RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (tfassil mill-ġdid)
19.2.2009 - (COM(2008)0229 – C6‑0184/2008 – 2008/0090(COD)) - ***I
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Michael Cashman
Rapporteur (*): Anneli Jäätteenmäki, Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
(*) Kumitat assoċjat - Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura
(Tfassil mill-ġdid - Artikolu 80a tar-Regoli ta' Proċedura)
- ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
- NOTA SPJEGATTIVA
- ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet
- PROĊEDURA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (tfassil mill-ġdid)
(COM(2008)0229 – C6‑0184/2008 – 2008/0090(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni – tfassil mill-ġdid)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0229),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 255(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6 0184/2008),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali[1],
– wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A6-0077/2009),
A. billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-mistoqsija msemmija ma tinkludix xi emendi sostantivi barra dawk identifikati bħala tali fil-proposta, u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti iktar bikrija flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta għandha kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti, mingħajr xi bidla fis-sustanza tagħhom,
B. billi, skont il-kumitat Parlamentari kompetenti, il-proċedura tat-tfassil mill-ġdid ġiet deċiża mill-Kummissjoni mingħajr ma ġew informati l-istituzzjonijiet l-oħra u mingħajr ma tqieset l-ittra u l-ispirtu tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-4 ta' April 2006 b'rakkomandazzjonijiet għall-Kummissjoni dwar l-aċċess għat-testi tal-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 192 tat-Trattat KE[2], li l-għan tagħha kien li jiġi emendat b'mod sostanzjali r-Regolament 1049/01, billi fuq kollox tisħaq fuq il-fatt li fil-proposta tagħha, il-Kummissjoni anki rrifjutat li tittratta kwistjonijiet bħal dawk imsemmija fil-każ importanti "Turco"[3] tal-Qorti tal-Ġustizzja,
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif ġiet adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (u bl-inkorporazzjoni tal-emendi tekniċi approvati mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali) u kif emendata hawn taħt;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 3 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) It-trasparenza għandha wkoll issaħħaħ il-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba fl-istituzzjonijiet tal-UE kif previst mill-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea 1 ("il-Karta"). Il-proċeduri interni għandhom jiġu definiti kif suppost u riżorsi finanzjarji u umani adegwati għandhom ikunu disponibbli biex jitwettaq fil-prattika l-prinċipju tal-ftuħ. _________ 1 ĠU C 302, 14.12.2007, p. 1. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandha titqies l-osservazzjoni tal-Ombudsman Ewropew f'dan ir-rigward. | |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Il-prinċipji ġenerali u l-limiti għal raġunijiet ta’ interess pubbliku jew privat li jirregolaw id-dritt ta' l-aċċess pubbliku għal dokumenti ġew stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, li sar applikabbli fit-3 ta' Diċembru 2001 |
imħassra |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kontenut ta' din il-premessa huwa mdaħħal fil-Premessa 6. | |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) L-ewwel evalwazzjoni ta' l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 saret f'rapport ippubblikat fit-30 Jannar 2004 Fid-9 ta' Novembru 2005, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċess li jwassal għal reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. F'Reżoluzzjoni adottata fl-4 ta' April 2006, il-Parlament Ewropew sejjaħ lil-Kummissjoni biex tissottometti proposti għall-emenda ta' dan ir-Regolament Fit-18 ta' April 2007, il-Kummissjoni ppubblikat 'Green Paper' dwar ir-reviżjoni tar-Regolament u bdiet konsultazzjoni pubblika. |
imħassra |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kontenut ta' din il-premessa huwa mdaħħal fil-Premessa 6. | |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Il-fini ta' dan ir-Regolament huwa li jagħti l-akbar effett possibbli lid-dritt ta' l-aċċess pubbliku għad-dokumenti u li jistipula l-pinċipji ġenerali u l-limiti fuq dan l-aċċess skond l-Artikolu 255(2) tat-Trattat tal-KE. |
(6) Il-fini ta' dan ir-Regolament huwa li jagħti l-akbar effett possibbli lid-dritt tal-aċċess pubbliku għad-dokumenti u li jistipula l-prinċipji ġenerali u l-limiti fuq il-bażi ta' interess pubbliku jew privat li jirregola dan l-aċċess skont l-Artikolu 255(2) tat-Trattat tal-KE u filwaqt li jqis l-esperjenza tal-implimentazzjoni inizjali tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2006 b'rakkomandazzjonijiet għall-Kummissjoni dwar l-aċċess għat-testi tal-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 192 tat-Trattat KE*. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal drittijiet ta' aċċess għal dokumenti fis-seħħ għall-Istati Membri, l-awtoritajiet ġudizzjarji jew il-korpi investigattivi. |
|
* ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 151. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Premessi 4-5-6 u 22 twaħħdu fi premessa waħda li twaqqaf il-prinċipji ġenerali tad-dritt għal aċċess għad-dokumenti tal-UE. Issir ukoll referenza ċara għad-dispożizzjoni tat-Trattat tal-KE (art.192) li hija l-bażi legali għat-talba tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni Ewropea dwar il-preżentazzjoni ta' proposta li tirrevedi r-Regolament 1049/2001. | |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Skond l-Artikoli 28(1) u 41(1) tat-Trattat tal-UE, id-dritt tal-aċċess japplika wkoll għad-dokumenti dwar il-politika estera u ta' sigurtà komuni u dwar il-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali. Kull istituzzjoni għandha tirrispetta r-regoli tas-sigurta' tagħha. |
(8) Skont l-Artikoli 28(1) u 41(1) tat-Trattat tal-UE, id-dritt tal-aċċess japplika wkoll għad-dokumenti dwar il-politika estera u ta' sigurtà komuni u dwar il-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Premessa 15 hija speċifikament dedikata għar-regoli ta' sigurtà li jridu jiġu stabbiliti minn kull istituzzjoni. | |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 8 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8a) Il-Kunsill u l-Kummissjoni jaġixxu fil-kapaċità leġiżlattiva tagħhom meta, bl-assoċjazzjoni tal-Parlament Ewropew, huma jadottaw, anki taħt setgħat iddelegati, regoli ta' ambitu ġenerali li jorbtu legalment fl-Istati Membri jew li jorbtu lilhom, permezz ta' regolamenti, direttivi, deċiżjonijiet ta' qafas jew deċiżjonijiet, fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Kwalunkwe data personali inkluża fil-Kuntratt għandha tiġi proċessata skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet Komunitarji u dwar il-moviment ħieles ta' din id-data . |
(10) L-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-Komunità għandhom jittrattaw id-data personali b'mod ġust u trasparenti u m'għandhomx jiksru d-drittijiet tas-suġġetti tad-data kif definit mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet Komunitarji u dwar il-moviment ħieles ta' din id-data u mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej ("il-Qorti tal-Ġustizzja"). L-istituzzjonijiet għandhom jiddefinixxu l-proċeduri interni tagħhom, billi jqisu kif suppost ir-rakkomandazzjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni. |
|
