RAPPORT dwar il-proposta għal-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi
18.2.2009 - (COM(2008)0436 – C6‑0276/2008 – 2008/0147(COD)) - ***I
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Saïd El Khadraoui
ABBOZZ TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi
(COM(2008)0436 – C6‑0276/2008 – 2008/0147(COD))
( Proċedura ta’ kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummisjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0436),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71(1) tat-trattat tal-KE, li f’konformità magħhom il-Kummissjoni ressqet il-proposta tagħha lill-Parlament (C6‑0276/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6‑0066/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-materja lill-Parlament jekk ikollha l-intenzjoni li temenda l-proposta sostanzjalment jew tibdilha b’test ieħor;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal diretiva – Att li jemenda Recital 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Text proposed by the Commission |
Amendment | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(1) Il-promozzjoni tat-trasport sostenibbli hija element essenzjali fil-politika komuni għat-trasport. Għal dan il-għan, l-impatti negattivi tat-trasport, b’mod partikolari l-konġestjoni, li tfixkel il-mobilità, it-tniġġis, li joħloq ħsara għas-saħħa u għall-ambjent, u l-kontribut tiegħu għat-tibdil fil-klima għandhom jitnaqqsu. Barra dan, ir-rekwiżiti għall-ħarsien ta’ l-ambjent għandhom jiġu integrati fid-definizzjonu u l-implimentazzjoni ta’ poltiki Komunitarji oħra, inkluża l-politika komuni għat-trasport. |
(1) Il-promozzjoni tat-trasport sostenibbli hija element essenzjali fil-politika komuni għat-trasport. Għal dan il-għan, l-impatti negattivi tat-trasport, b’mod partikolari l-konġestjoni, li tfixkel il-mobilità, it-tniġġis, li joħloq ħsara għas-saħħa u għall-ambjent, u l-kontribut tiegħu għat-tibdil fil-klima għandhom jitnaqqsu. Barra dan, ir-rekwiżiti għall-ħarsien tal-ambjent għandhom jiġu integrati fid-definizzjonu u l-implimentazzjoni ta’ poltiki Komunitarji oħra, inkluża l-politika komuni għat-trasport. Il-prijoritajiet li ġejjin, jiġifieri l-protezzjoni ambjentali, l-objettivi ta’ koeżjoni soċjali u ekonomika u dawk tal-kompetittività tan-negozji tal-UE, għandhom jiġu rikonċiljati wkoll b’mod ibbilanċjat bħala parti mill-Istrateġija ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-proposta ma tqisx l-ispejjeż li jeżistu diġà fuq l-operaturi tat-trasport minħabba l-konġestjoni u l-piż globali tat-taxxi fuq il-kumpaniji. Għalkemm it-trasport tal-merkanzija bit-triq huwa responsabbli għal 10% tal-konġesjonijiet tat-traffiku, l-operaturi tat-trasport ikollhom jerfgħu l-ispejjeż marbuta mal-konġestjoni permezz ta’ żieda fl-ispejjez fissi u varjabbli, ħin moħli u telf ta’ dħul. Barra minn hekk, l-Artikolu 7.10 tad-Direttiva 1999/62 diġà jipprevedi għodda li biha l-Istati Membri jistgħu jiġġieldu l-konġestjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) L-objettiv tat-tnaqqis tal-impatti negattivi tat-trasport għandhom jintlaħqu b’tali mod li jevita ostakli sproporzjonati għall-moviment ħieles fl-interess ta' tkabbir ekonomiku sod u ta’ tħaddim kif suppost tas-suq intern. |
(2) L-objettiv tat-tnaqqis tal-impatti negattivi tat-trasport għandhom jintlaħqu b’tali mod li jevita ostakli sproporzjonati għall-moviment ħieles fl-interess ta' tkabbir ekonomiku sod u ta’ tħaddim kif suppost tas-suq intern. Għandu jiġi enfasizzat ukoll li l-prinċipju tal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni huwa ekwivalenti għal strument ta’ ġestjoni u għandu jħeġġeġ lill-utenti tat-triq u s-setturi industrijali relatati biex jisfruttaw u jespandu l-kapaċitajiet rispettivi tagħhom fil-qasam tat-trasport li jirrispetta l-ambjent, pereżempju permezz ta’ bidliet fl-imġiba tas-sewqan jew permezz ta’ żvilupp teknoloġiku ulterjuri. Huwa importanti ħafna li jinstabu mezzi u modi li jnaqqsu l-ħsara kkawżata mit-trasport bit-triq, aktar milli sempliċement jintuża d-dħul li jirriżulta biex jiġu koperti l-ispejjeż relevanti. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din iż-żieda tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-prinċipju tal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni għandu jitqies l-ewwel nett bħala għodda xierqa tal-ġestjoni, li tista’ tintuża fil-kuntest tal-isforzi biex jinbidel il-mod li huwa organizzat it-trasport u/jew is-settur tat-trasport, sabiex dan is-settur jitħejja għall-isfidi tal-ġejjieni u titnaqqas il-ħsara li jikkawża, aktar milli jiġu koperti l-ispejjeż li jirriżultaw. It-tariffi maħsuba biex sepliċement jipprovdu għajn addizzjonali ta’ dħul Statali mhumiex aċċettabbli. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 5 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(5) Sabiex nimxu lejn politika sostenibblli għat-trasport, il-prezzijiet tat-trasport għandhom jirriflettu aħjar l-ispejjeż relatati mat-tniġġis tal-arja u ma’ l-istorbju tat-traffiku, it-tibdil fil-klima u l-konġestjoni kkawżati mill-użu reali tal-vetturi, tal-ferroviji, tal-ajruplani jew tal-vapuri bħala mezz għall-aħjar titjib tal-użu tal-infrastruttura, it-tnaqqis tat-tniġġis lokali, il-ġestjoni tal-konġestjoni u mezz kif nikkumbattu kontra t-tibdil fil-klima bl-inqas spiża għall-ekonomija. Dan jitlob approċċ gradwali fil-mezzi kollha tat-trasport, fejn jitqiesu l-karatteristiċi partikolari tagħhom. |
(5) Sabiex nimxu lejn politika sostenibblli għat-trasport, il-prezzijiet tat-trasport għandhom jirriflettu aħjar l-ispejjeż esterni relatati mal-użu tal-vetturi, tal-ferroviji, tal-ajruplani jew tal-vapuri. Dan jitlob approċċ koerenti u ambizzjuż fil-mezzi kollha tat-trasport, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi partikolari tagħhom. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri ta’ politika maħsuba biex jinternalizzaw l-ispejjeż esterni jittieħdu għal kull mezz ta’ trasport sabiex jiġu garantiti l-istess kundizzjonijiet bejniethom. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 5 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
(5a) Mezzi oħra ta’ trasport diġà bdew jinternalizzaw l-ispejjeż esterni u l-leġiżlazzjoni relevanti tal-Komunità jew tintroduċi din l-internalizzazzjoni gradwalment jew għall-inqas ma twaqqafhiex. L-emissjonijiet tas-CO2 għandhom jiġu indirizzati permezz tal-inklużjoni tal-avjazzjoni fl-Iskema għall-Iskambju tal-Emissjonijiet (ETS). Il-provvista tal-elettriku għall-ferroviji hija koperta wkoll mill-ETS u t-trasport marittimu għandu jiġi inkluż fl-ETS dalwaqt. Spejjeż esterni oħra jistgħu jiġu internalizzati permezz ta’ tariffi tal-ajruporti, li jistgħu jiġu ddivrenzjati għal skopijiet ambjentali u permezz ta’ tariffi infrastrutturali għall-użu tal-linji tal-ferroviji skont id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2001 dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-impożizzjoni ta’ tariffi għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferroviji1. Barra minn hekk, il-Kummissjoni dalwaqt tipproponi tfassil mill-ġdid tal-Ewwel Pakkett Ferrovjarju sabiex jiġu introdotti skemi ta’ tariffi armonizzati tal-aċċess għall-binarji marbuta mal-istorbju. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
1 ĠU L 75, 15.3.2001, p. 29. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-inventarju tal-Kummisjoni, Nagħmlu t-Trasport Aktar Ekoloġiku (COM(2008)433) jagħti ħarsa ġenerali lejn l-għadd kbir ta’ miżuri diversi li diġà jeżistu għat-tnaqqis tal-impatti negattivi tat-trasport. L-evalwazzjoni tal-Impatt: L-istrateġija għall-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni (SEC(2008) 2208) tiffoka fuq l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni marbuta mal-istorbju, it-tniġġis tal-arja, il-bidla fil-klima, il-konġestjoni u l-inċidenti mill-mezzi tat-trasport kollha permezz ta’ strumenti ta’ pprezzar bħal tariffi, taxxi u permessi negozjabbli. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 5 b (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
(5b) Skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2001/14/KE, li tiffissa l-prinċipji tat-tariffi għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija, l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni diġà hija possibbli. Madankollu, bħala prekondizzjoni, is-settur tat-trasport tat-triq għandu japplika wkoll it-tariffi tal-ispejjeż esterni sabiex jigu aġġustati t-tariffi tal-aċċess għall-binarji b’mod aktar wiesa’ u ssir internalizzazzjoni sħiħa tal-ispejjeż esterni fis-settur ferrovjarju. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2001/14 jiffissa l-prinċipji tat-tariffi tal-ferroviji. Skont din id-Direttiva, il-manigers infrastrutturali huma obbligati li japplikaw tariffi għall-ferroviji kollha tal-aċċess għall-infrastruttura sabiex jiġbru lura l-ispejjeż biex jiġi operat is-servizz tal-ferrovija. L-applikazzjoni ta’ tariffi tal-ispejjeż tal-iskarsezza u tal-ispejjeż ambjentali hija permessa wkoll. Madankollu l-Artikolu 7,5 huwa restrittiv: “l-iċċarġjar tal-ispejjeż ambjentali li jirriżultaw f’żieda fid-dħul globali dovut lill-manager infrastrutturali għandu madankollu jiġi permess biss jekk dan l-iċċarġjar jiġi applikat f’livell komparabbli għall-mezzi tat-trasport kompetituri". | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 5 c (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
(5c) Fis-settur tat-trasport bit-triq, diġà japplikaw diversi taxxi u tariffi, inklużi taxxi u tariffi li jikkompensaw parzjalment l-ispiża esterna bħal dik tas-CO2, kif inhu pereżempju l-każ tat-taxxi tas-sisa fuq il-fjuwil. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 7 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(7) L-analiżi tal-impatt turi li l-applikazzjoni ta’ taxxi għall-użu tat-triq ikkalkulati abbażi tal-ispiża tat-tniġġis, u fuq it-toroq traffikużi ħafna, abbażi tal-ispiża tal-konġestjoni jkollha effett pożittiv fuq is-sistema tat-trasport u tikkontribwixxi għall-istrateġija tal-Komunità biex tikkumbatti t-tibdil fil-klima. Tnaqqas il-konġestjoni u t-tniġġis lokali billi tinkuraġġixxi l-użu ta’ teknoloġiji aktar nodfa, ittejjeb bl-aħjar mod possibbli l-imġiba loġistika u tnaqqas il-vjaġġ lura mingħajr tagħbija. Indirettament ikollha rwol importanti fit-tnaqqis tal-konsum tal-fjuwil u fil-kontribut għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Taxxi għall-użu tat-triq li jintegraw element ta’ spiża relatat mal-konġestjoni għall-użu ta’ toroq traffikużi ħafna fil-kalkolu tagħhom għandhom ikunu aktar effettivi fit-tnaqqis tal-konġestjoni jekk l-Istati Membri jinkludu l-utenti l-oħra tat-toroq li mhumiex fl-ambitu ta’ din id-Direttiva fi skema ta’ natura simili. |
(7) L-analiżi tal-impatt turi li l-applikazzjoni ta’ taxxi għall-użu tat-triq ikkalkulati abbażi tal-ispiża tat-tniġġis, u fuq it-toroq traffikużi ħafna, abbażi tal-ispiża tal-konġestjoni, tista’ twassal jew tikkontribwixxi għal trasport bit-triq iktar effiċjenti u favur l-ambjent, u tikkontribwixxi għall-istrateġija tal-UE biex tikkumbatti l-bidla fil-klima. Tnaqqas il-konġestjoni u t-tniġġis lokali billi tinkuraġġixxi l-użu ta’ teknoloġiji aktar nodfa, ittejjeb bl-aħjar mod possibbli l-imġiba loġistika u tnaqqas il-vjaġġ lura mingħajr tagħbija. Indirettament ikollha rwol importanti fit-tnaqqis tal-konsum tal-fjuwil u fil-kontribut għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Taxxi għall-użu tat-triq li jintegraw element ta’ spiża relatat mal-konġestjoni għall-użu ta’ toroq traffikużi ħafna fil-kalkolu tagħhom jistgħu jkunu effettivi biss jekk ikunu jiffurmaw parti minn pjan ta’ azzjoni li jinkludi miżuri relatati ma’ utenti oħrajn tat-toroq li mhumiex fl-ambitu ta’ din id-Direttiva, bħal skemi smili ta’ tariffi jew miżuri b’effett ekwivalenti bħal restrizzjonijiet ta’ traffiku u karreġġjati riżervati għall-vetturi li barra x-xufier ikollhom passiġġier wieħed jew iżjed. Madankollu, s’issa għadu ma ntweriex biżżejjed li dawn it-taxxi ġabu xi bidliet sostanzjali fl-użu tal-mezzi tat-trasport. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 8 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(8) L-ispejjeż tat-tniġġis tal-arja u mill-istorbju minħabba t-traffiku u l-konġestjoni, bħall-ispejjeż tas-saħħa, inkluż il-kura medika, it-telfien ta’ uċuħ u telfien ieħor ta’ produzzjoni, u l-ispejjeż soċjali, joriġinaw fi ħdan it-territorju tal-Istat Membru li fih iseħħ it-trasport. Il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas se jkun implimentat permezz tal-impożizzjoni tal-ispiża esterna u dan ukoll se jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-ispejjeż esterni. |
