RAPPORT dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (Riformulazzjoni)
6.2.2009 - (COM(2007)0844 – C6‑0002/2008 – 2007/0286(COD)) - ***I
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Holger Krahmer
(Riformulazzjoni - Artikolu 80a tar-Regoli ta' Proċedura)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (Riformulazzjoni)
(COM(2007)0844 – C6‑0002/2008 – 2007/0286(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0844),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0002/296/2008),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni tal-atti legali[1],
– wara li kkunsidra l-ittra tal-10 ta’ Settembru 2008 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel skont l-Artikolu 80a(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0046/2009),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta preżenti ma fihiex emendi sostanzjali oħra apparti dawk li huma diġà ppreżentati fil-proposta bħala tali, u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-test legali preżenti li ma ġewx mibdula, il-proposta tinkludi kodifikazzjon ċara ta' dawn it-testi mingħajt bidliet sostanzjali,
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li tinkorpora l-emendi tekniċi approvati mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali u kif emendata hawn taħt;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 2 a (new) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) Il-konformità mal-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet kif stipulati f’din id-Direttiva għandha tkun meqjusa bħala kundizzjoni meħtieġa – għalkemm mhix biżżejjed – biex jintlaħqu l-objettivi għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tat-tniġġis, u biex l-ambjent, l-ilma, l-arja, il-ħamrija u l-pubbliku jkunu kemm jista’ jkun imħarsa. Sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi, jista’ jkun meħtieġ li jiġu stabbiliti valuri ta’ limitu aktar stretti għas-sustanzi li qed iniġġsu koperti minn din id-Direttiva, il-valuri ta’ emissjoni għal sustanzi u komponenti ambjentali oħra, kif ukoll kundizzjonijiet oħra xierqa. |
Ġustifikazzjoni | |
Wieħed għandu jinnota li l-użu tal-BAT huwa mezz kif jinkisbu l-objettivi speċifiċi tad-Direttiva; l-impożizzjoni ta’ limiti għandha tkun meqjusa bħala rekwiżit minimu ġenerali li fih innifsu ma jikkostitwixxix l-aħjar possibilità, u lanqas huwa biżżejjed biex jagħmel tajjeb għat-tnaqqis meħtieġ fit-tniġġis, fl-esponiment ambjentali u fl-effetti relatati mas-saħħa, tkun xi tkun il-qagħda ambjentali. | |
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Sabiex jiġu ggarantiti l-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis, kull stallazzjoni għandha topera biss jekk ikollha permess jew fil-każ ta' ċerti stallazzjonijiet u attivitajiet tuża solventi organiċi, biss jekk ikollha permess jew jekk tkun irreġistrata. |
(5) Sabiex jiġu ggarantiti l-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis, kull stallazzjoni għandha topera biss jekk ikollha permess jew fil-każ ta' ċerti stallazzjonijiet u attivitajiet tuża solventi organiċi, biss jekk ikollha permess jew jekk tkun reġistrata. Għandu jitnaqqas l-użu ġenerali tas-solventi organiċi. |
Ġustifikazzjoni | |
Is-solventi organiċi huma sors ta’ tniġġis, u produzzjoni sostenibbli għandha tibbaża fuq tekniki li ma fihomx solvent jew li huma magħmulin mill-ilma. | |
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Il-permess għandu jinkludi l-miżuri meħtieġa kollha biex jinkiseb livell għoli ta’ ħarsien għall-ambjent kollu kemm hu, u għandu wkoll jinkludi valuri limitu ta’ l-emissjonijiet għas-sustanzi niġġiesa, rekwiżiti xierqa għall-ħarsien tal-ħamrija u l-ilma tal-pjan kif ukoll rekwiżiti tal-monitoraġġ. Il-kundizzjonijiet tal-permess għandhom jissejsu skond l-aħjar tekniki disponibbli. |
(9) Il-permess għandu jinkludi l-miżuri meħtieġa kollha biex jinkiseb livell għoli ta’ ħarsien għall-ambjent kollu kemm hu, u għandu wkoll jinkludi valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet għas-sustanzi niġġiesa, rekwiżiti xierqa għall-ħarsien tal-ħamrija u l-ilma tal-pjan kif ukoll rekwiżiti tal-monitoraġġ u lista tas-sustanzi jew tal-preparazzjonijiet perikolużi użati kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-klassifikazzjoni, l-ippakkjar u l-ittikkettar ta’ sustanzi perikolużi1. Il-kundizzjonijiet tal-permess għandhom ikunu msejsa skont l-aħjar tekniki disponibbli. |
|
1ĠU L 196, 16.8.1967, p. 1. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-permess għandu jinkludi l-lista tas-sustanzi perikolużi użati fl-istallazzjoni kkonċernata sabiex tiżdied it-trasparenza dwar l-użu ta’ dawn is-sustanzi u jkun hemm bażi sew fuqiex jiġu stipulati l-kundizzjonijiet tal-permess. | |
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Sabiex jitqiesu ċerti ċirkostanzi speċifiċi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jagħtu derogi li jippermettu lill-valuri limitu ta’ l-emissjonijiet jaqbżu l-livelli ta’ l-emissjoniiet assoċjati ma' l-aħjar tekniki disponibbli kif deskritt fid-dokumenti ta' referenza BAT. Dawn id-derogi għandhom ikunu msejsa fuq kriterji definiti sew u m’għandhomx jaqbżu l-valuri limitu ta' l-emissjonijiet stipulati fid-Direttiva. |
(11) Sabiex jitqiesu ċerti ċirkostanzi speċifiċi, awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet jew parametri ekwivalenti jew miżuri tekniċi li jirriżultaw f’livelli ta’ emissjonijiet li jistgħu jaqbżu l-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aħjar tekniki disponibbli kif deskritt fid-dokumenti ta’ referenza BAT. |
Ġustifikazzjoni | |
B’ mod ġenerali, il-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stipulati fil-permessi jikkorrispondu għal massimu fuq perjodu ta’ żmien qasir. Għalhekk, huma jistgħu jaqbżu l-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aħjar tekniki possibbli (kif deskritt fid-dokumenti ta’ referenza BAT) u għalhekk, minkejja kollox jagħmluha possibbli li jilħqu l-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aħjar tekniki possibbli. Il-kelma ‘jirriżulta’ trid tiżdied biex titqies id-differenza li hemm bejn il-valuri limitu tal-emissjonijiet “immedjati” u l-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aħjar tekniki disponibbli (li huma indikati fid-dokumenti ta’ referenza BAT) li jirrappreżentaw valur medju. | |
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-operat ta' stallazzjoni ma jwassalx għal deterjorazzjoni tal-kwalità tal-ħamrija u ta' l-ilma tal-pjan. Il-kundizzjonijiet tal-permess għandhom għalhekk jinkludu l-monitoraġġ tal-ħamrija u ta’ l-ilma tal-pjan u l-operatur għandu jirrijabilita s-sit malli l-attivitajiet jintemmu għal kollox. |
(16) Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-operat ta' stallazzjoni ma jwassalx għal deterjorazzjoni sinifikanti tal-kwalità tal-ħamrija u tal-ilma tal-pjan. Fejn neċessarju u xieraq, il-kundizzjonijiet tal-permess għandhom għalhekk, sakemm ikun meħtieġ u xieraq, jinkludu l-monitoraġġ tal-ħamrija u tal-ilma tal-pjan, kif ukoll ir-rekwiżit li s-sit jiġi rijabilitat malli l-attivitajiet jintemmu għal kollox skont ir-rekwiżiti stipulati fil-liġi Komunitarja u dik nazzjonali. Kif tidħol fis-seħħ il-leġiżlazzjoni Komunitarja li temenda d-Direttiva 2004/35/KE jew id-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-ħamrija, il-Kummissjoni għanha tirrevedi d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-ħamrija jew tal-ilma stipulati f'din id-Direttiva sabiex tkun garantita l-konsistenza u jkunu evitati dispożizzjonijiet li jikkoinċidu. |
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 17 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(17) Sabiex jiġu żgurati implimentazzjoni u infurzar effettivi ta’ din id-Direttiva, l-operaturi għandhom regolarment jirrapurtaw dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet tal-permess lill-awtorità kompetenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur u l-awtorità kompetenti jieħdu l-miżuri meħtieġa fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ din id-Direttiva u jipprovdu għal sistema ta’ spezzjonijiet ambjentali. |
(17) Sabiex jiġu żgurati implimentazzjoni u infurzar effettivi ta’ din id-Direttiva, l-operaturi għandhom regolarment jirrapurtaw dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet tal-permess lill-awtorità kompetenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi jikkonformaw ma’ dawk il-kundizzjonijiet u li l-operatur u l-awtorità kompetenti jieħdu l-miżuri meħtieġa fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ din id-Direttiva u jipprovdu għal sistema ta’ spezzjonijiet ambjentali. Huwa f’idejn l-Istati Membri li jiddeterminaw l-aktar skemi adegwati ta’ infurzar, inkluż il-mod kif għandu jkun hemm konformità mal-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet. |
Ġustifikazzjoni | |
L-iskemi ta’ infurzar għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. | |
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 18 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) Parteċipazzjoni pubblika effettiva fit-teħid tad-deċiżjonijiet tgħin lill-pubbliku li jesprimi, u lil min jieħu d-deċiżjonijet li jqis, l-opinjonijiet u t-tħassib li jistgħu jkunu rilevanti għal dawn id-deċiżjonijiet, biex b’hekk jiżdiedu l-kontabbiltà u t-trasparenza tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u jikkontribwixxu għall-għarfien tal-kwistjonijiet ambjentali u l-appoġġ għad-deċiżjonijiet meħuda. Il-membri tal-pubbliku kkonċernati għandhom ikollhom aċċess għall-ġustizzja sabiex jikkontribwixxu għall-ħarsien tad-dritt li wieħed jgħix f’ambjent li huwa xieraq għas-saħħa u l-benessri personali. |
(18) Jekk wieħed iżomm f’moħħu id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, parteċipazzjoni pubblika effettiva fit-teħid tad-deċiżjonijiet tgħin lill-pubbliku li jesprimi, u lil min jieħu d-deċiżjonijet li jqis, l-opinjonijiet u t-tħassib li jistgħu jkunu rilevanti għal dawn id-deċiżjonijiet, biex b’hekk jiżdiedu l-kontabbiltà u t-trasparenza tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u jikkontribwixxu għall-għarfien tal-kwistjonijiet ambjentali u l-appoġġ għad-deċiżjonijiet meħuda. Il-membri tal-pubbliku kkonċernati għandhom ikollhom aċċess għall-ġustizzja sabiex jikkontribwixxu għall-ħarsien tad-dritt li wieħed jgħix f’ambjent li huwa xieraq għas-saħħa u l-benessri personali. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan ta’ din l-emenda huwa li ssir referenza għal dokument speċifiku tal-UE, li ġie mfassal f’Aarhus fil-25 ta’ Ġunju 1998 u li jikkonċerna l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali. | |
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 24 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) L-istallazzjonijiet li jipproduċu d-dijossidu tat-titanju jistgħu jagħtu lok għal tniġġis sinifikanti fl-arja u l-ilma. Sabiex jitnaqqsu dawn l-impatti, jeħtieġ li fuq livell Komunitarju jkun hemm valuri limitu ta’ l-emissjonijiet aktar stretti għal ċerti sustanzi niġġiesa. |
(24) L-istallazzjonijiet li jipproduċu d-dijossidu tat-titanju jistgħu jagħtu lok għal tniġġis sinifikanti fl-arja u l-ilma u jistgħu joħolqu theddida tossokoloġika. Sabiex jitnaqqsu dawn l-impatti, jeħtieġ li fuq livell Komunitarju jkun hemm valuri limitu tal-emissjonijiet aktar stretti għal ċerti sustanzi niġġiesa. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-dijossidu tat-titanju huwa theddida tossikoloġika peress li jaġixxi bħala irritant għall-ġilda, l-għajnejn, u l-membrani mukużi tal-passaġġ tan-nifs. | |
