RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE
16.2.2009 - (COM(2008)0627 – C6‑0350/2008 – 2008/0190(COD)) - ***I
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: John Purvis
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE
(COM(2008)0627 – C6‑0350/2008 – 2008/0190(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2008)0627),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), l-Artikolu 47(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikolu l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0350/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0056/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 2 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(2) Il-Kummissjoni ppreżentat rapport li saħaq dwar il-ħtieġa li d-Direttiva 2000/46/KE tiġi riveduta minħabba li xi wħud mid-dispożizzjonijiet tagħha tqiesu li xekklu d-deher ta' suq tassew uniku għas-servizzi tal-flus elettroniċi. |
(2) Il-Kummissjoni ppreżentat rapport li saħaq dwar il-ħtieġa li d-Direttiva 2000/46/KE tiġi riveduta minħabba li xi wħud mid-dispożizzjonijiet tagħha tqiesu li xekklu l-ħolqien ta' suq tassew uniku għas-servizzi tal-flus elettroniċi u l-iżvilupp ta' servizzi bħal dawn li jkunu ta' użu faċli għall-utent. | ||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 5 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(5) Xieraq li l-applikazzjoni tad-Direttiva tiġi limitata għall-fornituri ta' servizzi ta' ħlas li joħoru flus elettroniċi. Dan m’għandux japplika għal strumenti mħallsa minn qabel li jistgħu jintużaw biss b’mod limitat, jew għaliex jippermettu lid-detentur jixtri oġġetti jew servizzi biss fl-istabbiliment tal-emittent jew fi ħdan netwerk limitat ta’ fornituri ta’ servizz skont fethim kummerċjali dirett ma’ emittent professjonali, jew inkella għaliex jistgħu jkunu biss użati biex jakkwistaw firxa limitata ta’ oġġetti u servizzi. Strument għandu jitqies li jintuża f’‘netwerk limitat’ jekk ikun jista’ jintuża biss għax-xiri ta’ oġġetti u servizzi f'ħanut speċifiku, katina ta' ħwienet jew għal firxa limitata ta' oġġetti u servizzi, tkun liema tkun il-lokazzjoni ġeografika tal-punt tal-bejgħ. Eżempji ta’ strumenti bħal dawn huma kards tal-ħwienet, tal-petrol, tas-sħubija jew tat-trasport pubbliku u vawċers għall-ikel. Strumenti li jistgħu jintużaw għal xiri minn ħwienet ta’ kummerċjanti elenkati m’għandhomx ikunu eżentati għaliex dawn l-istrumenti tfasslu tipikament għal netwerk ta’ fornituri ta' servizz li kull ma jmur jikber. Fl-aħħarnett, id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal transazzjonijiet ta’ ħlas għax-xiri ta’ oġġetti jew servizzi diġitali, fejn, minħabba n-natura tal-oġġett jew tas-servizz, l-operatur iżidlu valur intrinsiku eż. fil-forma ta’ faċilitajiet ta’ aċċess, tiftix jew tqassim, dejjem sakemm l-oġġett jew is-servizz inkwistjoni jkun jista’ jintuża biss permezz ta’ apparat diġitali, bħal mowbajl jew kompjuter.
|
(5) Xieraq li l-applikazzjoni tad-Direttiva tiġi limitata għall-fornituri ta' servizzi ta' ħlas li joħorġu flus elettroniċi. Dan m’għandux japplika għal strumenti mħallsa minn qabel li jistgħu jintużaw biss b’mod limitat, jew għaliex jippermettu lid-detentur jixtri oġġetti jew servizzi biss fl-istabbiliment tal-emittent jew fi ħdan netwerk limitat ta’ fornituri ta’ servizz skont ftehim kummerċjali dirett ma’ emittent professjonali, jew inkella għaliex jistgħu jkunu biss użati biex jakkwistaw firxa limitata ta’ oġġetti u servizzi. Strument għandu jitqies li jintuża f’‘netwerk limitat’ jekk ikun jista’ jintuża biss għax-xiri ta’ oġġetti u servizzi f'ħanut speċifiku, katina ta' ħwienet jew għal firxa limitata ta' oġġetti u servizzi, tkun liema tkun il-lokazzjoni ġeografika tal-punt tal-bejgħ. Eżempji ta’ strumenti bħal dawn huma kards tal-ħwienet, tal-petrol, tas-sħubija jew tat-trasport pubbliku u vawċers għall-ikel. Strumenti li jistgħu jintużaw għal xiri minn ħwienet ta’ kummerċjanti elenkati m’għandhomx ikunu eżentati għaliex dawn l-istrumenti tfasslu tipikament għal netwerk ta’ fornituri ta' servizz li kull ma jmur jikber. Fl-aħħarnett, id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas għax-xiri ta’ oġġetti jew servizzi diġitali, fejn, minħabba n-natura tal-oġġett jew tas-servizz, l-operatur iżidlu valur intrinsiku eż. fil-forma ta’ faċilitajiet ta’ aċċess, tiftix jew tqassim, dejjem sakemm l-oġġett jew is-servizz inkwistjoni jkun jista’ jintuża biss permezz ta’ apparat diġitali, bħal mowbajl jew kompjuter, u l-operatur tat-telekomunikazzjoni, diġitali jew tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (IT) ma jaġixxix biss bħala intermedjarju bejn l-utent tas-servizz bil-ħlas u l-fornitur tal-prodotti u tas-servizzi. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Il-Premessa (5) marbuta mal-Artikolu 1(4) għandha tkun konformi mal-Artikolu 1(4) innifsu u m'għandhiex tħassar waħda mill-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Artikolu. Bl-istess mod, minħabba li l-Artikolu 1(4) huwa kopja tal-Artikolu 3(l) tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Ħlas, din l-emenda hija meħtieġa biex il-Premessa (5) ta' din id-Direttiva ssir konformi mal-Premessa (6) tad-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Ħlas. | |||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 12 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(12) Il-flus elettroniċi għandhom ikunu jistgħu jinfdew sabiex tiġi ppreservata l-kunfidenza tad-detentur tal-flus. Il-fidi ma jimplikax, fih innifsu, li l-fondi rċevuti flok il-flus elettroniċi għandhom ikunu meqjusa bħala depożiti jew fondi oħra ripagabbli għall-iskopijiet tad-Direttiva 2006/48/KE. Il-fidi għandu jkun dejjem possibbli f’kull ħin, flus bi flus. Il-fidi tal-ammont sħiħ għandu dejjem ikun b’xejn. Il-fidi parzjali jista’ jiġġenera xi spejjeż għall-emittent. Jista’ għalhekk ikun soġġett għal ħlas proporzjonat u bbażat fuq l-ispejjeż. Dan huwa bla ħsara għal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-taxxa jew kwistjonijiet soċjali kif kull obligu fuq l-emittent taħt leġiżlazzjoni Komunitarja jew nazzjonali oħra rilevanti, bħar-regoli kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, kull azzjoni li toloqt l-iffriżar tal-fondi, jew kull miżura speċifika marbuta mal-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta' reati. |
(12) Il-flus elettroniċi għandhom ikunu jistgħu jinfdew sabiex tiġi ppreservata l-fiduċja tad-detentur tal-flus. Il-fidi ma jimplikax, fih innifsu, li l-fondi rċevuti flok il-flus elettroniċi għandhom ikunu meqjusa bħala depożiti jew fondi oħra ripagabbli għall-iskopijiet tad-Direttiva 2006/48/KE. Il-fidi għandu jkun dejjem possibbli f’kull ħin, flus bi flus. Il-fidi mat-tmiem tal-kuntratt meta d-data tat-tmiem tkun speċifikata għandu dejjem ikun b’xejn. Il-fidi komplet jew parzjali qabel it-tmiem jista' jiġġenera spejjeż addizzjonali għall-emittent. Għalhekk, fidi bħal dan jista’ jkun soġġett għal ħlas proporzjonat u bbażat fuq l-ispejjeż. Dan huwa bla ħsara għal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-taxxa jew kwistjonijiet soċjali kif kull obbligu fuq l-emittent taħt leġiżlazzjoni Komunitarja jew nazzjonali oħra rilevanti, bħar-regoli kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, kull azzjoni li tolqot l-iffriżar tal-fondi, jew kull miżura speċifika marbuta mal-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta' reati. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Sabiex it-test isir konformi mal-emenda għall-Artikolu 5 dwar il-Fidi. | |||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 16 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(16) Insegwitu għad-Direttiva 2006/48/KE, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jitqiesu li huma istituzzjonijiet tal-kreditu, għalkemm ma jistgħux jirċievu depożiti mill-pubbliku u lanqas jagħtu kreditu mill-fondi rċevuti mill-pubbliku. Fid-dawl tas-sistema mdaħħla minn din id-Direttiva, xieraq li tiġi emendata d-definizzjoni ta' istituzzjoni tal-kreditu fid-Direttiva 2006/48/KE sabiex ikun żgurat li l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi ma jitqisux istituzzjonijiet tal-kreditu. Madankollu, l-istituzzjonijiet tal-kreditu għandhom jibqgħu jitħallew joħorġu flus elettroniċi u jwettqu din l-attività madwar il-Komunità, soġġett għar-rikonoxximent reċiproku u għar-reġim superviżorju prudenzjali komprensiv li japplika għalihom skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam bankarju. |