(8) Il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas se jkun implimentat permezz tal-impożizzjoni tal-ispiża esterna u dan ukoll se jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-ispejjeż esterni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 9 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(9) Il-mudell li l-Kummissjoni fasslet biex tikkalkula l-ispejjeż esterni tat-tniġġis tal-arja u dak mill-istorbju li jirriżulta mit-traffiku u l-konġestjoni jipprovdi metodi affidabbli u firxa ta’ valuri ta’ kull unità li jistgħu jservu bħala bażi għall-kalkolu tat-tariffi għall-użu tat-triq. |
(9) Il-mudell li l-Kummissjoni fasslet biex tikkalkula l-ispejjeż esterni jipprovdi metodi affidabbli u firxa ta’ valuri ta’ kull unità li jistgħu jservu bħala bażi għall-kalkolu tat-tariffi għall-użu tat-triq. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 9 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
(9a) Sabiex jiġi żgurat li t-trasportaturi tal-merkanzija bit-triq Ewropej jirċievu indikazzjonijiet ta’ prezz ċari li jservu ta’ inċentiv biex jottimizzaw l-imġiba tagħhom, għandhom isiru sforzi fuq terminu ta’ żmien medju biex tinkiseb konverġenza tal-metodi li jużaw is-sistemi tariffarji Ewropej kollha biex jikkalkulaw l-ispejjeż esterni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-preżenza ta’ għadd kbir ta’ metodi possibbli għall-kalkolu tal-ispiża esterna qed toħloq konfużjoni fi ħdan l-UE, u dan imbagħad qed jiżgura li t-trasportaturi tal-merkanzija bit-triq ma jirċevux sinjali ta’ prezz ċari li jkunu ta’ inċentiv biex jirrinnovaw il-flotot tagħhom u jottimizzaw il-loġistika tagħhom. Għalhekk, fit-terminu medju ta’ żmien għandhom isiru sforzi biex tinkiseb konverġenza tal-metodi użati għall-kalkolu tal-fatturi tal-ispiża esterna. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 12 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(12) Tariffi ibbażati fuq il-ħin li jiġu intaxxati kuljum, kull ġimgħa, kull xahar jew kull sena ma għandhomx jiddiskriminaw kontra l-utenti okkażjonali, għaliex parti kbira ta’ dan it-tip ta’ untenti ġeneralment ikunu trasportaturi tal-merkanzija li mhumiex nazzjonali. Għalhekk għandhom jiġu ffissati proporzjonijiet aktar dettaljati bejn ir-rati għal ġurnata, għal ġimgħa, għal xahar u għal sena. |
(12) Tariffi ibbażati fuq il-ħin li jiġu intaxxati kuljum, kull ġimgħa, kull xahar jew kull sena ma għandhomx jiddiskriminaw kontra l-utenti okkażjonali, għaliex parti kbira ta’ dan it-tip ta’ untenti ġeneralment ikunu trasportaturi tal-merkanzija li mhumiex nazzjonali. Għalhekk għandhom jiġu ffissati proporzjonijiet aktar dettaljati bejn ir-rati għal ġurnata, għal ġimgħa, għal xahar u għal sena. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza u ġustizzja, it-tariffi bbażati fuq il-ħin għandhom jitqiesu bħala strument tranżitorju għat-tariffi infrastrutturali. Għalhekk, għandha tiġi kkunsidrata t-tneħħija gradwali tas-sistemi tat-tariffi bbażati fuq il-ħin. L-Istati Membri bi fruntieri esterni ma’ pajjiżi terzi għandhom ikunu jistgħu jidderogaw minn din id-dispożizzjoni u jkomplu japplikaw sistemi ta’ tariffi bbażati fuq il-ħin għal vetturi ta' merkanzija tqila li jkunu fil kju fil-punti tal-qsim tal-fruntieri. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 17 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(17) L-awtorità li tiffissa t-tariffa għall-ispiża esterna ma għandha jkollha l-ebda interess ta’ setgħa li tiffissa l-ammont f’livell mhux xieraq u għalhekk għandha tkun indipendenti mill-korp li jiġbor u jimmaniġġa id-dħul tat-taxxi għall-użu tat-triq. L-esperjenza wriet li mark-up fuq it-taxxi għall-użu tat-triq fiż-żoni muntanjużi, sabiex tiffinanzja proġetti ta’ prijorità tan-netwerk trans-Ewropew, mhijiex għażla prattika għall-operaturi tal-infrastruttura jekk id-devjazzjoni tat-traffiku li tista’ tirriżulta miż-żieda tat-taxxa għall-użu tat-triq tkun b’tali mod li timplika telf ta’ dħul. Sabiex din is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata, mark-up għandha tkun permessa fuq rotot alternattivi li t-traffiku jista’ alternattivament jiġi devjat fihom. |
(17) L-awtorità li tiffissa t-tariffa għall-ispiża esterna ma għandha jkollha l-ebda interess ta’ setgħa li tiffissa l-ammont f’livell mhux xieraq u għalhekk għandha tkun indipendenti mill-korp li jiġbor u jimmaniġġa id-dħul tat-taxxi għall-użu tat-triq. L-esperjenza wriet li żieda fit-taxxi għall-użu tat-triq fiż-żoni muntanjużi, sabiex jiġu ffinanzjati proġetti ta’ prijorità tan-netwerk trans-Ewropew, mhijiex għażla prattika jekk id-definizzjoni ta’ kurutur ma tkunx konsistenti mar-realtà tal-fluss tat-traffiku. Sabiex din is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata, il-kurutur li fuqu tista’ tkun permessa żieda għandu b’mod partikolari jkopri partijiet ta’ toroq li għalihom l-introduzzjoni ta’ żieda tissarraf f’devjazzjoni tat-traffiku lejn il-proġett ta’ prijorità kkonċernat. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 18 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(18) Sabiex tingħata preċedenza lill-bini ta’ proġetti prijoritarji ta’ interess Ewropew, l-Istati Membri li għandhom il-possibilità li japplikaw mark-up għandhom jużaw din l-għażla qabel jintaxxaw tariffa għall-ispiża esterna. Sabiex jiġi evitat ċċarġjar żejjed tal-utenti, tariffa għall-ispiża esterna ma għandhiex tiġi kkombinata ma’ mark-up sakemm l-ispejjeż esterni ma jaqbżux l-ammont tal-mark-up li diġà ġiet intaxxata. F’każ bħal dan, huwa għalhekk xieraq li l-ammont tal-mark-up għandu jitnaqqas mit-tariffa għall-ispiża esterna. |
(18) Sabiex tingħata preċedenza lill-bini ta’ proġetti prijoritarji ta’ interess Ewropew, l-Istati Membri li għandhom il-possibilità li japplikaw mark-up għandhom jużaw din l-għażla qabel jintaxxaw tariffa għall-ispiża esterna. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Peress li l-mark-ups tat-tariffi għall-użu tat-triq jintużaw biex jiffinanzjaw infrastrutturi tat-trasport alternattivi, aktar favur l-ambjent u mhux miżuri oħra li jservu biex inaqqsu l-ispiża esterna, għandu jkun possibbli li jiġu imposti tariffi ta’ spiża esterna flimkien ma’ mark-ups għall-użu tat-triq sabiex ikunu wkoll jistgħu jittieħdu miżuri biex titnaqqas l-ispiża esterna fuq rotot intaxxati bil-mark-up tal-użu tat-triq. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 21 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(21) L-iċċarġjar ta’ spejjeż esterni permezz ta’ taxxi għall-użu tat-triq għandu jkun aktar effettiv fl-influwenza fuq id-deċiżjonijiet tal-utenti dwar it-trasport jekk l-utenti jkunu konxji minn dawn l-ispejjeż. Għandhom għalhekk jiġu identifikati seperatament fuq dikjarazzjoni, kont jew dokument ekwivalenti mill-operatur tat-taxxi għall-użu tat-triq. Barra minn hekk tali dokument jista’ jagħmilha aktar faċli biex it-trasportaturi tal-merkanzija jgħaddu t-tariffa għall-ispiża esterna lil dak li jieħu ħsieb il-merkanzija jew lil kwalunkwe klijent ieħor. |
(21) L-iċċarġjar ta’ spejjeż esterni permezz ta’ taxxi għall-użu tat-triq għandu jkun aktar effettiv fl-influwenza fuq id-deċiżjonijiet tal-utenti dwar it-trasport jekk l-utenti jkunu konxji minn dawn l-ispejjeż. Għandhom għalhekk jiġu identifikati seperatament fuq dikjarazzjoni komprensibbli, kont jew dokument ekwivalenti mill-operatur tat-taxxi għall-użu tat-triq. Barra minn hekk tali dokument jista’ jagħmilha aktar faċli biex it-trasportaturi tal-merkanzija jgħaddu t-tariffa għall-ispiża esterna lil dak li jieħu ħsieb il-merkanzija jew lil kwalunkwe klijent ieħor. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għal skopijiet ta’ trasparenza huwa assolutament meħtieġ li l-operatur li jħallas biex juża t-triq jingħata rendikont, kont jew dokument ieħor li jkun jista’ jifhem irrispettivament mill-għarfien tiegħu tal-lingwa. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 22 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(22) L-użu ta’ sistemi elettroniċi għall-ġbir tat-taxxi għall-użu tat-triq huwa essenzjali biex jevita t-tfixkil għaċ-ċirkolazzjoni libera tat-traffiku u biex jiprrevjeni effetti negattivi fuq l-ambjent lokali kkawżati minn kjuwijiet quddiem il-gradi tal-kabini għall-ġbir tat-taxxi għall-użu tat-triq. Huwa għalhekk xieraq li jkun żgurat li t-tariffa għall-ispiża esterna tinġabar permezz ta’ tali sistema, soġġetta għall-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-interoperabilità ta' sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità li tipprevedi miżuri xierqa u proporzjonati biex ikun żgurat li interessi tekniċi, legali, kummerċjali u ta' protezzjoni ta' dejta u privatezza jiġu indirizzati kif inhu xieraq fl-implimentazzjoni tas-sistemi elettroniċi għall-ġbir tat-taxxi. Barra minn hekk sistemi ta’ dan it-tip għandhom jitfasslu mingħajr gradi fit-toroq u f’tali mod li jippermettu estensjoni sussegwenti mingħajr ħafna spejjeż għal kwalunkwe triq parallela. Madankollu għandu jsir provvediment għall-perjodu tranżizzjonali li jippermetti li jsiru l-adattamenti meħtieġa. |
(22) L-użu ta’ sistemi elettroniċi għall-ġbir tat-taxxi għall-użu tat-triq huwa essenzjali biex jevita t-tfixkil għaċ-ċirkolazzjoni libera tat-traffiku u biex jiprrevjeni effetti negattivi fuq l-ambjent lokali kkawżati minn kjuwijiet quddiem il-gradi tal-kabini għall-ġbir tat-taxxi għall-użu tat-triq. Huwa għalhekk xieraq li jkun żgurat li t-tariffi infrastrutturali u għall-ispiża esterna jinġabru permezz ta’ tali sistema, soġġetta għall-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-interoperabilità ta' sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità li tipprevedi miżuri xierqa u proporzjonati biex ikun żgurat li interessi tekniċi, legali, kummerċjali u ta' protezzjoni ta' dejta u privatezza jiġu indirizzati kif inhu xieraq fl-implimentazzjoni tas-sistemi elettroniċi għall-ġbir tat-taxxi. Barra minn hekk sistemi ta’ dan it-tip għandhom jitfasslu mingħajr gradi fit-toroq u f’tali mod li jippermettu estensjoni sussegwenti mingħajr ħafna spejjeż għal kwalunkwe triq parallela. Madankollu għandu jsir provvediment għall-perjodu tranżizzjonali li jippermetti li jsiru l-adattamenti meħtieġa. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
M'għandux ikun hemm distinzjoni bejn is-sistemi ta' ċċarġjar għall-ispejjeż tal-infrastruttura u dawk għall-ispejjeż esterni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 22 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
(22a) Huwa importanti li l-għanijiet ta' din id-Direttiva għandhom jintlaħqu b’mod li ma jkunx ta’ ħsara għat-tħaddim kif suppost tas-suq intern. Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi evitat li fil-ġejjieni s-sewwieqa tal-vetturi ta' merkanzija tqila jitgħabbew b’tagħmir elettroniku dejjem aktar inkompatibbli u għali fil-kabina tagħhom bir-riskju li jħaddmuh ħażin. Iż-żieda bla rażan ta' teknoloġiji mhix aċċettabbli. L-interoperabilità tas-sistemi tat-tariffi għall-użu tat-triq fil-Komunità, kif previst fid-Direttiva 2004/52/KE, għandha għalhekk tinkiseb mill-aktar fis possibbli. Għandhom isiru sforzi biex l-għadd ta’ strumenti fil-vettura jiġi limitat għal wieħed, li jagħmilha possibbli li jiġu applikati d-diversi rati fis-seħħ fid-diversi Stati Membri. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 22 b (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