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 26 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(26) B’mod partikolari, is-setgħa għandha tingħata lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi kriterji għall-għoti ta’ derogi mil-livelli ta’ l-emissjonijiet assoċjati ma’ l-aħjar tekniki disponibbli kif deskritti fid-dokumenti ta’ referenza BAT u biex tiġi ddeterminata l-frekwenza tal-monitoraġġ perjodiku u tal-kontenut tar-rapport ta’ bażi kif ukoll il-kriterji li għandhom jiġu użati għall-istima tar-riskji ambjentali. Għandha wkoll tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri li jikkonċernaw l-iżvilupp u l-applikazjoni ta’ tekniki emerġenti, sabiex f’ċerti każijiet jiġi ffissat valur limitu ta’ l-emissjonijiet minimu għad-dijossidu tal-kubrit, tiġi ffissata d-data li minnha jibda jittieħed kejl kontinwu ta' l-emissjonijiet fl-arja ta' metalli tqal, dijossini u furani, jiġi stabbilit it-tip u l-format ta' l-informazzjoni li għandha tkun disponibbli mingħand l-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u sabiex l-Anness V sa VIII jiġu adattati għall-progress xjentifiku u tekniku. Fil-każ ta’ l-impjanti ta’ l-inċinerazzjoni ta’ l-iskart u l-impjanti tal-koinċinerazzjoni ta’ l-iskart, dan jista’ jinkludi l-istabbiliment ta’ kriterji li jippermettu derogi mill-monitoraġġ kontinwu ta' l-emissjonijiet ta’ trab totali. Peress li dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u tfasslu biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, jew biex jissupplementaw din id-Direttiva biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif provduta fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
imħassra |
Ġustifikazzjoni | |
Il-prinċipju ta' sussidjarjetà għandu jkun osservat. Barra minn hekk, il-parteċipazzjoni tal-gruppi ta' interess, pereżempju ta' esperti fl-industrija, fil-proċedura hija essenzjali. L-għarfien tekniku huwa neċessarju biex jiġu żviluppati metodi teknikament perfetti u prattikabbli. | |
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 27 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(27) L-Istati Membri għandhom jagħmlu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u jiżguraw li dawn ikunu implimentati. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
(27) Skont il-prinċipju ta’ ‘min iħammeġ iħallas' (polluter pays), l-Istati Membri għandhom jagħmlu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u jiżguraw li dawn ikunu implimentati. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan ta’ din huwa li tiġi kkjarifikata d-dispożizzjoni u li tkun aktar faċli għall-Istati Membri biex jimponu sanzjonijiet legali kontra min iniġġes. Emenda 84 Urszula Krupa | |
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 32 a (new) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(32a) Sabiex ikunu indirizzati l-problemi sinifikanti mqajma mill-emissjonijiet tad-dijossini, furani u sustanzi li jniġġsu oħra mormija minn stallazzjonijiet li jipproduċu ħadid mill-forġa u azzar u, b’mod partikolari, it-tgħaqqid tal-metall, il-proċedura stipulata f’din id-Direttiva għandha tapplika għal stallazzjonijiet bħal dawn bħala prijorità u f’kull każ sal-31 ta’ Diċembru 2011. |
Emenda 12 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt 9 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9a) ‘l-aħjar tekniki disponibbli assoċjati mal-livelli tal-emissjonijiet’ (BAT-AELs) ifisser sensiela ta’ livelli ta’ emissjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni, f’kundizzjonijiet ta’ operat normali, tal-aħjar tekniki disponibbli kif deskritt fid-dokumenti ta’ referenza BAT u espressi fil-forma ta’ medja fuq perjodu ta’ żmien speċifiku u taħt kundizzjonijiet ta’ referenza stipulati; |
Emenda 13 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) ‘il-pubbliku kkonċernat ’ tfisser il-pubbliku affettwat jew x’aktarx li jiġi affettwat bil-proċeduri dwar it-tfassil tad- deċiżjonijiet dwar il-ħruġ jew l-aġġornament ta' permess jew ta' kundizzjonijiet ta' permess jew li għandu interess fihom; |
(12) ‘il-pubbliku kkonċernat ’ tfisser il-pubbliku affettwat jew x’aktarx li jiġi affettwat bil-proċeduri dwar it-tfassil tad- deċiżjonijiet dwar il-ħruġ jew l-aġġornament ta' permess jew ta' kundizzjonijiet ta' permess jew li għandu interess fihom; Għall-iskopijiet ta’ din id-definizzjoni, l-organizzazzjonijiet non-governattivi li jippromwovu l-ħarsien tal-ambjent u li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ kwalunkwe liġi nazzjonali, għandu jkollhom interess; |
Ġustifikazzjoni | |
It-tħassir tal-aħħar frażi mill-Kummissjon jikser il-Konvenzjoni ta' Aarhus u għalhekk għandu jiġi revokat. | |
Emenda 14 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) ‘teknika emerġenti’ tfisser teknika ġdida għal attività industrijali li, jekk żviluppata kummerċjalment, tista’ tipprovdi livell ġenerali ogħla ta’ ħarsien ta' l-ambjent jew iffrankar akbar milli l-aħjar tekniki disponibbli eżistenti; |
(13) ‘teknika emerġenti’ tfisser teknika ġdida għal attività industrijali li jekk tkun pruvata industrijalment u żviluppata kummerċjalment, se tipprovdi livell ġenerali ogħla ta’ ħarsien tal-ambjent jew għall-inqas l-istess livell ta’ protezzjoni u iffrankar akbar milli l-aħjar tekniki disponibbli eżistenti; |
Ġustifikazzjoni | |
Titjib tad-definizzjoni. | |
Emenda 15 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt 15 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) ‘rapport ta’ bażi’ tfisser informazzjoni kwantifikata dwar il-qagħda tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija u l-ilma tal-pjan minn sustanzi perikolużi; |
(15) ‘rapport ta’ bażi’ tfisser informazzjoni kwantifikata dwar il-qagħda tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija u l-ilma tal-pjan b’ammonti sinifikanti ta’ sustanzi perikolużi relevanti; |
Emenda 16 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt 17 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17a) ‘spezzjoni ambjentali’ tfisser kull attività li tinvolvi l-verifika li stallazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti ambjentali relevanti; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kunċett ta’ 'spezzjoni Ambjentali' jiġi interpretat b’modi differenti mill-Istati Membri differenti. Għalhekk hemm bżonn ta’ definizzjoni ċara sabiex ikun hemm rappurtaġġ uniformi dwar l-implimentazzjoni tad-direttiva. | |
Emenda 17 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt 34 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(34a) 'regoli ġenerali li jorbtu' tfisser valuri ta’ limitu jew kundizzjonijiet oħrajn, definiti fil-liġijiet ambjentali, f’livell settorjali mogħtija bl-intenzjoni li jintużaw direttament biex jiġu stipulati l-kundizzjonijiet tal-permess. |
Ġustifikazzjoni | |
Hemm bżonn ta’ definizzjoni ċara tar-'regoli ġenerali li jorbtu'. | |
Emenda 18 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Permess wieħed jista' jkopri żewġ stallazzjonijiet jew aktar jew partijiet minn stallazzjonijiet imħaddma mill-istess operatur fuq l-istess sit jew fuq siti differenti. |
2. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li permess wieħed jista' jkopri żewġ stallazzjonijiet jew aktar jew partijiet minn stallazzjonijiet imħaddma mill-istess operatur fuq l-istess sit jew fuq siti differenti. |
Meta permess ikopri żewġ stallazzjonijiet jew aktar, kull stallazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva. |
Meta permess ikopri żewġ stallazzjonijiet jew aktar, kull stallazzjoni għandha tikkonforma b’mod individwali mar-rekwiżiti tad-Direttiva. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kompromess propost għandu jiċċara li din hija possibilità f’idejn l-Istati Membri u li huma mhumiex sfurzati jużaw din il-flessibilità (pereżempju jekk l-organizzazzjoni fakultattiva tagħhom ma tkunx tista’ tippermetti sistema bħal din) | |
Emenda 19 Proposta għal direttiva Artikolu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Żewġ persuni naturali jew ġuridiċi jew aktar jistgħu jkunu l-operatur konġunt ta’ stallazzjoni jew impjant ta’ kombustjoni, impjant ta’ l-inċinerazzjoni ta’ l-iskart jew impjant tal-koinċinerazzjoni ta’ l-iskart, jew jistgħu jkunu l-operaturi ta' partijiet differenti ta' stallazzjoni jew impjant. |
L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li żewġ persuni naturali jew ġuridiċi jew aktar huma intitolati li jkunu l-operatur konġunt ta’ stallazzjoni jew impjant ta’ kombustjoni, impjant tal-inċinerazzjoni, tal-iskart jew impjant tal-koinċinerazzjoni tal-iskart, jew jistgħu jkunu l-operaturi ta' partijiet differenti ta' stallazzjoni jew impjant. Għandha tkun identifikata persuna legali jew naturali waħda biex tieħu r-responsabilità biex jintlaħqu l-obbligi tad-Direttiva. |
Emenda 20 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – punt 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) l-operatur jipprovdi lil-awtorità kompetenti b’rapport dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet tal-permess mill-inqas kull tnax-il xahar; |
(1l-operatur jipprovdi lil-awtorità kompetenti bid-data relevanti dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet tal-permess mill-inqas kull erbgħa u għoxrin xahar, li għandha tkunu disponibbli fuq l-internet mingħajr dewmien. Fil-każ li jkun identifikat ksur fil-kundizzjonijiet tal-permess wara li ssir spezzjoni skont l-Artikolu 25, il-frekwenza tar-rappurtaġġ għandha tiżdied għal mill-inqas kull tnax -il xahar; |
Emenda 21 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
F’każijiet ta' ksur li jikkawża periklu għas-saħħa umana jew għall-ambjent u sakemm il-konformità mhix restawrata skond il-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu, l- operazzjoni ta' l -istallazzjoni jew l-impjant ta’ kombustjoni, impjant ta’ l-inċinerazzjoni tal-iskart jew impjant tal-koinċinerazzjoni ta’ l-iskart għandha tkun sospiża. |
F’każijiet ta' ksur li jikkawża periklu sinifikanti għas-saħħa umana jew għall-ambjent u sakemm il-konformità mhix restawrata skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-operazzjoni tal -istallazzjoni jew l-impjant ta’ kombustjoni, impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew impjant tal-koinċinerazzjoni tal-iskart għandha tkun sospiża. |
Emenda 22 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – punt 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) jittieħdu l-miżuri meħtieġa fuq il-waqfien definittiv ta' attivitajiet biex jiġi evitat kull riskju ta' tniġġis u biex is-sit tat-tħaddim jiġi lura għall-istat iddefinit skond l-Artikolu 23(2) u 3 . |
(8) jittieħdu l-miżuri meħtieġa rigward il-waqfien definittiv ta' attivitajiet biex jiġi evitat kull riskju ta' tniġġis u biex is-sit tat-tħaddim jiġi lura fi stat sodisfaċenti skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 23(2) u 3 . |
Emenda 23 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) fejn applikabbli, rapport ta’ bażi; |
(e) jekk l-attività tinvolvi sustanzi perikolużi f’ammonti sinifikanti, rapport ta’ bażi li jkun fih l-informazzjoni dawk is-sustanzi; |
Emenda 24 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt h | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(h) il-miżuri għall-prevenzjoni u l-irkupru ta' l-iskart iġġenerat mill-istallazzjoni, |
(h) fejn ikun il-każ, il-miżuri għall-prevenzjoni u l-irkupru ta' l-iskart iġġenerat mill-istallazzjoni, |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa dubjuż kemm dawn il-miżuri huma strettament meħtieġa għal xi impjant, bħalma huwa l-impjant ta’ kombustjoni bi dħul termali ta’ bejn 20-50 MW (jekk dawn jidħlu fil-qasam ta’ applikazzjoni tad-Direttiva riformulata). It-tħassib prinċipali dwar dawn l-impjanti huwa l-impatt tal-emissjonijiet fl-arja, u nemmnu li huwa meħtieġ approċċ integrat bis-sħiħ biex jinkludi miżuri li jipprevjenu u jikkontrollaw l-emissjonijiet fuq l-art u fl-ilma (jiġifieri l-impatti tal-iskart). | |
Emenda 25 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt k | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(k) l-alternattivi prinċipali għat-teknoloġija, tekniki u miżuri proposti, studjati f’deskrizzjoni fil-qosor mill-applikant |
(k) l-alternattivi prinċipali relevanti għat-teknoloġija, tekniki u miżuri proposti, studjati f’deskrizzjoni fil-qosor mill-applikant. |