(16) Insegwitu għad-Direttiva 2006/48/KE, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jitqiesu li huma istituzzjonijiet tal-kreditu, għalkemm ma jistgħux jirċievu depożiti mill-pubbliku u lanqas jagħtu kreditu mill-fondi rċevuti mill-pubbliku. Fid-dawl tas-sistema mdaħħla minn din id-Direttiva, xieraq li tiġi emendata d-definizzjoni ta' istituzzjoni tal-kreditu fid-Direttiva 2006/48/KE sabiex ikun żgurat li l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi ma jitqisux istituzzjonijiet tal-kreditu. Madankollu, l-istituzzjonijiet tal-kreditu għandhom jibqgħu jitħallew joħorġu flus elettroniċi u jwettqu din l-attività madwar il-Komunità, soġġett għar-rikonoxximent reċiproku u għar-reġim superviżorju prudenzjali komprensiv li japplika għalihom skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam bankarju. Madankollu, fl-interess li jinżamm livell ta' kundizzjonijiet ugwali, l-istituzzjonijiet ta' kreditu, b'mod alternattiv, għandhom ikunu jistgħu jwettqu dik l-attività permezz ta' kumpanija sussidjarja skont ir-reġim superviżorju prudenzjali ta' din id-Direttiva, u mhux skont id-Direttiva 2006/48/KE. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Sabiex ikun hemm konformità mal-prinċipju ta' kundizzjonijiet ugwali, l-istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi li jiffurmaw parti minn grupp bankarju għandu jkollhom l-opportunità, bl-istess mod, li jibbenefikaw minn reġim kapitali speċifiku ta' istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi kif definit skont dan it-Titolu, bħala alternattiva għall-inklużjoni fir-reġim superviżorju prudenzjali fuq bażi konsolidata skont id-Direttiva 2006/48/KE. | |||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – paragrafu 1 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
1. Din id-Direttiva tistipula regoli dwar dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi u għall-attività tal-ħruġ tal-flus elettroniċi. |
1. Din id-Direttiva tistipula regoli dwar il-bidu u l-eżerċizzju tal-attività tal-ħruġ tal-flus elettroniċi u dwar is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet elettroniċi tal-flus. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Kjarifika tal-istruttura skont Direttivi oħra dwar servizzi finanzjarji. | |||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – paragrafu 2 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
2. Bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 5, din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-istituzzjonijiet tal-kreditu kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2006/48/KE. |
2. Bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 1, 2 u 5 u tat-Titoli III u IV, din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-istituzzjonijiet tal-kreditu kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2006/48/KE. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Id-dispożizzjonijiet ġenerali fid-Direttiva u d-definizzjoni ta' x'jitqies bħala flus elettroniċi huma rilevanti wkoll għall-istituzzjonijiet ta' kreditu meta joħorġu l-flus elettroniċi. | |||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – paragrafu 3 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
3. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal servizzi bbażati fuq strumenti li jistgħu jintużaw biss għall-akkwist ta' merkanzija jew servizzi fil-bini użat mill-emittent jew bi ftehim kummerċjali mal-emittent, jew f'netwerk limitat ta' fornituri ta' servizzi jew inkella għal firxa limitata ta' merkanzija jew servizzi. |
3. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal impriżi li joħorġu flus elettroniċi li jistgħu jintużaw biss għall-akkwist ta' merkanzija jew servizzi: | ||||||||||||
|
|
(a) fil-bini użat mill-emittent; jew | ||||||||||||
|
|
(b) bi ftehim kummerċjali mal-emittent, jew f'netwerk lokali limitat ta' fornituri ta' prodotti jew servizzi jew inkella għal firxa limitata ta' merkanzija jew servizzi, bħal skema komuni ta' kummerċjalizzazzjoni jew distribuzzjoni. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Dan jiċċara aktar x'jista' jitqies bħala "netwerk limitat". | |||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – paragrafu 4 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
4. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal servizzi bbażati fuq apparat tat-telekomunikazzjoni, diġitali jew tat-teknoloġija informatika (IT), fejn il-merkanzija jew is-servizzi mixtrija jiġu fornuti u ser jintużaw permezz ta' apparat tat-telekomunikazzjoni, diġitali jew tal-IT, dment li l-operatur tat-telekomunikazzjoni, diġitali jew tal-IT ma jaġixxix biss bħala intermedjarju bejn l-utent tas-servizzi ta’ ħlas u l-fornitur tal-merkanzija u tas-servizzi. |
4. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal intrapriżi li jużaw flus elettroniċi bbażati fuq apparat tat-telekomunikazzjoni, diġitali jew tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT), fejn il-prodotti jew is-servizzi mixtrija jiġu fornuti u ser jintużaw permezz ta' apparat tat-telekomunikazzjoni, diġitali jew tal-IT, dment li l-operatur tat-telekomunikazzjoni, diġitali jew tal-IT ma jaġixxix biss bħala intermedjarju bejn l-utent tas-servizzi ta’ ħlas u l-fornitur tal-prodotti u tas-servizzi. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Id-Direttiva tapplika għall-impriżi, mhux għas-servizzi. | |||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 2 – punt 2 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
2. ‘flus elettroniċi’ tfisser valur monetarju kif rappreżentat minn pretensjoni fuq l-emittent li tinħażen elettronikament u tinħareġ malli jiġu rċevuti l-fondi, għall-iskop ta’ transazzjonijiet ta' ħlas kif definiti fl-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2007/64/KE, u li huwa aċċettat minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi għajr l-emittent; |
2. ‘flus elettroniċi’ tfisser kull valur monetarju maħżun elettronikament jew b'mod manjetiku kif rappreżentat minn pretensjoni fuq l-emittent li tinħareġ malli jiġu rċevuti l-fondi u tiġi aċċettata għall-iskop ta’ tranżazzjonijiet ta' ħlas kif definiti fl-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2007/64/KE, minn persuna fiżika jew legali għajr l-emittent; | ||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 2 – punt 3 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
3. ‘flus elettroniċi pendenti’ tfisser il-medja ta' kull xahar tal-passivi finanzjarji marbuta mal-flus elettroniċi tat-12-il xahar preċedenti; |
3. ‘flus elettroniċi pendenti’ tfisser l-ammont totali ta' passivi finanzjarji marbuta mal-flus elettroniċi maħruġa f'kull żmien; | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Ammonti li għadhom dovuti huma evalwazzjonijiet li jkunu saru fi żmien speċifiku u m'għandux tinstabilhom medja. B'mod partikulari fl-impriżi li jikbru malajr, ir-rekwiżiti ta' kapital imsejsa fuq ċifri medji jitilfu l-valur malajr. Għal uħud mill-EMIs, il-ħruġ ta' flus elettronċi huwa staġjonali (pereżempju l-Milied jew il-perjodu tal-vaganzi). Stima tar-rekwiżit tal-kapital imsejjes fuq medja ta' ħruġ ta' sena jista' jkun baxx wisq biex jilħaq it-talba f'mumenti fejn tintlaħaq quċċata fil-ħruġ. | |||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 3 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