Miż-żmien tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u d-deċiżjonijiet u l-pożizzjonijiet adottati mill-Ombudsman Ewropew u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni ċċaraw ir-relazzjoni bejn dak ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 45/2001, b'tali mod li huwa r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 li jrid jiġi applikat għat-talbiet għal dokumenti li jkollhom id-data personali u li kwalunkwe applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet għar-regoli li jippermettu l-aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni biex tiġi protetta d-data personali trid tkun ibbażata fuq il-bżonn li jiġu protetti l-privatezza u l-integrità ta' individwu. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess għad-dokumenti għandha tiġi implimentata billi jitħarsu d-drittijiet tad-data personali koperti mir-Regolament 45/2001 u r-rakkomandazzjonijiet magħmula f'dan ir-rigward mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni. | |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Għandu jingħata aktar aċċess għal dokumenti f'każijiet fejn l-istituzzjonijiet jaġixxu fil-kapaċitajiet leġiżlattivi tagħhom, inklużi dawk taħt setgħat delegati, filwaqt li fl-istess ħin tinżamm l-effettivita' tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta' l-istituzzjonijiet. Dawn id-dokumenti għandhom isiru direttament aċċessibbli bl-aktar mod possibbli. |
(12) Bi qbil mal-prinċipji demokratiċi msemmija fl-Artikolu 6(1) tat-Trattat tal-UE u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, għandu jingħata aċċess usa’ għal dokumenti f'każijiet fejn l-istituzzjonijiet jaġixxu fil-kapaċitajiet leġiżlattivi tagħhom, inklużi dawk taħt setgħat delegati. It-testi legali għandhom jitfasslu b'mod ċar u li jinftiehem1 u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; id-dokumenti preparatorji u l-informazzjoni relatata kollha, inklużi l-opinjonijiet legali u l-proċedura interistituzzjonali, għandhom ikunu aċċessibbli f'waqthom, b'mod faċli miċ-ċittadini fuq l-internet. |
|
Il-prattika tal-leġiżlar aħjar, il-mudelli u t-tekniki tal-abbozzar kif ukoll is-soluzzjonijiet tekniċi, biex tiġi ssorveljata l-ħajja ċiklika tad-dokumenti preparatorji u biex dawn jinqasmu mal-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet assoċjati fil-proċedura, għandhom jiġu miftiehma mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni bi qbil ma' dan ir-Regolament u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
Il-Ftehima Interistituzzjonali tat-22 ta' Diċembru 1998 dwar il-linji gwida komuni għall-kwalità tal-abbozzar tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità (ĠU C 73, 17.3. 1999, p. 1). |
Ġustifikazzjoni | |
Il-prinċipju tal-aċċess għad-dokumenti għandu jkun speċifikat b'mod ċar fir-rigward tat-tipi varji ta' dokumenti u informazzjoni li għandhom bżonn ikunu disponibbli għall-pubbliku sabiex isir possibbli għall-pubbliku li jsegwi kwalunkwe proċedura leġiżlattiva. | |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 12 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(12a) Dokumenti relatati ma' proċeduri mhux leġiżlattivi, bħal ma huma miżuri li jorbtu li mhumiex ta' ambitu ġenerali jew miżuri li jittrattaw l-organizzazzjoni interna, l-atti amministrattivi jew baġitarji, jew dawk li ma jorbtux ta' natura politika (bħal ma huma l-konklużjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet jew ir-riżoluzzjonijiet) għandhom ikunu aċċessibbli b'mod faċli bi qbil mal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba stipulat fl-Artikolu 41 tal-Karta, filwaqt li fl-istess ħin tiġi ppreservata l-effettività tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet. Għal kull kategorija ta' dokumenti, l-istituzzjoni responsabbli, u fejn hu xieraq, l-istituzzjonijiet assoċjati l-oħra għandhom jagħmlu aċċessibbli għaċ-ċittadini l-ammont ta’ xogħol tal-proċeduri interni li jridu jiġu segwiti, liema unitajiet organizzattivi jistgħu jkunu responsabbli, kif ukoll ir-responsabilità tagħhom, l-iskadenzi ffissati u l-uffiċċju li jrid jiġi kkuntattjat. Jistgħu jsiru arranġamenti speċjali mal-partijiet interessati fil-proċedura anki meta l-aċċess tal-pubbliku ma jkunx jista' jiġi garantit; l-istituzzjonijiet għandhom iqisu kif suppost ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew. |
Ġustifikazzjoni | |
Xi prinċipju ġenerali tal-aċċess pubbliku għal proċeduri mhux leġiżlattivi għandu wkoll jiġi infurzat. | |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 12 b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(12b) L-istituzzjonijiet għandhom jaqblu dwar linji gwida komuni dwar kif għandhom jiġu rreġistrati d-dokumenti interni tagħhom, kif jiġu kklassifikati u kif jiġu arkivjati għal bżonnijiet storiċi skont il-prinċipji msemmija f'dan ir-Regolament. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 354/83 tal-1 ta' Frar 1983 rigward il-ftuħ għall-pubbliku tal-arkivji storiċi tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika* għandu għalhekk jiġi rrevokat. |
|
* ĠU L 43, 15.2.1983, p. 1. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-regolament preżenti għandu wkoll jikkostitwixxi l-qafas legali għar-reġistrazzjoni, il-klassifikazzjoni u l-arkivjar tad-dokumenti. | |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 13 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13a) Reġistru interistituzzjonali ta' dawk li jillobbjaw u ta' partijiet interessati oħra huwa għodda naturali għall-promozzjoni tal-ftuħ u t-trasparenza fil-proċess leġiżlattiv. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) L-aġenziji kollha mwaqqfa mill-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-prinċipji stabbiliti f'dan ir-Regolament, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament fl-attivitajiet kollha tal-Unjoni. |
(14) L-aġenziji kollha mwaqqfa mill-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-prinċipji stabbiliti f'dan ir-Regolament, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament fl-attivitajiet kollha tal-Unjoni. L-istituzzjonijiet tal-UE l-oħra kollha huma mistednin jadottaw miżuri komparabbli bi qbil mal-Artikolu 1 tat-Trattat tal-UE. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 15 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) Xi dokumenti għandhom jingħataw trattament speċjali, minħabba l-kontenut sensittiv ħafna tagħhom. Arranġamenti sabiex il-Parlament Ewropew jiġi avżat dwar il-kontenut ta' dawn id-dokumenti għandhom isiru permezz ta' ftehim bejn l-instituzzjonijiet. |
(15) Sabiex jiġu żviluppati l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet f'oqsma li jeħtieġu livell ta' kunfidenzjalità, huwa xieraq li tiġi stabbilita sistema ta' sigurtà komprensiva li tkopri l-mod kif tiġi ttrattata l-informazzjoni kklassifikata tal-UE. It-terminu "klassifikat UE" għandu jfisser kwalunkwe informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tiegħu jista' jikkawża livelli differenti ta' preġudizzju għall-interessi tal-UE, sew jekk informazzjoni bħal din toriġinax fl-UE kif ukoll jekk tiġix irċevuta mill-Istati Membri, pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali. Bi qbil mal-prinċipji demokratiċi stipulati fl-Artikolu 6(1) tat-Trattat tal-UE, il-Parlament Ewropew għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni kklassifikata tal-UE b'mod partikolari meta aċċess bħal dan ikun meħtieġ għat-twettiq ta' dmirijiet leġiżlattivi jew mhux leġiżlattivi konferiti mit-Trattati. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex tiġi ttrattata l-informazzjoni kunfidenzjali, għandhom jiġu stabbiliti regoli ċari dwar l-informazzjoni kklassifikata li jkunu komuni għall-istituzzjonijiet kollha. | |