(22b) Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura l-introduzzjoni rapida ta’ sistema tabilħaqq interoperabbli, skont id-Direttiva 2004/52/KE, sal-aħħar tal-2010. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 23 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
(23a) L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw il-baġit tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) u l-Fondi Strutturali għat-titjib tal-infrastrutturi tat-trasport bil-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż esterni tat-trasport b’mod ġenerali u sabiex jiġu implimentati mezzi elettroniċi biex jinġabru t-tariffi li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Se jkun meħtieġ investiment sostanzjali kemm biex jitjieb l-infrastrutturi tat-trasport kif ukoll biex jiġu implimentati l-mezzi għal—ġbir tat-tariffi. L-Istati membri għandhom ikunu jistgħu jużaw kemm il-baġit tat-TEN-T kif ukoll il-Fondi Strutturali għat-titjib tal-infrastrutturi tat-trasport bil-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż esterni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 24 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(24) Skond l-objettivi tal-politika għat-trasport ta’ din id-Direttiva, id-dħul addizzjonali ġġenerat mit-tariffa għall-ispiża esterna għandu jintuża għal proġetti b’interess Komunitraju wiesgħa u mfassal biex jippromwovi l-mobilità sostenibbli in ġenerali. Proġetti ta’ dan it-tip għandhom għalhekk ikunu marbuta ma’ kif ikun iffaċilitat pprezzar aktar effiċjenti, tnaqqis mis-sors ta’ tniġġis tat-trasport, kif jittaffew l-effetti tiegħu, titjib fir-rendiment tas-CO2 u tal-enerġija tal-vetturi, u l-iżvilupp ta’ infrastruttura alternattiva għall-utenti tat-trasport. Tinkludi per eżempju riċerka u żvilupp dwar vetturi aktar nodfa u l-implimentazzjoni tal-parti dwar it-trasport fil-pjanijiet ta’ azzjoni skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE tas-27 ta' Settembru 1996 dwar l-istima u l-immaniġġar tal-kwalità tal-arja ċirkostanti [arja ambjentali] u d-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwarda l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes [tal-istorbju] ambjentali, li jistgħu jinkludu miżuri biex jittaffa t-tniġġis tal-arja u mill-ħsejjes minħabba t-traffiku [l-istorbju mit-traffiku] madwar infrastrutturi kbar u f’agglomerazzjonijiet. L-allokazzjoni ta’ dan id-dħul ma teżonerax lill-Istati Membri mill-obbligu stipulat fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat li l-Kummissjoni tkun mgħarrfa dwar ċerti miżuri nazzjonali lanqas ma tippreġudika l-konklużjoni ta’ kwalunkwe proċedura mibdija skond l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat. |
(24) Skond l-objettivi tal-politika għat-trasport ta’ din id-Direttiva, id-dħul addizzjonali ġġenerat mit-tariffa għall-ispiża esterna għandu bħala prijorità jintuża biex titnaqqas u tiġi eliminata l-ispiża esterna tat-trasport bit-triq fejn possibbli. Jista’ jintuża wkoll biex jippromwovi l-mobilità sostenibbli b’mod ġenerali. Għalhekk, dawn il-proġetti għandhom ikunu marbuta mal-iffaċilitar ta’ prezzar effiċjenti, mat-tnaqqis mis-sors ta’ tniġġis tat-trasport, filwaqt li jittaffew l-effetti tiegħu, mat-titjib fir-rendiment tas-CO2 u tal-enerġija tal-vetturi tat-triq, u mat-titjib fl-infrastruttura eżistenti tat-toroq jew l-iżvilupp ta’ infrastruttura alternattiva għall-utenti tat-trasport. Tinkludi per eżempju riċerka u żvilupp dwar vetturi aktar nodfa u l-implimentazzjoni tal-parti dwar it-trasport fil-pjanijiet ta’ azzjoni skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE tas-27 ta' Settembru 1996 dwar l-istima u l-immaniġġar tal-kwalità tal-arja ċirkostanti [arja ambjentali] u d-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwarda l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes [tal-istorbju] ambjentali, li jistgħu jinkludu miżuri biex jittaffa t-tniġġis tal-arja u mill-ħsejjes minħabba t-traffiku [l-istorbju mit-traffiku] madwar infrastrutturi kbar u f’agglomerazzjonijiet. L-allokazzjoni ta’ dan id-dħul ma teżonerax lill-Istati Membri mill-obbligu stipulat fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat li l-Kummissjoni tkun mgħarrfa dwar ċerti miżuri nazzjonali lanqas ma tippreġudika l-konklużjoni ta’ kwalunkwe proċedura mibdija skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 25 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(25) Sabiex tiġi mħeġġa l-interoperabilità tal-arranġamenti tat-taxxi għall-użu tat-triq, żewġ Stati Membri jew aktar għandu jkollhom l-permess li jikkooperaw biex jintroduċu sistema komuni ta’ taxxi għall-użu tat-triq, soġġetti għall-konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet. |
(25) Sabiex tiġi promossa l-interoperabilità tal-arranġamenti tat-taxxi għall-użu tat-triq, il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri biex jintroduċu sistema komuni ta’ taxxi għall-użu tat-triq għandha tiġi mħeġġa, soġġetta għall-konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tappoġġja lill-Istati Membri li jixtiequ jikkooperaw biex idaħħlu sistema komuni ta’ taxxi għall-użu tat-triq fit-territorji kkombinati tagħhom. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 26 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(26) Skond din id-Direttiva għandha tintbagħat valutazzjoni komprensiva tal-esperjenza miksuba f’dawk l-Istati Membri li japplikaw it-tariffa għall-ispiża esterna, fil-ħin mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Din il-valutazzjoni għandha tinkludi wkoll analiżi tal-progress fl-istrateġija biex nikkumbattu t-tibdil fil-klima, li tinkludi d-definizzjoni ta’ element komuni ta’ taxxa fuq il-fjuwil relatat mat-tibdil fil-klima fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku, inkluża tal-fjuwil użat minn vetturi ta’ merkanzija tqila. Fid-dawl ta’ dan il-progress il-kwistjoni dwar l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju għandha tiġi inkluża u għandha titkompla analiżi ta’ kwalunkwe azzjoni oħra xierqa. |
(26) Skond din id-Direttiva għandha tintbagħat valutazzjoni komprensiva tal-esperjenza miksuba f’dawk l-Istati Membri li japplikaw it-tariffa għall-ispiża esterna, fil-ħin mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Din il-valutazzjoni għandha tinkludi wkoll analiżi tal-progress fl-istrateġija biex nikkumbattu t-tibdil fil-klima, li tinkludi d-definizzjoni ta’ element komuni ta’ taxxa fuq il-fjuwil relatat mat-tibdil fil-klima fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku, inkluża tal-fjuwil użat minn vetturi ta’ merkanzija tqila. Għandha titfassal ukoll evalwazzjoni komprensiva tal-ispejjeż esterni fil-mezzi l-oħra kollha tat-trasport, sabiex isservi bħala bażi għal proposti leġiżlattivi ulterjuri dwar l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni f’mezzi tat-trasport oħrajn. Dan għandu jiżgura l-introduzzjoni ta’ sistema ġusta u kompetittiva għall-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni li tevita kwalunkwe tgħawwiġ tas-suq intern fil-mezzi kollha tat-trasport. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 27 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(27) L-Artikolu 55(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jistipula li d-dħul iġġenerat minn tariffi li jiġġarrbu direttament mill-utenti għandu jiġu kkunsidrat fid-determinazzjoni tan-nuqqas ta’ finanzjament f’każ ta’ proġett li jiġġenera d-dħul. Madankollu, minħabba li d-dħul iġġenerat minn tariffa għall-ispiża esterna huwa allokat għall-proġetti bl-għan li jnaqqsu t-tniġġis tat-trasport fit-toroq fis-sors, itaffu l-effetti tiegħu, itejbu r-rendiment tas-CO2 u tal-enerġija tal-vetturi, u jiżviluppaw infrastruttura alternattiva għall-utenti tat-trasport, ma għandux jiġi kkunsidrat fil-kalkolu tan-nuqqas ta’ finanzjament. |
(27) L-Artikolu 55(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jistipula li d-dħul iġġenerat minn tariffi li jiġġarrbu direttament mill-utenti għandu jiġu kkunsidrat fid-determinazzjoni tan-nuqqas ta’ finanzjament f’każ ta’ proġett li jiġġenera d-dħul. Madankollu, minħabba li d-dħul iġġenerat minn tariffa għall-ispiża esterna huwa allokat għall-proġetti bl-għan li jnaqqsu t-tniġġis tat-trasport fit-toroq fis-sors, itaffu l-effetti tiegħu, itejbu r-rendiment tas-CO2 u tal-enerġija tal-vetturi, u jtejbu l-infrastruttura eżistenti tat-toroq jew jiżviluppaw infrastruttura alternattiva għall-utenti tat-trasport, ma għandux jiġi kkunsidrat fil-kalkolu tan-nuqqas ta’ finanzjament. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Id-dħul għandu jitwarrab speċifikament biex jinkludi s-settur tat-trasport bit-triq. Għall-appoġġ f’dan is-settur, huwa essenzjali li l-flus imħallsa għall-ispiża esterna jintużaw biex inaqqsu l-istess spiża esterna, speċjalment fis-settur innifsu. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 29 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(29) B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa biex tadatta l-Annessi 0, III, IIIa u IV għall-progress tekniku u xjentifiku, u l-Annessi I u II għall-inflazzjoni. Minħabba li dawk il-miżuri huma ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-direttiva, għandhom jiġu adottati skond-il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(29) B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa biex tadatta l-Annessi 0, III, IIIa u IV għall-progress tekniku u xjentifiku, u l-Annessi I, II u IIIa għall-inflazzjoni. Minħabba li dawk il-miżuri huma ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-direttiva, għandhom jiġu adottati skont-il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Direttiva 1999/62/KE | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 2 – punt ba | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Meta sezzjonijiet transkonfinali ta' proġetti tat-TEN-T jkunu saru b'mod konġunt minn aktar minn Stat Membru wieħed li jaqsmu l-ispejjeż operattivi u tal-kostruzzjoni, l-ispejjeż tal-infrastruttura marbuta jridu jqisu s-sitwazzjoni speċifika. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Direttiva 1999/62/KE | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 7 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Id-direttiva għandha tippermetti l-moviment ħieles tal-prodotti fl-Unjoni filwaqt li tiggarantixxi t-trattament ugwali ta' min iġorrhom. Għalhekk huwa xieraq li tkun applikata fin-netwerk trans-Ewropew kollu tat-trasport u fit-toroq kollha li normalment jintużaw għall-ġarr tal-prodotti internazzjonali. Fuq il-bqija tan-netwerk tat-toroq, jeħtieġ li jkun evitat piż amministrattiv addizzjonali u mhux ġustifikat għaliex m'hemmx trasport internazzjonali sinifikanti. F'dawk it-toroq, madankollu, l-Istati jibqgħu liberi li jiġbru taxxi skont ir-regoli stipulati fit-Trattat. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
