laqgħat[1], l-evalwazzjoni tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tfassal mill-ġdid ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 2000 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu wasslet biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv stabbilixxa, bi ftehim reċiproku, dan li ġej.
1. Fir-rigward tal-memorandum spjegattiv, sabiex ikun hemm abbozz li jkun kompletament konformi mar-rekwiżiti relevanti stabbiliti mill-Ftehima Interistituzzjonali, dan id-dokument għandu jkun speċifika liema dispożizzjonijiet ta' att preċedenti ma jkunux inbidlu fil-proposta, kif previst fil-punt 6(a)(iii) ta' dik il-ftehima.
2) Il-partijiet li ġejjin tat-test tal-proposta għal tfassil mill-ġdid għandhom ikunu identifikati bl-użu ta' mmarkar bil-griż li ġeneralment jintuża biex juri tibdiliet sostantivi:
- fl-ewwel ċitazzjoni, ir-referenza magħmula għall-Artikolu 133 KE;
- fil-premessa 9 u fl-Artikolu 10(2), il-kliem "fil-laboratorju u analitiċi", li kienet preżentata bejn vleġeġ ta' adattament;
- fil-premessa 11, il-kliem "mill-2005 sal-2008", li huma parti minn kliem ippreżentat bejn vleġeġ ta' adattament;
- fl-Artikolu 2(1), il-kliem "għas-sustanzi kontrollati, għal sustanzi ġodda u", ippreżentati bejn vleġeġ ta' adattament;
- fl-Artikolu 3(1), il-kliem "jew organizzazzjoni reġjonali ta' integrazzjoni ekonomika", li diġà kienu mmarkati b'ingassatura doppja;
- fl-Artikolu 3(21), il-kliem "jew tirreklama ", ippreżentati bejn vleġeġ ta' adattament;
- fl-Artikolu 8(4), l-ewwel subparagrafu, il-bdil tal-kelma "għandha" (li kienet immarkata b'ingassatura doppja) bil-kelma "tista'" (li kienet ippreżentata bejn vleġeġ ta' adattament);
- fil-kliem tal-Artikolu 7(a) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, li kien kollu mmarkat b'ingassatura doppja u jidher fit-test riformulat bejn il-kliem tal-Artikolu 16(1), it-tieni subparagrafu, kliem introduttorju, u dak tal-Artikolu 16(1) (a), il-kliem "u VIII";
- fl-Artikolu 16(1) (a), il-kliem "fil-laboratorju u analitiċi", u "msemmija fl-Artikolu 10", li kien ippreżentata bejn vleġeġ ta' adattament;
- il-kliem kollu tal-Artikolu 7(d), li kien immarkat b'ingassatura doppja u jidher fit-test riformulat immedjatament wara l-Artikolu 16(1)(c);
- fl-Artikolu 17(2)(a), fl-Artikolu 27(3)(d) u fl-Artikolu 27(2)(d) il-kliem "jew kritiku" (diġà mmarkati b'ingassatura doppja);
- fl-Artikolu 17(2), il-bdil tan-numru tal-artikolu "7(b)" (li kien immarkat b'ingassatura doppja) bi "15(2) punt (d) u (e)" (li kien ippreżentat bejn vleġeġ ta' adattament);
- fl-Artikolu 17(4), "msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 2" ppreżentat bejn vleġeġ ta' adattament;
- fl-Artikolu 17(5), il-kliem "msemmija fil-punti (e) sa (g) tal-paragrafu 2 u fil-paragrafu 3", ippreżentat bejn vleġeġ ta' adattament;
- fl-Artikolu 18(5), il-kliem "jew il-kompożizzjoni", ippreżentat bejn vleġeġ ta' adattament;
- fl-Artikolu 20(3), il-kliem "jew li jiddependu minnhom ", li huma parti minn kliem ippreżentat bejn vleġeġ ta' adattament;
- fl-Artikolu 22(4), il-kliem "fil-laboratorju u analitiċi", ippreżentati bejn vleġeġ ta' adattament;
- il-kliem kollu tal-Artikolu 16(7) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, li kien immarkat b'ingassatura doppja u jidher fit-test riformulat immedjatament wara t-test tal-Artikolu 22;
- il-kliem kollu tal-Artikolu 19(1)(b), it-tienu inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, li kien immarkat b'ingassatura doppja u jidher fit-test riformulat bejn il-kliem tal-Artikolu 27(3)(a) u dak tal-Artikolu 27(3)(b);
- fl-Artikolu 27(4)(a), il-kliem "inkluż sostanzi li jkunu esportati mill-ġdid permezz ta' proċedura ta' proċessar il-ġewwa", li kien immarkat b'ingassatura doppja;
- fl-Artikolu 28(3), il-kliem "flimkien ma' stqarrija bir-raġunijiet il-għala dik l-informazzjoni tkun meħtieġa", li kien immarkat b'ingassatura doppja. 3) Fl-Artikolu 8(4), it-tieni subparagrafu, kif ukoll fit-titolu tal-Anness III, ir-referenza magħmula għall-"Artikolu 2(8)" għandha tkun adattata sabiex tinqara bħala referenza magħmula għall-"Artikolu 3(8)";
- fl-Artikolu 31, it-tieni subparagrafu, id-data tad-dħul fis-seħħ "1 ta' Jannar 2010", li kienet ippreżentata bejn vleġeġ ta' adattament.