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Aċċess għal dokmenti għandu jingħata mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni mhux biss għad-dokumenti miktuba mill-istituzzjonijiet, iżda wkoll għad-dokumenti li dawn jirċievu sabiex ikun hemm aktar trasparenza fix-xogħol tal-istituzzjonijiet. F'dan il-kuntest, għandu jitfakkar li d-Dikjarazzjoni Nru 35, mehmuża ma' l-Att Finali tat-Trattat ta' Amsterdam jipprovdi li Stat Membru jista' jitlob lill-Kummissjoni jew lill-Kunsill li ma jikkommunikawx lil partijiet terzi dokument li ġej minn dak l-Istat mingħajr il-kunsens tiegħu minn qabel. |
(16) Aċċess għal dokmenti għandu jingħata mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni mhux biss għad-dokumenti miktuba mill-istituzzjonijiet, iżda wkoll għad-dokumenti li dawn jirċievu sabiex ikun hemm aktar trasparenza fix-xogħol tal-istituzzjonijiet. Stat Membru jista' jitlob lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni jew lill-Kunsill li ma jikkommunikawx lil partijiet terzi, barra mill-istituzzjonijiet infushom, dokument li ġej minn dak l-Istat mingħajr il-kunsens tiegħu minn qabel. Jekk talba bħal din ma tiġix aċċettata, l-istituzzjoni li tirċievi t-talba għandha tagħti r-raġunijiet għaliex tkun irrifjutatha. Skont l-Artikolu 296 tat-Trattat KE, l-ebda Stat Membru mhu obbligat li jagħti tagħrif li l-iżvelar tiegħu ikun jikkunsidrah li jmur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex jiġi żgurat aċċess pubbliku għad-dokumenti fl-UE, għandhom ukoll jiġu mfassla regoli speċifiċi fir-rigward ta' dokumenti li l-istituzzjonijiet tal-UE jirċievu minn partijiet terzi. | |
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 17 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(17) Bħala prinċipju, kull dokumenti ta' l-istituzzjonijiet għandhom jkunu aċċessibbli għall-pubbliku. Madankollu, bħala eċċezzjonijiet, xi interessi pubbliċi u privati għandhom jitħarsu. L-istituzzjonijiet għandhom ikollhom id-dritt li jħarsu l-konsultazzjonijiet u deliberazzjonijiet interni tagħhom fejn meħtieġ sabiex jissalvagwardjaw is-setgħa tagħhom li jwettqu l-kompiti tagħhom. Meta jagħmlu stima ta' l-eċċezzjonijiet, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw il-prinċipji tal-liġi Komunitarja dwar il-protezzjoni ta' data personali, f'kull qasam ta' l-attivitajiet ta' l-Unjoni. |
(17) Bħala prinċipju, kull dokument imfassal jew irċevut mill-istituzzjonijiet, u li jirrelata għall-attivitajiet tagħhom, għandu jkun irreġistrat u aċċessibbli għall-pubbliku. Madankollu, mingħajr preġudizzju għall-iskrutinju tal-Parlament Ewropew, jista' jiġi pospost l-aċċess għad-dokument sħiħ jew għal parti minnu. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li jiġi speċifikat li d-dokumenti kollha prodotti jew ittrattati mill-istituzzjonijiet tal-UE għandhom fil-prinċipju jkunu aċċessibbli għall-pubbliku. | |
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 18 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) Ir-regoli kollha dwar l-aċċess għal dokumenti ta' l-istituzzjonijiet għandhom ikunu skond dan ir-Regolament. |
(18) Skont l-Artikolu 255(2) tat-Trattat KE, dan ir-Regolament jagħti d-dettalji dwar il-prinċipji ġenerali u l-limiti abbażi tal-interess pubbliku jew privat li jirregolaw id-dritt għall-aċċess għal dokumenti li r-regoli l-oħra kollha tal-UE għandhom ikunu konformi magħhom. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 18 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(18a) L-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l-iżvilupp tat-teknoloġija tal-informatika jagħmilha iktar faċli biex jiġi eżerċitat id-dritt ta' aċċess u ma jirriżultax fi tnaqqis fl-ammont ta' informazzjoni disponibbli għall-pubbliku. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-progress tat-teknoloġija tal-informatika jista' jkollu effetti pożittivi u negattivi fuq l-aċċess pubbliku. L-istituzzjonijiet għandhom jippruvaw iħeġġu l-effetti pożittivi u jiminimizzaw dawk negattivi. Id-dispożizzjonijiet għal aċċess għall-informazzjoni f'bażijiet tad-data elettroniċi jsiru billi tiġi emendata d-definizzjoni tad-dokumenti fl-Artikolu 3 u huwa propost obbligu ġenerali għal informazzjoni tajba f'emenda għall-Artikolu 15. Dawn l-emendi jservu wkoll biex jitqies id-dritt għal amministrazzjoni tajba stipulat fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. | |
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 19 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) Sabiex il-ħarsien tad-dritt ta' l-aċċess jiġi żgurat, għandha tiġi applikata proċedura amministrattiva b'żewġ stadji, flimkien mal-possibbilta' ta' proċedimenti fil-qrati jew ta' lmenti lill-Ombudsman. |
(19) Sabiex il-ħarsien tad-dritt tal-aċċess taċ-ċittadini jiġi żgurat, u jkun iktar faċli: |
|
– it-testi u l-informazzjoni relatati mal-proċedura leġiżlattiva għandhom ikunu wkoll aċċessibbli b'mod elettroniku fil-Ġurnal Uffiċjali, u d-dokumenti preparatorji għandhom ikunu aċċessibbli f'reġistru interistituzzjonali li jkun aġġornat kuljum u li jipprovdi kull proċedura b'informazzjoni/dokumenti relevanti; |
|
– id-dokumenti l-oħra jew għall-inqas ir-referenzi relevanti għandhom ikunu aċċessibbli permezz ta' reġistru tal-istituzzjoni. Għandha tiġi applikata proċedura amministrattiva b'żewġ stadji għall-aċċess għad-dokumenti li ma jkunux aċċessibbli sew jekk ikunu kklassifikati b'mod dirett u sew jekk le. |
|
Ir-rifjut tal-istituzzjoni għandu jkun miftuħ għall-kontestazzjoni fil-qorti jew permezz ta' lment lill-Ombudsman Ewropew. |
|
L-istituzzjonijiet għandhom ifittxu li japplikaw b'mod ikkoordinat politika għall-użu mill-ġdid tal-informazzjoni relatata tal-istituzzjonijiet tal-UE fil-qasam pubbliku, kif isir mill-Istati Membri bi qbil mad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku1. |
|
ĠU L 345, 31.12.2003, p.90. |
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 20 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) Kull istituzzjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tinforma lill-pubbliku dwar id-dispożizzjonijiet fis-seħħ u sabiex tħarreġ l-impjegati tagħha biex jgħinu liċ-ċittadini jeserċitaw id-drittijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament. Kull istituzzjoni għandha tagħti aċċess għal reġistru ta' dokumenti sabiex tgħin liċ-ċittadin jeżerċita dawn id-drittijiet. |
(20) L-istituzzjonijiet għandhom, b'mod konsistenti u kkoordinat, jinformaw lill-pubbliku dwar miżuri adottati biex jiġi implimentat dan ir-Regolament u sabiex iħarrġu l-impjegati tagħhom biex jgħinu liċ-ċittadini jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament. |
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 21 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(21) Għalkemm l-emenda ta' liġijiet nazzjonali dwar aċċess għal dokumenti m'hijiex l-iskop jew l-effett ta' dan ir-Regolament, permezz tal-prinċipju ta' kooperazzjoni leali li tirregola r-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri, l-Istati Membri għandhom jaraw li ma jfixklux l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament u għandhom iħarsu r-regoli ta' sigurtà ta' l-istituzzjonijiet. |
(21) Għalkemm l-emenda ta' liġijiet nazzjonali dwar aċċess għal dokumenti m'hijiex l-iskop jew l-effett ta' dan ir-Regolament, permezz tal-prinċipju ta' kooperazzjoni leali li jirregola r-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri, l-Istati Membri għandhom għall-inqas joffru liċ-ċittadini tagħhom fil-livell nazzjonali l-istess livell ta' trasparenza bħal dak offrut fil-livell tal-UE meta jiġu implimentati r-regoli tal-UE. |
|
Bl-istess mod u mingħajr preġudizzju għall-iskrutinju parlamentari nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jaraw li ma jfixklux l-ipproċessar tad-dokumenti klassifikati UE. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-liġi u l-politika tal-UE huma implimentati primarjament mill-awtoritajiet tal-Istati Membri. Il-kapaċità taċ-ċittadini biex jifhmu u jimmonitorjaw kif taħdem l-Unjoni tista' titħeġġeġ bl-iskambju ta' informazzjoni dwar l-aħjar prattika fil-livell nazzjonali dwar l-aċċess għal dokumenti u informazzjoni relatati mal-UE. | |