L-Artikoli 5, 10 sa 15 u 17 sa 25 tad-Direttiva 2007/64/KE għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi. |
L-Artikolu 5, l-Artikolu 7(3), u l-Artikoli 10 sa 15 u 17 sa 25 tad-Direttiva 2007/64/KE għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Ir-referenza għall-Artikolu 7(3) tal-PSD tippermetti lill-Istati Membri li jagħtu lill-banek l-għażla li ma jkollhomx rekwiżit ta' kapital separat kurrenti għal kumpanija sussidjarja tal-flus elettroniċi jekk il-kumpanija sussidjarja tkun inkluża fis-superviżjoni konsolidata tal-istituzzjoni prinċipali. Dan huwa diġà validu għall-kumpanija sussidjarji tal-istituzzjonijiet ta' ħlas. | |||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 4 – punt 3 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(3) fornituri ta’ servizz ta’ ħlas kif definiti fl-Artikolu (1)(1)(e) u (f) tad-Direttiva 2007/64/KE. |
(3) fornituri ta’ servizz ta’ ħlas kif definiti fl-Artikolu 1(1)(e) tad-Direttiva 2007/64/KE. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Meta l-awtoritajiet reġjonali jew lokali MA JAĠIXXUX fil-kapaċità tagħhom ta' awtoritajiet pubbliċi fil-ħruġ ta' flus elettroniċi, għandhom ikunu suġġetti għar-regoli ta' din id-Direttiva. | |||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 5 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Fidi |
Ħruġ u Fidi | ||||||||||||
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fuq talba tad-detentur, l-emittenti tal-flus elettroniċi jifdu, f’kull ħin u flus bi flus, il-valur monetarju tal-flus elettroniċi miżmuma. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-emittenti tal-flus elettroniċi: | ||||||||||||
|
|
(a) joħorġu flus elettroniċi bl-istess valur meta jirċievu l-fondi; kif ukoll | ||||||||||||
|
|
(b) fuq talba tad-detentur, jifdu f'kull ħin, matul il-validità tal-kuntratt bejn l-emittent u d-detentur, bla ħlas, parzjalment jew kompletament b'valur ugwali, il-valur monetarju tal-flus elettroniċi miżmuma. | ||||||||||||
|
2. Il-kuntratt bejn min jagħmel il-ħruġ u min ikollu l-flus għandu jistqarr b’mod ċar il-kundizzjonijiet tal-fidi. |
2. Minkejja l-paragrafu 1(b), l-emittent tal-flus elettroniċi jista' jitlob tariffa għall-fidi parzjali jew sħiħ qabel id-data ta' skadenza miftiehma tal-kuntratt jew meta ma tkunx speċifikata data ta' skadenza. Kull tariffa bħal din għandha tintwera b'mod prominenti u fid-dettall fil-kuntratt bejn l-emittent u d-detentur u għandha tkun proporzjonata u tikkorrispondi għall-ispejjeż attwali mġarrba mill-emittent. Il-kuntratt għandu jistqarr, b'mod ċar u aċċessibbli, il-kundizzjonijiet tal-fidi, inkluż iż-żmien. | ||||||||||||
|
3. Meta il-fidi jseħħ qabel id-data tat-terminazzjoni tal-kuntratt, jista’ jkopri jew parti jew it-totalità tal-flus maħżuna elettronikament. |
| ||||||||||||
|
4. Meta il-fidi jseħħ fid-data tat-terminazzjoni tal-kuntratt, il-valur monetarju tal-flus elettroniċi miżmuma jista’ jinfeda bla ħlas. |
Meta l-fidi jseħħ fi żmien 30 jum mid-data tat-terminazzjoni miftiehma u msemmija fil-kuntratt, il-valur monetarju tal-flus elettroniċi miżmuma jista’ jinfeda bla ħlas. | ||||||||||||
|
|
3. Id-drittijiet ta' fidi tal-kummerċjanti għandhom ikunu suġġetti għal ftehim kuntrattwali bejn l-emittent tal-flus elettroniċi u l-kummerċjanti. | ||||||||||||
|
5. L-emittent jista’ jżomm ammont lid-detentur biss fil-każ ta’ fidi parzjali jew sħiħ qabel it-terminazzjoni tal-kuntratt. Il-livell ta' dan il-ħlas għandu jissemma fil-kuntratt. Għandu jkun proporzjonat għall-ispejjeż attwali mġarrba mill-emittent. |
| ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Din l-emenda tibdel r-rapport billi titneħħa l-frażi "bla ħlas", minħabba li wħud mill-mudelli kummerċjali jimponu tariffa fuq il-konsumatur għall-ħruġ jew għall-fidi ta' flus elettroniċi. L-emenda tagħmilha ċara wkoll li t-tariffi marbuta mal-fidi bejn l-istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi u l-kummerċjanti għandhom ikunu determinati permezz ta' kuntratt. | |||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 6 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet tal-ħlas ikollhom, fil-mument tal-awtorizzazzjoni, kapital inizjali, li jkun magħmul mill-elementi definiti fl-Artikolu 57(a) u (b) tad-Direttiva 2006/48/KE, ta’ mhux inqas minn EUR 125 000. |
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet tal-ħlas ikollhom, fil-mument tal-awtorizzazzjoni, kapital inizjali, li jkun magħmul mill-elementi definiti fl-Artikolu 57(a) u (b) tad-Direttiva 2006/48/KE, ta’ mhux inqas minn EUR 200 000. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Ir-rekwiżit ta' kapital minimu għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi naqas minn EUR 1 000 000 attwali għal EUR 125 000 mingħajr ġustifikazzjoni għaliex ir-riskji marbuta mal-ammont kapitali ta' EUR 1 000 000 fid-Direttiva 2000/46/KE m'għadhomx relevanti. L-ammont ta' EUR 125 000 huwa baxx wisq u ma jiggarantix lill-utenti li l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi li lilha jafdaw flushom ikollha ħajja ta' negozju fil-ġejjieni. Ir-rekwiżit ta' kapital inizjali għandu jkun biżżejjed biex ikopri ż-żmien li hemm bżonn biex titwaqqaf u tiġi kkumerċjalizzata istituzzjoni tal-flus elettroniċi u l-perjodu ta' validità tal-flus elettroniċi maħruġa. | |||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 7 – paragrafu 2 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
2. Il-fondi proprji tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi għandhom ikunu kkalkulati jew skont wieħed minn tliet metodi (A, B, C) stipulati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2007/64/KE jew inkella skont il-Metodu D stipulat fil-paragrafu 3. Il-metodu x-xieraq għandu jiġi determinat mill-awtoritajiet kompetenti abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali. |
2. Il-fondi proprji tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi għandhom ikunu kkalkulati skont wieħed minn tliet metodi (A, B, C) stipulati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2007/64/KE għall-attivitajiet stipulati fl-Artikolu 8(1)(a), (b) u (d) ta' din id-Direttiva u skont il-Metodu D stipulat fil-paragrafu 3 għall-attivitajiet ta' ħruġ tal-flus elettroniċi. Il-metodu xieraq A, B jew C għall-attivitajiet stipulati fl-Artikolu 8(1)(a), (b) u (d) għandu jiġi determinat mill-awtoritajiet kompetenti fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Istituzzjoni ta' flus elettroniċi mhix istituzzjoni ta' ħlas. Għalhekk, il-metodi użati għal istituzzjoni ta' ħlas jistgħu ma jkunux xierqa għal istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi. Għaldaqstant, l-ammont totali ta' fondi proprji meħtieġa għandu jkun ibbażat fuq l-attivitajiet u r-riskji differenti li huma parti integrali minn dawk l-attivitajiet. | |||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 7 – paragrafu 3 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
3. Metodu D: fejn il-flus elettroniċi jirrappreżentaw l-ogħla ammont bejn il-flus elettroniċi pendenti u l-volum tal-ħlas, il-fondi proprji tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi għandhom jammontaw għal mill-inqas is-somma tal-elementi li ġejjin: |
3. Metodu D: il-fondi proprji tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi għandhom jammontaw għal mill-inqas 1.5% tal-flus elettroniċi pendenti. | ||||||||||||
|
(a) 5% ta' dak il-porzjon ta' flus elettroniċi sa EUR 5 miljun; |
Meta l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jwettqu l-attivitajiet msemmija fl-Artikolu 8(1) u l-ammont ta' flus elettroniċi pendenti ma jkunx magħruf minn qabel, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu lil dawk l-istituzzjonijiet li japplikaw dan il-paragrafu fuq il-bażi ta' porzjon rappreżentattiv maħsub biex jintuża għall-ħlas ta' servizzi, sakemm dan il-porzjon rappreżentattiv ikun jista' jiġi stmat fuq il-bażi ta' dejta storika u b'mod li jkun sodisfaċenti għall-awtoritajiet kompetenti. | ||||||||||||
