RAKKOMANDAZZJONI dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' protokoll addizzjonali għall-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Afrika t'Isfel, min-naħa l-oħra, fid-dawl tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija

24.2.2009 - (16447/2008 – COM(2008)0749 – C6‑0017/2009 – 2008/0212(AVC)) - ***

Kumitat għall-Iżvilupp
Rapporteur: Josep Borrell Fontelles

Proċedura : 2008/0212(AVC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0073/2009
Testi mressqa :
A6-0073/2009
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' protokoll addizzjonali għall-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Afrika t'Isfel, min-naħa l-oħra, fid-dawl tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija

(16447/2008 – COM(2008)0749 – C6‑0017/2009 – 2008/0212(AVC))

(Proċedura ta' kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-test tal-Kunsill (16447/2008),

–   wara li kkunsidra t-talba għal kunsens imressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 300(3), it-tieni sottoparagrafu, flimkien mal-Artikoli 310 u 300(2), l-ewwel sottoparagrafu, tat-Trattat KE (C6 0017/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 75 u 83(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6‑0073/2009),

1.  Jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll addizzjonali;

2.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u l-Kummissjoni bil-pożizzjoni tal-Parlament.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel hija stabbilita u organizzata permezz tal-Ftehima dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Koperazzjoni (TDCA). L-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2007 titlob il-konklużjoni ta' Protokoll Addizzjonali għat-TDCA sabiex il-Bulgarija u r-Rumanija jiġu inklużi bħala partijiet kontraenti fil-ftehima. Proċedura ssimplifikata għall-adeżjoni ta' dawn il-pajjiżi mat-TDCA hija prevista mill-Artikolu 6(2) tat-Trattat tal-Adeżjoni mal-Bulgarija u r-Rumanija, jiġifieri, il-Kunsill jista’ jikkonkludi l-Protokoll Addizzjonali f’isem l-Istati Membri.

It-TDCA nfisha u l-Protokolli Addizzjonali jew l-emendi fil-ftehima jeħtieġu l-kunsens tal-Parlament Ewropew. Il-modifiki magħmula fil-ftehima permezz tal-Protokoll Addizzjonali jirrigwardaw biss l-inklużjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija għal xi Artikoli dwar id-dispożizzjonijiet istituzzjonali u l-inklużjoni tal-ilsna tal-Bulgarija u tar-Rumanija għall-fini tal-ftehima, pereżempju, li d-dikjarazzjoni tal-fattura hija valida wkoll fil-Bulgarija u fir-Rumanija. Ma’ dawn, it-TDCA hija daqstant ieħor awtentika fi 32 lingwa (it-22 lingwa uffiċjali tal-UE u l-10 lingwi uffiċjali tal-Afrika t’Isfel apparti l-Ingliż).

Il-Kummissjoni rrevediet il-kwoti tat-tariffi mogħtija skont it-TDCA abbażi ta’ negozju tradizzjonali bejn il-Bulgarija u r-Rumanija. Peress li nstab li dan in-negozju tradizzjonali huwa insinifikanti, l-aġġustament tal-kwoti tat-tariffi tqies li mhux meħtieġ.

Il-Protokoll Addizzjonali li fih il-bidliet tekniċi msemmija hawn fuq rigward l-inklużjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ġie maqbul mar-Repubblika tal-Afrika t’Isfel fid-9 ta’ Ottubru 2007. Il-Kunsill adotta deċiżjoni rigward l-iffirmar u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll Addizzjonali. Issa l-Parlament intalab mill-Kunsill, permezz ta’ ittra fit-13 ta’ Jannar 2009, biex jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll Addizzjonali.

Ir-rapporteur tiegħek iqis il-Protokoll Addizzjonali bħala eżerċizzju purament tekniku minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u jirakkomanda lill-Parlament biex jagħti l-kunsens tiegħu.

PROĊEDURA

Titolu

Protokoll addizzjonali għall-Ftehima KE/Afrika t’Isfel fid-dawl tal-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea

Referenzi

16447/2008 – C6-0017/2009 – COM(2008)07492008/0212(AVC)

Data tat-talba tal-kunsens tal-PE

12.1.2009

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

15.1.2009

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

15.1.2009

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

INTA

20.1.2009

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Josep Borrell Fontelles

21.1.2009

 

 

Eżami fil-kumitat

16.2.2009

 

 

 

Data tal-adozzjoni

17.2.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alessandro Battilocchio, Thijs Berman, Thierry Cornillet, Corina Creţu, Alexandra Dobolyi, Fernando Fernández Martín, Alain Hutchinson, Romana Jordan Cizelj, Filip Kaczmarek, Glenys Kinnock, Maria Martens, Gay Mitchell, José Javier Pomés Ruiz, José Ribeiro e Castro, Toomas Savi, Frithjof Schmidt, Jürgen Schröder, Feleknas Uca

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Miguel Angel Martínez Martínez, Manolis Mavrommatis, Gabriele Zimmer