Emenda 26 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Applikazzjoni għal permess għandha tinkludi wkoll sommarju mhux tekniku tad-dettalji msemmijin fl-ewwel subparagrafu . |
Applikazzjoni għal permess għandha tinkludi wkoll sommarju mhux tekniku tad-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, u fejn applikabbli rapport ta’ bażi. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-rapport ta’ bażi għandu jiġi mitlub biss għall-impjanti kbar. | |
Emenda 27 Proposta għal direttiva Artikolu 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Dokumenti ta' referenza BAT |
Dokumenti ta’ referenza BAT u skambju ta’ informazzjoni |
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta d-dokumenti ta' referenza BAT ibbażati fuq ir-riżultati ta' l-iskambju ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 29. |
1. Il-Kummissjoni għandha torganizza skambji ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti relevanti tagħhom, l-operaturi u fornituri ta’ tekniki li jirrappreżentaw l-industrija kkonċernata, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-ħarsien ambjentali u l-Kummissjoni b’relazzjoni mal-punti li ġejjin: |
|
(a) il-prestazzjoni ta’ stallazzjonijiet f’termini ta’ emissjonijiet, tniġġis, konsum u n-natura tal-materja prima, l-użu tal-enerġija jew il-ġenerazzjoni tal-iskart; u |
|
(b) l-aħjar tekniki disponibbli użati, il-monitoraġġ assoċjat u l-iżviluppi tagħhom. |
|
Il-Kummissjoni għandha twaqqaf Forum għall-Iskambju ta’ Informazzjoni magħmul mill-Istati Membri, ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti relevanti tagħhom, ir-rappreżentanti tal-industriji kkonċernati u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-ħarsien tal-ambjent dwar l-organizzazzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni msemmi f’dan il-paragrafu. |
|
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi gwida għall-iskambju ta’ informazzjoni li tkun tinkludi l-ġbir tad-data u d-determinazzjoni tal-kontenut tad-dokumenti ta’ referenza tal-BAT. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ta’ evalwazzjoni f’dan ir-rigward. Ir-rapport għandu jkun aċċessibbli fuq l-Internet. |
|
1a. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultat tal-iskambju ta’ informazzjoni msemmi f’paragrafu 1 bħala dokument ta’ referenza ġdid jew aġġornat tal-BAT. |
2. Id-dokumenti ta’ referenza BAT għandhom b’mod partikolari jiddeskrivu l-aħjar tekniki diponibbli, il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati u l-monitoraġġ assoċjat, il-monitoraġġ tal-ħamrija u ta’ l-ilma tal-pjan u r-rijabilitazzjoni tas-sit u t-tekniki emerġenti, b’kunsiderazzjoni speċjali għall-kriterji elenkati fl-Anness III. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi u taġġorna d’dokumenti ta’ referenza BAT kif xieraq. |
2. Id-dokumenti ta’ referenza BAT għandhom b’mod partikolari jiddeskrivu l-aħjar tekniki disponibbli, il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati, il-livelli tal-konsum u l-monitoraġġ assoċjat, il-monitoraġġ tal-ħamrija u tal-ilma tal-pjan u r-rijabilitazzjoni tas-sit u t-tekniki emerġenti, b’kunsiderazzjoni speċjali għall-kriterji elenkati fl-Anness III, filwaqt li jiffinalizzaw ir-reviżjoni fi żmien tmien snin mill-pubblikazzjoni tal-verżjoni preċedenti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-konklużjonijiet BAT tad-dokumenti ta’ referenza BAT ikunu disponibbli fil-lingwi uffiċjali tal-Istati Membri. Fuq talba ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli d-dokument ta’ referenza BAT kollu fil-lingwa mitluba. |
Emenda 28 Proposta għal direttiva Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) rekwiżiti adattati li jiżguraw il-protezzjoni tal-ħamrija u l-ilma ta' taħt l-art u miżuri li jikkonċernaw l-immaniġġar ta' l-iskart ġenerat mill-istallazzjoni; |
(b) Jekk ikun hemm bżonn, rekwiżiti adattati li jiżguraw il-protezzjoni tal-ħamrija u l-ilma ta' taħt l-art u miżuri li jikkonċernaw l-immaniġġar ta' l-iskart ġenerat mill-istallazzjoni; |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li tinżamm il-flessibilità, għalhekk nirrakkomandaw li jerġa’ jiddaħħal it-terminu ‘jekk ikun meħtieġ’. | |
Emenda 29 Proposta għal direttiva Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) rekwiżiti ta’ monitoraġġ perjodu marbuta ma’ sustanzi perikolużi li x’aktarx jinstabu fuq is-sit b’ħarsa lejn il-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni tal-ħamrija u l-ilma tal-pjan fuq is-sit ta' l-istallazzjoni; |
(d) rekwiżiti ta’ monitoraġġ perjodiku marbuta ma’ sustanzi perikolużi relevanti li x’aktarx jinstabu f’ammonti sinifikanti fuq is-sit b’kunsiderazzjoni għall-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni tal-ħamrija u l-ilma tal-pjan fuq is-sit tal-istallazzjoni; |
Emenda 30 Proposta għal direttiva Artikolu 15 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Meta stallazzjoni jew parti minn stallazzjoni mhix koperta minn dokumenti ta’ referenza BAT jew meta dawn id-dokumenti ma jindirizzawx l-effetti ambjentali potenzjali kollha ta' l-attività, l-awtorità kompetenti għandha tiddetermina l-aħjar tekniki disponibbli għall-istallazzjoni jew l-attivtajiet ikkonċernati, skond il-kriterji elenkati fl-Anness III, u għandha tistipula l-kundizzjonijiet tal-permessi skond dan. |
4. Meta stallazzjoni jew parti minn stallazzjoni mhix koperta minn dokumenti ta’ referenza BAT jew meta dawn id-dokumenti ma jindirizzawx l-effetti ambjentali potenzjali kollha tal-attività, l-awtorità kompetenti, b’konsultazzjoni mal-operatur, għandha tiddetermina l-livelli tal-emissjoni li jistgħu jinkisbu bl-użu tal-aħjar tekniki disponibbli għall-istallazzjoni jew l-attivtajiet ikkonċernati, skont il-kriterji elenkati fl-Anness III, u għandha tistipula l-kundizzjonijiet tal-permessi skont dan. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa l-operatur li jifhem l-aktar fil-proċess tiegħu u jkun jaqbel jekk ikun involut fil-proċess ta’ deċiżjoni dwar il-livelli tal-emissjonijiet li jistgħu jinkisbu jekk jintużawl-aħjar tekniki disponibbli. | |
Emenda 31 Proposta għal direttiva Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-awtorità kompetenti għandha tistipula valuri limitu ta’ l-emissjonijiet li ma jaqbżux il-livelli ta’ l-emissjoniiet assoċjati ma' l-aħjar tekniki disponibbli kif deskritt fid-dokumenti ta' referenza BAT. |
L-awtorità kompetenti għandha tistipula valuri ta’ limiti tal-emissjonijiet u ir-rekwiżiti tal-monitoraġġ u l-konformità biex tiżgura li l-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati BAT ma jinqabżux. |
|
Valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet jistgħu jkunu supplimentati minn parametri ekwivalenti jew minn miżuru tekniċi sakemm ikun jista' jinkiseb livell ekwivalenti ta' ħarsien tal-ambjent. |
Emenda 32 Proposta għal direttiva Artikolu 16 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tista’ f’każijiet speċifiċi, fuq il-bażi tal-valutazzjoni ta’ l-ispejjeż u l-benefiċċji ambjentali u ekonomiċi billi jitqiesu l-karatteristiċi tekniċi ta’ l-istallazzjoni kkonċernata, il-lokazzjoni ġeografika tagħha u l-kundizzjonijiet ambjentali lokali, tistipula valuri limitu ta’ l-emissjonijiet li ma jaqbżux il-livelli ta’ l-emissjoniiet assoċjati ma' l-aħjar tekniki disponibbli kif deskritt fid-dokumenti ta' referenza BAT. |
3.B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tista’ f’każijiet eċċezzjonali, li jirriżultaw mill-valutazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji ambjentali u ekonomiċi billi jitqiesu l-karatteristiċi tekniċi tal-istallazzjoni kkonċernata, il-lokazzjoni ġeografika tagħha u l-kundizzjonijiet ambjentali lokali, tistipula valuri limitu tal-emissjonijiet, parametri ekwivalenti jew miżuri tekniċi, ir-rekwiżiti tal-monitoraġġ u tal- konformità, b’tali mod li livelli tal-emissjonijiet assoċjati BAT, ikunu jistgħu jinqabżu.
|
Dawn il-valuri limitu ta’ l-emissjonijiet madankollu m’għandhomx jaqbżu l-valuri limitu ta’ l-emissjonijiet stipulati fl-Annessi V sa VIII, fejn applikabbli. |
Dawn il-valuri limitu tal-emissjonijiet, parametri ekwivalenti jew miżuri tekniċi madankollu m’għandhomx jaqbżu l-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati skont l-Artikolu 68(a) jew, fejn applikabbli, fl-Annessi V sa VIII. |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku kkonċernat jingħata opportunitajiet bikrin u effettivi biex jipparteċipaw fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet relatat mal-għoti tad-deroga msemmija f’dan il-paragrafu. |
|
Meta l-valuri limitu tal-emissjonijiet, parametri ekwivalenti jew miżuri tekniċi ekwivalenti jiġu stabbiliti skont dan il-paragrafu, ir-raġunijiet biex jiġu awtorizzati xi livelli ta’ emissjonijiet li jiddevjaw mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati BAT, kif deskritt fid-dokumenti ta’ referenza BAT, għandhom ikunu ġġustifikati fl-anness dwar il-kundizzjonijiet tal-permess. |
Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi kriterji għall-għoti tad-deroga msemmija f’dan il-paragrafu. |
Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi kriterji għall-għoti tad-deroga msemmija f’dan il-paragrafu. |
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 69(2). |
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 69(2). |
Emenda 33 Proposta għal direttiva Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Bla ħsara għall-ewwel subparagrafu, il-monitoraġġ perjodiku għandu jsir mill-inqas darba kull seba’ snin. |
Bla ħsara għall-ewwel subparagrafu, il- monitoraġġ perjodiku tal-ilma tal-pjan u tal-ħamrija għandu jsir mill-inqas kull ħames jew għaxar snin rispettivament, sakemm il-monitoraġġ ma jkunx ibbażat fuq stima sistematika tar-riskji ta’ kontaminazzjoni. |
Emenda 34 Proposta għal direttiva Artikolu 18 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Ir-regoli ġenerali li jorbtu għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar tekniki disponibbli, mingħajr il-preskrizzjoni ta’ l-użu ta’ kwalunkwe teknika jew teknoloġija speċifika. |
2. Ir-regoli ġenerali li jorbtu għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar tekniki disponibbli, mingħajr il-preskrizzjoni ta’ l-użu ta’ kwalunkwe teknika jew teknoloġija speċifika sabiex tkun żgurata konformità mal-Artikoli 15 u 16. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli ġenerali li jorbutu jkun fihom valuri limitu ta' l-emissjonijiet, parametri jew miżuri tekniċi ekwivalenti, li ma jaqbżux il-livelli ta’ l-emissjonijiet assoċjati ma’ l-aħjar tekniki disponibbli kif deskritti fid-dokumenti ta' referenza BAT. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Paragrafi 2 u 3 jitrattaw l-istabbiliment tal-kundizzjonijiet f’regoli ġenerali li jorbtu u r-reviżjoni tagħhom meta jkun ippubblikat BREF ġdid. Minflok il-ftuħ mill-ġdid ta’ kwistjonijiet relatati mal-BAT u l-awtorizzazzjoni ta’ reviżjoni, dan il-kompromess jipproponi li ssir rabta diretta mal-Artikolu dwar BAT jew BREFs (Art 15 u 16) u dwar awtorizzazzjoni ta’ reviżjoni (Art 22). | |
Emenda 35 Proposta għal direttiva Artikolu 18 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli ġenerali li jorbtu jinżammu aġġornati ma’ l-iżviluppi fl-aħjar tekniki disponibbli. |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli ġenerali li jorbtu jinżammu aġġornati mal-iżviluppi fl-aħjar tekniki disponibbli sabiex tkun żgurata konformità mal-Artikolu 22. |
Meta l-Kummissjoni tadotta dokument ta’ referenza BAR ġdid jew aġġornat, l-Istati Membri għandhom, fi żmien erba’ snin mill-pubblikazzjoni, fejn meħtieġ, jikkunsidraw mill-ġdid u jaġġornaw ir-regoli ġenerali li jorbtu għall-istallazzjonijiet ikkonċernati. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Paragrafi 2 u 3 jitrattaw l-istabbiliment tal-kundizzjonijiet f’regoli ġenerali li jorbtu u r-reviżjoni tagħhom meta jkun ippubblikat BREF ġdid. Minflok il-ftuħ mill-ġdid ta’ kwistjonijiet relatati mal-BAT u l-awtorizzazzjoni ta’ reviżjoni, dan il-kompromess jipproponi li ssir rabta diretta mal-Artikolu dwar BAT jew BREFs (Art 15 u 16) u dwar awtorizzazzjoni ta’ reviżjoni (Art 22). | |