|
(b) 2.5% ta' dak il-porzjon ta' flus elettroniċi 'il fuq minn EUR 5 miljun sa EUR 10 miljun; |
Meta l-istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi jwettqu xi attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 8(1), il-fondi proprji jistgħu jiġu kkalkulati wkoll skont wieħed mit-tliet metodi (A, B jew C) stipulati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2007/64/KE. | ||||||||||||
|
(c) 2% ta' dak il-porzjon ta' flus elettroniċi 'il fuq minn EUR 5 miljun sa EUR 10 miljun; |
| ||||||||||||
|
(d) 1.5% ta' dak il-porzjon ta' flus elettroniċi 'il fuq minn EUR 100 miljun sa EUR 250 miljun; |
| ||||||||||||
|
(e) 1% ta' dak il-porzjon ta' flus elettroniċi sa EUR 250 miljun; |
| ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Meta l-istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi jidħlu fin-negozju ta' flus elettroniċi u fin-negozju li ma jkunx ta' flus elettroniċi, jista' jkun xieraq li jkun permess li l-fondi proprji jiġu kkalkulati skont l-ispejjeż, il-volum ta' pagamenti jew id-dħul (metodi A,B jew C) milli skont il-fondi fiċ-ċirkolazzjoni (metodu D). Dan minħabba li dak tal-ewwel jista' jirrifletti aħjar l-attività predominanti tal-operatur tas-servizz ta' ħlas u l-grad ta' riskju li n-negozju jkun espost għalih. Billi tingħata aktar flessibilità lill-emittent tal-flus elettroniċi u lill-awtoritajiet kompetenti fl-għażla tal-aħjar metodu, ikun hemm qafas aktar prudenti u effettiv. | |||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 7 – paragrafu 4 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
4. Abbażi ta’ evalwazzjoni tal-proċessi tal-ġestjoni tar-riksju, tad-databases tat-telf tar-riskju u l-mekkaniżmi ta' kontroll interni tal-istituzzjoni tal-flus elettroniċi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi jkollha ammont ta' fondi proprji li jkun sa 20% ogħla mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-metodu magħżul skond il-paragrafu 2, jew iħallu lill-istituzzjoni tal-flus elettroniċi jkollha ammont ta' fondi proprji li jkun sa 20% aktar baxx mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-metodu magħżul skont il-paragrafu 2. |
imħassar | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Mhux meħtieġ li jkun hemm kapital ta' 20% iżjed jew anqas mir-riżultat tal-kalkolu. | |||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 7 – paragrafu 6 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
6. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu l-użu multiplu ta' elementi eliġibbli għall-fondi proprji fejn l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi tappartjeni għall-istess grupp bħal istituzzjoni oħra tal-flus elettroniċi, istituzzjoni tal-kreditu, ditta tal-investiment, kumpannija għall-ġestjoni tal-assi jew impriża tal-assigurazzjoni. Il-paragrafu għandu japplika wkoll meta istituzzjoni tal-flus elettroniċi twettaq attivitajiet oħra li mhumiex il-ħruġ ta’ flus elettroniċi. |
6. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu l-użu multiplu ta' elementi eliġibbli għall-fondi proprji fejn l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi tappartjeni għall-istess grupp bħal istituzzjoni oħra tal-flus elettroniċi, istituzzjoni tal-kreditu, ditta tal-investiment, kumpanija għall-ġestjoni tal-assi jew impriża tal-assikurazzjoni jew tal-assikurazzjoni mill-ġdid. Il-paragrafu għandu japplika wkoll meta istituzzjoni tal-flus elettroniċi twettaq attivitajiet oħra li mhumiex il-ħruġ ta’ flus elettroniċi. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Il-prevenzjoni ta' interventi doppji għandha tapplika bl-istess mod għal gruppi li jinkludu impriżi ta' assikurazzjoni mill-ġdid, skont id-Direttivi attwali. | |||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 7 – paragrafu 6 a (ġdid) | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
|
6a. Jekk il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 69 tad-Direttiva 2006/48/KE jiġu ssodisfati, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jagħżlu li ma japplikawx l-Artikolu 7(2) u (3) ta' din id-Direttiva għal istituzzjonijiet ta' ħlas li jkunu inklużi fis-superviżjoni konsolditata tal-istituzzjonijiet ewlenin ta' kreditu skont id-Direttiva 2006/48/KE. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Din id-dispożizzjoni diġà teżisti fl-Artikolu 7(3) tad-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Ħlas sabiex jiġi evitat li istituzzjonijiet ta' kreditu jiġu suġġetti għal rekwiżiti prudenzjali kumulattivi skont id-direttiva bankarja minn naħa u s-sistema speċifika stipulata għall-istituzzjonijiet tas-servizzi ta' ħlas min-naħa l-oħra. Għandha terġa' tiddaħħal ukoll f'din id-Direttiva b'mod parallel. | |||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
1. Apparti mill-ħruġ tal-flus elettroniċi, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi ikunu intitolati jidħlu għal kwalunkwe mill-attivitajiet li ġejjin: |
1. Apparti mill-ħruġ tal-flus elettroniċi, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jkunu intitolati jidħlu għal kwalunkwe attività li ġejja, sakemm ikunu konformi mal-Artikolu 3: | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Ir-referenza fl-Artikolu 8(1) għal kull attività 'f'kull rigward separatament' tista' tinftiehem ħażin bħala rekwiżit għal awtorizzazzjoni separata għal kull attività, li mhux il-ħsieb. L-Artikolu 3 jirreferi għall-Artikoli 5 u 10 tal-PSD li jindirizzaw l-awtorizzazzjoni, u jirreferi wkoll għall-artikoli l-oħrajn dwar is-superviżjoni, iż-żamma tad-dettalji, ir-rikonoxximent reċiproku eċċ. L-applikazzjoni tal-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva għandu jkun biżżejjed mingħajr iż-żieda ta' kliem li jista' jwassal għal konfużjoni. | |||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(a) il-fornitura ta’ servizzi ta’ ħlas elenkata fl-Anness għad-Direttiva 2007/64/KE; |
(a) l-għoti ta’ servizzi ta’ ħlas elenkati fl-Anness għad-Direttiva 2007/64/KE, sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 16(2) u (4) tad-Direttiva 2007/64/KE jiġu ssodisfati; | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 16(2) u (4) tad-Direttiva 2007/64/KE mhumiex kompletament riflessi fl-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva. b'mod partikulari, għall-ħlas ta' dawn is-servizzi, l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2007/64/KE jispeċifika li l-istituzzjoni tal-ħlas tista' żżomm biss kont ta' ħlas użat esklużivament għal tranżazzjonijiet ta' pagamenti. Dan m'għadux inkluż fid-Direttiva. Għal raġunijiet ta' ċarezza, għandha tiżdied referenza għat-test kollu tal-Artikolu 16(2). L-istess jgħodd għall-Artikolu 16(4). | |||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(b) l-għoti ta’ kreditu marbut mas-servizzi tal-ħlas imsemmija fil-punti 4, 5 jew 7 tal-Anness tad-Direttiva 2007/64/KE, meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 16(3) u (5); |
(b) l-għoti ta’ kreditu marbut mas-servizzi tal-ħlas imsemmija fil-punti 4, 5 jew 7 tal-Anness tad-Direttiva 2007/64/KE, meta jinkisbu l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 16(3) u (5) tad-Direttiva; barra minn hekk, kreditu simili m'għandux jingħata mill-fondi li jidħlu bħala skambju għall-ħruġ ta' flus elettroniċi u għandu jinżamm skont l-Artikolu 9(1); | ||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt c | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(c) il-fornitura ta’ servizzi operattivi u anċillari marbuta mill-qrib sew mal-ħruġ tal-flus elettroniċi; |