It-tħassir huwa meqjus neċessarju sabiex tiġi eskluża kull possibilità ta’ sistema parallela: eż. tariffi bbażata fuq il-ħin għal trakkijiet eħfef, tariffi bbażati fuq id-distanza għal trakkijiet itqal. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7 – paragrafu 5 – parti introduttorja | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Fl-2006, il-leġiżlatur kien diġà ddeċieda li jestendi l-firxa tal-vetturi għal 3.5 tunnellati. Li tingħata eżenzjoni abbażi ta’ dawn il-fatturi jfisser, de facto, li jkun hemm firxa kompletament arbitrarja. L-Istati Membri huma ħielsa li jimponu tariffi anke fuq toroq sekondarji jekk jaħsbu li jista’ jkun hemm devjazzjonijiet. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt a | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Fl-2006, il-leġiżlatur kien diġà ddeċieda li jestendi l-firxa tal-vetturi għal 3.5 tunnellati. Li tingħata eżenzjoni abbażi ta’ dawn il-fatturi jfisser, de facto, li jkun hemm firxa kompletament arbitrarja. L-Istati Membri huma ħielsa li jimponu tariffi anke fuq toroq sekondarji jekk jaħsbu li jista’ jkun hemm devjazzjonijiet. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt b | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Fl-2006, il-leġiżlatur kien diġà ddeċieda li jestendi l-firxa tal-vetturi għal 3.5 tunnellati. Li tingħata eżenzjoni abbażi ta’ dawn il-fatturi jfisser, de facto, li jkun hemm firxa kompletament arbitrarja. Dwar il-punt (a): L-Istati Membri huma ħielsa li jimponu tariffi anke fuq toroq sekondarji jekk jaħsbu li jista’ jkun hemm devjazzjonijiet. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Direttiva 1999/62/KE | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 7a – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sabiex is-sewwieqa ma jkollhomx tariffi tal-utent sproporzjonati. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7a – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Waħda mir-raġunijiet ewlenin għad-Direttiva Eurovignette hija biex tiġi evitata d-diskriminazzjoni fi ħdan l-UE | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Direttiva 1999/62/KE | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 7 b – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Is-sikurezza fit-toroq hija essenzjali sabiex ikunu evitati l-ispejjeż li jirriżultaw mill-inċidenti. Madankollu, dan jirrikjedi investiment fil-faċilitajiet (eż. ċentri ta' ttestjar u postijiet ta' kontroll għall-HGVs) kif ukoll nefqa għal persunal tas-sikurezza. F'xi pajjiżi, it-twettiq ta' wħud minn dawn il-funzjonijiet ta' kontroll huwa wkoll ir-responsabilità tal-awtoritajiet reġjonali jew territorjali, li qed jiffaċċjaw sfidi enormi minħabba ż-żieda tat-trasport tal-merkanzija fit-toroq. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7b – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7c – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7c – paragrafu 2 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-iffissar ta’ tariffi għal dawk li biddlu l-flotta tal-vetturi tagħhom jew li l-vetturi tagħhom iħallu impatt ambjentali baxx ma jgħinx biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti mir-reviżjoni proposta iżda, bil-maqlub, iwassal għal staġnar fil-proċess tat-tibdil tal-flotot tal-vetturi u t-tnaqqis tal-emissjonijiet, minħabba li jkun hemm anqas riżorsi disponibbli biex isir investiment f'vetturi ġodda. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7c – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Is-sistema għandha toffri flessibiltà biżżejjed għad-diversi proċeduri li jeżistu. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 37 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7e – paragrafu 1 – parti introduttorja | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-konurbazzjonijiet jistgħu jiġu affettwati wkoll bil-konġestjoni, u dan jista’ jiġġustifika l-mark-up fuq it-taxxa għall-użu tat-triq. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 38 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7e – paragrafu 1 – punt a | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw id-dħul għat-titjib tal-infrastruttura tat-trasport in ġenerali skont il-prioritajiet tagħhom stess. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 39 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7e – paragrafu 1 – punt b | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw id-dħul għat-titjib tal-infrastruttura tat-trasport in ġenerali skont il-prioritajiet tagħhom stess. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 40 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7e – paragrafu 6 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-raġuni għall-mark up hi dik li tagħti lill-Istati Membri aktar possibilitajiet biex jiffinanzjaw il-kostruzzjoni ta’ proġetti prijoritarji ta’ interess Ewropew u mhix marbuta mal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 41 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7f – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 42 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7f – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Hemm bżonn li ssir dispożizzjoni għal proċedura li biha l-utenti jkunu jistgħu jieħdu lura d-differenza f’każi fejn ikunu ġew iċċarġjati ammont ogħla mir-rata applikabbli għalihom minħabba li ma kellhomx biżżejjed dokumentazzjoni fil-vettura. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 43 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7f – paragrafu 3 – punt c | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-Istati Membri għandhom jingħataw biżżejjed libertà biex jagħmlu differenza skont il-ħin tal-ġurnata u l-istaġun. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 44 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7g – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Peress li l-għan ta’ din id-direttiva huwa li tiġi introdotta l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni, l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar fejn u kif dawn jiġu kkalkulati għandhom ikunu disponibbli għall-Parlament Ewropew. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 45 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7g – paragrafu 3 – punt d a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-Emenda ssaħħaħ il-kunċett tal-earmarking. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 46 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7g – paragrafu 3 – punt d b (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 47 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7g – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Peress li l-għan ta’ din id-direttiva huwa li tiġi introdotta l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni, l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar fejn u kif dawn jiġu kkalkulati għandhom ikunu disponibbli għall-Parlament Ewropew. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 48 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7h – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-għan għandu jkun li tintlaħaq sistema ta’ trasport aktar effettiva u effiċjenti u biex tiġi żgurata l-integrazzjoni tas-suq. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 49 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7i – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Utenti mhux regolari għandhom ikunu jistgħu jħallsu dawn it-tariffi mingħajr ma jwaħħlu makkinarju obbligatorju. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 50 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7i – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Id-dokument ipprovdut lit-trasportatur tal-merkanzija għandu jindika b’mod ċar l-ammonti mħallsa għat-tariffa tal-infrastruttura, għat-tariffa tal-ispiża esterna u għall-VAT. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 51 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7i – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 52 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7i – paragrafu 5 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 53 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7i – paragrafu 5 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sistema Ewropea tabilħaqq interoperabbli tal-ġbir ta’ tariffi għall-użu tat-triq hija meħtieġa biex tiżgura effiċjenza u sigurtà ogħla fit-trasport. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 54 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7j | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Konsistenti meta t-trasformazzjoni tal-prinċipji “min juża jħallas” u “min iniġġes iħallas”. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 55 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 56 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 9– paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 57 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Huwa importanti li dħul ġenerat minn tariffi huwa parzjalment u gradwalment allokat biex jiffinanzja l-prġetti TEN li jipprovdu evidenza liċ-ċittadin dwar l-użu tagħhom | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 58 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 9b | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 59 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 6 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt b a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 60 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 6 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 11 – paragrafu 1 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sewwieq għajjien huwa responsabbiltà fit-termini tas-sigurtà fit-toroq. Madankollu, numru mhux suffiċjenti ta’ postijiet ta’ parkeġġ sikuri u mhux assigurati fin-Netwerk Trans-Ewropew jagħmel impossibbli wkoll r-rispett legali ta’ obbligazzjonijiet ta’ sewwieqa dwar sewqan u mistrieħ. Sabiex ikunu evitati spejjeż ta’ aċċidenti u biex tkun imtejba s-saħħa u s-sikurezza ta’ sewwieqa ta’ trakkijiet, dan l-argument għandu jkun indirizzat ukoll fid-Direttiva tal-Eurovignette. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 61 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 6 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt d a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 62 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 6 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt d b (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sabiex tkun prevenuta d-distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn mezzi differenti tat-trasport, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti għal direttivi għall-internalizzazzjoni ta’ spejjeż esterni għall-mezzi kollha tat-trasport. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 63 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 6 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 64 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness Direttiva 1999/62/KE Anness IIIa – punt 1 – subparagrafu 2 - parti introduttorja | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Li timponi fuq SM valutazzjoni estensiva qabel ma jkun intitolat li jiċċarġja spejjeż esterni, huwa stmat bħala piż amministrattiv mhux neċessarju. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 65 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness Direttiva 1999/62/KE Anness IIIa – punt 1 – subparagrafu 2 – punt inċiż 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Li timponi fuq SM valutazzjoni estensiva qabel ma jkun intitolat li jiċċarġja spejjeż esterni, huwa stmat bħala piż amministrattiv mhux neċessarju. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 66 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness Direttiva 1999/62/KE Anness IIIa – punt 1 – subparagrafu 2 – punt inċiż 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Li timponi fuq SM valutazzjoni estensiva qabel ma jkun intitolat li jiċċarġja spejjeż esterni, huwa stmat bħala piż amministrattiv mhux neċessarju. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 67 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness Direttiva 1999/62/KE Anness IIIa – punt 3 – subparagrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 68 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness Direttiva 1999/62/KE Anness IIIa – punt 3 – subparagrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 69 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness Direttiva 1999/62/KE Anness IIIa – punt 4 – punt 4.1 – Tabella 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Tabella 1: L-ispiża għat-tniġġis tal-arja ta’ vettura (PCV) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Valuri f’ċenteżmi euro, 2000 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Tabella 1: L-ispiża massima li tista' tiġi ċċarġjata għat-tniġġis tal-arja ta’ kwalunkwe vettura fi klassi partikulari | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Valuri f’ċenteżmi euro, 2000 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
NOTA SPJEGATTIVA
1. Is-sitwazzjoni attwali
Id-Direttiva Eurovignette 1999/68/KE attwali, kif emendata bid-Direttiva 2006/38/KE effettivament tipprojbixxi l-Istati Membri milli jiċċarġjaw vetturi ta’ ġarr ta’ merkanzija tqila (HGV) ta’ ’l fuq minn 12-il tunnellata (3,5 tunnellata mill-2012 ’il quddiem) għall-ispejjeż esterni fuq toroq li jagħmlu parti min-netwerk TEN.