4) Fl-Artikolu 12(2), it-tieni subparagrafu, l-indikazzjoni għas-snin "1996, 1997 u 1998" kellha tinbidel b'indikazzjoni "2005 sa 2008", li kellha tkun identifikata b'tip ta' sfumatura griża.
5) Fl-Artikolu 18(4), ir-referenza li saret għall-"paragrafu 2" għandha tinqara bħala referenza għall-"paragrafu 3".
6) Fl-Artikolu 27(2)(c) u fl-Artikolu 27(3)(a), ir-referenza magħmula għall-"Artikolu 10(5)" għandha tinqara bħala referenza magħmula għall-"Artikolu 10(6)".
7) Fl-Artikolu 27(2)(d), ir-referenza magħmula għall-"Artikolu10(7)" għandha tinqara bħala referenza għall-"paragrafu 10(8)".
8) Fl-Artikolu 27(8), ir-referenza magħmula għall-"Artikolu18(2)(vii)" għandha tinqara bħala referenza għall-"Artikolu 18(3)(d)".
Konsegwentement, l-eżami tal-proposta ppermetta lill-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv biex jikkonkludi, mingħajr nuqqas ta' qbil, li l-proposta ma tikkompromettix emendi sostantivi għajr dawk identifikati bħala tali fiha jew f'din l-opinjoni. Il-Grupp ta' Ħidma kkonkluda wkoll, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-att preċedenti flimkien mal-emendi sostantivi, li l-proposta tinkludi kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali.
C. PENNERA J.-C. PIRIS C.-F.DURAND
Jurisconsult Jurisconsult Aġent Direttur Ġenerali
- [1] Il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv kellu għad-dispożizzjoni tiegħu l-verżjonijiet bil-lingwa Ingliża, Franċiża u Ġermaniża tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża, li kienet il-verżjoni tal-lingwa ewlenija tat-test li kien qed jiġi diskuss.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI
2004 |
|
2009 |
|
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Iċ-Chairperson
12.2.2009
Is-Sur Miroslav Ouzký
Chairperson
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
BRUSSELL
Suġġett: Opinjoni dwar il-bażi legali tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0505 – 2008/0165(COD))
Sinjur Chairperson,
Sfond
Fit-23 ta’ Settembru 2008 l-proposta msemmija hawn fuq għal tfassil mill-ġdid ġiet referuta lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli għal opinjoni, skont l-Artikolu 80a tar-Regoli ta’ Proċedura[1].
Bħala segwitu għall-opinjoni tas-Servizzi Legali, li r-rappreżentanti tagħhom ipparteċipaw fil-laqgħat tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv li jeżamina l-proposta għal tfassil mill-ġdid, u b'osservanza tar-rakkomandazzjonijiet tar-rapporteur għal opinjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali qies li l-proposta kkonċernata ma kenitx tinkludi tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta jew fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma u li, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti b'dak it-tibdil, il-proposta kien fiha kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.
Barra minn hekk, skont l-Artikoli 80a(2) u 20(3), il-Kumitat għall-Affarijiet Legali qies li l-adattamenti tekniċi ssuġġeruti fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma msemmi hawn fuq kienu neċessarji sabiex ikun żgurat li l-proposta tissodisfa r-regoli ta' tfassil mill-ġdid.
Wara diskussjoni li saret matul il-laqgħa tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2008, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali rrakkomanda, b’13-il vot favur[2] u l-ebda astensjoni, li l-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, jipproċedi bl-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq filwaqt li jsegwi s-suġġerimenti tiegħu u bi qbil mal-Artikolu 80a.
B'ittra tat-23 ta' Settembru 2008, inti tlabt lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, skont l-Artikolu 35(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sabiex jeżamina l-validità tal-bażi legali tal-proposta tal-Kummissjoni hawn fuq imsemmija.
Il-kumitat eżamina l-kwistjoni msemmija hawn fuq waqt il-laqgħa tat-12 ta’ Frar 2009.
Il-bażi legali li qed tiġi eżaminata
L-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE jgħid dan li ġej:
"1. Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 wara li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għandu jiddeċiedi liema azzjoni għandha tittieħed mill-Komunità sabiex tilħaq l-objettivi imsemmija fl-Artikolu 174[3].”