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 22 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(22) Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal drittijiet ta' aċċess għal dokumenti fis-seħħ għall-Istati Membri, l-awtoritajiet ġudizzjarji jew il-korpi investigattivi. |
imħassra |
Ġustifikazzjoni | |
Din il-premessa ddaħħlet mal-Premessa 6. | |
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 22 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22a) Il-Kummissjoni għandha tipproponi strument biex jiġi kkumplimentat dan ir-Regolament, li jrid jiġi adottat mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, dwar regoli komuni li jirregolaw l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni u tad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet li jimplimenta, mutatis mutandis, il-prinċipji msemmija fid-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku. |
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 23 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(23) B'konformità ma' l-Artikolu 255(3) tat-Trattat ta' l-UE, kull istituzzjoni tistipula proviżjonijiet speċifiċi dwar l-aċċess għad-dokumenti tagħha fir-regoli ta' proċedura tagħha |
(23) B'konformità mal-Artikolu 255(3) tat-Trattat tal-UE u l-prinċipji u r-regoli stipulati f'dan ir-Regolament, kull istituzzjoni tistipula dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-aċċess għad-dokumenti tagħha fir-regoli ta' proċedura tagħha, |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) li jfisser il-prinċipji, kondizzjonijiet u limiti minħabba raġunijiet ta' interess pubbliku jew privat, li jirregolaw l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-istituzzjonijiet") previsti fl-Artikolu 255 tat-Trattat tal-KE sabiex tagħti lill-pubbliku l-akbar aċċess possibbli għal dokumenti bħal dawn |
(a) li jfisser, bi qbil mal-Artikolu 255 tat-Trattat KE, il-prinċipji, kondizzjonijiet u limiti minħabba raġunijiet ta' interess pubbliku jew privat, li jirregolaw l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-istituzzjonijiet") kif ukoll tal-Aġenziji u l-korpi kollha stabbiliti minn dawk l-istituzzjonijiet biex jagħtu l-akbar aċċess possibbli għal dokumenti bħal dawn; |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-regolament preżenti huwa l-qafas legali li jimplimenta l-Artikolu 255 tat-Trattat KE li għalhekk għandu jissemma u għandu wkoll isir ir-referenza legali għall-prattika tal-aċċess għad-dokumenti mhux biss għall-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill imma wkoll għall-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra. | |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) li jimmpromwovi prattika amministrattiva tajba fl-aċċess għad-dokumenti. |
(c) li jippromwovi prattika amministrattiva trasparenti u tajba fl-istituzzjonijiet sabiex jitjieb l-aċċess għad-dokumenti tagħhom. |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt c a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) biex jitwaqqaf il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea permezz ta' deċiżjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq proposta tal-Kumitat tal-Immaniġġjar tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE¹. Fuq bażi interistituzzjonali, għandhom jiġu stabbiliti għodod oħra bħal ma huma r-reġistri pubbliċi u l-proċeduri amministrattivi speċifiċi li jiżguraw l-eżerċizzju l-iktar faċli possibbli ta' dan id-dritt. |
|
¹Ara Artikolu 7 ta' SEC(2008)2109. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li jiġu speċifikati l-għodod li permezz tagħhom jiġi implimentat id-dritt għal aċċess għad-dokumenti tal-Istituzzjonijiet. | |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 2 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Benefiċjarji u skop |
Benefiċjarji |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Kull persuna naturali jew legali għandu jkollu d-dritt ta' aċċess għad-dokumenti ta' l-istituzzjonijiet, bla ħsara għall-prinċipji, kondizzjonijiet u limiti stipulati f'dan ir-Regolament. |
1. Kull persuna naturali jew legali jew kwalunkwe assoċjazzjoni ta' persuni legali jew naturali għandu jkollhom id-dritt ta' aċċess għad-dokument tal-istituzzjonijiet, bla ħsara għall-prinċipji, kondizzjonijiet u limiti stipulati f'dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-referenza għall-assoċjazzjonijiet qed timmira għal gruppi ta' ċittadini. | |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Dan ir-Regolament se japplika għad dokumenti kollha miżmumin minn istituzzjoni, jiġifieri , dokumenti miktuba minnha jew li rċiviet u fil-pussess tagħha, li jikkonċernaw kwistjoni relatata mal-politiki, l-attivitajiet u d-deċiżjonijiet li jaqgħu fl-isfera ta' responsabilità , f'kull qasam ta' attività ta' l-Unjoni Ewropea. |
imħassar |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4 u 9, dokumenti għandhom isiru aċċessibbli għall-pubbliku jew wara applikazzjoni bil-miktub jew direttament f'forma elettronika jew permezz ta' reġistru. B'mod partikolari, dokumenti miktuba jew irċevuti waqt proċedura leġiżlattiva għandhom isiru direttament aċċessibbli skond l-Artikolu 12. |
imħassar |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Dokumenti sensittivi mfissra fl-Artikolu 9(1) għandhom ikunu soġġetti għal trattament speċjali skond dak l-Artikolu. |
imħassar |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Dan ir-Regolament ma japplikax għal dokumenti sottomessi lill-Qrati minn partijiet oħra barra l-istituzzjonijiet |
imħassar |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet speċifiċi ta' l-aċċess għal partijiet interessati stabbiliti mil-liġi ta' l-EU, id-dokumenti li jifformaw parti mill-fajl amministrattiv ta' investigazzjoni jew tal-proċeduri li jikkonċernaw att ta' ambitu individwali m'humiex se jkunu aċċessibbli mill-pubbliku sakemm l-investigazzjoni tkun ingħalqet jew l-att ikun sar definittiv. Dokumenti li fihom informazzjoni miġbura jew meħuda minn xi istituzzjoni fil-qafas ta' investigazzjonijiet bħal dawn m'humiex se jkunu aċċessibbli mill-pubbliku. |
imħassar |
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' aċċess pubbliku għad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet forsi minħabba strumenti ta' liġi internazzjonali jew atti ta' l-istituzzjonijiet li qed jimplementawhom. |
imħassar |
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 2a Ambitu |
|
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għad-dokumenti kollha miżmuma minn istituzzjoni, jiġifieri d-dokumenti mfassla jew irċevuti minnha u fil-pussess tagħha, fil-qasam kollha tal-attività tal-Unjoni Ewropea. |
|
2. Id-dokumenti għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku jew f'forma elettronika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f'reġistru uffiċjali ta' istituzzjoni jew wara applikazzjoni bil-miktub. |
|
B'mod partikolari, dokumenti miktuba jew irċevuti waqt proċedura leġiżlattiva għandhom isiru direttament aċċessibbli skont l-Artikolu 5a. |
|
3. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet imsaħħa ta' aċċess pubbliku għad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet li jistgħu jsegwu minn strumenti ta' liġi internazzjonali jew atti tal-istituzzjonijiet li qed jimplementawhom jew mil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri. |
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) «dokument» tfisser kwalunkwe kontenut ikun xi jkun il-mezz tiegħu (miktub fuq karta jew miżmum f'forma elettronika jew bħala ħoss jew irrekordjat f'forma viżwali jew awdjoviżwali) mħejjija minn xi istituzzjoni u trażmessa formalment lil reċipjent wieħed jew aktar jew irreġistrat b'mod ieħor, jew irċevut minn xi istituzzjoni, data li qiegħda tinżamm f'forma elettronika, sistemi ta' l-iproċessar u ta' irkupru huma dokumenti jekk jistgħu jiġu estratti f'forma ta' karta miktuba jew f'kopja ta' format elettroniku li jużaw l-għodda elettroniċi disponibbli għall-isfruttament tas-sistema |