Emenda 36 Proposta għal direttiva Artikolu 20 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti ssegwi jew tkun infurmata bl-aħjar tekniċi disponibbli u bil-pubblikazzjoni ta’ kwalunkwe dokument ta’ referenza BAT ġdid jew aġġornat. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti ssegwi jew tkun infurmata bl-aħjar tekniċi disponibbli u bil-pubblikazzjoni ta’ kwalunkwe dokument ta’ referenza BAT ġdid jew aġġornat, kif ukoll għandu jinforma lill-pubbliku kkonċernat. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa utli li l-Istati Membri jinfurmaw lill-pubbliku kkonċernat dwar żviluppi fil-BREFs. | |
Emenda 37 Proposta għal direttiva Artikolu 22 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Meta l-Kummissjoni tadotta dokument ta’ referenza BAR ġdid jew aġġornat, l-Istati Membri għandhom, fi żmien erba’ snin mill-pubblikazzjoni, jiżguraw li l-awtorità kompetenti, fejn meħtieġ, tikkunsidra mill-ġdid u taġġorna l-kundizzjonijiet tal-permess għall-istallazzjonijiet ikkonċernati. |
3. Meta l-Kummissjoni tippubblika dokument ta’ referenza BAR ġdid jew aġġornat, l-Istati Membri għandhom, fi żmien erba’ snin mill-pubblikazzjoni, jiżguraw li l-awtorità kompetenti, fejn meħtieġ, tikkunsidra mill-ġdid u taġġorna l-kundizzjonijiet tal-permess għall-istallazzjonijiet ikkonċernati. |
Emenda 38 Proposta għal direttiva Artikolu 22 – paragrafu 4 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) żviluppi fl-aħjar tekniki disponibbli jippermettu t-tnaqqis sinifikanti ta’ l-emissjonijiet ; |
(b) bidliet sinifikanti fl-aħjar tekniki disponibbli jippermettu t-tnaqqis sinifikanti tal-emissjonijiet ; |
Emenda 39 Proposta għal direttiva Artikolu 22 – paragrafu 4 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) meta jkun meħtieġ li jkun hemm konformità ma’ standard tal-kwalità ambjentali skond l-Artikolu 19. ġdid |
(d) fejn tkun meħtieġa għall-konformità mad-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar limitu massimu ta’ emissjonijiet nazzjonali għal ċertu sustanzi atmosferiċi li jniġġsu1 jew ma’ standard tal-kwalità ambjentali skond l-Artikolu 19. |
|
1ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22. |
Emenda 40 Proposta għal direttiva Artikolu 23 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Bla ħsara għad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'l-21 ta'April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali u d-Direttiva 20../../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-ħarsien tal-ħamrija u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-kundizzjonijiet tal-permess imposti biex jiżguraw l-osservanza tal-prinċipju stipulat fil-punt (8) ta' l-Artikolu 12 jiġu implimentati mal-waqfien definittiv ta’ l-attivitajiet. |
1. Bla ħsara għad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’April 2004 dwar ir-responsabiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, għad-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament1, għad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħarsien tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali2 u għad-Direttiva 2009../../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-ħarsien tal-ħamrija u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE3 l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-kundizzjonijiet tal-permess imposti biex jiżguraw l-osservanza tal-prinċipju stipulat fil-punt (8) tal-Artikolu 12 jiġu implimentati mal-waqfien definittiv tal-attivitajiet. |
|
_________________ |
|
1 ĠU L ... |
|
2 ĠU L ... (COM(2007)0051). |
|
3 ĠU L ... (COM (2006)0232). |
Emenda 41 Proposta għal direttiva Artikolu 23 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Meta l-attività tinvolvi l-użu, il-produzzjoni jew ir-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi fir-rigward tal-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni tal-ħamrija u ta’ l-ilma tal-pjan fuq is-sit ta’ l-istallazzjoni, l-operatur għandu jħejji rapport ta’ bażi qabel ma jibda jħaddem stallazzjoni jew qabel ma permess għal stallazzjoni jkun ġej aġġornat. Dan ir-rapport għandu jkun fih l-informazzjoni kwantifikata meħtieġa sabiex jiġi ddeterminat l-istat inzijali tal-ħamrija u l-ilma tal-pjan. |
2. Meta l-attività tinvolvi l-użu, il-produzzjoni jew ir-rilaxx ta’ ammonti relevanti ta’ sustanzi perikolużi fir-rigward tal-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni tal-ħamrija u ta’ l-ilma tal-pjan fuq is-sit ta’ l-istallazzjoni, l-operatur għandu jħejji rapport ta’ bażi qabel ma jibda jħaddem stallazzjoni jew qabel ma permess għal stallazzjoni jkun ġej aġġornat. Dan ir-rapport għandu jkun fih l-informazzjoni kwantifikata meħtieġa sabiex jiġi ddeterminat l-istat inzijali tal-ħamrija u l-ilma tal-pjan rigward ammonti sinifikanti ta’ sustanzi perikolużi. |
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kriterji dwar il-kontenut tar-rapport ta’ bażi. |
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji ġenerali dwar il-kontenut tar-rapport ta’ bażi. |
Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissuplimentawha għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 69(2). |
Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissuplimentawha għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 69(2). |
Emenda 42 Proposta għal direttiva Artikolu 23 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Mal-waqfien definittiv ta’ l-attivitajiet, l-operatur għandu jivvaluta l-istat tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija u ta’ l-ilma tal-pjan minn sustanzi perikolużi. Meta l-istallazzjoni tkun ikkawżat tniġġis minn sustanzi perikolużi tal-ħamrija u ta' l-ilma tal-pjan meta mqabbel mal-qagħda inizjali stabbilita fir-rapport ta' bażi msemmi fil-paragrafu 2, l-operatur għandu jirrijabilita s-sit u jreġġgħu lura għall-istat inzjali. |
3. Mal-waqfien definittiv tal-attivitajiet, l-operatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti u jivvaluta l-istat tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma tal-pjan minn sustanzi perikolużi. Meta l-istallazzjoni tkun ikkawżat tniġġis minn sustanzi perikolużi tal-ħamrija u tal-ilma tal-pjan meta mqabbel mal-qagħda inizjali stabbilita fir-rapport ta' bażi msemmi fil-paragrafu 2, l-operatur għandu jirrijabilita s-sit u jreġġgħu lura għall-istat inzjali. |
Emenda 43 Proposta għal direttiva Artikolu 24 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Ir-rappurtar dwar il-konformità |
It-tqabbil ta’ emissjonijiet mal-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aħjar tekniki disponibbli |
Ir-rapport dwar il-konformità msemmi fil-punt (1) ta’ l-Artikolu 8 għandu jinkludi tqabbil ta’ l-operat ta’ l-istallazzjoni, inkluż il-livell ta’ l-emissjonijiet, u l-aħjar tekniki disponibbli kif deskritti fid-dokumenti ta' referenza BAT. |
Id-data relevanti dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni msemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 8 għandu jinkludi tqabbil tal-livell tal-emissjonijiet u l-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aħjar tekniki disponibbli kif deskritti fid-dokumenti ta’ referenza BAT. Id-data relevanti għandha tkun aċċessibbli fuq l-Internet mingħajr dewmien. |
Emenda 44 Proposta għal direttiva Artikolu 25 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Skond il-pjani ta’ spezzjoni, l-awtorità kompetenti għandha regolarment tfassal programmi ta’ spezzjoni, li jiddeterminaw il-frekwenza taż-żjarat fuq is-siti għal tipi differenti ta' stallazzjoni. |
4. Skont il-pjani ta’ spezzjoni, l-awtorità kompetenti għandha regolarment tfassal programmi ta’ spezzjoni, li jiddeterminaw il-frekwenza taż-żjarat fuq is-siti għal tipi differenti ta' stallazzjoni. |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun disponibbli għadd suffiċjenti ta’ persuni tas-sengħa biex iwettqu dawn l-ispezzjonijiet. |
Dawn il-programmi għandhom jinkludu mill-inqas żjara waħda fuq is-sit kull tnax-il xahar, għal kull stallazzjoni, ħlief jekk dawk il-programmi jkunu bbażati fuq stima sistematika tar-riskji ambjentali ta’ l-istallazzjonijiet partikolari kkonċernati. |
Dawn il-programmi għandhom jinkludu mill-inqas żjara każwali fuq is-sit kull tmintax-il xahar, għal kull stallazzjoni. Il-frekwenza għandha tiżdied għal mill-inqas kull sitt xhur jekk spezzjoni tidentifika każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni. |
|
Meta dawk il-programmi jkunu bbażati fuq stima sistematika tar-riskji ambjentali tal-istallazzjonijiet partikolari kkonċernati, il-frekwenza taż-żjarat fuq il-post jistgħu jitnaqqsu għal minimu ta’ darba kull 24 xhar. |
|
L-evalwazzjoni sistemika tar-riskji ambjentali għandha tkun ibbażata |
|
(a) ir-rekord tal-konformità tal-operaturi mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni; |
|
(b) l-impatti tal-istallazzjoni fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem; |
|
(c) Il-parteċipazzjoni tal-operatur fl-iskema tal-verifika u l-eko-mmaniġġjar tal-Komunità (EMAS), skont ir-Regolament (KE) Nru761/2001, jew l-implimentazzjoni ta’ sistemi ekwivalenti ta’ eko-mmaniġġjar. |
Il-Kummissjoni se tistabbilixxi kriterji dwar l-istima tar-riskji ambjentali. |
Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi kriterji ulterjuri dwar l-istima tar-riskji ambjentali. |
Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissuplimentawha għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 69(2). |
Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissuplimentawha għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 69(2). |
Emenda 45 Proposta għal direttiva Artikolu 25 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Spezzjonijiet mhux ta’ rutina għandhom jitwettqu bies jiġu investigati malajr kemm jista’ jkun ilmenti ambjentali serji, aċċidenti ambjentali serji, inċidenti u ġrajjiet ta' nuqqas ta’ konformità u, fejn xieraq, qabel il-ħruġ, il-kunsiderazzjoni mill-ġdid jew l-aġġornament ta’ permess. |
6. Spezzjonijiet każwali għandhom jitwettqu bies jiġu investigati malajr kemm jista’ jkun ilmenti ambjentali serji u kwalifikati, aċċidenti ambjentali serji, inċidenti u ġrajjiet ta' nuqqas ta’ konformità jew fatti li jaffettwaw b’mod serju is-saħħa tal-bniedem u, fejn xieraq, qabel il-ħruġ, il-kunsiderazzjoni mill-ġdid jew l-aġġornament ta’ permess. |
|
Meta jwettqu spezzjoni mhux ta’ rutina, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill- operaturi biex jipprovdu informazzjoni sabiex jinvestigaw il-kontenut ta’ aċċident, inċident, jew l-okkorrenza ta’ nuqqas ta’ konformità, li tinkludi l-istatistika dwar is-saħħa. |
Emenda 46 Proposta għal direttiva Artikolu 25 – paragrafu 7 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Ir-rapport għandu jkun notifikat lill-operatur ikkonċernat u jkun pubblikament disponibbli fi żmien xahrejn wara li ssir l-ispezzjoni. |
Ir-rapport għandu jkun notifikat lill-operatur ikkonċernat fi żmien xahrejn. Ir-rapport għandu jkun disponibbli għall-pubbliku fuq l-internet mill-awtorità kompetenti fi żmien erba’ xhur wara li ssir l-ispezzjoni. |
Emenda 47 Proposta għal direttiva Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) l-adozzjoni ta’ regoli ġenerali li jorbtu kif provdut fl-Artikoli 7 u 18. |
(d) l-aġġornament ta’ awtorizzazzjoni jew tal-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni meta tkun se tingħata deroga skont l-Artikolu 16(3). |
Amendment 48 Proposta għal direttiva Artikolu 26 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-ħarsien tal-ambjent u li jissodisfaw kwalunkwe rekwiżiti skont id-dritt nazzjonali għandhom jitqiesu li għandhom interess. |
Emenda 49 Proposta għal direttiva Artikolu 26 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-punti (a) u (b) tal-paragrafu1 m’għandhomx japplikaw meta jintlħaqu l-kundizzjonijiet li ġejjin: |
imħassra |
(a) l-istallazzjoni l-ġdida jew bidla sostanzjali tkun suġġetta għad-Direttiva 85/337/KE; |
|
(b) regoli ġenerali li jorbtu li jkopru l-kundizzjonijiet meħtieġa kollha tal-permess; |