L-Artikolu 133 tat-Trattat KE jgħid dan li ġej:
"1. Il-politika kummerċjali komuni għandha tkun ibbażata fuq prinċipji uniformi, partikolarment fir-rigward ta’ tibdil fit-tariffi, il-konklużjoni ta’ ftehim dwar tariffi u kummerċ, il-kisba ta’ uniformità f’miżuri ta’ liberalizzazzjoni, il-politika ta’ l-esportazzjoni u miżuri biex jipproteġu l-kummerċ bħal dawk li jittieħdu f’każi ta’dumping u fil-każ ta’ sussidji.
2. Il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti lill-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-politika kummerċjali komuni.
3. Meta jkun meħtieg li jiġu negozjati ftehim ma’ Stat jew Stati jew organizzazzjonijiet internazzjonali il-Kummissjoni għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill, li għandu jawtorizza l-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati meħtieġa. Il-Kunsill u l-Kummissjoni jkunu responsabbli li jiżguraw li l-ftehim li jiġu negozjati jkunu kompatibbli mal-politika u r-regoli interni tal-Komunità.
Il-Kummissjoni għandha tmexxi dawn in-negozjati b’konsultazzjoni ma’ kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill biex jgħin lill-Kummissjoni f’dan ix-xogħol u fil-qafas tad-direttivi li l-Kunsill jista’ joħroġlu. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-kumitat speċjali dwar il-progress tan-negozjati.
Id-disposizzjonijiet relattivi li għandhom x’jaqsmu ta’ l-Artikolu 300 japplikaw.
4. Fl-eżerċizzju tal-poteri lilu konferiti b’dan l-Artikolu, il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.
5. Il-paragafi 1 sa 4 japplikaw ukoll għan-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehim fl-oqsma tal-kummerċ f’servizzi u fl-aspetti kummerċjali tal-propjetà intellettwali, safejn dawn il-ftehim ma jkunux koperti bil-paragrafu msemmi u bla preġudizzju għall-paragrafu 6.
B’deroga għall-paragrafu 4, il-Kunsill għandu jaġixxi b’unanimità meta jkun jinnegozja u jikkonkludi ftehim f’wieħed mill-oqsma msemmija fl-ewwel subparagrafu meta dak il-ftehim jkun jinkludi disposizzjonijiet li għalihom tkun meħtieġa l-unanimità għall-adozzjoni ta’ regoli interni jew meta jirrigwarda xi qasam li fih il-Komunità tkun għadha ma eżerċitatx il-poteri lilha konferiti minn dan it-Trattat bl-adozzjoni ta’ regoli interni.
Il-Kunsill għandu jaġixxi b’unanimità fir-rigward tan-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehim ta’ natura oriżżontali safejn dan ikun jirrigwarda wkoll is-subparagrafu preċedenti jew it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6.
Dan il-paragrafu m’għandux jaffettwa d-dritt ta’ l-Istati Membri li jżommu u jikkonkludu ftehim ma’ pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali sakemm dan il-ftehim ikun jaqbel mal-liġi tal-Komunità u ftehim ieħor internazzjonali pertinenti.
6. Il-Kunsill ma jistax jikkonkludi ftehim li jkun jinkludi disposizzjoniiet li jeċċedu l-poteri interni tal-Komunità, partikolarment meta jwasslu għall-armonizzazzjoni tal-liġijiet jew tar-regolamenti ta’ l-Istati Membri f’qasam li fih dan it-Trattat jeskludi din l-armonizzazzjoni.
F’dan ir-rigward, b’deroga għall-ewwel subparagrafu ta’ paragrafu 5, ftehim li għandu x’jaqsam mal-kummerċ f’servizzi kulturali u awdjoviżivi, servizzi edukattivi, servizzi soċjali u tas-saħħa umana,għandhom jaqgħu fil-kompetenza komuni tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha. Għaldaqstant,barra minn deċiżjoni tal-Kunsill meħuda skond id-disposizzjonijiet relattivi ta’ l-Artikolu 300, innegozjar ta’ ftehim bħal dawn, ikun jeħtieġ il-kunsens komuni ta’ l-Istati Membri. Ftehim hekk negozjat għandu jiġi konkluż flimkien mill-Komunità u l-Istati Membri.
In-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali fil-qasam tat-trasport għandhom jibqgħu jiġu regolati bid-disposizzjonijiet tat-Titolu V u ta' l-Artikolu 300.
7. Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew, jista’ jestendi l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 għan-negozjati u ftehim internazzjonali dwar proprjetà intellettwali sakemm dawn ma jkunux koperti bil-paragrafu 5."