(c) l-għoti ta’ servizzi operattivi u anċillari marbuta mill-qrib sew mal-ħruġ tal-flus elettroniċi, kif stipulat fl-Artikolu 16(1)(a) tad-Direttiva 2007/64/KE; | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Dan sabiex jiġi kkonfermat li l-attivitajiet ta' istituzzjoni ta' flus elettroniċi jistgħu jkunu l-istess bħal dawk ta' istituzzjoni ta' ħlas, u b'hekk istituzzjoni ta' ħlas tkun tista' 'tiggradwa' jew taġġorna l-istatus tagħha għal istituzzjoni ta' flus elettroniċi mingħajr ma titlef kwlaunkwe attività permessa għal istituzzjoni ta' ħlas, b'referenza għall-Artikolu 16(1) tad-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Ħlas li telenka l-attivtajiet li ġejjin bħala eżempji: l-assigurazzjoni tal-implimentazzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' pagamenti, servizzi ta' skambju barrani, attivitajiet ta' salvagwardja u l-ipproċessar tal-ħażna tad-dejta. | |||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt d | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(d) l-operazzjoni ta’ sistemi ta’ ħlas; |
(d) l-operazzjoni ta’ sistemi ta’ ħlas kif definita fl-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 2007/64/KE u bla ħsara għall-Artikolu 28 tad-Direttiva 2007/64/KE; | ||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 8 – paragrafu 2 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
2. Kwalunkwe fondi rċevuti minn istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi mill-utent tas-servizz tal-ħlas bi skambju għall-flus elettroniċi m’għandux jikkostitwixxi depożitu jew fondi ripagabbli oħrajn fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/48/KE. Fondi rċevuti minn kwalunkwe servizz tal-ħlas ieħor m’għandhomx jikkostitwixxi depożitu jew fondi ripagabbli oħrajn fi ħdan it-tifsira ta’ din id-Direttiva. |
2. Kwalunkwe fond li jidħol minn istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi bi skambju għall-flus elettroniċi m’għandux jikkostitwixxi depożitu jew fondi ripagabbli oħrajn fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/48/KE. Fondi li jidħlu minn kwalunkwe servizz tal-ħlas kif stipulat fl-Anness tad-Direttiva 2007/64/KE m’għandhomx jikkostitwixxu depożitu jew fondi ripagabbli oħrajn fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/48/KE, jew flus elettroniċi fis-sens ta' din id-Direttiva. L-istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi m'għandhomx jagħtu kreditu minn fondi li jkunu rċevew, jew li jkunu miżmuma, bil-għan li jitwettqu tranżazzjonijiet ta' flus elettroniċi. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Din l-emenda tiċċara d-differenza bejn il-flus li jidħlu bħala depożitu (fil-banek) u dawk miżmumin bħala flus fiċ-ċirkulazzjoni għall-investiment (f'istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi). Rekwiżiti ta' kapital imnaqqas minħabba r-riskju anqas għall-istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi għandhom jiġu akkumpanjati bi kjarifika li l-flus fiċ-ċirkulazzjoni għall-investiment tal-flus elettroniċi għandhom jiġu salvagwardati u ma jistgħux jintużaw biex jipprovdu kreditu. | |||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 9 – paragrafu 1 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
1. Stati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jirrikjedu lil istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li twettaq kwalunkwe mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 8(1)(a) sa (d) u, fl-istess ħin, tkun involuta f’attivitajiet oħra ta’ negozju msemmija fl-Artikolu 8(1), biex jissalvagwardjaw fondi li ġew irċevuti mill-utenti tas-servizz tal-ħlas jew permezz ta' fornitur ieħor tas-servizz tal-ħlas għall-eżekuzzjoni ta' transazzjonijiet ta' ħlas, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(1), (2) u (4) tad-Direttiva 2007/64/KE. |
1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lil istituzzjoni tal-flus elettroniċi li twettaq xi waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 8(1) biex tissalvagwarda l-fondi kollha li ġew irċevuti fir-rigward ta' dawk l-attivitajiet għall-eżekuzzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(1), (2) u (4) tad-Direttiva 2007/64/KE, mutatis mutandis, li fir-rigward tagħha l-ammonti riċevibbli tal-karti ta' kreditu u ta' debitu għandhom jitqiesu li jikkwalifikaw bħala assi likwidi ta' riskju baxx. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Din temenda r-rapport b'sentenza żejda li tippermetti li flus li jkunu mistennija jaslu minn karti ta' kreditu jew ta' debitu jkunu jgħoddu mal-ammont ta' flus elettroniċi fiċ-ċirkulazzjoni għall-investiment li jeħtieġ li jkunu salvagwardati. M'hemmx bżonn li l-fondi ta' flus elettroniċi jkunu salvagwardati legalment (f'każ ta' insolvenza) sakemm l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi ma tipprovdix servizzi oħra għajr il-flus elettroniċi, f'liema każ ir-riskju jkun akbar. | |||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 9 - paragrafu 1 - subparagrafu 1 a (ġdid) | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
|
Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 9(1)(b) tad-Direttiva 2007/64/KE m'għandux japplika għal istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi sakemm dawn l-istituzzjonijiet ma joffrux kreditu jew ma jagħtux servizzi bla ħlas. | ||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 9 – paragrafu 2 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
2. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li ma jkunux involuti f'attivitajiet oħrajn ta' negozju msemmija fl-Artikolu 8(1)(a) sa (d) għandhom ukoll jikkonformaw mar-rekwiżitit ta' salvagwardja taħt il-paragrafu (1) ta' dan l-Artikolu. |
2. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jissalvagwardaw il-fondi kollha li jirrappreżentaw dejn finanzjarju marbut ma' flus elettroniċi pendenti skont l-Artikolu 9(1), (2) u (4) tad-Direttiva 2007/64/KE, mutatis mutandis. | ||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 10 - paragrafu 1 - subparagrafu 1 - punt a | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(a) il-medja tal-ammont totali ta' transazzjonijiet ta' ħlas imwettqa mill-persuna kkonċernata fit-tnax-il xahar preċedenti, inkluż kwalunkwe aġent li għalih jassumi responsabbiltà sħiħa, ma jaqbiżx EUR 3 miljun kull xahar. |
(a) l-attivitajiet kummerċjali globali jiġġeneraw ammont totali ta' djun finanzjarji marbuta ma' flus elettroniċi pendenti li ma jaqbiżx EUR 3 miljun; kif ukoll | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Il-limitu tad-deroga għandu jibqa' jkun imsejjes fuq il-livell ta' flus elettroniċi aktar milli fuq il-volum ta' pagament peress li d-daqs tal-livell huwa l-punt riskjuż tal-ħruġ tal-flus elettroniċi. | |||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 10 - paragrafu 1 - subparagrafu 1 a (ġdid) | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
|
Meta l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 8(1) u l-ammont ta' flus elettroniċi pendenti ma jkunx magħruf minn qabel, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu lil dawk l-istituzzjonijiet li japplikaw dan il-paragrafu fuq il-bażi ta' porzjon rappreżentattiv li wieħed jassumi li huwa użat għall-ħlas ta' servizzi, sakemm dan il-porzjon rappreżentattiv ikun jista' jiġi stmat fuq il-bażi ta' dejta storika u b'mod li jkun sodisfaċenti għall-awtoritajiet kompetenti. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Għall-operaturi mobbli - jew parteċipanti oħrajn fis-suq li jafu jkunu jridu jużaw kontijiet ibridi fil-futur - il-kalkolu ta' flus elettroniċi dovuti huwa diffiċli ħafna, jekk mhux impossibbli. Fil-każ ta' kontijiet ibridi, flus elettroniċi dovuti jistgħu jiġu kkalkulati biss fuq bażi ex-post, wara li l-konsumatur ikun lesta t-tranżazzjoni ta' pagament. Id-Direttiva għandha tippermetti l-kalkolu ta' flus elettroniċi dovuti fuq il-bażi ta' estimi bbażati fuq dejta storika għal raġunijiet ta' rinunzja, l-istess bħas-soluzzjoni misjuba fir-rigward tal-kalkoli tal-fondi proprji u r-rekwiżiti ta' salvagwardja. | |||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Ir-rekwiżit stipulat fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi tal-ammont totali pproġettat tal-vloum tal-ħlas fil-pjan ta' negozju tiegħu, sakemm ma jkunx mitlub aġġustament lil dak il-pjan mill-awtoritajiet kompetenti. |