(a) «dokument» għandha tfisser kwalunkwe data jew kontenut ikun xi jkun il-mezz tiegħu (miktub fuq il-karta jew miżmum f'forma elettronika jew bħala ħoss jew irrekordjat f'forma viżiva jew awdjoviżiva) dwar kwistjoni marbuta ma' politiki, attivitajiet u deċiżjonijiet li jaqgħu fl-isfera ta' responsabilità tal-istituzzjoni; informazzjoni li qiegħda tinżamm f'forma elettronika, sistemi tal-ipproċessar u ta' rkupru (inklużi s-sistemi esterni użati għall-ħidma tal-istituzzjoni) għandhom jikkostitwixxu dokument jew dokumenti. Istituzzjoni li tkun bi ħsiebha toħloq sistema ġdida li taħżen f'forma elettronika, jew tbiddel b'mod sostanzjali sistema eżistenti, għandha tevalwa l-impatt probabbli fuq id-dritt ta' aċċess garantit minn dan ir-Regolament u għandha taġixxi sabiex tħeġġeġ l-objettiv tat-trasparenza. |
|
Il-funzjonijiet tal-irkupru tal-informazzjoni maħżuna f’sistemi ta’ ħżin elettroniku għandhom jiġu adattati sabiex jiġu ssodisfatti talbiet ripetuti mill-pubbliku li ma jkunux jistgħu jiġu ssodisfatti bl-għodod disponibbli fil-mument biex isir l-isfruttament tas-sistema; |
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt a a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(aa) «dokumenti kklassifikati» għandha tfisser dokumenti li l-iżvelar tagħhom jista' jaffettwa l-protezzjoni tal-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew wieħed jew iżjed mill-Istati Membri tagħha, b'mod partikolari fi kwistjonijiet ta' sigurtà pubblika, ta' difiża u militari, u li jafu jkunu kklassifikati b'mod parzjali jew totali; |
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt a b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ab) 'dokumenti leġiżlattivi' għandha tfisser dokumenti mfassla jew irċevuti matul il-proċeduri għall-adozzjoni tal-atti, inklużi taħt setgħat iddelegati, li jorbtu b'mod legali fi Stati Membri jew li jorbtu lilhom u li għall-adozzjoni tagħhom, it-Trattat jipprevedi, anki fuq bażi volontarja, għall-intervent jew l-assoċjazzjoni tal-Parlament Ewropew; |
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt a c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ac) «dokumenti mhux leġiżlattivi» għandha tfisser dokumenti mfassla jew irċevuti matul il-proċeduri għall-adozzjoni ta' atti li ma jorbtux, bħal ma huma l-konklużjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet jew ir-riżoluzzjonijiet jew l-atti li jorbtu b'mod legali fi Stati Membri jew li jorbtu lilhom, imma li mhumiex ta' skop ġenerali kif inhuma dawk ċitati f'punt ab; |
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt a d (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ad) «dokumenti amministrattivi» għandha tfisser dokumenti relatati mal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet jew mal-miżuri li jittrattaw kwistjonijiet organizzattivi, amministrattivi jew baġitarji li huma interni għall-istituzzjoni kkonċernata; |
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt a e (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ae) «arkivju» għandha tfisser għodda tal-istituzzjoni li timmaniġġja b'mod strutturat ir-reġistrazzjoni tad-dokumenti kollha tal-istituzzjoni li jirreferu għal proċedura li tkun għadha għaddejja jew li tkun ġiet konkluża reċentament; |
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt a f (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(af) «arkivji storiċi» għandha tfisser dik il-parti mill-arkivji tal-istituzzjonijiet li tkun intgħażlet, skont it-termini stipulati fl-Artikolu 3(1a), għall-preservazzjoni permanenti; |
Emenda 43 Proposal for a regulation Artikolu 3 – subparagrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Lista dettaljata tal-kategoriji kollha tal-atti koperti mid-definizzjonijiet f'punti (a) sa (ad) għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq is-siti tal-Internet tal-istituzzjonijiet. L-istituzzjonijiet għandhom ukoll jaqblu bejniethom u jippubblikaw il-kriterji komuni tagħhom għall-arkivjar. |
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 3 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 3a Dokumenti klassifikati |
|
1. Meta jkun hemm raġunijiet pubbliċi skont l-Artikolu 4(1), u mingħajr preġudizzju għall-iskrutinju parlamentari fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, istituzzjoni għandha tikklassifika dokument jekk l-iżvelar tiegħu jdgħajjef il-ħarsien tal-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta' wieħed jew iżjed mill-Istati Membri tagħha. |
|
L-informazzjoni għandha tiġi kklassifikata kif ġej: |
|
(a) " SIGRIET ĦAFNA UE": din il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata biss għal informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jwassal għal ħsara eċċezzjonalment gravi għall-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta' wieħed jew iżjed mill-Istati Membri tagħha; |
|
(b) "SIGRIET UE ": din il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata biss għal informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jwassal għal ħsara serja fl-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta' wieħed jew iżjed mill-Istati Membri tagħha; |
|
(c) "KUNFIDENZJALI UE ": din il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata għal informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jkun ta' ħsara għall-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta' wieħed jew iżjed mill-Istati Membri tagħha; |
|
(d) "RESTRITT UE": din il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata għal informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jkun ta' żvantaġġ għall-interessi tal-Unjoni Ewropea jew ta' wieħed jew iżjed mill-Istati Membri tagħha; |
|
2. L-informazzjoni għandha tiġi kklassifikata biss meta jkun meħtieġ. |
|
Jekk ikun possibbli, l-awturi għandhom jispeċifikaw fid-dokumenti kklassifikati data jew perjodu meta l-kontenut ikun jista' jaqa' livell jew ma jibqax ikklassifikat. |
|
Inkella, huma għandhom jirrevedu d-dokumenti, mill-inqas kull ħames snin, sabiex jiġi żgurat li l-klassifikazzjoni oriġinali tibqa' meħtieġa. |
|
Il-klassifikazzjoni għandha tkun indikata b'mod ċar u korrett, u għandha tinżamm biss għat-tul ta' żmien li fih l-informazzjoni tkun teħtieġ il-protezzjoni. |
|
Ir-responsabilità għall-ikklassifikar tal-informazzjoni u għal kwalunkwe tnaqqis sussegwenti fil-livell tal-klassifikazzjoni jew tneħħija tal-klassifikazzjoni hija kollha kemm hi f'idejn l-istituzzjoni li minnha oriġinat dik l-informazzjoni jew f'idejn dik li tkun irċeviet id-dokument ikklassifikat minn parti terza jew istituzzjoni oħra. |
|
3. Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' aċċess minn istituzzjonijiet oħra tal-UE, dokumenti klassifikati għandhom jingħataw lil partijiet terzi biss meta jkun hemm il-kunsens tal-awtur. |
|
Madankollu, l-istituzzjoni li tirrifjuta tali aċċess għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha b'mod li ma jkunx ta' ħsara għall-interess imħares skont l-Artikolu 4(1). |
|
Meta iżjed minn istituzzjoni waħda tkun involuta fl-ipproċessar ta' dokument klassifikat, għandha tingħata l-istess bażi ta' klassifikazzjoni u għandha tibda medjazzjoni jekk l-istituzzjonijiet ikollhom apprezzament differenti tal-ħarsien li jrid jingħata. |
|
Dokumenti li jirrigwardaw il-proċeduri leġiżlattivi m'għandhomx jiġu kklassifikati; miżuri implimentattivi għandhom jiġu kklassifikati qabel l-adozzjoni tagħhom sakemm il-klassifikazzjoni tkun neċessarja u jkollha l-għan li tevita li jkun hemm effett negattiv fuq il-miżura nnifisha. Ftehimiet internazzjonali li jittrattaw l-iskambju ta' informazzjoni kunfidenzjali u li jkunu konklużi f'isem l-Unjoni Ewropea jew il-Komunità ma jistgħux jagħtu xi dritt lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali biex iwaqqfu lill-Parlament Ewropew milli jkollu aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali. |