|
(c) m’hemmx bżonn li jiġu imposti rekwiżiti aktar stretti sabiex ikun hemm konformità ma’ l-Artikolu 19. |
|
Emenda 50 Proposta għal direttiva Artikolu 26 – paragrafu 3 – paragrafu introduttorju | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Meta tkun ittieħdet deċiżjoni dwar l-għoti, il-kunsiderazzjoni mill-ġdid jew l-aġġornament ta’ permess, jew dwar l-adozzjoni jew l-aġġornament tar-regoli ġenerali li jorbtu , l-awtorità kompetenti għandha tagħmel disponibbli lill-pubbliku t-tagħrif li ġej: |
3. Meta tkun ittieħdet deċiżjoni dwar l-għoti, il-kunsiderazzjoni mill-ġdid jew l-aġġornament ta’ permess, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel disponibbli għalll-pubbliku mingħajr dewmien it-tagħrif li ġej: |
Emenda 51 Proposta għal direttiva Artikolu 26 – paragrafu 3 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) kif il-valuri limitu ta’ l-emissjonijiet inklużi fil-permess jew fir-regoli ġenerali li jorbtu jkunu ġew determinati f’relazzjoni ma’ l-aħjar tekniki disponibbli u l-livelli ta’ l-emissjonijiet assoċjati kif deskritti fif-dokumenti ta’ referenza BAT; |
(e) kif kienu ddeterminati l-kundizzjonijiet tal-permess imsemmija fl-Artikolu 15 fir-relazzjoni mal-aħjar tekniki disponibbli u l-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati kif deskritti fid-dokumenti ta’ referenza tal-BAT; |
Emenda 52 Proposta għal direttiva Artikolu 26 – paragrafu 3 – punt f | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) meta deroga tingħata skond l-Artikolu 16(3), ir-raġunijiet għal dik id-deroga u l-kundizzjonijiet imposti; |
(f) Meta tingħata deroga skont l-Artikolu 16(3), ir-raġunijiet speċifiċi għal dik id-deroga bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 16(3) u l-kundizzjonijiet imposti; |
Emenda 53 Proposta għal direttiva Artikolu 26 – paragrafu 3 – punt g | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(g) ir-riżultat tal-kunsiderazzjoni mill-ġdid tar-regoli ġenerali li jorbtu kif imsemmija fl-Artikoli 18(3) u tal-permessi kif imsemmija fl-Artikolu 22(1), (3) u (4); |
(g) ir-riżultat tal-kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-permessi kif imsemmija fl-Artikolu 22(1), (3) u (4); |
Emenda 54 Proposta għal direttiva Artikolu 26 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija f’punti (a) sa (g) għandhom ikunu disponibbli mingħajr dewmien fuq l-internet. |
Emenda 55 Proposta għal direttiva Artikolu 29 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 29 |
imħassra |
Bdil ta' tagħrif |
|
Il-Kummissjoni għandha torganizza l-bdil ta' tagħrif ma’ l-Istati Membri, l-industriji kkonċernati u organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu ħarsien ambjentali għal dan li ġej: |
|
(a) il-prestazzjoni ta’ stallazzjonijiet f’termini ta’ emissjonijiet, tniġġis, konsum u n-natura tal-materja prima, l-użu ta' l-enerġija jew il-ġenerazzjoni ta' l-iskart; |
|
(b) it- tekniki użati, monitoraġġ , assoċjat u l-iżviluppi tagħhom. |
|
Emenda 56 Proposta għal direttiva Artikolu 30 – paragrafu 2 – paragrafu introduttorju | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għall-għanijiet ta’ l-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri biex tiddetermina li ġej: |
Għall-għanijiet tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta l-kriterji li ġejjin: |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposta hija biex tinżamm il-komitoloġija iżda biex tenfasizza li jkunu adottati kriterji (mhux miżuri). | |
Emenda 57 Proposta għal direttiva Artikolu 33 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Meta impjant ta’ kombustjoni jkun estiż , il-valuri limitu ta' l-emissjonijiet speċifikati fil-parti 2 ta’l-Anness V għandhom japplikaw għall-parti ta’ l-impjant effettwata minn din il-bidla u għandhom jiġu ffissati skond il-kapaċità termika tal-impjant ta’ kombustjoni kollu. |
6. Meta impjant ta’ kombustjoni jkun estiż b’mill-inqas 20 MW, il-valuri limitu tal-emissjonijiet speċifikati fil-parti 2 ta’l-Anness V għandhom japplikaw għall-parti ta’ l-impjant effettwata minn din il-bidla u għandhom jiġu ffissati skond il-kapaċità termika tal-impjant ta’ kombustjoni kollu. |
Ġustifikazzjoni | |
Estensjonijiet minuri ta’ impjant ta’ kombustjoni m’għandhomx ikunu koperti minn din id-dispożizzjoni. | |
Emenda 58 Proposta għal direttiva Artikolu 35 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom biex jiżguraw li l-monitoraġġ ta' sustanzi li jniġġsu l-ajru jitwettaq , skond il-Parti 3 ta’ l-Anness VL-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li dan il-monitoraġġ jitwettaq għall-ispejjeż ta' l-operatur. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-monitoraġġ ta' sustanzi li jniġġsu l-ajru jitwettaq skont il-Parti 3 tal-Anness V. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li monitoraġġ bħal dan jitwettaq bi spejjeż għall-operatur. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan it-test kien imħassar mil-LCP Dir. Huwa ddaħħal mill-ġdid għal skopijiet ta’ kjarifikazzjoni. | |
Emenda 59 Proposta għal direttiva Artikolu 67 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tingħamel disponibbli għall-Kummissjoni, ma’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-informazzjoni dwar dejta rappreżentattiva dwar l-emissjonijiet u effetti ambjentali oħra, dwar il-valuri limitu ta’ l-emissjonijiet u dwar l-applikazzjoni ta’ l-aħjar tekniki disponibbli skond l-Artikolu 15 u 16. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun disponibbli għall-Kummissjoni, flimkien mal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-informazzjoni dwar dejta rappreżentattiva dwar l-emissjonijiet u effetti ambjentali oħra, dwar il-valuri limitu tal-emissjonijiet u dwar l-applikazzjoni tal-aħjar tekniki disponibbli skont l-Artikolu 15 u 16 u dwar id-derogi mogħtija skont l-Artikolu 16 (3). |
Emenda 60 Proposta għal direttiva Artikolu 67 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u regolarment jaġġornaw is-sistemi nazzjonali ta' l-informazzjoni biex l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tingħamel disponibbli f'format elettroniku. |
L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u regolarment jaġġornaw is-sistemi nazzjonali tal-informazzjoni biex l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tkun disponibbli f'format elettroniku. L-Istati Membri għandhom jagħmlu sommarju tat-tagħrif fornut disponibbli għall-pubbliku. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikunu fornuti l-għodda meħtieġa lill-Kummissjoni biex din twettaq monitoraġġ dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva u b’mod partikulari tevalwa kif intużaw id-derogi mill-BAT, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jintalbu jirrapurtaw tagħrif speċifiku rigward l-użu ta’ din il-possibilità. Barra minn hekk, id-data fornuta mill-Istati Membri dwar l-użu tal-BAT u l-livelli tal-emissjonijiet għandha sservi wkoll għar-reviżjoni tal-BREFs. Għandhom ikunu fornuti rapporti b’sommarji dwar l-implimentazzjoni biex ikun żgurat li l-pubbliku jkun infurmat b’mod xieraq. | |
Emenda 61 Proposta għal direttiva Artikolu 68 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Abbażi ta’ l-aqwa tekniki disponibbli l-Kummissjoni għandha tadatta l-Partijiet 3 u 4 ta' l-Anness V, il-Partijiet 1, 2, 6, 7 u 8 ta' l-Anness VI, il-Partijiet 1, 5, 6, 7 u 8 ta' l-Anness VII u l-Partijiet 2 u 4 ta' l-Anness VIII għall-progress xjentifiku u tekniku. |
1. Fuq il-bażi tal-aħjar tekniki disponibbli kif deskritt fid-dokumenti ta’ referenza BAT ikkonċernati, il-Kummissjoni għandha, fi żmien tnax –il xahar mill-pubblikazzjoni ta’ dokument ta’ referenza BAT fl-Artikolu 14 ibbażat fuq il-konklużjonijiet BAT fid-dokument ta’ referenza BAT, taġġusta l-Annessi V, VI, VII, VIII billi tistipula l-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet bħala rekwiżiti minimi. Valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet jistgħu jkunu supplimentati minn parametri ekwivalenti jew minn miżuru tekniċi u minn rekwiżiti tal-monitoraġġ u tal-konformita sakemm ikun jista' jinkiseb livell ekwivalenti ta' ħarsien tal-ambjent. |
Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi ta’ din id-Direttiva li mhumiex essenzjali, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 69(2). |
Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi ta’ din id-Direttiva li mhumiex essenzjali, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 69(2). |
|
2. Qabel l-adozzjoni tal-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-industrija relevanti u lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-ħarsien tal-ambjent u għandha tirrapporta r-riżultat tal-konsultazzjonijiet u kif dawn kienu kkunsidrati. |
Emenda 62 Proposta għal direttiva Artikolu 68 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 68a |
|
Rekwiżiti minimi |
|
1. Mingħajr ħsara għal Artikolu 68, il-Kummissjoni għandha, fi żmien tnax –il xahar mill-pubblikazzjoni ta’ dokument ta’ referenza BAT skont l-Artikolu 14, ibbażat fuq il-konklużjonijiet BAT fid-dokument ta’ referenza BAT, tistipula l-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet kif ukoll ir-rekwiżiti tal-monitoraġġ u l-konformità bħala rekwiżiti minimi. Valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet jistgħu jkunu supplimentati minn parametri ekwivalenti jew minn miżuru tekniċi meta jkun jista' jinkiseb livell ekwivalenti ta' ħarsien tal-ambjent minn parametri ekwivalenti bħal dawn. |
|
Rekwiżiti minimi bħal dawn għandhom ikunu indirizzati għal impatti ambjentali sinifikanti tal-attivitajiet jew stallazzjonijiet ikkonċernati u għandhom ikunu bbażati fuq BAT/AEL. |
|
Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi ta’ din id-Direttiva li mhumiex essenzjali, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 69(2). |
|
2. Qabel l-adozzjoni tal-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-industrija relevanti u lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-ħarsien tal-ambjent u għandha tirrapporta r-riżultat tal-konsultazzjonijiet u kif dawn kienu kkunsidrati. |
|
3. Skont il-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tistipula sal-31 ta’ Diċembru 2011 il-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet kif ukoll ir-rekwiżiti tal-monitoraġġ u l-konformità għall-emissjonijiet tad-dijossini u l-furani minn stallazzjonijiet li jkunu qed iwettqu l-attivitajiet msemmija f’punti 2.1 u 2.2 ta’ Anness I. |
|
L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jistipulaw valuri ta’ limitu tal-emissjoni iktar stretti għal emissjonijiet tad-dijossini u l-furani . |
|
Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi ta’ din id-Direttiva li mhumiex essenzjali, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 69(2). |
Emenda 63 Proposta għal direttiva Anness I – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Meta tiġi kkalkulata l-kapaċità termali kklassifikata totali ta’ l-istallazzjonijiet imsemmi fil-punt 1.1, l-impjanti ta' kombustjoni b'kapaċità termali kklassifikata taħt il-50MW u joperaw mhux aktar minn 350 siegħa fis-sena m'għandhomx jiġu inklużi għall-finijiet ta’ dan il-kalkolu. |
Meta tiġi kkalkulata l-kapaċità termali kklassifikata totali tal-istallazzjonijiet imsemmi fil-punt 1.1, l-impjanti ta' kombustjoni b'kapaċità termali kklassifikata taħt il-50MW u joperaw mhux aktar minn 500 siegħa fis-sena, m'għandhomx jiġu inklużi għall-finijiet ta’ dan il-kalkolu. |
Ġustifikazzjoni | |
Minflok jinbidel il-limitu minimu, qed ikun propost li jinżamm il-limitu minimu ta’ 20 MW iżda tkun emendata r-regola “de minimis” biex ikunu esklużi iktar stallazzjonijiet żgħar mill-kalkolu. | |
Emenda 64 Proposta għal direttiva Anness I – punt 2.5 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) tħaddim ta’ funderiji ta' metalli mhux ferrużi li jipproduċu prodotti tal-fondut b'kapaċità ta' produzzjoni ta’ fondiet tajba li jeċċedu 2.4 tunnellati metriċi kuljum għal ċomb u kadmju jew 12-il tunnellata metrika kuljum għall-metalli l-oħra kollha. |