imħassar | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Il-limitu tad-deroga għandu jibqa' jkun imsejjes fuq il-livell ta' flus elettroniċi aktar milli fuq il-volum ta' pagament peress li d-daqs tal-livell huwa l-punt riskjuż tal-ħruġ tal-flus elettroniċi. | |||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 15 – paragrafu 1 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
1. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-ħlas li jkunu bdew l-attività tagħhom skont id-dipożizzjonijiet li jimplimentaw id-Direttiva 2000/46/KE fl-Istat Membru li fih kellhom l-uffiċju ewlieni, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, li jkomplu l-attivitajiet tagħhom mingħajr l-awtorizzazzjoni pprovduta fl-Artikolu 3. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lil dawk l-istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi li jissottomettu l-informazzjoni kollha relevanti lill-awtoritajiet kompetenti sabiex dawn ikunu jistgħu jivvalutaw, fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-disposizzjonijiet taħt l-Artikolu 11, jekk l-istituzzjonijiet ikunux konformi mar-rekwiżiti insewgitu għal din id-Direttiva u, jekk le, liema miżuri jkunu meħtieġa li jittieħdu sabiex tkun assigurata l-konformità, jew jekk it-tneħħija tal-awtorizzazzjoni tkunx xierqa. Istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li jkunu konformi għandhom jingħataw l-awtorizzazzjoni u jiddaħħlu fir-reġistru. Jekk il-konformità ma tintlaħaqx fi żmien xitt xhur minn [l-iskadenza għall-implimentazzjoni tad-Direttiva], l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi kkonċernati għandhom ikunu pprojbiti milli joħoru flus elettroniċi. |
1. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-ħlas li jkunu bdew l-attività tagħhom skont id-dipożizzjonijiet li jimplimentaw id-Direttiva 2000/46/KE fl-Istat Membru li fih kellhom l-uffiċċju ewlieni, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, li jkomplu l-attivitajiet tagħhom f'dak l-Istat Membru skont il-ftehimiet ta' rikonoxximent reċiproku fid-Direttiva 2000/46/KE mingħajr l-awtorizzazzjoni pprovduta fl-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva u mingħajr ma jkun hemm ħtieġa ta' konformità mad-dispożizzjonijiet l-oħra fit-Titolu II, jew imsemmijin fih. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lil dawk l-istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi li jissottomettu l-informazzjoni kollha relevanti lill-awtoritajiet kompetenti sabiex dawn ikunu jistgħu jevalwaw, fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet taħt l-Artikolu 11, jekk l-istituzzjonijiet ikunux konformi mar-rekwiżiti insewgitu għal din id-Direttiva u, jekk le, liema miżuri jkun meħtieġ li jittieħdu sabiex tkun assigurata l-konformità, jew jekk it-tneħħija tal-awtorizzazzjoni tkunx xierqa. Istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li jkunu konformi għandhom jingħataw l-awtorizzazzjoni u jiddaħħlu fir-reġistru u jkunu meħtieġa li jikkonformaw mar-rekwiżiti fit-Titolu II. Jekk il-konformità ma tintlaħaqx fi żmien sitt xhur minn...*, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi kkonċernati għandhom ikunu pprojbiti milli joħorġu flus elettroniċi. | ||||||||||||
|
|
* ĠU: hawnhekk għandha tiddaħħal id-data tat-traspożizzjoni msemmija fl-Artikolu 19(1). | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Għandu jkun ċar liema dispożizzjonijiet EMD se japplikaw u liema le waqt il-perjodu transitorju. | |||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 15 – paragrafu 3 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
3. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-persuni ġuridiċ li jkunu bdew l-attività tagħhom bħala entitajiet taħt il-liġi nazzjonali li timplimenta l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/46/KE qabel [id-data tal-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni], li jkomplu l-attivitajiet tagħhom fi ħdan l-Istat Membru kkonċernat sa [12-il xahar wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni], mingħajr ma jfittxu l-awtorizzazzjoni pprovduta fl-Artikolu 3. L-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li, waqt dak il-perjodu, ma jkunu la ġew awtorizzati u lanqas rinunzjati fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 10, għandhom ikunu ppojbiti milli joħorġu flus elettroniċi. |
3. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-persuni legali li jkunu bdew l-attività tagħhom bħala entitajiet taħt il-liġi nazzjonali li timplimenta l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/46/KE qabel id-9 ta' Ottubru 2008, li jkomplu l-attivitajiet tagħhom fi ħdan l-Istat Membru kkonċernat sa...*, mingħajr ma jfittxu l-awtorizzazzjoni pprovduta fl-Artikolu 3 u mingħajr ma jkun meħtieġ li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet l-oħra tat-Titolu II jew imsemmija fih. L-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li, waqt dak il-perjodu, ma jkunu la ġew awtorizzati u lanqas mogħtija deroga fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 10, għandhom ikunu pprojbiti milli joħorġu flus elettroniċi. | ||||||||||||
|
|
* ĠU: hawnhekk għandha tiddaħħal id-data ta' 12-il xahar wara t-traspożizzjoni msemmija fl-Artikolu 19(1). | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Bidla teknika, relatata wkoll mal-emenda rigward l-Artikolu 15(1). | |||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 16 - punt 1 Direttiva 2005/60/KE Artikolu 11 – paragrafu 5 – punt d | |||||||||||||
| |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Bidla teknika. | |||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 17 – punt 1 – punt a Direttiva 2006/48/KE Artikolu 4 – punt 1 – punt b | |||||||||||||
| |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Bidla teknika. | |||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 19 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn [...], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni, t-test ta’ dawk il-proviżjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. |
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa …*, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. | ||||||||||||
|
|
* ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data: 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, imsemmija fl-Artikolu 20. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Bidla teknika. | |||||||||||||
NOTA SPJEGATTIVA
Il-flus elettroniċi huma sempliċement il-ħażna ta' flus kontanti f'forma elettronika, kemm jekk f'forma ta' kont ta' ħlas online, kont ta' mowbajl bi ħlas minn qabel, vawċer ta' rigal elettroniku, għażla ta' portmoni elettroniku f'karta bankarja[1], karta tal-ivvjaġġar li fiha jistgħu jitpoġġew il-fondi, vawċer għal ikla jew għal rigal, jew għadd kbir ta' għażliet teknoloġikċi innovattivi oħra. Il-flus elettroniċi huma wkoll għażla ta' ħlas għal dawk li normalment m'għandhomx aċċess għal kont tal-bank, bħat-tfal u l-immigranti. Fl-Lulju 2007 l-emittenti tal-flus elettroniċi fl-UE kellhom EUR 1 053 miljun pendenti meta mqabbla ma' EUR 670 miljun fl-2005.
Istituzzjoni ta' Flus Elettroniċi (EMI) tagħmel parti mis-settur mhux bankarju fejn jistgħu jinħażnu fondi mħallsa minn qabel u użati f'forom differenti. Minkejja li jintuża spiss bħala mudell ta' negozju li qed jikber għal ħlasijiet fid-dinja kollha, b'mod partikulari fl-Ażja, is-suq tal-flus elettroniċi fl-Ewropa kellu żvilupp mhux uniformi, bi tkabbir tassew f'żewġ Stati Membri biss- ir-Renju Unit (60[2]) u r-Repubblika Ċeka (54). Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, il-flus elettroniċi għadhom mhumiex meqjusa bħala alternattiva kredibbli għall-kontanti.