|
4. Applikazzjonijiet għall-aċċess għal dokumenti klassifikati skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 għandhom jiġu pproċessati biss minn dawk il-persuni li għandhom dritt jiffamiljarizzaw ruħhom ma' dawk id-dokumenti. Dawk il-persuni għandhom ukoll jevalwaw liema referenzi għal dokumenti klassifikati jistgħu jsiru fir-reġistru pubbliku. |
|
5. Dokumenti klassifikati għandhom jiġu rreġistrati f'reġistru ta' istituzzjoni jew mogħtija biss bil-kunsens tal-awtur. |
|
6. Istituzzjoni li tiddeċiedi li ma tagħtix aċċess għal dokument klassifikat għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-interessi mħarsa mill-eċċezzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(1). |
|
7. Mingħajr preġudizzju għall-iskrutinju parlamentari nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li, meta jiġu ttrattati l-applikazzjonijiet għal dokumenti klassifikati tal-UE, ikunu osservati l-prinċipji stipulati f'dan ir-Regolament. |
|
8. Ir-regoli ta' sigurtà tal-istituzzjonijiet li jikkonċernaw dokumenti klassifikati għandhom isiru pubbliċi. |
|
9. Il-Parlament Ewropew għandu jkollu aċċess għal dokumenti klassifikati permezz ta' kumitat ta' superviżjoni speċjali magħmul minn membri maħtura mill-Konferenza tal-Presidenti tiegħu. |
|
Dawn il-Membri għandhom jikkonformaw ma' proċedura ta' approvazzjoni speċifika u jaħilfu b'mod solenni li ma jikxfux bi kwalunkwe mod il-kontenut tal-informazzjoni li kellhom aċċess għaliha. |
|
Il-Parlament Ewropew għandu jistabbilixxi fir-regoli interni tiegħu u bi qbil mal-obbligi konferiti mit-Trattati, standards ta' sigurtà u sanzjonijiet ekwivalenti għal dawk imniżżla fir-regoli ta' Sigurtà Interna tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Jaqbel li jiġu definiti d-dokumenti kklassifikati u li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi għat-trattament ta' dawn id-dokumenti qabel ma jiġu previsti eċċezzjonijiet. (NB ara l-każ tal-istabbiliment ta' listi tat-terroristi). | |
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 4 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Eċċezzjonijiet |
Eċċezzjonijiet ġenerali għad-dritt ta' aċċess |
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-istituzzjonijiet għandhom jirrifjutaw aċċess għal dokument meta l-iżvelar tiegħu jista' jdgħajjef il-ħarsien ta'l-interess pubbliku fir-rigward ta': |
1. Mingħajr preġudizzju għall-każijiet trattati fl-Artikolu 3a, l-istituzzjonijiet għandhom jirrifjutaw aċċess għal dokument meta l-iżvelar tiegħu jista' jdgħajjef il-ħarsien tal-interess pubbliku fir-rigward ta': |
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) sigurtà pubblika li tinkludi s-sigurtà ta' persuni naturali jew persuni legali ; |
(a) sigurtà pubblika interna tal-Unjoni Ewropea jew ta' Stat Membru wieħed jew iżjed tagħha; |
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-istituzzjonijiet għandhom jirrifjutaw aċċess għal dokument meta l-iżvelar tiegħu jista' jdgħajjef il-ħarsien ta': |
2. L-istituzzjonijiet għandhom jirrifjutaw aċċess għal dokument meta l-iżvelar tiegħu jista' jdgħajjef il-ħarsien ta' interessi pubbliċi jew privati marbuta ma': |
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) il-privatezza u l-integrità tal-individwu, bi qbil mar-regoli rilevanti għall-ħarsien tad-data personali applikabbli għall-istituzzjonijiet kif stipulati fl-Artikolu 286 tat-Trattat KE kif ukoll il-prinċipju tal-amministrazzjoni trasparenti u tajba imsemmi fl-Artikolu 1(c); |
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) konsultazzjoni legali u qorti arbitraġġ u proċeduri għall-arranġament ta' tilwim ; |
(c) konsultazzjoni legali u proċeduri fil-qrati, apparti l-konsultazzjoni legali fir-rigward ta' proċeduri li jwasslu għal att leġiżlattiv jew att mhux legiżlattiv b'applikazzjoni ġenerali; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat fis-sentenza tagħha fil-kawża Turco li l-iżvelar tal-pariri legali f'inizjattivi leġiżlattivi jżid it-trasparenza u l-ftuħ tal-proċess leġiżlattiv u jsaħħaħ id-drittijiet demokratiċi taċ-ċittadini Ewropej. | |
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) l-oġġettività u l-impazjalità tal-proċeduri ta' għazla. |
(e) l-oġġettività u l-imparzjalità tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku sakemm tittieħed deċiżjoni mill-istituzzjoni li toffri l-kuntratt, jew ta' Bord ta' Selezzjoni fi proċeduri li jwasslu għar-reklutaġġ ta' persunal sakemm tittieħed deċiżjoni mill-awtorità li taħtar. |
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Aċċess għad-dokumenti li ġejjin , għandu jiġi rifjutat jekk l-iżvelar tad-dokumenti serjament idgħajjef il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet ta' l-istituzzjonijiet . |
imħassar |
(a) id-dokumenti relatati mal-materja fejn id-deċiżjoni tkun għada ma tteħditx; |
|
(b) dokumenti li fihom opinjonijiet għall-użu intern bħala parti minn deliberazzjoni u konsultazzjonijiet preliminarji fl-istituzzjoni kkoncernat |
|
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. L-eċċezzjonijiet taħt il-paragrafi (2) u (3) se japplikaw sakemm ikun hemm interess kbir mill-pubbliku għall-kxif. Fir-rigward ta' paragrafi 2(a) interess kbir mill-pubbliku għall-kxif se jitqies li jeżisti fejn l-informazzjoni mitluba hija relatata ma emissjonijiet fl-ambjent. |
4. L-eċċezzjonijiet taħt il-paragrafi (2) u (3) se japplikaw sakemm ikun hemm interess pubbliku superjuri fil-kxif. Jeżisti interess pubbliku qawwi fil-kxif fejn id-dokumenti mitluba jkunu tfasslu jew ikunu waslu waqt proċeduri għall-adozzjoni ta' atti legiżlattivi tal-UE jew atti mhux legiżlattivi li jkollhom applikazzjoni ġenerali. Meta jsir il-bilanċ tal-interess pubbliku fil-kxif, għandu jingħata piż speċjali lill-fatt li d-dokumenti mitluba jirrigwardaw il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali jew lid-dritt tal-għixien f'ambjent tajjeb għas-saħħa. |
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 4 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. Dokumenti li l-iżvelar tagħhom jippreżenta riskju għall-valuri tal-ħarsien tal-ambjent, bħas-siti tat-tgħammir ta' speċji rari, għandhom jiġu żvelati biss bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali1. |
|
______________________________ 1 ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 4a (ġdid) qed jinħoloq biex titqies b'mod sħiħ il-Konvenzjoni ta' Aarhus u l-prinċipji espressi fis-sentenza Turco (C-39/05 P u C-52/05). | |
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. L-eċċezzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għaż-żmien li fih il-ħarsien huwa ġustifikat fuq il-bażi tal-kontenut tad-dokument. L-eċċezzjonijiet jistgħu japplikaw għal perjodu mhux itwal minn 30 sena. Fil-każ ta' dokumenti koperti mill-eċċeżżjonijiet dwar il-protezzjoni ta' data personali jew interessi kummerċjali u fil-każ ta' dokumenti sensittivi, l-eċċeżżjonijiet jistgħu, jekk meħtieġ, jibqgħu japplikaw wara dan il-perjodu. |
7. L-eċċezzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu m'għandhomx japplikaw għal dokumenti trażmessi fil-qafas ta' proċeduri li jwasslu għal att leġiżlattiv jew att mhux leġiżlattiv b'applikazzjoni ġenerali. L-eċċezzjonijiet għandhom japplikaw biss għaż-żmien li fih il-ħarsien huwa ġustifikat fuq il-bażi tal-kontenut tad-dokument. L-eċċezzjonijiet jistgħu japplikaw għal perjodu mhux itwal minn 30 sena. Fil-każ ta' dokumenti koperti mill-eċċezzjoni dwar il-privatezza u l-integrità tal-individwu, l-eċċezzjoni tista', jekk ikun meħtieġ hekk, tibqa' tapplika wara dan il-perjodu. |