Fuq it-toroq l-oħra kollha u għall-vetturi taħt it-tnax-il tunnellata, madankollu, l-Istati Membri taħt id-Direttiva Eurovignette attwali huma ħielsa li jiċċarġjaw liema spiża esterna jridu, sakemm jirrispettaw ir-regoli ġenerali tat-Trattat tal-Unjoni Ewropeja, speċjalment il-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni u l-proporzjonalità.
2. Il-proposta tal-Kummissjoni
F’Lulju 2008, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta għar-reviżjoni tad-Direttiva eżistenti li tkun tippermetti l-Istati Membri jinstallaw tariffa, intaxxata permezz ta’ taxxa fuq l-użu tat-triq għal ċerti spejjeż esterni. Il-Kummissjoni tipproponi wkoll estensjoni tal-ambitu ġeografiku tad-Direttiva. Għalhekk l-Istati Membri jkollhom bżonn jikkonformaw fuq it-toroq kollha mar-rekwiżiti tad-direttiva meta jiċċarġjaw għall-infrastruttura u l-ispejjeż esterni. Iż-żoni urbani biss jibqgħu ħielsa biex jintroduċu skemi ta’ tariffi regolatorji, kif diġà sar minn bliet differenti.
Il-proposta tal-Kummissjoni hija l-ewwel pass fl-applikazzjoni tal-prinċipju min iniġġes iħallas tat-trasport tat-triq. Ir-rekwiżiti li l-Istati Membri għandhom bżonn jilħqu sabiex jakkwistaw l-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni huma stretti mhux ħażin. Stati Membri jkunu jistgħu jiċċarġjaw biss għal ċertu spejjeż esterni, intaxxati biss permezz ta’ tariffi mingħajr barrikati maġenb it-triq u dan biss jekk isegwu ċerti metodi ta’ kalkulazzjoni kif definit f’Anness IIIa.
3. Sfond għall-proposta attwali
Il-Parlament Ewropew minn dejjem kien favur il-prinċipju tal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni. Matul ir-reviżjoni l-aktar riċenti tal-Eurovignette fl-2006, il-Parlament insista għal klawsola fl-Artikolu 11 tad-Direttiva attwali, fejn obbliga lill-Kummisjoni biex tasal għal “ mudell ta’ stima ġeneralment applikabbli, trasparenti, u komprensiv għall-istima tal-ispejjeż esterni sabiex iservi bħala l-bażi ta’ kalkulazzjonijiet futuri ta’ tariffi infrastrutturali.” Dan il-mudell kellu jkun “akkumpanjat minn analiżi tal-impatt tal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni għal kull mezz tat-trasport u strateġija għall-implimentazzjoni gradwali tal-mudell għal kull mezz tat-trasport.”
Din l-opinjoni kienet, matul is-snin ripetuta f’ħafna riżoluzzjonijiet tal-Parlament dwar kwistjonijiet tat-trasport[1]. Ir- risoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Lulju 2007 dwar l-implimentazzjoni tal-ewwel pakett ferrovjarju jgħid f’paragrafu 2:
"Jikkonsidra li d-Direttiva “Eurovignette 2” hija pass inizjali lejn kompetizzjoni ġusta bejn il-mezzi differenti : kompetizzjoni ġusta mhix possibbli meta l-iċċarġjar ta’ tariffi huwa mandatorju fl-UE għall-ferroviji kollha fuq ir-rotot ferrovjarji kollha, waqt li t-taxxi għall-użu tat-triq fl-UE għandhom limitu ogħla, huma ntaxxati fuq bażi volontarja mingħajr internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni , l-iktar fuq l-awtostrada biss għat-trakkijiet; jitlob, għalhekk lill-Kummissjoni biex tissottometti proposta għal direttiva sal-2008 (ara l-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2006/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar l-iċċarġjar ta’ vetturi li jġorru merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi) fejn l-Eurovignette hija aġġustata skont is-sistema ta’ pprezzar ferrovjarju, taxxi għall-użu tat-triq huma mandatorji għat-trakkijiet kollha ta ’l fuq minn 3.5 tunnellata fuq it-toroq kollha fl-UE mingħajr modi ta’ kif wieħed jaħrab xi regola, u l-ispejjeż esterni huma internalizzati.
Ir-Risoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2008, dwar politika tat-trasport Ewropew sostenibbli, filwaqt li tqis l-enerġija Ewropea u l-politika dwar l-ambjent tgħid f’paragrafu 12: “ Tinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tissottometti sa mhux aktar tard minn Ġunju 2008 mudell kompresiv, trasparenti u applikabbli b’mod ġenerali biex issir stima tal-ispejjeż esterni tal-mezzi kollha tat-trasport, fuq liema mudell jiġi bbażat il-kalkolu futur tal-ispejjeż li jridu jiġu mħallsa għall-użu tal-infrastruttura; tosserva li, taħt id-Direttiva Eurovignette, il-mudell għandu jkun akkumpanjat minn analiżi tal-impatt tal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni; jistenna mill-Kummissjoni, flimkien mal-inizjattiva li tipproduċi proposti leġiżlattivi; billi tibda bir-reviżjoni tad-Direttiva Eurovignette.”
Abbażi tal-mudell mitlub għall-istima tal-ispejjeż esterni kollha, il-Kummissjoni finalment tipproponi din ir-reviżjoni flimkien ma’ strateġija komprensiva għall-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni f’kull mezz tat-trasport. It-trasport fuq it-triq mhux waħdu. Mezzi oħra tat-trasport diġà bdew jarmonizzaw l-ispejjeż esterni. Leġiżlazzjoni tal-Kommunità relevanti għal mezzi oħra tat-trasport jew iddaħħal gradwalment tali internalizzazzjoni jew għall-anqas ma tipprevenihiex. Is- CO2 huwa ttrattat billi l-avjazzjoni ġiet inkluża fl-ETS, li tkopri wkoll il-provvista elettrika għall-ferroviji, u fil-futur qarib it-trasport marittimu se jiġi nkluż fis-sistema. Spejjeż oħra esterni jistgħu jiġu internalizzati permezz ta’ tariffi tal-ajruport u tariffi infrastrutturali għall-ferroviji (id-Direttiva 2001/14). Madankollu, sabiex it-tariffi fuq l-aċċess għall-binarji ferrovjarji jiġu mmodulati b’mod aktar wiesa’ u jkollhom internalizzazzjoni kompleta tal-ispejjeż esterni fis-settur ferrovjarju, hija prekondizzjoni li t-triq tapplika tariffi fuq spejjeż esterni.[2] Il-Kummissjoni waslet biex tipproponi t-tfassil mill-ġdid tal-Ewwel Pakkett Ferrovjarju sabiex tintroduċi skemi ta’ tariffi armonizzati dwar storbju relatat mal-aċċess għall-binarji ferrovjarji.
4. Pożizzjoni tar-rapporteur tagħkom u emendi ssuġġeriti
Il-prezzijiet għolja tal-fjuwil u l-kriżi finanzjarja: Iż-żmien għal din ir-reviżjoni seta’ kien aħjar. Imma l-verità inkonvenjenti hija li għandna bżonn naġġustaw mill-aktar fis possibbli[3] l-kondizzjonijiet għall-politika tat-trasport aktar effiċjenti u sostenibbli. Jekk il-prezzijiet ma jirriflettux kif suppost l-ispejjeż soċjali, huma jfallu milli jitrażmettu s-sinjali ekonomiċi t-tajba, u b’hekk iwasslu għal sitwazzjonijiet fejn l-attivitajiet tat-trasport jiġġeneraw spejjeż eċċessivi meta mqabbla ma’ sitwazzjoni effiċjenti. Ir-Rapporteur tagħkom jistma li sistema divrenzjata ta’ tariffi fuq it-triq hija element effiċjenti f’firxa ta’ għażliet politiċi li hemm bżonn għal politika tat-trasport aktar sostenibbli. Taxxi għall-użu tat-triq jistgħu jsiru aktar effikaċi b’mod divrenzjat aktar, madankollu, id-Direttiva attwali ma tippermettieħx. Aktar għażliet dwar tariffi fuq it-triq għall-Istati Membri, permezz tal-aċċettazzjoni tal-prinċipju tal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni, huma għalhekk meħtieġa.
Wara li jitqies dan kollu, ir-rapporteur tagħkom jipproponi dan li ġej:
a) Il-kalkolu tal-ispejjeż esterni huwa possibbli
Il-kalkolu u l-metodoloġija huma sodi. Ejja nibdew bit-tliet esternalitajiet proposti u wkoll bl-ispejjeż esterni tas-CO2, għall-anqas sakemm dawn ma jkunux internalizzati permezz ta’ politika komuni ta’ taxxa fuq il-fjuwil.
Għalissa, ir-rapporteur tagħkom ma jipproponix l-inklużjoni tal-ispejjeż tal-inċidenti, minħabba l-varjetà kbira ta’ mudelli ta’ assikurazzjoni u livelli differenti ta’ internalizzazzjoni tal-ispejjeż tal-inċidenti fl-UE. Minkejja dan, ir-rapporteur tagħkom jappoġġa dan bħala prinċipju u jissuġġerixxi li mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni tippreżenta proposti leġiżlattivi dwar l-ispejjeż tal-inċidenti u fuq livelli differenti ta’ internalizzazzjoni fi premiums tal-assikurazzjoni orjentati mar-riskji nazzjonali, sabiex jiġi armonizzat il-livell ta’ internalizzazzjoni tal-ispejjeż tal-inċidenti fl-Istati Membri.
Ir-rapporteur tagħkom jenfasizza wkoll il-bżonn li l-konġestjoni tinżamm fil-proposta. X’uħud jargumentaw li l-vetturi kollha għandhom ikunu suġġett għat-tariffi, mhux il-vetturi li jġorru merkanzija tqila biss. Din hija premessa valida, imma jekk il-konġestjoni ma tkunx inkluża f’din id-Direttiva, qabelxejn, l-Istati Membri ma jistgħux jibdew jintroduċu tariffi fuq spejjeż esterni għall-konġestjoni fuq toroq interurbani.
b) It-ariffi divrenzjati huma effiċjenti
Agħti s-sinjali tal-prezz ġust: Ibda neħħi kemm jista’ jkun malajr is-sistemi ta’ tariffi bbażati fuq il-ħin, żomm kemm jista’ jkun possibbli qrib l-ispejjeż esterni reali (mingħajr limitazzjonijiet, adattament għall-inflazzjoni; korrezjoni tal-valuri mogħtija għall-konġestjoni fl-aqwa ħin tat-traffiku, billi dawn ma jirriflettux il-valuri medji attwali[4]).
c) Żid l-interoperabilità u l-armonizzazzjoni
Inkoraġġixxi sistemi ta’ tariffi mingħajr barrikati. Ipproponi tariffi madatorji kemm jista’ jkun malajr. L-istess regoli kullimkien: Iva mal-estensjoni tal-ambitu ġeografiku. Iddefinixxi l-iskop tal-vetturi aħjar. Id-Direttiva attwali tippermetti wkoll l-Istati Membri li jeskludu vetturi li jiżnu 3, 5 sa 12-il tunnellata mill-applikazzjoni tad-Direttiva. Biex aktar jiġu armonizzati t-tariffi fuq vetturi li jġorru merkanzija tqila fl-UE, ir-rapporteur tagħkom jissuġġerixxi li tiġi applikata d-Direttiva għal kull vettura li ġġorr merkanzija tqila li tiżen 3, 5 jew 12-il tunnellata, mingħajr eċċezzjonijiet.
d) Allokazzjoni tad-dħul
L-allokazzjoni tad-dħul hija essenzjali għal din id-Direttiva. Id-dħul iġġenerat minn tariffi fuq l-ispejjeż esterni m’għandux jispiċċa bħala forma oħra ta’ tassazzjoni. Ir-rapporteur tagħkom għalhekk jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni biex tinvesti lura d-dħul fis-sistema tat-trasport u jipproponi li jsaħħaħ l-obbligu ta’ kif id-dħul għandu jintuża biex jitnaqqsu l-ispejjeż esterni.