L-Artikolu 300 tat-Trattat KE jgħid dan li ġej:
1. Meta dan it-Trattat jipprovdi li jsir xi ftehim bejn il-Komunità u Stat wieħed jew iktar jew
organizzazzjonijiet internazzjonali, il-Kummissjoni għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill,li għandu jawtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tmexxi dawn in-negozjati b’konsultazzjoni ma' kumitati speċjali maħtura mill-Kunsill biex jgħinuha f’dan l-inkarigu u fi ħdan l-istruttura ta' dawk id-direttivi li l-Kunsill jista' joħroġilha.
Fl-eżerċizzju tal-poteri mogħtija lilu b’dan il-paragrafu, il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, ħlief fil-każijiet fejn l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 jipprovdi li l-Kunsill għandu jaġixxi unanimament.
2. Suġġett għall-poteri mogħtija lill-Kummissjoni f’dan il-qasam, il-firma, li tista' tkun akkompanjata minn deċiżjoni dwar l-applikazzjoni proviżżorja qabel id-dħul fis-seħħ, u l-konklużjoni tal-ftehim għandha tkun deċiża mill-Kunsill li jaġixxi fuq maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-Kunsill għandu jaġixxi unanimament meta l-ftehim ikopri qasam li għalih l-unanimità tkun meħtiega għall-adozzjoni ta’ regoli nterni u għall-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 310.
L-istess proċeduri jkunu applikabbli b'deroga mir-regoli tal-paragrafu 3, biex tiġi deċiża sospensjoni ta' l-applikazzjoni ta' xi ftehim kif ukoll biex jiġi stabbilit x' posizzjoni tittieħed f'isem il-Komunità f'korp li jinħoloq minn xi ftehim meta dan il-korp ikollu jadotta deċiżjonijiet li jkollom effett ġuridiku, bl-eċċezzjoni ta' deċizjonijiet li jikkompletaw jew li jimmodifikaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.
Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat immedjatament u kompletament b’kull deċiżjoni skond dan il-paragrafu rigward l-applikazzjoni proviżorja jew is-sospensjoni ta' ftehim, jew il-formulazzjoni tal-pożizzjoni tal-Komunità f’korp stabbilit minn ftehim;
3. Il-Kunsill għandu jikkonkludi l-akkordju wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew, ħlief
għal kull akkordju li jissemma’ fl-Artikolu 133(3), inklużi każijiet fejn il-ftehim ikun ikopri qasam li għalih tinħtieġ il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 jew dik imsemmija fl-Artikolu 252 għall-adozzjoni ta’ regoli interni. Il-Parlament Ewropew għandu jagħti l-opinjoni tiegħu f’terminu ta’ żmien li l-Kunsill jista' jiffissa skond l-urġenza tal-każ. Fin-nuqqas ta’ opinjoni f'dak it-terminu ta’ żmien, il-Kunsill jista' jaġixxi.
B’deroga mis-subparagrafu preċedenti, kull akkordju li jissemma’ fl-Artikolu 310, kull akkordju ieħor li jistabbilixxi struttura istituzzjonali speċifika billi jorganizza proċeduri ta’ kooperazzjoni, akkordju b'implikazzjonijiet importanti għall-estimi tal-Komunità u kull akkordji li jwasslu għall-emenda ta’ xi att adottat taħt il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 għandhom jiġu konklużi wara li jinkiseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew.
F’sitwazzjoni urġenti, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jistgħu jaqblu fuq terminu ta’ żmien biex jingħata l-kunsens.
4. Meta jkun qiegħed jikkonkludi akkordju, il-Kunsill jista', b’deroga minn dak li jingħad filparagrafu 2, jawtorizza lill-Kummissjoni biex tapprova modifiki f’isem il-Komunità meta l-l-akkordju ikun jipprovdi li jiġu adottati modifiki permezz ta’ proċedura simplifikata jew minn korp stabbilit bl-akkordju; il-Kunsill jista' jissoġġetta dik l-awtorizzazzjoni għall-kondizzjonijiet speċifiċi.
5. Meta l-Kunsill ikun qed jikkonsidra li jagħmel akkordju li jirrikjedi li jsiru emendi għal dan it-Trattat, l-emendi jridu l-ewwel jiġu adottati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 48 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
6. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni jew Stat Membru jista’ jikseb l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar jekk ftehim prospettat ikunx kompatibbli mad-disposizzjonijiet ta’ dan it-Trattat. Meta l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tkun negattiva, il-ftehim jkun jista’ jidħol fis-seħħ biss fit-termini ta’ l-Artikolu 48 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
7. Kull akkordju li jsir taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu għandu ikun jorbot lill-istituzzjonijiet tal-Komunità u lill-Istati Membri.