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 7 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7a) L-eċċezzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu m’għandhomx ikunu interpretati li jirreferu għal informazzjoni ta' interess pubbliku rigward il-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni Ewropea li tkun disponibbli fil-qafas tas-sistema tat-trasparenza finanzjarja. |
Ġustifikazzjoni | |
Informazzjoni bħal din tista’ tiġi interpretata bħala waħda ta’ natura kummerċjali meta l-benefiċjarji jkunu kumpaniji kummerċjali. | |
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 5 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Konsultazzjonijiet |
Konsultazzjoni ta' partijiet terzi |
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Fir-rigward ta' dokumenti ta' partijiet terzi, l-istituzzjoni għandha tikkonsulta mal-parti terza bl-iskop li tagħmel stima dwar jekk tapplika eċċezzjoni li hemm referenza għaliha , fl-Artikolu 4 jekk ikun ċar li d-dokument għandu jew m'għandux jiġi mikxuf. |
1. Fir-rigward ta' dokumenti ta' partijiet terzi, dawn għandhom jinkixfu mill-istituzzjonijiet bla ma ssir konsultazzjoni mal-awtur jekk ikun ċar li l-ebda eċċezzjoni li hemm f’dan ir-Regolament ma tkun applikabbli. Għandha tiġi kkonsultata parti terza jekk dik il-parti tkun talbet, meta tkun ressqet id-dokument, li tiġi ttrattata b’mod speċifiku, bl-iskop li ssir stima dwar jekk tapplikax eċċezzjoni prevista minn dan ir-Regolament. Dokumenti li jingħataw lill-istituzzjonijiet bl-iskop li jiġi influwenzata l-elaborazzjoni tal-politika għandhom isiru pubbliċi. |
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Fejn applikazzjoni tikkonċerna dokument li jorigina minn Stat Membru, |
2. Fejn applikazzjoni tikkonċerna dokument li joriġina minn Stat Membru: |
|
- li ma ġiex trażmess minn dak l-Istat Membru fil-kapaċità tiegħu bħala membru tal-Kunsill, jew |
barra dokumenti trasmessi fil-qafas tal-proċeduri li jwasslu għal att legiżlattiv jew att mhux leġiżlattiv ta' applikazzjoni ġenerali, l-awtoritajiet ta' dan l-Istat Membru għandhom jiġu kkonsultati. L-istituzzjoni li qiegħda żżomm id-dokument għandha tikxfu sakemm l-Istat Membru jipprovdi raġunijiet għalfejn irid iżommu għalih, ibbazati fuq l-eċċezzjoniet imsemmijin fl-Artikolu 4 jew fuq id-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-leġiżlazzjoni tiegħu li jostakolaw il-kxif tad-dokument ikkonċernat. L-istituzzjoni għandha tapprezza l-adegwatezza tar-ragunijiet mogħtija mill-Istat Membru sakemm huma bbażati fuq l-eċċezzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament. |
- li ma jikkonċernax informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-liġi tal-KE |
|
l-awtoritajiet ta' dan l-Istat Membru għandhom jiġu kkonsultati. L-istituzzjoni li jkollha d-dokument għandha tikxfu sakemm l-Istat Membru ma jagħtix raġunijiet għalfejn irid iżommu għalih, fuq il-bażi tal-eċċezzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 4 jew f'dispożizzjonijiet ekwivalenti fil-leġiżlazzjoni tiegħu, jew joġġezzjona fuq il-bażi li l-Artikolu 296(1)(a) tat-Trattat KE li l-kxif imur kontra l-interessi essenzjali tiegħu tas-sigurtà. |
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Meta Stat Membru jirċievi talba għal dokument fil-pussess tiegħu, li joriġina minn istituzzjoni, jekk m'huwiex ċar li d-dokument għandu jew m'għandux jiġi mikxuf, l-Istat Membru għandu jikkonsulta ma' l-istituzzjoni involuta sabiex jieħu deċiżjoni li ma jipperikolax l-għanijiet ta' dan ir-Regolament. L-Istat Membru jista' minflok jirreferi t-talba lill-istituzzjoni. |
3. Mingħajr preġudizzju għall-iskrutinju parlamentari nazzjonali, meta Stat Membru jirċievi talba għal dokument fil-pussess tiegħu, li joriġina minn istituzzjoni, sakemm ma jkunx ċar li d-dokument għandu jew m'għandux jiġi mikxuf, l-Istat Membru għandu jikkonsulta mal-istituzzjoni involuta sabiex jieħu deċiżjoni li ma tipperikolax l-għanijiet ta' dan ir-Regolament. L-Istat Membru jista' minflok jirreferi t-talba lill-istituzzjoni. |
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 5 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 5a Trasparenza Leġiżlattiva |
|
1. Bi qbil mal-prinċipji demokratiċi mfissra fl-Artikolu 6(1) tat-Trattat UE u mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, għandu jingħata l-ikbar aċċess possibbli għall-attivitajiet tal-istituzzjonijiet waqt li jkunu qed jaġixxu fil-kapaċità leġiżlattiva tagħhom, inkluż meta jaġixxu b'setgħat delegati. |
|
2. Dokumenti relatati mal-programmi leġiżlattivi tagħhom, mal-konsultazzjonijiet preliminari mas-soċjetà ċivili, mal-evalwazzjonijiet tal-impatt u ma' kwalunkwe dokument preparatorju ieħor marbut ma' proċedura leġiżlattiva għandhom ikunu aċċessibbli fuq sit interistituzzjonali li jkun faċli biex jintuża u ppubblikati f'serje speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
3. Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-proposti leġiżlattivi kif ukoll it-testi legali l-oħra tal-UE għandhom jitfasslu b'mod ċar u li jinftiehmu u l-istituzzjonijiet għandhom jaqblu dwar linji gwida u mudelli komuni għat-tfassil li jtejbu ċ-ċertezza legali bi qbil mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
4. Matul il-proċedura leġiżlattiva, kull istituzzjoni jew korp assoċjati mal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet għandhom jippubblikaw id-dokumenti preparatorji tagħhom u l-informazzjoni relatata kollha, inklużi l-opinjonijiet legali, f'serje speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fuq sit tal-internet komuni li jirriproduċi ċ-ċiklu tal-ħajja tal-proċedura kkonċernata. |
|
5. Ladarba jkunu adottati, l-atti leġiżlattivi għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kif previst mill-Artikolu 13. |
|
6. Minħabba l-prinċipju ta' koperazzjoni leali li jirregola r-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri, l-Istati Membri għandhom għall-inqas jagħtu liċ-ċittadini tagħhom fil-livell nazzjonali l-istess livell ta' trasparenza kif inhu mogħti fil-livell tal-UE billi jiġu ppubblikati fil-ħin u b'mod ċar fil-ġurnali uffiċjali rispettivi tagħhom it-testi jew ir-referenzi tal-miżuri nazzjonali li jimplimentaw l-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. |
|
7. Kwalunkwe inizjattiva jew dokument ipprovduti minn kwalunkwe parti interessata bil-għan li jinfluwenzaw bi kwalunkwe mod il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet għandhom isiru pubbliċi. |
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Jekk applikazzjoni m'hijiex preċiża biżżejjed, jew id-dokumenti mitlubin ma' jistgħux jiġu identifikati faċilment , l-istituzzjoni għandha titlob lill-applikant sabiex jiċċara l-applikazzjoni u għandha tgħin l-applikant f'dan il-proċess billi, per eżempju, tagħti tagħrif dwar l-użu tar-reġistri pubbliċi ta' dokumenti l-limiti taż-żmien provduti taħt l-Artikoli 7 u 8 se jibdew meta l-istituzzjoni tkun irċeviet il-kjarifikazzjonijiet mitlubin . |
2. Jekk applikazzjoni mhijiex preċiża biżżejjed, l-istituzzjoni għandha titlob fi żmien 15-il jum ta' xogħol lill-applikant sabiex jiċċara l-applikazzjoni u għandha tgħin l-applikant f'dan il-proċess billi, per eżempju, tagħti tagħrif dwar l-użu tar-reġistri pubbliċi ta' dokumenti. |
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Applikazzjoni għall-aċċess għal dokument għandha tiġi proċessata mill-ewwel. Għandha tintbagħat ittra ta' rċevuta lill-applikant. Sa' 15-il jum tax-xogħol mir-reġistrazzjoni ta' l-applikazzjoni, l-istituzzjoni għandha jew tagħti aċċess għad-dokument mitlub u tagħti aċċess skond l-Artikolu 10 f'dak il-perjodu jew, f'tweġiba bil-miktub, tagħti r-raġunijiet għar-rifjut totali jew parzjali u tavża l-applikant dwar id-dritt tiegħu jew tagħha li jagħmel jew tagħmel applikazzjoni konfermatorja skond il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. |