Il-proposta tgħid “dħul minn tariffi għandu jintuża għall-benefiċċju tas-settur tat-trasport u biex tiġi ottimizzata s-sistema tat-trasport kollu”. Ir-rapporteur tagħkom jissuġġerixxi li l-kliem “jrid” fit-test eżistenti sabiex it-test jinżamm b’saħħtu kemm jista’ jkun.
e) Passi Futuri
Fl-2013, il-Kummissjoni ser tfassal rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva u passi oħra li jridu jittieħdu. Ir-Rapporteur tagħkom jissuġġerixxi li sal-2010 jiżdied rapport u proposti leġiżlattivi dwar l-ispejjeż tal-inċidenti u fuq il-livelli differenti ta’ internalizzazzjoni ta’ dawn l-ispejjeż. Aktar minn hekk ir-rapporteur tagħkom jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tingħata skadenza biex teżamina l-possibilitajiet li tintroduċi skemi mandatorji u t-tneħħija ta’ skemi ta’ tariffi bbażati fuq il-ħin sal-2013. Dawn ir-rapporti għandhom jiġu akkumpanjati minn proposti leġiżlattivi.
- [1] Ara wkoll paragrafu 4 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament P6_TA(2007)0345 tat-12 ta’ Lulju 2007 dwar iż-żamma tal-Ewropa miexja – mobilità sostenibbli għall-kontinent tagħna u paragrafu 1 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament P6_TA(2007)0345 tal-4 ta’Settembru 2008 dwar it-trasport tal-merkanzija fl-Ewropa.
. - [2] ara d-Direttiva 2001/14 l-Artikolu 7 Paragrafu 5.
- [3] Id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva l-ġdida għandu jkun sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010.
- [4] Għall-kalkolu: Proġett GRACE – http://www.grace-eu.org
OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (16.12.2008)
għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi
(COM(2008)0436 – C6-0276/2008 – 2008/0147(COD))
Rapporteur: Claude Turmes
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Is-settur tat-trasport, il-punt massimu fil-produzzjoni taż-żejt u s-sostenibilità ambjentali
Is-settur tat-trasport b'mod ġenerali u dak tal-merkanzija b'mod partikolari jużaw il-fjuwils fossili għal 90% tal-ħtiġijiet tagħhom; bħala konsegwenza dan it-tip ta' trasport hu estremament espost għall-prezzijiet ferm volatili taż-żejt. Bħalissa meta l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija fil-World Energy Outlook[1] tal-2008 wissiet dwar id-disponibilità futura ta' żejt bi prezz irħis, l-UE saret l-aktar zona esposta, fost iz-zoni ekonomiċi dinjija prinċipali, b'10% biss mit-trasport tal-merkanzija isserraħ fuq mezzi oħra li ma jużawx iż-żejt.
Barra minn dan, fis-settur tat-trasport tal-merkanzija intern tal-UE, it-trasport bit-triq għandu sehem dominanti ta' 46%, it-trasport marittimu għandu 37% waqt li dak bil-ferrovija għandu inqas minn 11%[2]. Il-ġarr ta' merkanzija bit-triq ukoll kiber b'31% fil-perjodu 2000-05 u din it-tendenza hi mistennija li tibqa'.
Minħabba li fl-għexieren ta' snin li ġejjin l-alternattivi sostenibbli għal trakkijiet li jużaw il-fjuwil se jkunu ftit, l-aħjar mod biex tissaħħaħ il-qagħda tal-Unjoni kontra l-kriżijiet ewlenin imħabbra tal-prezz taż-żejt hu li jkun razzjonalizzat is-settur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u li jintużaw aktar il-ferrovija u l-vapur.
Eurovignette aktar favur l-ambjent - dispożizzjonijiet ewlenin
Bħala parti mill-pakkett 'Trasport favur l-Ambjent', il-Kummissjoni f'Lulju 2008 ressqet proposta għal reviżjoni tal-hekk imsejħa Direttiva dwar l-Eurovignette 2006/38/KE li fl-2006 ħadet l-ewwel passi biex ittejjeb id-Direttiva 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi. Il-proposta attwali tintroduċi għall-ewwel darba l-opportunità għall-Istati Membri biex japplikaw ħlasijiet 'aktar intelliġenti' (smarter) għas-settur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq biex ikopru l-ispejjeż esterni u b'hekk jinkoraġġixxu imġieba aktar sostenibbli fost dawn il-parteċipanti:
· it-tariffa għall-ispiża esterna (li tkopri l-konġestjoni, il-ħsejjes u t-tniġġis tal-arja) tista' tkun applikata mill-Istati Membri (dispożizzjoni mhix mandatorja) għal vetturi ta' merkanzija tqila fuq kwalunkwe parti min-netwerk tat-toroq tagħhom (minbarra zoni urbani) mill-31 ta' Diċembru 2010;
· l-emissjonijiet tas-CO2, id-dipendenza fuq iż-żejt u l-aċċidenti jibqgħu dejjem barra mid-definizzjoni ta' spejjeż esterni;
· it-tariffi se jkunu limitati għal livelli massimi u jvarjaw skont il-ħin tal-ġurnata, id-distanza tal-vjaġġ u l-klassi tat-tip tal-emissjonijiet EURO;
· il-ħlasijiet b'ostakli mhux se jibqgħu jkunu permessi aktar; il-ġbir ta' tariffa se jkun ibbażat fuq sistema elettronika - perjodu ta' tranżizzjoni sa Jannar 2014;
· id-dħul minn spejjeż esterni ta' tariffi se jkun allokat biex itejjeb ir-rendiment sostenibbli tat-trasport bit-triq;
· reviżjoni prevista ta' dispożizzjonijiet attwali fl-2013 minħabba l-evalwazzjoni jekk l-ispejjeż esterni se jsiru obligatorji u jinkludu l-emissjonijiet tas-CO2;
Punti ewlenin tal-proposta
Ir-rapporteur għal opinjoni jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni minħabba li, għall-ewwel darba, tintroduċi l-prinċipju tal-internalizzazzjoni u għalhekk taħdem favur it-tkomplija tat-titjib leġiżlattiv inawgurat bid-Direttiva dwar l-Eurovignette tal-2006.
Hi l-opinjoni tiegħu li għandha tkun sfruttata b'mod sħiħ l-opportunità ta' din it-tieni reviżjoni permezz ta' miżuri konkreti u sostantivi biex jinkisbu riżultati tanġibbli u jsir kontribut biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-effiċjenza fl-enerġija sal-2020.
Għal dan il-għan, ir-rapporteur għal opinjoni jemmen li l-proposta għandha tkun imsaħħa b'dispożizzjonijiet aktar ambizzjużi:
v Dispożizzjoni li torbot għall-internalizzazzjoni mill-Istati Membri kollha
Il-metodu mhux obbligatorju għall-internalizzazzjoni mhux se jgħin biex iġib il-benefiċċji ambjentali u soċjali mistennija. Biex ikunu żgurati riżultati u biex ikun realizzat l-objettiv ta' sistema ta' trasport Ewropea aktar nadifa, it-tariffa għall-ispiża esterna għandha tapplika għall-Istati Membri kollha.
v Inklużjoni ta' ħsara lin-natura u l-pajsaġġ, il-bidla fil-klima, id-dipendenza fuq iż-żejt u l-aċċidenti (minbarra dawk koperti minn assigurazzjoni) fid-definizzjoni ta' 'spiża esterna'
Bla dubju l-fatturi kollha msemmija hawn iwasslu għal spiża kbira għall-ekonomija u s-soċjetà. Li dawn ikunu esklużi mid-definizzjoni ta' 'spejjeż esterni' imur kontra s-sejbiet tal-Handbook dwar stima ta' spejjeż esterni fis-settur tat-trasport[3]. Li wieħed jistrieħ fuq metodi oħra permezz ta' taxxa fuq il-fjuwil pereżempju fir-rigward tal-internalizzazzjoni tal-bidla fil-klima ma jidhirx li hu daqshekk promettenti biex iwassal għar-riżultati mitluba minħabba l-unanimità rikjesta fil-preżent għal miżuri dwar tassazzjoni fuq livell ta' UE.
v It-tneħħija tal-limiti fuq it-tariffi għall-ispiża esterna fl-Anness IIIA
Ir-rapporteur għal opinjoni hu tal-fehma li l-valuri massimi ta' tariffi għandhom jinżammu miftuħa sabiex jirriflettu b'mod preċiż il-valur tal-ispejjeż esterni f'sitwazzjoni partikolari u t-tariffa tkun stabbilita skont il-każ. Il-kontrolli mibnija internament f'din il-proposta dwar metodu ta' kalkolazzjoni u rappurtar lill-Kummissjoni huma garanzija kontra użu ħażin possibbli minn xi Stati Membri.