(c) tħaddim ta’ funderiji ta' metalli mhux ferrużi li jipproduċu prodotti tal-fondut b'kapaċità ta’ tidwib ta' iktar minn 2.4 tunnellati kuljum għal ċomb u kadmju jew 12-il tunnellata kuljum għall-metalli l-oħra kollha. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-produzzjoni ta’ metall fondut kemm “tajjeb “ u kemm“ħażin”f’istallazzjoni għandha l-istess impatti ambjentali. Barra minn hekk, se jkun diffiċli li wieħed jimplimenta livell minimu espress biss f’termini ta’ “metall fondut tajjeb”. Għalhekk, l-abbozzar jista’ jkun imtejjeb biex id-deskrizzjoni tal-ambitu tkun aktar preċiża u ċara mingħajr ma jinbidel b’mod radikali l-ambitu IPCC attwali. | |
Emenda 65 Proposta għal direttiva Anness I – punt 5.2 – paragrafu introduttorju | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5.2. Inċinerazzjoni ta' skart mhux perikoluż b'kapaċità li teċċedi t-3 tunnellati metriċi fis-siegħa. |
5.2. Inċinerazzjoni u ko-inċinerazzjoni ta' skart mhux perikoluż b'kapaċità li teċċedi t-3 tunnellati metriċi fis-siegħa. |
Ġustifikazzjoni | |
Ko-inċinerazzjoni diġà hija inkluża f’deskrizzjoni ta’ attivitajiet oħra bħall-produzzjoni tas-siment. Madanakollu, jagħmel sens li jkun iċċarat li l-ko-inċinerazzjoni hija verament koperta (bħal ma huwa diġà l-każ għal skart perikoluż f’punt 5.1 (c)). | |
Emenda 66 Proposta għal direttiva Anness I – punt 5.3 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) trattament fiżikokimiku; |
(b) trattament fiżikokimiku; bl-esklużjoni ta’ attivitajiet koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tad-drenaġġ urban1 u li jirriżulta biss f’ħama trattat (treated sludge), kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni tal-ambjent u b’mod partikolari dwar il-protezzjoni tal-ħamrija, meta ħama mid-drenaġġ tintuża għall-agrikoltura2. Din l-esklużjoni tapplika biss f’każijiet meta għall-inqas ikun intlaħaq l-istess livell ta’ protezzjoni tal-ambjent kif stipulat f’din id-Direttiva; |
|
1 ĠU L 135, 30.5.1991. |
|
2 ĠU L 181, 4.7.1986. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex ikun evitat li jkun hemm leġiżlazzjoni doppja u biex tkun żgurata l-konsistenza, huwa ġustifikat li stallazzjonijiet suġġetti għad-Direttiva 91/271/KE dwar it-Trattament tad-Drenaġġ Urban, ma jkunux koperti. Barra minn hekk, l-emenda tagħmel referenza xierqa għad-Direttiva dwar il-Ħama rigward id-definizzjoni ta’ “ħama trattata”. | |
Emenda 67 Proposta għal direttiva Anness I – punt 5.3 - sub-punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) trattament tal-gagazza u rmied; |
(d) (d) trattament tal-gagazza u rmied mhux kopert b’kategoriji oħrajn ta’ attivitajiet industrijali; |
Emenda 68 Proposta għal direttiva Anness I – punt 5.23 - sub-punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) trattament tal-metall skreppjat. |
(e) trattament tal-metall skreppjat fi ‘shredders’. |
Emenda 69 Proposta għal direttiva Anness I – punt 6.6 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fil-każijiet ta’ speċijiet ta’ tjur tal-farm oħra barra dawk imsemmija fil-punt (a) jew tipi differenti ta’ speċijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) imrobbija fl-istess stallazzjoni, il-limitu massimu għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-fatturi ekwivalenti ta’ eskrement tan-nitroġenu mqabbel ma’ l-għetiebi stipulati hawn fuq. |
Fil-każijiet ta’ speċijiet ta’ tjur tal-farm oħra barra dawk imsemmija fil-punt (a) jew tipi differenti ta’ speċijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) imrobbija fl-istess stallazzjoni, il-limitu għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-fatturi ekwivalenti ta’ emissjonijiet tan-nitroġenu mqabbel mal-limiti stipulati hawn fuq. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi gwida dwar il-kalkolu tal-limiti u d-determinazzjoni ta’ fatturi ekwivalenti ta’ emissjonijiet tan-nitroġenu. |
Ġustifikazzjoni | |
F’dan l-istadju huwa teknikament diffiċli li wieħed jipproponi limiti speċifiċi għall-ispeċijiet tat-tjur li mhumiex imsemmija (fil-prattika numru limitat ħafna ta’ rziezet biss se jkun kkonċernat mill-ispeċijiet tat-tjur li mhumiex imsemmija f’Anness I, pereżempju, is-summien, in-ngħam, il-faġani) jew għall-irziezet imħalltin. Bħala kompromess u fl-isfond tan-natura teknika ħafna tal-kwistjoni, il-Kummissjoni għandha toħroġ gwida. | |
Emenda 70 Proposta għal direttiva Anness I – punt 6.9. | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Prodotti ta’ preservazzjoni ta’ l-injam u ta’ l-injam b’kapaċità ta’ produzzjoni li teċċedi l-75 m3 kuljum. |
Prodotti ta’ preservazzjoni ta’ l-injam u ta’ l-injam b’kapaċità ta’ produzzjoni li teċċedi l-50 m3 kuljum. |
Emenda 71 Proposta għal direttiva Anness V – Taqsima 1 – punt 2 – paragrafu wara t-tabella | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Impjanti ta’ kombustjoni , li jużaw karburanti solidi li nħarġilhom permess qabel is-27 ta’ Novembru 2002, u li ma joperawx iktar minn 1500 siegħa fis-sena bħala medja tul perjodu ta' ħames snin, għandhom ikunu suġġetti għal valur limitu ta’ l-emissjonijiet tad-SO2 ta' 800 mg/Nm3. |
Impjanti ta’ kombustjoni b’kapaċità termali ikklassifikata bħala inqas minn 500 MW li jużaw karburanti likwidi, li nħarġilhom permess qabel l-1 ta’ Lulju 1987, u li ma joperawx iktar minn 1500 siegħa fis-sena (bħala medja tul perjodu ta' ħames snin), għandhom ikunu suġġetti għal valur limitu tal-emissjonijiet tal-SO2 ta' 800 mg/Nm3. |
Ġustifikazzjoni | |
Li impjanti li jużaw fjuwils likwidi li meta jkunu qed joperaw bil-kapaċità massima tagħhom, ikunu awtorizzati jkollhom ELV inqas strett għall-SO2, se jevita l-bżonn li jkun hemm miżuri ta’ tnaqqis sekondarji għal dawn l-impjanti bħala miżuri primarji (b’mod partikolari l-użu ta’ fjuwils likwidi b'< 0.5% ta’ kubrit) se jkun suffiċjenti fil-każijiet kollha. Minħabba n-numru limitat ta’ sigħat ta’ operat kull sena tagħhom, l-impatt ambjentali tagħhom huwa pjuttost limitat. Għal impjanti li jaħdmu bil-fjuwils likwidi, id-deroga għandha tkun ristretta għal impjanti ta’ inqas minn 500 MW minħabba li dawn diġà jridu jikkonformaw ma’ ELVs iktar strett skont id-Direttiva LCP. | |
Emenda 72 Proposta għal direttiva Anness V – Taqsima 1 – punt 4 – paragrafu wara t-tabella | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Impajnti ta’ kombustjoni li jużaw karburanti solidi b’kapaċità termali li ma taqbiżx 500 MW li nħarġilhom permess qabel is-27 ta’ Novembru 2002 u li ma joperawx iktar minn 1500 siegħa fis-sena bħala medja li tinbidel tul perjodu ta' ħames snin, għandhom ikunu suġġetti għall-valur limitu ta’ l-emissjonijiet għal NOx ta' 450 mg/Nm3. |
Impajnti ta’ kombustjoni li jużaw karburanti solidi jew likwidi u b’kapaċità termali li ma taqbiżx 500 MW li nħarġilhom permess qabel is-27 ta’ Novembru 2002 u li ma joperawx iktar minn 1500 siegħa fis-sena bħala medja li tinbidel tul perjodu ta' ħames snin, għandhom ikunu suġġetti għall-valur limitu tal-emissjonijiet għal NOx ta' 450 mg/Nm3. |
Impjanti ta’ kombustjoni li jużaw karburanti solidi b’kapaċità termali ta’ 500 MW jew aktar, li nħarġilhom permess qabel l-1 ta’ Lulju 1987, u li ma joperawx iktar minn 1500 siegħa fis-sena bħala medja tul perjodu ta' ħames snin, għandhom ikunu suġġetti għal valur limitu ta’ l-emissjonijiet tad-NOx ta' 450 mg/Nm3. |
Impjanti ta’ kombustjoni li jużaw karburanti solidi jew likwidi u b’kapaċità termali ta’ 500 MW jew aktar, li nħarġilhom permess qabel l-1 ta’ Lulju 1987, u li ma joperawx iktar minn 1500 siegħa fis-sena bħala medja tul perjodu ta' ħames snin, għandhom ikunu suġġetti għal valur limitu ta’ l-emissjonijiet tad-NOx ta' 450 mg/Nm3. |
Ġustifikazzjoni | |
Allowing "peak" operating plants using liquid fuels to have a less stringent ELV for NOx, as proposed in the compromise, would avoid the need to have secondary abatement measures (in particular selective catalytic reduction or SCR) installed for these plants, as primary measures (in particular adjustments to the combustion process) will be sufficient. Due to their limited number of operating hours per year, their environmental impact is rather limited. | |
Emenda 73 Proposta għal direttiva Anness V – Taqsima 1 – punt 5 – punt 4 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Turbini tal-gass għal użu ta' emerġenza li joperaw inqas minn 500 siegħa fis-sena m’humiex koperti mill- valuri limitu ta’ l-emissjonijiet . L-operatur ta' dawn l-impjanti għandu jirreġistra l-ħin ta’ operat użat. |
Turbini tal-gass jew magni tal-gass għal użu ta' emerġenza li joperaw inqas minn 500 siegħa fis-sena m’humiex koperti mill- valuri limitu tal-emissjonijiet. L-operatur ta' dawn l-impjanti għandu jirreġistra l-ħin ta’ operat użat. |
Emenda 74 Proposta għal direttiva Anness V – Taqsima 1 – punt 5 – punt 4 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) Turbini tal-gass li nħarġilhom permess qabel is-27 ta’ Novembru 2002, u li ma joperawx iktar minn 1500 siegħa fis-sena bħala medja tul perjodu ta' ħames snin, għandhom ikunu suġġetti għal valur limitu tal-emissjonijiet tal-Nox ta' 150 mg/Nm3. |
Emenda 75 Proposta għal direttiva Anness V – Taqsima 2 – punt 5 – punt 2 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Turbini tal-gass għal użu ta' emerġenza li joperaw inqas minn 500 siegħa fis-sena m’humiex koperti mill- valuri limiti ta’ l-emissjonijiet . L-operatur ta' dawn l-impjanti għandu jirreġistra l-ħin ta’ operat użat. |
Turbini tal-gass jew magni tal-gass għal użu ta' emerġenza li joperaw inqas minn 500 siegħa fis-sena m’humiex koperti mill- valuri limitu ta’ l-emissjonijiet. L-operatur ta' dawn l-impjanti għandu jirreġistra l-ħin ta’ operat użat. |
Ġustifikazzjoni | |
Magni tal-gass għall-produzzjoni tal-elettriku ħafna drabi jkollhom kompetizzjoni diretta mit-turbini tal-gass. Il-permess li l-magni tal-gass li jintużaw f’emerġenza jkunu eżenti mill-ELVs jiżgura li jkunu trattati l-istess bħat-turbini tal-gass. Għal dawn l-impjanti, li magni joperaw għal numru limitat ħafna ta’ sigħat u jaħdmu biss f’każijiet ta’ “emerġenza” u japplikaw miżuri sekondarji ta’ tnaqqis (b’mod partikolari tnaqqis katalitiku selettiv jew SCR) se jwassal għal spejjeż għoljin li għandhom benefiċċju ambjentali żgħir ħafna, meta wieħed iqis in-numru limitat ta’ siegħat ta’ operat kull sena. | |
Emenda 76 Proposta għal direttiva Anness V – Taqsima 3 – punt 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il- konċentrazzjonijiet ta' SO2, NOx, u trab f’ gassijiet ta' skart minn kull impjant ta' kombustjoni b' kapaċità termali ta' 100 MW jew iktar għandha titkejjel kontinwament . |
1. Il-konċentrazzjonijiet ta' SO2, NOx, u trab f’ gassijiet ta' skart minn kull impjant ta' kombustjoni b' kapaċità termali ta' 100 MW jew iktar għandha titkejjel kontinwament . |
Il-konċentrazzjoni ta’ CO f'gassijiet ta’ skart minn impjanti ta' kombustjoni li jaħarqu karburanti gassużi b'kapaċità termali ta' 100 MW jew aktar għandhom jitkejlu kontinwament. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposta tal-Kummissjoni introduċiet ir-rekwiżit li s-CO ikun immonitorjat kontinwament biss għall-impjanti ta’ kombustjoni li jaħarqu karburanti gassużi minħabba li għal dawn l-impjanti ġie definit ELV f’Anness V. L-awtoritajiet kompetenti jeħtieġ li jiddefinixxu r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ fil-permessi skont il-BAT (l-Artikolu 17). Minħabba li s-CO jista’ jkun meqjus bħala parametru relevanti għall-impjanti ta’ kombustjoni kollha sabiex jikkontrolla l-proċess ta’ kombustjoni, huwa importanti li jkun hemm monitoraġġ kontinwu. | |
Emenda 77 Proposta għal direttiva Anness V – Taqsima 4 – punt 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Fil-każ ta' kejl kontinwu, il-valuri limitu ta' l-emissjonijiet stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2 għandhom jitqiesu bħala li kien hemm konformità magħhom, jekk l-evalwazzjoni tar-riżultati tal-kejl jindikaw li, għas-sigħat ta' operazzjoni f'sena kalendarja, ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: |