Fi tmiem l-2007, il-Ġermanja kellha tmien emittenti ta' flus elettroniċi, id-Danimarka 7, l-Olanda 6, Franza u l-Belġju 5 kull wieħed, il-Latvja 4, l-Iżvezja u l-Italja 3, is-Slovenja 2, Ċipru u l-Finlandja wieħed kull wieħed[3].
Armonizzazzjoni minima sa massima
Għalkemm id-Direttiva dwar il-flus elettroniċi 2000/46/KE inkludiet deroga għall-istituzzjonijiet żgħar jew limitati tal-flus elettroniċi, kienet ukoll direttiva ta' armonizzazzjoni minima. Għalhekk ħafna Stat Membri għażlu li ma japplikawx id-deroga (pereżempju Spanja, u l-Awstrija), u b'hekk ġew imfixkla l-iżviluppi teknoloġiċi ġodda f'dan il-qasam. Żewġ istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi Ġermaniżi għażlu li jsegwu s-sistema tar-Renju Unit minħabba l-applikazzjoni aktar favorevoli tad-Direttiva dwar il-flus elettroniċi.
Meta ġiet adottata d-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Ħlas (PSD) 2007/64/KE, li mmodernizzat ir-regolamentazzjoni tas-sistemi ta' ħlas, jagħmel sens li r-regolamentazzjoni tas-servizzi tal-flus elettroniċi tiġi aġġornata wkoll. Dan huwa ta' importanza partikulari għall-kisba ta' suq verament uniku u joffri ġustifikazzjoni għaż-żieda fl-armonizzazzjoni. Dan għandu jippermetti li l-industrija tiżviluppa fl-Ewropa u b'mod speċjali f'dawk l-Istati Membri fejn s'issa ma kienx hemm l-opportunità li tidħol fil-fond.
Il-proposta tal-Kummissjoni teżenta b'mod awtomatiku u speċifiku lil ċerti tipi ta' istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi mid-Direttiva jekk jissodisfaw ċerti kriterji, u dan minflok ippermettiet lill-Istati Membri li jagħżlu jekk japplikawx dawn l-eżenzjonijiet jew le. L-istituzzjonijiet Ewropej li mhumiex fl-ambitu ta' din id-Direttiva, jew li għalihom hemm deroga skont l-Artikolu 10, mhumiex permessi li jmorru fi Stat Membru ieħor.
Rekwiżiti ta' kapital inizjali
Ostaklu ieħor għat-tkabbir huwa r-rekwiżiti prudenzjali li huma ta' piż żejjed. Jidher li s-CRD u l-PSD jintgħoġbu aktar. Fid-direttiva l-antika, kien meħtieg li l-istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi jkollhom kapital inizjali ta' EUR 1 miljun. Il-proposta tal-Kummissjoni tnaqqas iċ-ċifra għal waħda aktar raġonevoli ta' EUR 125 000. Dan il-livell huwa konsistenti mal-PSD u joħloq kundizzjonijiet indaqs għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi. Fil-fatt, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jixbħu aktar lill-istituzzjonijiet tal-ħlas milli lill-banek f'terminu tal-profil ta' riskju tagħhom u tat-tendenza tagħhom li jikkawżaw ħsara sistematika. It-tnaqqis tal-piż tal-kapital inizjali jħeġġeġ l-innovazzjoni f'dan it-tip ta' prodott.
Il-flus elettroniċi jintużaw tipikament għal ħlasijiet żgħar, u premessa fit-test tal-Kummissjoni tiċċara li l-kontijiet tal-flus elettroniċi ma jistgħux jintużaw bħala kontijiet ta' tifdil jew għall-appoġġ tal-ġenerazzjoni ta' kreditu. Minkejja din ir-restrizzjoni, ir-Rapporteur iqis li x'aktarx isiru forma żgħira ta' tifdil u li jkun possibbli li jiżviluppaw b'mod naturali inċentivi għall-użu tagħhom b'dan il-mod. Mhux imħasseb wisq jekk dan verament jiġri sakemm ma jwassalx ukoll għall-ħolqien tal-kreditu.
Il-klawsola ta' esklużività
Id-direttiva oriġinali dwar il-flus elettroniċi kienet tistipula li kien projbit għall-istituzzjonijiet li jipprovdu kwalunkwe servizz ieħor minbarra dak tal-flus elettroniċi u ta' servizzi relatati mill-qrib[4]. Madankollu, bil-PSD din id-dispożizzjoni toħloq kundizzjonijiet mhux indaqs, peress li l-istituzzjonijiet tal-ħlas u l-banek jistgħu joffru servizzi oħra (minkejja li huma biss il-banek u l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li għandhom il-permess li joħorġu l-flus elettroniċi).
F'Ħong Kong, meta l-karta "Octopus", li oriġinarjament kienet użata għall-ħlasijiet tat-trasport, kienet twessgħet biex tinkludi wkoll il-prodotti mibjugħa fil-ħwienet fil-metrò, bħall-gazzetti, is-sandwiches, eċċ, kien hemm żieda ta' 30% fil-fatturat ta' dawn il-ħwienet. Skont id-direttiva attwali dwar il-flus elettroniċi, mhux permess li l-Karta Oyster London toffri servizz bħal dan. Il-proposta l-ġdida tneħħi din id-klawsola ta' "esklużività", u dan għandu jinkoraġġixxi t-tkabbir u l-espansjoni tal-flus elettroniċi.
Madankollu, huwa importanti li l-istituzzjoni jibqa' jkollha l-kontroll u l-kapital xieraq għal kwalunkwe servizz ieħor li tagħżel li tibda toffri. Barra minn hekk, il-fondi tal-flus elettroniċi għandhom ikunu protetti biex jiġi evitat li ftit minnhom jispiċċaw f'appoġġ għal kwalunkwe servizz assoċjat.
Ir-rekwiżiti kontinwi tal-kapital
Id-direttiva attwali tal-flus elettroniċi teħtieġ kapital kontinwu ta' 2% tal-ammont attwali, jew tal-"float". Il-proposta tal-Kummissjoni tissuġġerixxi varjetà ta' metodi għall-kalkolu ta' dan il-livell, bi sforz biex ikun hemm konformità mal-Artikolu 8 tal-PSD bil-metodi tiegħu A, B u C, kif ukoll bil-metodu ġdid "D".
Dawn l-approċċi kollha stipulaw rekwiżiti ta' kapital klassifikat li huwa rigressiv u li jippenalizza l-iżgħar intrapriżi, fejn l-ispiża marġinali hija l-ogħla (pereżmpju 5% għall-ewwel EUR 5 miljun skont il-Metodu D fl-Artikolu 7 tal-proposta l-ġdida). Madankollu, in-natura tas-servizzi tal-flus elettroniċi hija differenti minn dik tas-servizzi ta' ħlas. Għalhekk ma jagħmlix sens li jiġu adottati dawn il-metodi ta' kalkolu, b'mod partikulari minħabba li ma saritilhomx evalwazzjoni ta' impatt u kienu l-frott ta' soluzzjoni ta' kompromess li tinkludi ħafna mill-metodi ta' kalkolu ta' kapital tal-Istati Membri.
B'mod alternattiv, jekk isir pass lura lejn is-sistema preċedenti ta' kalkolu għar-rekwiziti ta' kapital kontinwu ("fondi proprji"), li ma kinitx ikkritikata ħafna, jippermetti lill-istituzzjonijiet li jkomplu jużaw metodu li huwa familjari, u jissimplifika l-implimentazzjoni ta' din il-miżura. Ir-Rapporteur iqis li livell fiss ta' 1.5% għall-Metodu D huwa kompromess raġonevoli, bi ftit aktar tbatija għall-kumpaniji tal-mowbajls għaliex mhumiex f'pożizzjoni li jikkalkulaw il-"float" minħabba l-fatt li l-kontijiet imħallsa minn qabel tal-klijenti jistgħu jintużaw kemm għal servizzi telefoniċi kif ukoll għall-flus elettroniċi.