v Assenjazzjoni tad-dħul - tisħiħ tad-dispożizzjoni
L-użu xieraq tad-dħul iġġenerat minn tariffi għall-ispiża esterna hu ċentrali biex jintlaħqu l-għanijiet ta' din il-proposta. Dawn għandhom ikunu speċifikament immirati għal proġetti li l-għan tagħhom hu s-sotenibilità tan-netwerk tat-trasport. Ir-rapporteur għal opinjoni jissuġġerixxi li d-direzzjoni mogħtija lill-Istati Membri tkun aktar ristretta fir-rigward tal-oqsma fejn dan id-dħul jista' jkun investit biex tkun evitata l-possibilità li minflok dawn il-fondi jintużaw għal spejjeż normali ta' manutenzjoni tal-infrastruttura.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 1 | ||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(1) Il-promozzjoni tat-trasport sostenibbli hija element essenzjali fil-politika komuni għat-trasport. Għal dan il-għan, l-impatti negattivi tat-trasport, b’mod partikolari l-konġestjoni, li tfixkel il-mobilità, it-tniġġis, li joħloq ħsara għas-saħħa u għall-ambjent, u l-kontribut tiegħu għat-tibdil fil-klima għandhom jitnaqqsu. Barra dan, ir-rekwiżiti għall-ħarsien tal-ambjent għandhom jiġu integrati fid-definizzjonu u l-implimentazzjoni ta’ poltiki Komunitarji oħra, inkluża l-politika komuni għat-trasport. |
(1) Il-promozzjoni tat-trasport sostenibbli hija element essenzjali fil-politika komuni għat-trasport. Għal dan il-għan, l-impatti negattivi tat-trasport, b’mod partikolari l-konġestjoni, li tfixkel il-mobilità, it-tniġġis, li joħloq ħsara għas-saħħa u għall-ambjent, u l-kontribut tiegħu għat-tibdil fil-klima għandhom jitnaqqsu. Barra dan, ir-rekwiżiti għall-ħarsien tal-ambjent għandhom jiġu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politiki Komunitarji oħra, inkluża l-politika komuni għat-trasport. Il-prijoritajiet tal-ħarsien tal-ambjent, tal-objettivi tal-koeżjoni soċjali u ekonomika u tal-kompetittività tal-kummerċ tal-UE għandhom ikunu rikonċiljati b'mod ibbilanċjat bħala parti mill-Istrateġija ta' Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Il-proposta ma tqisx l-ispejjeż li jeżistu diġà fuq l-operaturi tat-trasport li ġejjin mill-konġestjoni u l-piż globali tat-taxxi fuq il-kumpaniji. Għalkemm it-trasport tal-merkanzija bit-triq jikkawża 10% tal-konġesjoni tat-traffiku, l-operaturi tat-trasport iridu jerfgħu l-ispejjeż marbuta mal-konġestjoni minħabba żieda fl-ispejjez fissi u varjabbli, il-ħin moħli u t-telfien ta’ dħul. Barra minn hekk, l-Artikolu 7.10 tad-Direttiva 1999/62 diġà jipprevedi għodda li biha l-Istati Membri jistgħu jikkumbattu l-konġestjoni. | ||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 2 a (ġdida) | ||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
|
(2a) Ir-riżultati ta'"Il-Programm għal politika ta' trasport sostenibbli fl-Ewropa" għandhom jiġu implimentati f'din id-Direttiva. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Huwa vitali li jitqiesu r-riżultati ta' "Il-programm għal politika ta' trasport sostenibbli fl-Ewropa". | ||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 2 b (ġdida) | ||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
|
(2b) Huwa vitali li jkun żgurat li l-progress fit-titjib tal-kwalità tal-fjuwil ma jkunx imfixkel, u li l-inċentivi għall-kumpaniji li jħallsu t-taxxi biex jinvestu fi fjuwils alternattivi, bħall-bijofjuwils, ikunu integrati f'din id-direttiva. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
It-titjib tal-kwalità tal-fjuwil, kif ukoll it-tranżizzjoni mill-fjuwils ibbażati fuq iż-żejt għall-bijofjuwils huma prijoritajiet essenzjali biex tonqos id-dipendenza tal-Ewropa fuq iż-żejt, kif ukoll sabiex jintlaħqu l-miri tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. | ||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 3 | ||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(3) Sabiex is-sistema tat-trasport titjieb bl-aħjar mod possibbli skond dan, il-politika komuni għat-trasport għandha tuża varjetà ta’ strumenti biex l-infrastuttura u t-teknoloġiji tat-trasport jitjiebu u jippermettu ġestjoni aktar effiċjenti tad-domanda għat-trasport. Dan jitlob aktar uża tal-prinċipju “l-utent iħallas” u għall-iżvilupp tal-prinċipju “min iniġġes iħallas” fis-settur tat-trasport. |
(3) Sabiex is-sistema tat-trasport titjieb bl-aħjar mod possibbli skond dan, il-politika komuni għat-trasport għandha tuża varjetà ta’ strumenti biex l-infrastuttura u t-teknoloġiji tat-trasport jitjiebu u jippermettu ġestjoni aktar effiċjenti tad-domanda għat-trasport. Dan jitlob evalwazzjoni tal-impatt ta' kwalunkwe inizjattiva politika ġdida, skont id-dispożizzjonijiet tal-Istrateġija ta' Liżbona u l-Istrateġija għal Żvilupp Sostenibbli. Kwalunkwe deċiżjoni marbuta mal-prinċipju obbligatorju applikabbli fil-ġejjieni għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom ikunu bbażati biss fuq analiżi fil-fond tal-ispejjeż f'termini ta' benefiċċju li tqis il-piż globali fuq it-trasport tal-merkanzija bit-triq. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Filwaqt li l-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas" huwa mezz sabiex tiġi applikata taxxa li bl-ebda mod ma tiggarantixxi tnaqqis fl-effetti esterni fil-mira, analiżi fil-fond dwar l-ispejjeż f'termini ta' benefiċċji skont l-inizjattiva tal-UE dwar "regolamentazzjoni aħjar" tippromwovi aħjar it-tnaqqis, f'ras il-għajn, tal-effetti esterni tat-trasport tal-merkanzija bit-triq bi spiża minima għall-ekonomija Ewropea kollha. | ||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 5 | ||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(5) Sabiex nimxu lejn politika sostenibblli għat-trasport, il-prezzijiet tat-trasport għandhom jirriflettu aħjar l-ispejjeż relatati mat-tniġġis tal-arja u ma’ l-istorbju tat-traffiku, it-tibdil fil-klima u l-konġestjoni kkawżati mill-użu reali tal-vetturi, tal-ferroviji, tal-ajruplani jew tal-vapuri bħala mezz għall-aħjar titjib tal-użu tal-infrastruttura, it-tnaqqis tat-tniġġis lokali, il-ġestjoni tal-konġestjoni u mezz kif nikkumbattu kontra t-tibdil fil-klima bl-inqas spiża għall-ekonomija. Dan jitlob approċċ gradwali fil-mezzi kollha tat-trasport, fejn jitqiesu l-karatteristiċi partikolari tagħhom. |
(5) Sabiex nimxu lejn politika sostenibbli għat-trasport, il-prezzijiet tat-trasport għandhom jirriflettu aħjar l-ispejjeż relatati mat-tniġġis tal-arja u ma’ l-istorbju tat-traffiku, ma' ħsara lin-natura u l-pajsaġġ, it-tibdil fil-klima, aċċidenti li mhumiex koperti minn assigurazzjoni, u l-konġestjoni kkawżati mill-użu reali tal-vetturi, tal-ferroviji, tal-ajruplani jew tal-vapuri bħala mezz għall-aħjar użu tal-infrastruttura, it-tnaqqis tat-tniġġis lokali, il-ġestjoni tal-konġestjoni u mezz kif nikkumbattu kontra t-tibdil fil-klima bl-inqas spiża għall-ekonomija. Dan jitlob approċċ gradwali fil-mezzi kollha tat-trasport, fejn jitqiesu l-karatteristiċi partikolari tagħhom. | |||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 9 a (ġdida) | ||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
|
(9a) L-internalizzazzjoni tal-ispejjeż tat-trasport estern isseħħ mhux biss permezz ta' tariffi għall-utent imma wkoll permezz tal-iżvilupp ta' infrastrutturi bil-għan li jkunu offruti alternattivi veri għall-għamliet ta' trasport li l-aktar iniġġsu, permezz tal-promozzjoni tar-riċerka u l-avvanzi teknoloġiċi u l-armonizzazzjoni tal-istandards fuq il-livell tal-UE. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
L-internalizzazzjoni tal-ispejjeż tat-trasport estern huwa proċess kumpless, fejn wieħed mill-komponenti prinċipali huwa l-introduzzjoni ta' sistema ta' tariffi msejsa fuq il-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas". | ||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 14 | ||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(14) Taxxi għall-użu tat-triq ibbażati fuq id-distanza li wieħed jivvjaġġa għandhom ikunu jistgħu jinkludu element tal-ispiża esterna bbażat fuq l-ispiża tat-tniġġis tal-arja u mill-istorbju tat-traffiku. Barra minn dan, fuq toroq li ġeneralment ikunu traffikużi ħafna u matul il-perjodi l-aktar traffikużi, l-ispejjeż tal-konġestjoni li l-biċċa l-kbira tagħhom jiġġarbu f’livell lokali, għandhom ukoll ikunu jistgħu jiġu rkuprati permezz tat-tariffa għall-ispiża esterna. L-element tal-ispiża esterna inkluż fit-taxxi għall-użu tat-triq għandu jkun jista’ jiġi miżjud mal-ispiża tal-infrastruttura, sakemm jiġu rispettati ċerti kundizzjonijiet fil-kalkolu tal-ispejjeż sabiex ikun evitat ċċarġjar żejjed. |
(14) Taxxi għall-użu tat-triq ibbażati fuq id-distanza li wieħed jivvjaġġa għandhom ikunu jistgħu jinkludu element tal-ispiża esterna bbażat fuq l-ispiża tat-tniġġis tal-arja u mill-istorbju tat-traffiku, il-ħsara lin-natura u l-pajsaġġ, il-bidla fil-klima, u aċċidenti li mhumiex koperti minn assigurazzjoni. Barra minn dan, fuq toroq li ġeneralment ikunu traffikużi ħafna u matul il-perjodi l-aktar traffikużi, l-ispejjeż tal-konġestjoni li l-biċċa l-kbira tagħhom jiġġarbu f’livell lokali, għandhom ukoll ikunu jistgħu jiġu rkuprati permezz tat-tariffa għall-ispiża esterna. L-element tal-ispiża esterna inkluż fit-taxxi għall-użu tat-triq għandu jkun jista’ jiġi miżjud mal-ispiża tal-infrastruttura, sakemm jiġu rispettati ċerti kundizzjonijiet fil-kalkolu tal-ispejjeż sabiex ikun evitat ċċarġjar żejjed. | |||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 15 | ||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(15) It-tariffa għall-ispiża esterna għandħa tvarja skond it-tipi ta' toroq, it-tipi ta’ vetturi u l-perjodi tal-ħin bħall-perjodi l-aktar u lanqas traffikużi tal-ġurnata, tal-ġimgħa u tal-istaġun u l-perjodu tal-lejl, sabiex jirriflettu aħjar l-ispiża tat-tniġġis tal-arja u mill-istorbju minħabba t-traffiku. |
(15) It-tariffa għall-ispiża esterna għandha tvarja skond it-tipi ta' toroq, it-tipi ta’ vetturi u l-perjodi tal-ħin bħall-perjodi l-aktar u lanqas traffikużi tal-ġurnata, tal-ġimgħa u tal-istaġun u l-perjodu tal-lejl, sabiex jirriflettu aħjar l-ispiża tat-tniġġis tal-arja, mill-istorbju minħabba t-traffiku, mill-ħsara lin-natura u l-pajsaġġ, u minn aċċidenti li mhumiex koperti minn assigurazzjoni. | |||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 21 a (ġdida) | ||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
|
(21a) Jeħtieġ li jkun eżaminat l-istat attwali tal-affarijiet f'ċertu Stati Membri dwar il-ħlas tal-VAT fuq il-vignette jew fuq it-taxxa għall-użu tat-toroq kif ukoll dwar l-armonizzazzjoni tas-sistema fiskali applikabbli sabiex ma jinħolqux ostakli artifiċjali għall-moviment ħieles tal-merkanzija u jkun evitat il-ħlas doppju ta' taxxi. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Huwa importanti li r-reġim fiskali applikabbli għall-Eurovignette jew għat-taxxa għall-użu tat-toroq ikun ugwali fl-Istati Membri kollha, sabiex ikun żgurat li ma jinħolqux ostakli artifiċjali għall-moviment ħieles tal-merkanzija. | ||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 23 a (ġdida) | ||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
|
(23a) Il-konġestjoni fit-toroq hija r-riżultat tal-kwalità tal-infrastrutturi attwali tat-trasport u l-livelli ta' kapaċità u l-volum ta' traffiku tal-karozzi privati u tal-vetturi li jittrasportaw persuni u merkanzija; għalhekk huwa meħtieġ li Stat Membru jinvesti fl-infrastrutturi tat-trasport sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun l-ispejjeż esterni ġġenerati minnhom. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Il-konġestjoni u t-tniġġis huma riżultat tal-limitazzjonijiet tal-infrastrutturi tat-trasport f'termini ta' kapaċità u kwalità. It-trasportaturi mhumiex l-uniċi persuni li joħolqu problemi u m'għandhomx ikunu l-uniċi li jħallsu. Hija r-responsabilità tal-Istati Membri li jtejbu l-infrastruttura tat-trasport bil-għan li jnaqqsu l-ispejjeż esterni. | ||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 23 b (ġdida) | ||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
|