Evalwazzjoni
Ħarsa ġenerali
L-atti Komunitarji kollha għandhom ikunu msejsa fuq bażi legali stipulati fit-Trattat (jew fi kwalunkwe att legali ieħor li huma maħsuba li jimplimentaw). Il-bażi legali tiddefinixxi l-kompetenza tal-Komunità ratione materiae u tispeċifika kif din il-kompetenza għandha tiġi eżerċitata, b’mod partikolari l-istrument(i) leġiżlattiv(i) li jista’/jistgħu jintuża(w) u l-proċedura ta’ teħid ta’ deċiżjoni.
Fid-dawl tal-konsegwenzi tal-bażi legali, l-għażla ta' din hija ta' importanza bażika, b'mod partikolari għall-Parlament, peress li din tiddetermina kemm għandu saħħa, jekk għandu, il-Parlament fil-proċess leġiżlattiv.
Skont il-Qorti tal-Ġustizzja l-għażla tal-bażi legali mhix waħda suġġettiva, imma "għandha tkun ibbażata fuq elementi oġġettivi, suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju",[4] bħall-għan u l-kontenut tal-miżura kkonċernata[5]. Barra minn hekk, il-fattur deċiżiv għandu jkun is-suġġett prinċipali ta’ miżura. [6]
Skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, artikolu ġenerali tat-Trattat jikkostitwixxi bażi legali suffiċjenti anki jekk il-miżura kkonċernata tipprova, b'mod subordinat, tilħaq għan maħsub f'artikolu speċifiku tat-Trattat[7].
Madankollu, fejn miżura għandha, fl-istess ħin, diversi objettivi li huma marbuta flimkien b'mod li ma jistgħux jiġu sseparati, u mingħajr ma dawn l-objettivi jkunu sekondarji u indiretti fir-rigward ta' xulxin, il-miżura għandha tkun ibbażata fuq id-diversi dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat[8], sakemm dan ma jkunx impossibbli minħabba l-inkompatibilità reċiproka tal-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet stipulati fid-dispożizzjonijiet[9].
Il-proposta tal-Kummissjoni li qed tiġi eżaminata hija bbażata kemm fuq l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, kif ukoll fuq l-Artikolu 133, li jirreferi għall-Artikolu 300. Il-mistoqsija li titqajjem hi jekk hiex ammissibbli bażi legali doppja.
Eżami tal-proposta
L-ewwel nett, wieħed għandu jżomm f’moħħu li, peress li hija strument ta’ tfassil mill-ġdid, il-proposta kkonċernata, minn naħa, tintroduċi tibdil sostanzjali lil-leġiżlazzjoni eżistenti u, min-naħa l-oħra, tikkodifika d-dispożizzjonijiet maħsuba biex jibqgħu mhux mibdula. Din tirrevoka wkoll l-atti li qed tissostitwixxi.
Fl-opinjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2008, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, filwaqt li approva l-opinjoni tas-Servizzi Legali, qies li ż-żieda ta' referenza għall-Artikolu 133 tat-Trattat KE mar-referenza li teżisti diġà għall-Artikolu 175(1) tikkostitwixxi bidla sostantiva li kellha tiġi identifikata bl-użu tat-tipa sfumata griż li tintuża ġeneralment biex jiġi mmarkat tibdil bħal dan. Din il-kjarifika għamlitha possibbli għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel biex iqis emenda li turi dubju dwar l-adegwatezza ta’ dik il-bażi legali addizzjonali.
In-nota spjegattiva tal-proposta tal-Kummissjoni tiddikjara li “l-objettivi ewlenin tar-Regolament huma li jipprovdi livell għoli ta’ protezzjoni għall-ambjent u li jimplimenta ftehim ambjentali internazzjonali. Madankollu, ir-Regolament fih miżuri ta’ kummerċ biex jintlaħqu dawn l-objettivi u għalhekk din il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 175 u l-Artikolu 133 tat-Trattat tal-KE.”
Fir-realtà, hemm dubji dwar il-prevalenza tal-objettivi ambjentali.
L-ewwel nett, skond il-premessa 2 tal-proposta, “theddida sinifikanti għas-saħħa u l-ambjent” tippersisti u “jeħtieġ li jittieħdu aktar miżuri effiċjenti sabiex tkun imħarsa s-saħħa umana u l-ambjent kontra l-effetti ħżiena li jirriżultaw minn emissjonijiet bħal dawn u biex jiġi evitat ir-riskju ta’ aktar dewmien fl-irkupru tas-saff tal-ożonu”.
It-tieni nett, ħaġa li hija iktar istruttiva hi li l-Artikolu 1, meta jiddefinixxi s-suġġett tal-proposta, jgħid dan li ġej:
“Dan ir-Regolament jistipula r-regoli dwar il-produzzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-użu, l-irkupru, ir-riċiklaġġ, ir-reklamar u l-qerda ta' sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, dwar ir-rappurtar ta' informazzjoni relatata ma' dawk is-sustanzi u dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddependu minn dawn is-sustanzi.”
