RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tiddetermina l-kamp ta' applikazzjoni ta’ l-Artikolu Ö 143(b) u (ċ) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti (verżjoni kodifikata)

17.2.2009 - (COM(2008)0575 – C6‑0347/2008 – 2008/0181(CNS)) - *

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg
(Kodifikazzjoni – Artikolu 80 tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2008/0181(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0060/2009
Testi mressqa :
A6-0060/2009
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta ghal direttiva tal-Kunsill li tiddetermina l-kamp ta' applikazzjoni ta’ l-Artikolu Ö 143(b) u (ċ) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti (verżjoni kodifikata)

(COM(2008)0575 – C6‑0347/2008 – 2008/0181(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0575),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 94 tat-Trattat KE, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6‑0347/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6‑0060/2009),

A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

  • [1]  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, 17 Diċembru 2008

OPINJONI

                     GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

                                                              TAL-KUNSILL

                                                              TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar li tiddetermina l-kamp ta' applikazzjoni ta’ l-Artikolu Ö 143(b) u (ċ) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti (verżjoni kodifikata)

COM(2008)0575 tal-25 ta' Settembru 2008 – 2008/0181(CNS)

Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar metodu ta’ ħidma aċċellerat għal kodifikazzjoni uffiċjali tal-atti leġiżlattivi, u b’mod partikolari l-punt 4 tagħha, il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv magħmul mis-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni rispettivament iltaqa’ fid-9 ta’ Ottubru u fil-25 ta’ Novembru 2008, biex fost affarijiet oħra jeżamina l-proposta msemmija hawn fuq ippreżentata mill-Kummissjoni.

Wara li eżamina[1] l-proposta għal Direttiva tal-Kunsill bl-għan li tikkodifika d-Direttiva tal-Kunsill 83/181/KEE tat-28 ta’ Marzu 1983 li tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 14(1) (d) tad-Direttiva 77/388/KEE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti, il-Grupp ta’ Ħidma, bi qbil komuni stabbilixxa dan li ġej.

1) Fil-Premessa 2, il-kliem tal-bidu “Skont l-Artikolu 143(b) u (ċ), tad-Direttiva 2006/112/KE” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “Skont l-Artikoli 131 u 143(b) u (ċ), tad-Direttiva 2006/112/KE

2) Fl-ewwel Artikolu, fit-tieni paragrafu, il-kliem tal-bidu “F’konformità mal-Artikolu 143(b) u (ċ), tad-Direttiva 2006/112/KE” għadhom jiġu sostitwiti bil-kliem “F’konformità mal-Artikoli 131 u 143(b) u (ċ), tad-Direttiva 2006/112/KE”.

3) Fl-Artikolu 10(1), il-frażi “il-post normali tar-residenza fit-territorju ta’ xi Stat Membru”, li tidher fit-test attwali tal-Artikolu 9(1), tad-Direttiva 83/181/KEE, għandha tiddaħħal mill-ġdid minflok il-frażi adattata “il-post notmali tar-residenza fit-territorju tal-Komunità”.

4) Fl-Artikolu 25.2(a), il-kliem “l-ewwel paragrafu” għandhom jitneħħew.

5) Fl-Anness I, l-indikazzjoni “ex 4911 99 90” għandha tinbidel għal “ex 4911 99 00” u l-indikazzjoni “ex 8524” għandha tinbidel għal “ex 8523”.

B’hekk, dan l-eżami tal-proposta ppermetta lill-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta fil-fatt tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.

C. PENNERA                                  J.-C. PIRIS                           C.F. DURAND           Ġurikonsult

        Ġurikonsult      Aġent Direttur Ġenerali

  • [1]  Il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv kellu 22 verżjoni lingwistika tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Franċiża, il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test eżaminat.

PROĊEDURA

Titolu

Kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 143, punti b) u c), tad-Direttiva 2006/112/KE (verżjoni kodifikata)

Referenzi

COM(2008)0575 – C6-0347/2008 – 2008/0181(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

8.10.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

21.10.2008

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Lidia Joanna Geringer de Oedenberg

25.6.2008

 

 

Data tal-adozzjoni

12.2.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

13

0

0