1. Fil-każ ta' kejl kontinwu, il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fit-Taqsimiet 1 u 2 għandhom jitqiesu bħala li kien hemm konformità magħhom, jekk l-evalwazzjoni tar-riżultati tal-kejl jindikaw li, għas-sigħat ta' operazzjoni f'sena kalendarja, ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: |
(a) l-ebda valur medju validat ta’ xahar ma jeċċedi l-valuri limitu rilevanti ta’ l-emissjonijiet stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2; |
(a) l-ebda valur medju validat ta’ xahar ma jeċċedi l-valuri limitu rilevanti tal-emissjonijiet stabbiliti fit-Taqsimiet 1 u 2; |
(b) l-ebda valur medju validat ta’ jum ma jeċċedi l-110 % tal-valuri limitu rilevanti ta’ l-emissjonijiet stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2; |
|
(c) fil-każijiet ta’ impjanti ta’ kombustjoni magħmul biss minn bojlers li jużaw faħam b’kapaċità termali taħt il-50 MW, l-ebda valur medju validat ta’ jum ma jeċċedi l-150 % tal-valuri limitu rilevanti ta’ l-emissjonijiet stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2; |
|
(d) 95 % tal-valuri medji validati fis-siegħa matul is-sena ma jeċċedux 200 % tal-valuri limitu rilevanti ta’ l-emissjonijiet stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2. |
(d) 95 % tal-valuri medji validati fis-siegħa matul is-sena ma jeċċedux 200 % tal-valuri limitu rilevanti ta’ l-emissjonijiet stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2. |
Il-valuri medji vvalidati huma ddeterminati kif stabbilit fil-punt 10 tal-Parti 3. |
|
Għall-fini taċ-ċirkolazzjoni tal-valuri medji ta’ l-emissjonijiet, il-valuri mkejla matul il-perjodi msemmija fl-Artikolu 33(4) u (5) u l-Artikolu 34 kif ukoll matul il-perjodi tal-bidu ta’ l-operat jew ta’ shut-down m’għandhom jiġu kkunsidrati. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposta tal-Kummissjoni tippermetti flessibilità addizzjonali meta mqabbla mal-LCP BREF. | |
Billi l-livelli BREF BAT jirriflettu livelli ta’ kuljum, l-Anness V jirrikjedi li l-ELV’s jintlaqu fuq bażi ta’ kull xahar. Barra minn hekk, il-valuri medji ta’ kuljum ma jistgħux ikunu iktar minn 110% tal-ELV u 95 % tal-medji ta’ kull siegħa fuq perjodu ta’ sena ma għandhomx jaqbżu l-ELVs b’ iktar minn darbtejn. Il-proposta tal-Kummissjoni ma tagħmel l-ebda distinzjoni bejn l-impjanti ta’ qabel l-2016 u l-impjanti ta’ wara l-2016. Filwaqt li jinżammu l-istess regoli ta’ konformità għal impjanti ġodda u dawk eżistenti, jeħtieġ li dawn ikunu alinjati mal-konklużjonijiet BAT tal-BREF li huma bbażati fuq medji ta’ kuljum u mhux fuq medji ta’ kull xahar. | |
Emenda 78 Proposta għal direttiva Anness VI – Parti 6 – punt 2.5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2.5. L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma teħtieġx kejl kontinwu ta’ HCI, HF u SO2 fl-iskart fl-impjanti ta’ l-inċinerazzjoni jew impjanti tal-koinċinerazzjoni ta’ l-iskart, u li teħtieġ kejl perjodiku kif stipulat fil-punt 2.1(c) jew l-ebda kejl jekk l-operatur juri li l-emissjonijiet ta' dawk is-sustanzi li jniġġsu ma jistgħux ikunu, taħt l-ebda ċirkostanza ogħla mill-valuri limitu ta' l-emissjonijiet preskritti. |
2.5. L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma teħtieġx kejl kontinwu ta’ HCI, HF u SO2 fl-iskart fl-impjanti ta’ l-inċinerazzjoni jew impjanti tal-koinċinerazzjoni ta’ l-iskart, u li teħtieġ kejl perjodiku kif stipulat fil-punt 2.1(c) jekk l-operatur juri li l-emissjonijiet ta' dawk is-sustanzi li jniġġsu ma jistgħux ikunu, taħt l-ebda ċirkostanza ogħla mill-valuri limitu tal-emissjonijiet preskritti. Din id-deroga ma għandhiex tkun applikata f’każijiet ta’ skart imħallat maħruq minn sorsi differenti. |
L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma teħtieġx kejl kontinwu għal NOx u teħtieġ kejl perjodiku kif stipulat fil-punt 2.1(c) f’impjanti ta’ l-inċinerazzjoni ta’ l-iskart eżistenti b’kapaċità nominali ta’ anqas minn 6 tunnellati metriċi fis-siegħa jew f’impjanti ta’ koinċinerazzjoni ta' l-iskart eżistenti b'kapaċità nominali ta’ anqas minn 6 tunnellati metriċi fis-siegħa jekk l-operatur jista’ jixhed abbażi ta’ informazzjoni dwar il-kwalità ta’ l-iskart ikkonċernat, it-teknoloġiji użati u r-riżultati tal-monitoraġġ ta’ l-emissjonijiet li l-emissjonijiet NOx ma jistgħu fl-ebda ċirkustanza jkunu ogħla mill-valur limitu ta' l-emissjonijiet preskritt. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposta tal-Kummissjoni tipprevedi każijiet speċifiċi fejn l-ebda rekwiżiti ta’ HCI, HF u SO2 jistgħu ma jkunu meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti. Il-proposta ta’ kompromess tikkunsidra l-emendi, li neħħew il-flessibilità addizzjonali proposta. | |
Il-proposta tal-Kummissjoni barra minn hekk, tipprevedi każijiet speċifiċi fejn NOx jista’ jkun suġġett għal kejl perjodiku minflok kejl kontinwu. Diversi emendi proponew li titneħħa l-flessibilità addizzjonali proposta. | |
Emenda 79 Proposta għal direttiva Anness VI – Taqsima 6 – punt 2.6 – paragrafu introduttorju | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2.6. L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li teħtieġ anqas minn żewġ kejl fis-sena jew l-ebda kejl għal metalli tqal u għad-disjossini jew furani fil-każijiet li ġejjin: |
2.6. L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li teħtieġ kejl wieħed fis-sena biss għal metalli tqal u għad-disjossini jew furani fil-każijiet li ġejjin: |
Emenda 80 Proposta għal direttiva Anness VI – Taqsima 6 – punt 2.6 – punt c a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) l-operatur jista’ jagħti evidenza li la skart elettroniku jew elettriku u lanqas skart li fih komponenti klorinati mhu qed ikun trattat. |
- [1] ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1
NOTA SPJEGATTIVA
Il-protezzjoni ambjentali fuq il-bażi ta’ approċċ integrat għall-ħruġ ta’ permessi għal stallazzjonijiet
L-għan tal-proposta għal Direttiva huwa li jkunu riveduti u kkonsolidati f’test wieħed seba’ Direttivi separati dwar l-emissjonijiet industrijali.
Din il-proċedura leġiżlattiva se taffettwa 52 000 stallazzjoni industrijali fl-Ewropa, jiġifieri proporzjon kbir tal-emissjonijiet li jniġġsu fl-Ewropa u li huma sa ċertu punt responsabbli biex ma jintlaħqux l-għanijiet stipulati fl-istrateġija tematika dwar il-prevenzjoni tat-tniġġis tal-arja.
Il-proposta tal-Kummissjoni tipprovdi approċċ integrat bil-għan li tkun żgurata l-kunsiderazzjoni tal-aspetti ambjentali bl-iktar mod bilanċjat u komprensiv possibbli, meta joħorġu l-permessi għal stallazzjonijiet. Wieħed mill-għanijiet tal-proposta huwa li jkunu imposti limiti effettivi għall-emissjonijiet permezz tat-tħaddim tal-aħjar tekniki disponibbli (BATs); Għalhekk, għandhom ikunu introdotti regoli iktar stretti li jistipulaw l-użu tagħhom. Id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fil-Komunità, ikkawżati minn disparitajiet fit-trspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti, għandhom ikunu solvuti fl-istess ħin.
Ir-rapporteur jappoġġja l-istrateġija tal-Kummissjoni. L-approċċ integrat huwa milqugħ b’sodisfazzjoni, kif inhuma d-dispożizzjonijiet stretti li jikkontrollaw l-użu tal-aħjar tekniki possibbli. L-emendi għandhom l-għan li jsaħħu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva u li jissalvagwardjaw kontra l-interpretazzjoni ħażina tagħha, li jissimplifikaw it-traspożizzjoni u jneħħu l-burokrazija li mhix meħtieġa.
In-netwerk Ewropew tas-sikurezza
L-għan tal-ewwel bidla fundamentali proposta huwa li jinżamm fil-forma attwali tiegħu l-iskambju ta’ informazzjoni imprezzabbli bejn gruppi interessati, bħall-industrija u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (il-Proċess ta’ Sevilja), bħal aprti mill-proċess kif ikunu deskritti l-aħjar tekniki disponibbli. Ir-riżultat ta’ dan il-proċess se jibqa’ d-dokument ta’ referenza BAT.
L-introduzzjoni ta’ valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet li jorbtu hija milqugħa. Il-proposta tal-Kummissjoni tistipula valuri ta’ limitu li jkunu determinati b’mod dirett fuq il-bażi tad-dokumenti ta’ referenza BAT. Fil-prattika dan ma jaħdimx u se jirriżulta f’influwenza politika mhux mixtieqa fuq il-Proċess ta’ Sevilja. It-tieni bidla fundamentali proposta mir-rapporteur għalhekk tipprovdi għat-twaqqif ta’ kumitat ta’ komitoloġija li jkun suġġett għal skrutinju parlamentari, li jkollu l-kompiti li jistipula miżuri biex jiġu limitati emissjonijiet fil-forma ta’ rekwiżiti minimi. Ir-rekwiżiti minimi se jiffurmaw in-netwerk tas-sikurezza Ewropew li r-regoli tiegħu ma jistgħux jinkisru minn l-ebda stallazzjoni.
Fuq il-livell tal-awtoritajiet kompetenti fuq il-post, ġew stipulati miżuri biex ikunu limitati l-emissjonijiet għal stallazzjonijiet individwali li huma maħsuba biex jirriżultaw f’livelli ta’ emissjonijiet li bħala medja jilħqu r-rekwiżiti stipulati fid-dokumenti ta’ referenza BAT, bi flessibilità sabiex ikunu kkunsidrati b'mod xieraq iċ-ċirkustanzi lokali. Din id-dispożizzjoni għandha l-għan li titratta l-problema li tirriżulta f’valuri tal-emissjonijiet li jistgħu jaqbżu l-livelli assoċjati mad-deskrizzjonijiet tal-aħjar tekniki disponibbli li jistgħu jseħħu matul l-operat normali, pereżempju meta tinbeda stallazzjoni. Madanakollu, l-livelli massimi imposti min-Netwerk tas-Sikurezza Ewropew ma jistgħu jinqabżu għall-ebda raġuni.
Din il-proposta tilħaq bilanċ bejn l-introduzzjoni ta’ standards Ewropej relatati mal-ħruġ ta’ permessi għal stallazzjonijiet industrijali u l-awtorizzazzjoni tal-flessibilità tant meħtieġa għall-Istati Membri biex jikkunsidraw karatteristiċi tekniċi ta’ stallazzjonijiet stabbiliti, il-lokalità ġeografika tagħhom u l-kundizzjonijiet ambjentali lokali.
Tnaqqis tal-ispejjeż amministrattivi
Wieħed mill-għanijiet tal-Kummissjoni biex tkun riveduta d-Direttiva, u li hija appoġġjata b'mod sħiħ mir-rapporteur, huwa li titnaqqas il-burokrazija. Serje ta’ emendi għandhom l-għan li jtejbu l-proposta għal reviżjoni f’dan ir-rigward: huma jistipulaw it-tnaqqis ta’ regoli riġidi dwar spezzjonijiet għal stallazzjonijiet u tar-rekwiżit li operaturi għandhom jissottomettu rapporti dwar konformità mal-kundizzjonijiet tal-permess. Minn dawn id-dispożizzjonijiet inqas stretti se jibbenefikaw l-awtoritajiet kompetenti sabiex ikunu jistgħu jużaw ir-riżorsi tagħhom fejn huma meħtieġa, pereżempju billi jiffukaw fuq stallazzjonijiet li jirrikjedu skrutinju iktar mill-qrib mill-perspettiva tas-sikurezza ambjentali.
Barra minn hekk, ir-rapporteur ressaq emendi maħsuba biex isaħħu l-irwol tal-Parlament b’konnessjoni mal-emendi futuri ta’ dispożizzjonijiet mhux essenzjali tad-Direttiva, biex jiżguraw li deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jikkunsidraw b’mod xieraq l-opinjonijiet tal-esperti esterni u biex l-implikazzjonijiet ekonomiċi ta’ deċiżjonijiet bħal dawn ikunu trasparenti.
Għal kuntrarju, l-estensjonijiet tal-ambitu tad-Direttiva għandhom ikunu rtirati f’każijiet meta l-benefiċċji ambjentali possibbli ma jiġġustifikawx l-ispejjeż. Dan japplika wkoll għal dispożizzjonijiet stretti dwar il-protezzjoni tal-ħamrija u tal-ilma tal-pjan, suġġetti li diġà huma trattati fuq livell tal-Komunità u nazzjonali.
ANNESS: ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI
KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI
CHAIRMAN
Ref.: D(2008)53399
Is-Sur Miroslav OUZKÝ
Chaiman tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
ASP 05F69
Brussels
Suġġett: Proposta għal Direttva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis)(verżjoni riformulata)
(COM(2007)844 – C6 0002/2008 – 2007/0286(COD))
Sinjur/Sinjura,
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, li għandi l-unur li nkun il-President tiegħu, eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, skont l-Artikolu 80a dwar Tfassil mill-Ġdid, kif introdotta fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament permezz ta' Deċiżjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2007.