(23b) L-Istati Membri għandhom jużaw il-baġit tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew (TEN-T) u l-Fondi Strutturali biex itejbu l-infrastrutturi tat-trasport bil-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż esterni tat-trasport b'mod ġenerali u jimplimentaw mezzi elettroniċi għall-ġbir tat-tariffi li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Se jkun meħtieġ investiment sostanzjali kemm għat-titjib tal-infrastrutturi tat-trasport u kemm għall-implimentazzjoni tal-mezzi tal-ġbir tat-tariffi. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw kemm il-baġit TEN-T u kemm il-Fondi Strutturali għal skopijiet ta' titjib tal-infrastrutturi tat-trasport bil-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż esterni. | ||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 24 | ||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(24) Skond l-objettivi tal-politika għat-trasport ta’ din id-Direttiva, id-dħul addizzjonali ġġenerat mit-tariffa għall-ispiża esterna għandu jintuża għal proġetti b’interess Komunitraju wiesgħa u mfassal biex jippromwovi l-mobilità sostenibbli in ġenerali. Proġetti ta’ dan it-tip għandhom għalhekk ikunu marbuta ma’ kif ikun iffaċilitat pprezzar aktar effiċjenti, tnaqqis mis-sors ta’ tniġġis tat-trasport, kif jittaffew l-effetti tiegħu, titjib fir-rendiment tas-CO2 u tal-enerġija tal-vetturi, u l-iżvilupp ta’ infrastruttura alternattiva għall-utenti tat-trasport. Tinkludi per eżempju riċerka u żvilupp dwar vetturi aktar nodfa u l-implimentazzjoni tal-parti dwar it-trasport fil-pjanijiet ta’ azzjoni skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE tas-27 ta' Settembru 1996 dwar l-istima u l-immaniġġar tal-kwalità tal-arja ċirkostanti [arja ambjentali] u d-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwarda l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes [tal-istorbju] ambjentali, li jistgħu jinkludu miżuri biex jittaffa t-tniġġis tal-arja u mill-ħsejjes minħabba t-traffiku [l-istorbju mit-traffiku] madwar infrastrutturi kbar u f’agglomerazzjonijiet. L-allokazzjoni ta’ dan id-dħul ma teżonerax lill-Istati Membri mill-obbligu stipulat fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat li l-Kummissjoni tkun mgħarrfa dwar ċerti miżuri nazzjonali lanqas ma tippreġudika l-konklużjoni ta’ kwalunkwe proċedura mibdija skond l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat. |
(24) Skond l-objettivi tal-politika għat-trasport ta’ din id-Direttiva, id-dħul addizzjonali ġġenerat mit-tariffa għall-ispiża esterna għandu jintuża sabiex itejjeb is-settur tat-trasport b'mod ġenerali, speċjalment proġetti b’interess Komunitarju wiesa', u bil-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż esterni. Proġetti ta’ dan it-tip għandhom għalhekk ikunu marbuta ma’ kif ikun iffaċilitat pprezzar aktar effiċjenti, tnaqqis mis-sors ta’ tniġġis tat-trasport, kif jittaffew l-effetti tiegħu u l-iżvilupp ta’ infrastruttura alternattiva u sostenibbli għall-utenti tat-trasport. Tinkludi per eżempju riċerka u żvilupp dwar vetturi aktar nodfa, tiswija, manutenzjoni u titjib tax-xogħlijiet fuq l-infrastrutturi eżistenti, l-iżvilupp ta' infrastruttura ġdida u l-implimentazzjoni tal-parti dwar it-trasport fil-pjanijiet ta’ azzjoni skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE tas-27 ta' Settembru 1996 dwar l-istima u l-immaniġġar tal-kwalità tal-arja ċirkostanti [arja ambjentali] u d-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwarda l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes [tal-istorbju] ambjentali, li jistgħu jinkludu miżuri biex jittaffa t-tniġġis tal-arja u mill-ħsejjes minħabba t-traffiku [l-istorbju mit-traffiku] madwar infrastrutturi kbar u f’agglomerazzjonijiet. L-allokazzjoni ta’ dan id-dħul ma teżonerax lill-Istati Membri mill-obbligu stipulat fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat li l-Kummissjoni tkun mgħarrfa dwar ċerti miżuri nazzjonali lanqas ma tippreġudika l-konklużjoni ta’ kwalunkwe proċedura mibdija skond l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
L-internalizzazzjoni tal-ispiża esterna m’għandhiex tkun għan fiha nnifisha, iżda orjentata għal għan, għall-iżvilupp ta’ infrastrutturi effiċjenti u sostenibbli. L-allokazzjoni ta’ dħul addizzjonali mill-internalizzazzjoni tal-ispiża esterna għandu jiġġenera l-aħjar kundizzjonijiet u dawk l-aktar sostenibbli ta’ mobilità għall-utenti tat-trasport. | ||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 25 a (ġdida) | ||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
|
(25a) Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura l-introduzzjoni ta’ sistema Ewropea tabilħaqq interoperabbli ta’ ġbir ta’ tariffi għall-użu tat-triq skont id-Direttiva 2004/52/KE. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Sistema li hija tassew sistema Ewropea interoperabbli għall-ġbir tat-taxxi għall-użu tat-triq hija meħtieġa biex tiġi żgurata effiċjenza ogħla u sikurezza fit-trasport. | ||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 26 a (ġdida) | ||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
|
(26a) L-Istati Membri meta jirċievu l-kofinzjament mill-UE għall-infrastruttura tat-toroq għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bi stima tad-dħul mistenni meta japplikaw din id-Direttiva kif ukoll id-Direttiva 1999/62/KE u d-Direttiva 2006/38/KE. | |||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 27 a (ġdida) | ||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
|
(27a) L-użu ta' fondi mill-UE u ta' dħul minn tariffi tat-toroq fil-qafas ta' din id-Direttiva kif ukoll tad-Direttiva 1999/62/KE u d-Direttiva 2006/38/KE għandhom jinkorporaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2004/52/KE. Dan għandu jwassal għal pożizzjoni aktar b'saħħitha fis-suq dinji għall-industriji tal-UE li jipproduċu dawn is-sistemi. | |||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 27 b (ġdida) | ||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
|
(27b) Ir-reġjun muntanjuż transkonfinali Alpin għandu japplika l-prinċipji tal-Konvenzjoni Alpina tal-Protokoll dwar it-Trasport u għalhekk għandu jitħalla jintroduċi miżuri addizzjonali mhux diskriminatorji biex ikunu kkalkulati l-ispejjeż esterni u jsir sussidju trasversali għat-trasport bil-ferrovija. | |||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 29 a (ġdida) | ||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
|
(29a) Il-miżuri kumplimentarji għandhom jagħtu spinta lill-effetti tas-sistemi ta' pprezzar sabiex ikunu megħluba l-isfidi tal-bidla fil-klima u mtejba l-prestazzjoni ambjentali tas-sistema ta' trasport, b'mod partikulari sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tat-trasport tal-UE: bidla modali aktar ibbilanċjata, aktar effiċjenza fil-prestazzjoni loġistika tat-trasport bit-triq, tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u fl-emissjonijiet mis-settur tat-trasport bl-użu tat-toroq. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Is-sistema ta' pprezzar għandha tkun parti waħda biss tal-miżuri maħsuba għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport. | ||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 2 – punt b b | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 2 – punt b c | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 2 – punt b d | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 2 – punt be a (ġdid) | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7 – paragrafu 4 a (ġdid) | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
L-internalizzazzjoni għandha titneħħa gradwalment sabiex it-tariffi ma jsirux ostakli għall-kompetittività ta' kwalunkwe mezz ta' trasport. | ||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7a – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Wieħed mill-objettivi prinċipali tad-Direttiva dwar l-Eurovignette huwa li tkun evitata d-diskriminazzjoni fl-UE. | ||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7a – paragrafu 2 a (ġdid) | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
L-applikazzjoni ta' dawn it-tariffi regolatorji fil-ġlieda kontra l-konġestjoni f'zoni b'densità għolja ta' popolazzjoni jew f'zoni sensittivi m'għandux ikollha effetti diskriminatorji fuq it-traffiku tal-passaġġ. | ||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7b – paragrafu 2 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7c – paragrafu 2 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7f – paragrafu 3 – punt c | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
L-ispejjeż għall-konġestjoni se jiġu kkunsidrati bħala inklużi fit-taxxa għall-użu tat-triq tal-infrastruttura. | ||||||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 7f – paragrafu 3 – punt c a (ġdid) | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
L-ispejjeż għall-konġestjoni se jiġu kkunsidrati bħala inklużi fit-taxxa għall-użu tat-triq tal-infrastruttura. | ||||||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Direttiva 1999/62/KE Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal direttiva – att li jemenda Anness Direttiva 1999/62/KE Anness IIIa - titolu | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
PROĊEDURA
|
Titolu |
Il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila |
|||||||
|
Referenzi |
(COM(2008)0436 – C6-0276/2008 – 2008/0147(COD)) |
|||||||
|
Kumitat responsabbli |
TRAN |
|||||||
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 2.9.2008 |
|
|
|
||||
|
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Claude Turmes 15.9.2008 |
|
|
|||||
|
Eżami fil-kumitat |
16.10.2008 |
13.11.2008 |
|
|
||||
|
Data tal-adozzjoni |
11.12.2008 |
|
|
|
||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
21 0 10 |
||||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
John Attard-Montalto, Jan Březina, Jorgo Chatzimarkakis, Dragoş Florin David, Den Dover, Nicole Fontaine, Adam Gierek, Norbert Glante, András Gyürk, Fiona Hall, Erna Hennicot-Schoepges, Eluned Morgan, Reino Paasilinna, Vladimír Remek, Teresa Riera Madurell, Britta Thomsen, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis |
|||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Etelka Barsi-Pataky, Ivo Belet, Manuel António dos Santos, Neena Gill, Vladimir Urutchev, Lambert van Nistelrooij |
|||||||
|
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Louis Grech, Aurelio Juri, Sepp Kusstatscher, Eva Lichtenberger, Rosa Miguélez Ramos, María Sornosa Martínez |
|||||||
- [1] World Energy Outlook (Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija) 12 ta' Novembru 2008
- [2] Energy and Transport in Figures, 2007 (Direttorat Ġenerali għat-Trasport u l-Enerġija u l-Eurostat) NB: statistika għall-2006
- [3] “Handbook on the estimation of external cost in the transport sector” (CE Delft, 2008) http://ec.europa.eu/transport/costs/handbook/doc/2008_01_15_handbook_external_cost_en.pdf
PROĊEDURA
|
Titolu |
Tassazzjoni fuq vetturi ta’ tagħbija tqal |
|||||||
|
Referenzi |
COM(2008)0436 – C6-0276/2008 – 2008/0147(COD) |
|||||||
|
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
8.7.2008 |
|||||||
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 2.9.2008 |
|||||||
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 2.9.2008 |
ITRE 2.9.2008 |
|
|
||||
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ENVI 10.9.2008 |
|
|
|
||||
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Saïd El Khadraoui 26.8.2008 |
|
|
|||||
|
Eżami fil-kumitat |
9.9.2008 |
7.10.2008 |
3.11.2008 |
20.1.2009 |
||||
|
Data tal-adozzjoni |
11.2.2009 |
|
|
|
||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
32 14 0 |
||||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Gabriele Albertini, Inés Ayala Sender, Etelka Barsi-Pataky, Paolo Costa, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Arūnas Degutis, Christine De Veyrac, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Brigitte Fouré, Mathieu Grosch, Georg Jarzembowski, Stanisław Jałowiecki, Timothy Kirkhope, Jaromír Kohlíček, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Sepp Kusstatscher, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Erik Meijer, Luís Queiró, Reinhard Rack, Ulrike Rodust, Gilles Savary, Renate Sommer, Dirk Sterckx, Michel Teychenné, Silvia-Adriana Ţicău, Yannick Vaugrenard, Armando Veneto, Roberts Zīle |
|||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Johannes Blokland, Luigi Cocilovo, Markus Ferber, Armando França, Lily Jacobs, Elisabeth Jeggle, Eleonora Lo Curto, Helmuth Markov, Corien Wortmann-Kool |
|||||||
|
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Samuli Pohjamo, Claude Turmes |
|||||||