L-eżami ta’ dawk it-testi juri li r-regoli dwar l-operazzjonijiet kummerċjali, bħall-importazzjoni u l-esportazzjoni tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, m’għandhomx mira iżolata li tappartjeni esklussivament għall-politika kummerċjali komuni, imma huma mnissġin ġod-dispożizzjonijiet l-oħra kollha tal-proposta, li l-għan globali tagħha huwa evidentement il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent.
Huwa vera li l-Kapitolu IV tal-proposta jikkonċerna r-regoli dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi li jistgħu jitqiesu bħala dispożizzjonijiet li jimplimentaw il-politika kummerċjali komuni, għaliex dawn essenzjalment idaħħlu restizzjonijiet fl-importazzjoni u projbizzjonijiet fl-esportazzjoni. Madankollu, dawk id-dispożizzjonijiet għadhom funzjoni purament f’kuntest leġiżlattiv usa' li huwa maħsub li jiżgura l-irkupru f'waqtu tas-saff tal-ożonu u li jevita impatti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ekosistemi.
Wieħed jista’ joġġezzjona li dawn l-elementi għandhom jitqiesu li huma marbutin ma’ xulxin b'mod li ma jistax jinħall u li wieħed ma jistax jitqies bħala sekondarji jew indiretti meta jitqabbel mal-ieħor, peress li jistgħu jiddaħħlu restrizzjoni fl-importazzjoni jew projbizzjoni fl-esportazzjoni skont l-Artikolu 175 tat-Trattat KE, u li għalhekk hu neċessarju rikors għall-Artikolu 133.
Madankollu, stħarriġ dwar l-atti leġiżlattivi li qed jitfasslu mill-ġdid issa, speċjalment ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 2000 dwar is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (kif emendat fis-sustanza diversi drabi), juri li, minkejja dispożizzjonijiet simili li jintroduċu restrizzjonijiet fl-importazzjoni u projbizzjonijiet fl-esportazzjoni, il-bażi legali dejjem kienet l-Artikolu 175 biss. Dan juri li l-objettivi ambjentali dejjem kienu predominanti.
F'dak li jikkonċerna l-kompatibilità taż-żewġ bażijiet legali, il-Qorti tal-Ġustizzja dan l-aħħar sostniet li "ir-rikors konġunt għall-Artikoli 133 KE u 175(1) KE m’huwiex ta’ natura li jkun ta’ ħsara għad-drittijiet tal-Parlament minħabba li, jekk l-ewwel wieħed minn dawn iż-żewġ Artikoli ma jipprevedix, formalment, il-parteċipazzjoni ta’ din l-istituzzjoni fl-adozzjoni ta’ att bħal dak in kwistjoni f’din il-kawża, it-tieni wieħed, min-naħa l-oħra, jirreferi espliċitament għall-proċedura indikata fl-Artikolu 251 KE. (...) L-użu konġunt ta’ bażijiet ġuridiċi f’dan il-każ ma jwassal għall-ebda ħsara għad-drittijiet tal-Parlament minħabba li r-rikors għal-Artikolu 175(1) KE jippermetti lil din l-istituzzjoni li tadotta l-att skont il-proċedura ta’ kodeċiżjoni”[10].
Madankollu, peress li l-atti Komunitarji li ċ-ċentru ta’ gravità tagħhom ikun fil-qasam ambjentali inċidentalment jistgħu jaffettwaw il-kummerċ, il-Qorti ammettiet ukoll li, sakemm l-aspett tagħhom tal-politika ambjentali jkun predominanti, l-approvazzjoni ta’ ftehimiet bħal dawn għandha tkun ibbażata fuq l-Artikolu 175(1), u mhux fuq l-Artikolu 133 KE[11].
B’mod partikolari, fir-rigward tal-ftehima internazzjonali, il-Qorti, biex taqta’ linja bejn il-politika kummerċjali komuni (l-Artikolu 133 KE) u l-politika ambjentali (l-Artikolu 175 KE) bħala bażijiet legali possibbli għall-atti Komunitarji, żviluppat il-kriterji tal-effett dirett u immedjat[12].Din il-kunsiderazzjoni tista’ tiġi applikata wkoll għal tipi oħra ta’ atti Komunitarji. Jekk, imbagħad, att Komunitarju b’għanijiet tal-politika ambjentali ma jkollu ebda effetti diretti u immedjati fuq il-kummerċ, dak l-att għandu jkun ibbażat fuq l-Artikolu 175 KE; fil-każ kuntrarju, għandu jkun ibbażat fuq l-Artikolu 133 KE. L-effetti diretti u immedjati fuq il-kummerċ m’għandhomx bilfors jikkonsistu fil-promozzjoni u l-iffaċilitar tal-kummerċ. Sabiex att Komunitarju jkun jista’ jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 133 KE, hu biżżejjed li att bħal dan ikun strument maħsub essenzjalment biex jippromwovi, jiffaċilta jew jirregola l-kummerċ [13].