Paragrafi 3 u 4 ta’ dak l-Artikolu jaqraw kif ġej:
"(3) Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jikkonkludi li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali għal-leġiżlazzjoni minbarra dawk identifikati bħala tali, għandu jinforma lill-kumitat responsabbli dwar dan.
F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 150 u 151, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet sostanzjali.
Madankollu, emendi tal-partijiet li ma nbidlux jistgħu jiġu ammessi fuq bażi eċċezzjonali u fuq bażi ta' każ b'każ mill-president ta' dan il-kumitat jekk iqis li dan huwa meħtieġ għal raġunijiet imperattivi li għandhom x'jaqsmu mal-koerenza interna tat-test jew għaliex l-emendi huma marbuta mill-qrib ma' emendi oħra li jkunu ammissibbli. Dawn ir-raġunijiet għandhom jitniżżlu f'ġustifikazzjoni miktuba ta' l-emendi.
(4) Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta tinkludi bidliet sostanzjali għal-leġiżlazzjoni minbarra dawk identifikati bħala tali, huwa għandu jipproponi li l-Parlament jiċħad il-proposta u jinforma lill-kumitat responsabbli dwar dan.
F'dan il-każ, il-President għandu jsejjaħ lill-Kummissjoni biex tirtira l-proposta tagħħa. Jekk il-Kummissjoni tirtira l-proposta tagħha, il-President għandu jinnota li l-proċedura tilfet l-iskop tagħha u għandu jinforma lill-Kunsill. Jekk il-Kummissjoni ma tirtirax il-proposta tagħha, il-Parlament għandu jerġà jibgħatha lill-kumitat responsabbli, sabiex jeżaminaha skond il-proċedura normali.”
Wara l-opinjoni tas-Servizz Legali, li r-rappreżentanti tiegħu pparteċipaw fil-laqgħat tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv li qed jeżamina l-proposta għal tfassil mill-ġdid u biex ikunu osservati r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur għal Opinjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jqis li l-proposta kkunsidrata ma tinkludix bidliet sostantivi minbarra dawk identifikati bħala tali fil-proposta, fl-opinjoni jew minn issa 'l quddiem u li, rigward il-kodifikazzjoni ta' dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-atti preċedenti b'dawk il-bidliet, il-proposta tinkludi kodifkazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr l-ebda bidla fil-kontenut tagħhom.
Skont l-Artikolu 80 a(2) u 80(3), il-Kumitat għall-Affarijiet Legali kkunsidra li l-adattamenti tekniċi ssuġġeriti fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma msemmi hawn fuq, kienu neċessarji biex ikun żgurat li l-proposta tikkonforma mar-regoli ta’ kodifikazzjoni u li ma kinux jinvolvu l-ebda bidla sostantiva għall-proposta.
Barra minn hekk, wara r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur għal Opinjoni u skont ir-Regoli 80a(2) u 80(3), il-Kumitat għall-Affarijiet Legali kkunsidra li d-dispożizzjonijiet li ġejjin, li kienu diġà ngassati b’sinjal doppju (marked with double strikethrough), għandhom ikunu identifikati bit-tipa l-ġriża użata biex ikunu mmarkati bidliet sostantivi:
· Art. 3 Nru 12, tħassir tat-tieni sentenza “fis-sens tad-definizzjoni ta' dan il-kunċett organizzazzjonijiet non-governattivi li jimpenjaw ruħhom favur l-ambjent u li jissodisfaw ir-rekwiżiti li japplikaw skond il-liġijiet nazzjonali, għandhom interess”;
· Art. 12, Nru 8, tħassir tal-kliem “stat definit skont l-Artikolu 23(2) u (3)”;
· Fl-Artikolu 29, il-kliem “bejn” u “dwar l-aħjar tekniki disponibbli, monitoraġġ assoċjat u l-iżviluppi fihom....”.
Mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tal-Artikolu 80a (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament dwar okkażjonijiet fil-futur, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali kkunsidra li l-punti elenkati hawn fuq jikkonformaw mar-regoli ta’ kodifikazzjoni u tfassil mill-ġdid bil-kundizzjoni li dawn ikunu riveduti skont l-Artikolu 80a(2) u 80(3).
Fl-aħħarnett, waqt laqgħa tiegħu tat-8-9 ta’ Settembru 2008, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali ddeċieda li jirrakkomanda li l-Kumitat tiegħek, bħala l-kumitat responsabbli, ikompli bil-kunsiderazzjoni tal-proposta kkunsidrata filwaqt li jżomm mas-suġġerimenti ta’ hawn fuq u skont l-Artikolu 80a
Dejjem Tiegħek,
Giuseppe GARGANI
ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIVTAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI,
GROUPE CONSULTATIF DES SERVICES JURIDIQUES
|
||
Brussell,
OPINJONI
GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
TAL-KUNSILL
TAL-KUMMISSJONI
Proposta ta’ Direttiva Tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis)
(COM(2007)0844 – C6-0002/844 –2007/0286 (COD))
Wara li kkunsidra l-Ftehima Interteristituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 dwar użu iktar strutturat tat-teknika tat-tfassil mill-ġdid għal atti legali, u b’mod partikolari punt 9 tagħha, il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv, li jikkonsisti fis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, iltaqa’ fis-16, 22, 24 u 31 ta’ Jannar, fit-13 ta’ Frar u fit-3 ta’ April 2008 biex jeżamina l-proposta msemmija qabel imressqa mill-Kummissjoni.
Waqt dawk il-laqgħat[1], kunsiderazzjoni tal-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex terġa titfassal mill-ġdid id-Direttiva tal-Kunsill 78/176/KEE tal-20 ta’ Frar 1978 dwar skart mill-industrija tad-dijossidu tat-titanju, id-Direttiva tal-Kunsill 82/883/KEE tat-3 ta’ Diċembru 1982 fuq il-proċeduri ta’ sorveljanza u monitoraġġ ta’ ambjenti milquta mill-iskart ta’ l-industrija tad-dijossidu ta’ titanju, id-Direttiva tal-Kunsill 92/112/KEE tal-15 ta’ Diċembru 1992 dwar proċeduri għall-armonizzazzjoni ta’ programmi għat-tnaqqis u l-eliminazzjoni eventwali ta’ tniġġis ikkawżat mill-iskart tal-industrija tad- dijossidu tat-titanju, id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta' l-24 ta' Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis, id-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE tal-11 ta' Marzu 1999 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ taħlitiet organiċi volatili minħabba l-użu ta' solventi organiċi f'ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet, id-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta' skart u d-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar ta’ kombustjoni.
1) Ġie rikonoxxut li wara dik id-data li fiha tressqet il-proposta ta’ tfassil mill-ġdid lill-awtorità leġiżlattiva, id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE tal-24 ta’ Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis, kienet revokata u sostitwita mid-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (Verżjoni Kodifikata)[2]. B’riżultat ta’ dan, ir-referenzi kollha li saru għad-Direttiva 96/61/KE fit-test imfassal mill-ġdid għandhom jinftiehmu bħala referenzi li jkunu saru għad-Direttiva 2008/1/KE.
2) Il-partijiet tat-test tal-proposta mfassla mill-ġdid li ġejjin kellhom ikunu identifikati billi tintuża t-tipa l-griża użata biex ikunu mmarkati bidliet sostantivi:
- f’punt (5) tal-Artikolu 3, il-kliem “Valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet jistgħu jkunu wkoll stipulati għal ċertu gruppi, familji jew kategoriji ta’ sustanzi” li diġà kienu ngassati b’sinjal doppju;
- fl-Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, il-kliem “jew fuq siti differenti”;
- fl-Artikolu 9(2), it-tieni subparagrafu, il-kliem “jew l-ambjent” (li kienet preżentata bejn vleġġeġ ta’ adattament (adaptation arrows));
- fl-Artikolu 35(1), is-sentenza finali “L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li monitoraġġ bħal dan għandu jitwettaq bi spejjeż għall-operatur” ( kienet diġà ingassata b’sinjal doppju);
- fl-Artikolu 43(2), is-sentenza finali “Il-kalibrazzjoni għandha ssir permezz ta’ kejl parallel mal-metodi ta’ referenza għall-inqas kull tliet snin” (diġà ngassata b’sinjal doppju);
- f’Anness I, punt 1.4, il-kliem “Faħam” (diġà ngassati b’sinjal doppju) u “fjuwils”;
- f’Anness I, il-kliem kollu ta’ punt 5.1. (h) u ta’ punt 5.1.(k);
- f’Anness I, punt 6.4 (b)(ii), l-espressjoni “valur medju kull tliet xhur” (diġà ngassata b’sinjal doppju);
- f’Anness V, Taqsima 1, punt 2, il-kliem “Faħam u linjite, “Bijomassa” u “Pit”
- f’Anness V, Taqsima 1, punt 5, nota (4), il-kliem “u CO”.
3) F’punt (26) tal-Artikolu 3, il-kelma “jekk” li tiġi qabel l-espressjoni “is-sustanzi” kellha tkun ippreżentata bejn il-vleġġeġ ta’ adattament.
4) Kien rikonoxxut li fl-Artikolu 26(3), fil-kliem introduttorju, il-kliem “għandu jinforma l-pubbliku” u “u” kienu ngassati b’sinjal doppju bi żball. Dawn il-kliem għandhom ikunu introdotti mill-ġdid, u għalhekk il-kliem introduttorju għandu jaqra kif ġej: “Meta tkun ittieħdet deċiżjoni dwar l-għoti, il-kunsiderazzjoni mill-ġdid jew l-aġġornament ta’ permess, jew dwar l-adozzjoni jew l-aġġornament tar-regoli ġenerali li jorbtu, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-pubbliku u għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku t-tagħrif li ġej:”.
5) Fl-Artikolu 38(2)(a)(i), ir-referenza li tkun saret għal “Artikolu 3 (21)” għandha tinqara bħala referenza għall-Artikolu 3(20).
6) Fl-Artikolu 47(4)(b), il-kliem “jew ko-inċinerazzjoni” għandha tkun preżentata bejn il-vleġġeġ tal-adattament.
7) Fl-Anness V, Taqsima 1, punt 4, l-indikazzjoni “(2)” li tiġi qabel parti mit-test li kienet ingassata b’sinjal doppju, kellha tkun ingassata b’sinjal doppju wkoll.
8) Fl-Anness V, Taqsima 3, punt 3, il-kelma “kull” kellha tkun preżentata bejn il-vleġġeġ tal-adattament (flimkien mal-kelma “darba”).
9) Fl-Anness VI, Taqsima 3, punt 1, l-indikazzjoni “f’punt 2.7 ta’ Taqsima 5” għandha tkun adattata biex tiġi taqra “f’punt 2.7 ta’ Taqsima 6”).
Għalhekk, il-kunsiderazzjoni tal-proposta ppermettiet lill-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv biex jikkonkludi mingħajr diżapprovazzjoni, li l-proposta ma tinkludi l-ebda emendi sostantivi minbarra dawk identifikati bħala tali fiha jew f’din l-opinjoni. Il-Grupp ta’ Ħidma kkonkluda wkoll, rigward il-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux ta’ atti preċedenti b’dawk l-emendi sostantivi, li l-proposta tinkludi kodifikazzjoni sempliċi tat-test eżistenti, mingħajr l-ebda bidla fil-kontenut.
C. PENNERA J.-C. PIRIS C.-F.DURAND
Jurisconsult Jurisconsult aġent Direttur Ġenerali
PROĊEDURA
Titolu |
Emissjonijiet industrijali (prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis) (riformulazzjoni) |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0844 – C6-0002/2008 – 2007/0286(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
21.12.2007 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 10.4.2008 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 10.4.2008 |
|
|
|
||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
JURI 9.9.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Holger Krahmer 21.2.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
8.4.2008 |
26.5.2008 |
9.9.2008 |
|
||||
Data tal-adozzjoni |
22.1.2009 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
43 10 5 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Adamos Adamou, Georgs Andrejevs, Liam Aylward, Maria Berger, John Bowis, Frieda Brepoels, Hiltrud Breyer, Martin Callanan, Dorette Corbey, Magor Imre Csibi, Chris Davies, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Edite Estrela, Jill Evans, Anne Ferreira, Karl-Heinz Florenz, Alessandro Foglietta, Elisabetta Gardini, Satu Hassi, Jens Holm, Marie Anne Isler Béguin, Caroline Jackson, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Holger Krahmer, Urszula Krupa, Marie-Noëlle Lienemann, Peter Liese, Jules Maaten, Marios Matsakis, Linda McAvan, Riitta Myller, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Dimitrios Papadimoulis, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Guido Sacconi, Daciana Octavia Sârbu, Amalia Sartori, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Bart Staes, Anja Weisgerber, Glenis Willmott |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Iles Braghetto, Philip Bushill-Matthews, Christofer Fjellner, Jutta Haug, Robert Sturdy, Andres Tarand |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Daniel Cohn-Bendit, Constanze Angela Krehl, Bernhard Rapkay |
|||||||
Data tat-tressiq |
9.2.2009 |
|||||||