Fil-proposta tal-Kummissjoni, huwa wkoll possibbli għall-Istati Membri li jgħollu jew inaqqsu r-rekwiżit ta' kapital sa 20%. Madankollu, fi proposta armonizzata, ir-Rapporteur iqis li dan ma jagħmilx sens u li jekk jintuża jirriżulta biss f'kundizzjonijiet mhux indaqs.
Fondi ta' fidi (Redemption Funds)
Il-konsumaturi għandu jkollhom id-dritt għall-fidi tal-fondi tagħhom f'kull ħin u bla ħlas. Dan kien inkluż kemm fid-Direttiva oriġinali u kemm fil-proposta l-ġdida. Madankollu, id-Direttiva 2000/46/KE għamlet possibbli li jitħallsu l-ispejjeż "assolutament meħtieġa għat-twettiq tal-operazzjoni", u li jiġi stipulat livell mimimu għall-fidi (massimu ta' EUR 10). Dan sar biex ikun hemm kjarifika legali fil-każ tal-kumpaniji tal-mowbajls, fejn il-klijenti jużaw l-istess kont imħallas minn qabel biex iħallsu s-sejħiet tagħhom kif ukoll għall-flus elettroniċi. F'ħafna swieq ta' Stati Membri (għalkemm mhux kollha[5]), il-konsumaturi jintalbu jħallsu għall-fidi ta' kontijiet tal-mowbajl imħallsin minn qabel. Ikun aħjar jekk ma jkunx hemm tariffi ta' fidi imma li jkun hemm ukoll aċċettazzjoni tad-dritt tal-partijiet li jiftiehmu permezz ta' kuntratt (jekk jixtiequ), li jinkludi l-kundizzjonijiet u t-tariffi għall-fidi, sakemm dan ikun iċċarat fid-dettall u miftiehem b'mod espress mill-utent.
Is-salvagwardja ta' fondi
L-aktar taqsima kumplikata tal-proposta hija faċilment l-għan ċar li jkun żgurat li l-emittenti tal-flus elettroniċi jkunu jistgħu dejjem jifdu l-fondi tal-klijienti tagħhom kollha f'kull ħin. Is-salvagwardja ta' dawn il-fondi hija essenzjali biex dan isir. Madankollu, il-metodu u l-livell ta' salvagwardja qed jiġu diskussi. Qed issir referenza għall-Artikolu 9 tal-PSD li jeħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-ħlas jissalvagwardaw dawn il-fondi f'kont bankarju jew jinvestuhom f' "assi sikuri, likwidi u ta' riskju baxx kif definiti mill-awtoritajiet kompetenti..." u "jiġu iżolati skont il-liġi nazzjonali...fil-każ ta' falliment". Dan hu aċċettat f'dak li jirrigwarda l-istituzzjonijiet li jipprovdu servizzi multipli - ħlasijiet, flus elettroniċi eċċ. (jiġifieri, istituzzjonijiet "ibridi"). Madankollu, ir-Rapporteur iqis li huwa mixtieq li l-emittenti kollha tal-flus elettroniċi, anke dawk li jittrattaw biss il-flus elettroniċi, għandhom jipprovdu din il-protezzjoni bażika.
Rinunzja
Kif diġà ssemma aktar 'il quddiem, il-proposta l-ġdida tal-Kummissjoni teżenta b'mod awtomatiku l-emittenti tal-flus elettroniċi li joperaw lokalment (pereżempju, l-emittenti ta' vawċers li jinbidlu f'rigali li jistgħu jintużaw biss fil-ħanut jew fil-katina ta' ħwienet li fihom inxtraw), f'netwerk "limitat" (pereżempju, fit-trasport pubbliku biss ta' belt waħda, jew minn kumpanija waħda) jew f'għażla ta' prodotti u servizzi. L-Artikolu 10 jintroduċi deroga oħra, li l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw, għall-istituzzjonijiet li huma iżgħar minn ċertu daqs. Madankollu, għal darba oħra, jintuża test mill-PSD li huwa aktar adattat għall-istituzzjonijiet tal-ħlas, peress li l-kejl isir skont il-ħlasijiet li jsiru. Peress li l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jżommu l-flus f'isem il-klijenti, jagħmel aktar sens li d-deroga tissejjes fuq il-flus miżmuma mill-istituzzjoni. Ir-Rapporteur iqis li t-test għal din id-deroga de minimis mid-direttiva antika/attwali dwar il-flus elettroniċi hija aktar adattata għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi. Il-limitu massimu tnaqqas peress li aktar emittenti ta' flus elettroniċi se jkunu jistgħu jsiru istituzzjonijiet awtorizzati peress li se jibbenefikaw mit-tnaqqis fil-piż tal-kapital inizjali. Dan huwa importanti wkoll f'termini ta' ħarsien tal-konsumatur.
- [1] Sistemi ta' portmoni elettroniku msejsa fuq smart-card (fejn il-valur jinħażen fuq iċ-ċippa tal-kard, mhux f'kont irreġistrat esternament, sabiex il-magni li jaċċettaw il-kard ma jkunux jeħtieġu konnessjoni ma' netwerk) kienu ppruvati fl-Ewropa kollha minn nofs is-snin 1990, partikularment fil-Ġermanja (Geldkarte), fl-Awstrija (Quick), fil-Belġju (Proton), fi Franza (Moneo), fl-Olanda (Chipknip and Chipper), fl-Iżvizzera ("Cash"), fin-Norveġja ("Mondex"), fl-Iżvezja ("Cash"), fil-Finlandja ("Avant"), fir-Renju Unit ("Mondex"), fid-Danimarka (Danmønt") u fil-Portugall ("Porta-moedas Multibanco"). Dan ifisser ukoll anqas spejjeż għall-banek għax inaqqsu l-għadd ta' tranżazzjonijiet diġitali - pereżempju, il-ħlas tal-parkeġġ, il-magni tal-bejgħ jew is-servizzi tar-ristoranti.
- [2] L-Evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Impatt fuq id-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi, ippubblikata 09/10/08, Anness 6.
- [3] L-Evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Impatt fuq id-Direttiva dwar il-flus elettroniċi 09/10/08, Anness 6, u d-Dokument ta' Ħidma tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar l-Istituzzjonijiet tal-Flus Elettroniċi ta' Lulju 2008 http://www.ecb.int/pub/pdf/scplps/ecblwp7.pdf
- [4] Artikolu 1 paragrafu 5 tad-Direttiva 2000/46/KE
- [5] Pereżempju, id-Danimarka
PROĊEDURA
|
Titolu |
In-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi |
|||||||
|
Referenzi |
COM(2008)0627 – C6-0350/2008 – 2008/0190(COD) |
|||||||
|
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
9.10.2008 |
|||||||
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 21.10.2008 |
|||||||
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 21.10.2008 |
JURI 21.10.2008 |
LIBE 21.10.2008 |
|
||||
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
IMCO 5.11.2008 |
JURI 20.1.2009 |
LIBE 21.12.2009 |
|
||||
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
John Purvis 24.9.2008 |
|
|
|||||
|
Eżami fil-kumitat |
5.11.2008 |
11.12.2008 |
20.1.2009 |
|
||||
|
Data tal-adozzjoni |
11.2.2009 |
|
|
|
||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
21 1 14 |
||||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Mariela Velichkova Baeva, Paolo Bartolozzi, Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Sebastian Valentin Bodu, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Manuel António dos Santos, Christian Ehler, Elisa Ferreira, Ingo Friedrich, Jean-Paul Gauzès, Donata Gottardi, Benoît Hamon, Gunnar Hökmark, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Sophia in ‘t Veld, Wolf Klinz, Christoph Konrad, Astrid Lulling, Sirpa Pietikäinen, John Purvis, Bernhard Rapkay, Dariusz Rosati, Heide Rühle, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Peter Skinner, Margarita Starkevičiūtė, Ivo Strejček, Ieke van den Burg, Sahra Wagenknecht |
|||||||
|
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Mia De Vits, Werner Langen, Gianni Pittella, Eva-Riitta Siitonen |
|||||||
|
Data tat-tressiq |
16.2.2009 |
|||||||