Madankollu, jidher mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta kkonċernata, flimkien mal-preċedenti leġiżlattivi tagħha, li l-miżuri mmirati biex jirregolaw il-kummerċ ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu ma jistgħux jiġu ridotti għal miżuri kummerċjali klassiċi biss, peress li dawn huma primarjament maħsuba biex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.
Konklużjoni
Fid-dawl ta’ dan kollu, hu meqjus li l-bażi legali l-iktar xierqa hija l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE u li m’hemm bżonn li tiżdied l-ebda referenza għall-Artikolu 133, għaliex dan jaqbeż l-objettivi attwali tal-proposta.
Matul il-laqgħa tiegħu tat-12 ta’ Frar 2009, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali għaldaqstant iddeċieda, b’unanimità[14], li jirrakkomandalek li l-bażi legali tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (tfassil mill-ġdid) tirreferi għall-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE.
Dejjem tiegħek,
Giuseppe Gargani
- [1] It-tfassil mill-ġdid jikkonsisti mill-adozzjoni ta’ att legali ġdid li jinkorpora f’test wieħed kemm l-emendi sostantivi li hu jagħmel għal att preċedenti kif ukoll id-dispożizzjonijiet mhux mibdula ta’ dak l-att. L-att legali l-ġdid jissostitwixxi u jirrevoka l-att preċedenti. Dan hu rregolat mill-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 (ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1) u mir-Regola 80a tar-Regoli ta’ Proċedura. Dawn tal-aħħar jgħidu hekk:
“1. Meta proposta tal-Kummissjoni għat-tfassil mill-ġdid ta' leġiżlazzjoni Komunitarja tiġi preżentata lill-Parlament, għandha titressaq quddiem il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali u l-kumitat responsabbli.
2. Il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali għandu jeżaminaha skont l-arranġamenti milħuqa fuq livell interistituzzjonali bil-għan li jkun żgurat li l-proposta ma tinvolvix tibdiliet sostanzjali minbarra dawk identifikati bħala tali fil-proposta.
Għall-iskop ta' dan l-eżami, l-emendi għat-test tal-proposta mhumiex ammissibbli. Madankollu, l-Artikolu 80(3), it-tieni subparagrafu japplika f'dak li għandu x'jaqsam mad-dispożizzjonjiet li ma nbidlux fil-proposta għal tfassil mill-ġdid.
3. Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jikkonkludi li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali għal-leġiżlazzjoni minbarra dawk identifikati bħala tali, għandu jinforma lill-kumitat responsabbli dwar dan.
F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 150 u 151, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet sostanzjali.
Madankollu, emendi tal-partijiet li ma nbidlux jistgħu jiġu ammessi fuq bażi eċċezzjonali u fuq bażi ta' każ b'każ mill-president ta' dan il-kumitat jekk iqis li dan huwa meħtieġ għal raġunijiet imperattivi li għandhom x'jaqsmu mal-koerenza interna tat-test jew għaliex l-emendi huma marbuta mill-qrib ma' emendi oħra li jkunu ammissibbli. Dawn ir-raġunijiet għandhom jitniżżlu f'ġustifikazzjoni miktuba tal-emendi.
4. Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta tinkludi bidliet sostanzjali għal-leġiżlazzjoni minbarra dawk identifikati bħala tali, huwa għandu jipproponi li l-Parlament jiċħad il-proposta u jinforma lill-kumitat responsabbli dwar dan.
F'dan il-każ, il-President għandu jsejjaħ lill-Kummissjoni biex tirtira l-proposta tagħħa. Jekk il-Kummissjoni tirtira l-proposta tagħha, il-President għandu jinnota li l-proċedura tilfet l-iskop tagħha u għandu jinforma lill-Kunsill. Jekk il-Kummissjoni ma tirtirax il-proposta tagħha, il-Parlament għandu jerġà jibgħatha lill-kumitat responsabbli, sabiex jeżaminaha skont il-proċedura normali.” - [2] Dawn il-Membri kienu preżenti: Giuseppe Gargani (Chairperson), Bert Doorn, Othmar Karas, Klaus-Heiner Lehne, Manuel Medina Ortega, Diana Wallis, Monica Frassoni, Francesco Enrico Speroni,, Jean-Paul Gauzès, Georgios Papastamkos, Costas Botopoulos, Ieke van den Burg, Eva Lichtenberger.
- [3] L-Artikolu 174 tat-Trattat KE jistipola l-objettivi tal-politika tal-Komunità dwar l-ambjent.
- [4] Kawża 45/86, il-Kummissjoni v. il-Kunsill [1987] ECR 1439, para. 5.
- [5] Kawża C-300/89, il-Kummissjoni v. il-Kunsill [1991] ECR I-287, para. 10.
- [6] Kawża C-377/98, Il-Pajjiżi l-Baxxi v. il-Parlament Ewropew u l-Kunsill [2001] ECR I-7079, para. 27.
- [7] Kawża C-377/98, Il-Pajjiżi l-Baxxi v. il-Parlament Ewropew u l-Kunsill [2001] ECR I-7079, para. 27-28. Kawża C-491/01 British American Tobacco (Investmenti) u Imperial Tobacco [2002] ECR I-11453, paras 93-94.
- [8] Kawża 165/87, il-Kummissjoni v. il-Kunsill [1987] ECR 5545, para. 11.
- [9] Ara pereżempju l-Kawża C-300/89 il-Kummissjoni v. il-Kunsill [1991] ECR I-2867, paras 17-21 (il-Kawża dwar id-dijossidu tat-titanju), il-Kawża C-388/01 il-Kummissjoni v. il-Kunsill [2004] ECR I-4829, para. 58 u l-Kawża C-491/01 British American Tobacco [2002] ECR I-11453, paras 103-111.
- [10] Ara s-Sentenza tal-10 ta’ Jannar 2006 fil-Kawża C-178/03 il-Kummissjoni v. il-Parlament u l-Kunsill [2006] ECR I-107, para 59, u s-Sentenza tal-istess data fil-Kawża C-94/03 il-Kummissjoni v. il-Kunsill [2006] ECR I-1, para 54.
- [11] Għalhekk, fil-każ ta’ ftehima internazzjonali, fl-Opinjoni 2/00 (‘Il-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosikurezza’) [2001] ECR I-9713, speċjament paragrafi 25 u 40 sa 44.
- [12] Kawża C‑281/01 il-Kummissjoni v il-Kunsill (‘Energy Star’) [2002] ECR I‑12049, paragrafi 40 in fine u 41 in fine. Il-Qorti diġà ddistingwiet b’mod simili, pereżempju, bejn il-politika kulturali (preċedentement l-Artikolu 128 tat-Trattat KE) u l-politika industrijali (preċedentement l-Artikolu 130 tat-Trattat KE): Kawża C-42/97, il-Kummissjoni v. il-Kunsill [1991] ECR I869, paragrafu 63.
- [13] Għal dan il-għan, ara l-Opinjoni 2/00, paragrafu 37 in fine; l-enfasi miżjud. L-istrumenti tal-politika kummerċjali bl-ebda mod dejjem ikollhom l-uniku għan li jippromwovu u jiffaċilitaw il-kummerċ; iktar minn hekk, l-Artikolu 133 KE jippermetti wkoll miżuri (protettivi) klassiċi tal-politika kummerċjali li jistgħu jwasslu għar-restrizzjoni jew anke għall-projbizzjoni tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti, pereżempju jekk jiġu imposti tariffi għall-anti-dumping jew embargo fuq il-kummerċ (dwar dan tal-aħħar ara, pereżempju, Centro-Com, [1997] ECR I‑81).
- [14] Dawn kienu preżenti għall-votazzjoni finali: Alin Lucian Antochi (aġent Chairperson), Rainer Wieland (Viċi Chairperson), Lidia Joanna Geringer de Oedenberg (Viċi Chairperson), Francesco Enrico Speroni (Viċi Chairperson), Monica Frassoni (rapporteur), Sharon Bowles, Brian Crowley, Jean-Paul Gauzès, Klaus-Heiner Lehne, Alain Lipietz, Manuel Medina Ortega, Georgios Papastamkos, Aloyzas Sakalas.
PROĊEDURA
Titlu |
Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (Riformulazzjoni) |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0505 – C6-0297/2008 – 2008/0165(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
1.8.2008 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 23.9.2008 |
|||||||
Kumitat/i mitlub/a jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 23.9.2008 |
|
|
|
||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
JURI 25.6.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Johannes Blokland 7.10.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-Kumitat |
8.12.2008 |
|
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
22.1.2009 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
47 0 3 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Adamos Adamou, Georgs Andrejevs, Liam Aylward, Maria Berger, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Martin Callanan, Dorette Corbey, Magor Imre Csibi, Chris Davies, Avril Doyle, Edite Estrela, Jill Evans, Anne Ferreira, Elisabetta Gardini, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jens Holm, Marie Anne Isler Béguin, Caroline Jackson, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Peter Liese, Linda McAvan, Riitta Myller, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Dimitrios Papadimoulis, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Guido Sacconi, Daciana Octavia Sârbu, Richard Seeber, María Sornosa Martínez, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Glenis Willmott |
|||||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Iles Braghetto, Philip Bushill-Matthews, Christofer Fjellner, Milan Gaľa, Jutta Haug, Johannes Lebech, Robert Sturdy, Andres Tarand |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Daniel Cohn-Bendit, Constanze Angela Krehl, Bernhard Rapkay |
|||||||