1. Applikazzjoni għall-aċċess għal dokument għandha tiġi proċessata mill-ewwel. Għandha tintbagħat ittra ta' rċevuta lill-applikant. Sa massimu ta' 15-il jum tax-xogħol mir-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni, l-istituzzjoni għandha jew tagħti aċċess għad-dokument mitlub u tagħti aċċess skont l-Artikolu 10 f'dak il-perjodu jew, fi tweġiba bil-miktub, tagħti r-raġunijiet għar-rifjut totali jew parzjali u tavża l-applikant dwar id-dritt tiegħu jew tagħha li jagħmel jew tagħmel applikazzjoni konfermatorja skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-diversi perjodi ta’ żmien għandhom ikunu interpretati bħala skadenzi massimi. | |
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. F'każijiet eċċezzjonali, per eżempju fil-każ ta' applikazzjoni dwar dokument twil ħafna jew dwar numru kbir ta' dokumenti, it-terminu previst fil-paragrafu 1 jista' jiġi estiż bi 15-il jum utli, sakemm l-applikant jiġi avżat minn qabel u jingħataw raġunijiet dettaljati. |
2. F'każijiet eċċezzjonali, per eżempju fil-każ ta' applikazzjoni dwar dokument twil ħafna jew dwar numru kbir ta' dokumenti, it-terminu previst fil-paragrafu 1 jista' jiġi estiż b'massimu ta' 15-il jum utli, sakemm l-applikant jiġi avżat minn qabel u jingħataw raġunijiet dettaljati. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-diversi perjodi ta’ żmien għandhom ikunu interpretati bħala skadenzi massimi. | |
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Fil-każ ta' rifjut totali jew parzjali, l-applikant jista', sa 15-il jum utli minn meta jirċievi r-risposta mill-istituzzjoni, jagħmel applikazzjoni konfermatorja fejn jitlob lill-istituzzjoni li terġa' tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha. |
3. Fil-każ ta' rifjut totali jew parzjali, meta l-applikant iqajjem dubju dwar jekk hux se tkun ikkawżata xi ħsara reali għall-interessi rilevanti u/jew jargumenta li hemm interess superjuri li jsir il-kxif, l-applikant jista' jitlob lill-Ombudsman Ewropew biex jagħti opinjoni indipendenti u oġġettiva dwar il-kwistjoni tal-ħsara u/jew l-interess superjuri li jsir il-kxif. Jekk, wara li tingħata l-opinjoni tal-Ombudsman Ewropew, ir-rifjut totali jew parzjali jiġi kkonfermat mill-istituzzjoni, l-applikant jista', sa massimu ta' 15-il jum utli minn meta jirċievi r-risposta mill-istituzzjoni, jagħmel applikazzjoni konfermatorja fejn jitlob lill-istituzzjoni li terġa' tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 7(3) qiegħed jiġi emendat biex jinkludi proċedura f’każijiet fejn applikant ikollu dubji dwar il-kwistjoni ta’ jekk ikunx hemm xi ħsara għall-interessi u/jew fejn jargumenta li jkun hemm interess superjuri biex isir il-kxif. L-Ombudsman jista’ jevalwa l-kwistjoni tal-ħsara jew l-interess superjuri li jsir il-kxif u jirrapporta lill-istituzzjoni u lill-applikant. | |
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Applikazzjoni konfermatorja għandha tiġi proċessata mal-ewwel. Sa żmien 30 jum utli mir-reġistrazzjoni ta' din l-applikazzjoni, l-istituzzjoni għandha jew tagħti l-aċċess għad-dokument mitlub u tagħti aċċess skond l-Artikolu 10 f'dak il-perjodu jew, fi tweġiba bil-miktub, tagħti r-raġunijiet għar-rifjut totali jew parzjali. Fil-każ ta' rifjut totali jew parzjali, l-istituzzjoni għandha tavża l-applikant dwar ir-rimedji tiegħu jew tagħha, |
1. Applikazzjoni konfermatorja għandha tiġi proċessata mill-ewwel. Sa żmien 15-il jum utli mir-reġistrazzjoni ta' din l-applikazzjoni, l-istituzzjoni għandha jew tagħti l-aċċess għad-dokument mitlub u tagħti aċċess skont l-Artikolu 10 f'dak il-perjodu jew, fi tweġiba bil-miktub, tagħti r-raġunijiet għar-rifjut totali jew parzjali. Fil-każ ta' rifjut totali jew parzjali, l-istituzzjoni għandha tavża l-applikant dwar ir-rimedji tiegħu jew tagħha. |
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. F'każijiet eċċezzjonali, per eżempju fil-każ ta' applikazzjoni dwar dokument twil ħafna jew dwar numru kbir ta' dokumenti, it-terminu previst fil-paragrafu 1 jista' jiġi estiż bi 15-il jum utli, sakemm l-applikant jiġi avżat minn qabel u jingħataw raġunijiet dettaljati. |
2. F'każijiet eċċezzjonali, per eżempju fil-każ ta' applikazzjoni dwar dokument twil ħafna jew dwar numru kbir ta' dokumenti, it-terminu previst fil-paragrafu 1 jista' jiġi estiż b'massimu ta' 15-il jum utli, sakemm l-applikant jiġi avżat minn qabel u jingħataw raġunijiet dettaljati. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-diversi perjodi ta’ żmien għandhom ikunu interpretati bħala skadenzi massimi. | |
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 9 |
imħassar |
Trattament ta' dokumenti sensittivi |
|
1. Dokumenti sensittivi human dokumenti li ġejjin mill-istituzzjonijiet jew mill-aġenziji mwaqqfa minnhom, mill-Istati Membri, pajjiżi terzi jew Organizzazzjonijiet Internazzjonali, klassifikati bħala "TRÉS SECRET/TOP SECRET", "SECRET" jew "CONFIDENTIEL" skond ir-regoli ta' l-istituzzjoni rilevanti, li jħarsu l-interessi essenzali ta' l-Unjoni Ewropea jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha fl-oqsma koperti mill-Artikolu 4(1)(a), partikolarment is-sigurtà pubblika, kwistjonijiet militari u tad-difiża. |
|
2. Applikazzjonijiet għall-aċċess għal dokumenti sensittivi taħt il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 għandhom jiġu pproċessati biss minn persuni li għandhom dritt isiru jafu dwar dawk id-dokumenti. Dawn il-persuni għandhom ukoll, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(2), jagħmlu stima dwar liema referenzi għal dokumenti sensittivi jistgħu jsiru fir-reġistru pubbliku. |
|
3. Dokumenti sensittivi għandhom jiġu reġistrati fir-reġistru jew mikxufin biss bil-kunsens ta' mingħand min ġejjin. |
|
4. Istituzzjoni li tiddeċiedi li ma tagħtix aċċess għal dokument sensittiv għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha b'mod li ma jagħmilx ħsara l-interessi mħarsa fl-Artikolu 4. |
|
5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li fl-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għal dokumenti sensittivi jitħarsu l-prinċipji f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 4. |
|
6. Ir-regoli ta' l-istituzzjonijiet dwar dokumenti sensittivi għandhom isiru pubbliċi. |
|
7. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom javżaw lill-Parlament Ewropew dwar dokumenti sensittivi skond l-arranġamenti miftiehma bejn l-istituzzjonijiet. |
|
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. L-applikant jista' jkun mitluba ħallas l-ispiża tal-produzzjoni u ta' l-impustar tal-kopji. Il-ħlas m'għandux jaqbeż l-ispiża reali tal-produzzjoni u l-impustar tal-kopji. Konsultazzjoni fil-post, kopji ta' inqas minn 20 paġna A4 u aċċess dirett fil-forma elettronika jew permezz tar-reġistru għandhom ikunu b'xejn . |
4. L-applikant jista' jkun mitlub iħallas l-ispiża tal-produzzjoni u tal-impustar tal-kopji. Il-ħlas m'għandux jaqbeż l-ispiża reali tal-produzzjoni u l-impustar tal-kopji. Konsultazzjoni fil-post, kopji ta' inqas minn 20 paġna A4 u aċċess dirett fil-forma elettronika jew permezz tar-reġistru għandhom ikunu b'xejn. Fil-każ ta' kopji stampati jew dokumenti f'format elettroniku bbażati fuq informazzjoni miġbura f'sistemi elettroniċi tal-ħażna, tal-ipproċessar u tal-irkupru, l-ispiża attwali biex jitfittxu u jiġu rkuprati d-dokument jew id-dokumenti jista' wkoll jintalab ħlas għaliha mingħand l-applikant. L-ebda ħlas addizzjonali m'għandu jintalab jekk l-istituzzjoni tkun diġà pproduċiet id-dokument jew id-dokumenti kkonċernati. L-applikant għandu jiġi infurmat minn qabel dwar l-ammont u l-metodu kif jiġi kkalkulat kwalunkwe ħlas. |
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-istituzzjonijiet għandhom mal-ewwel jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jistabbilixxu reġistru li għandu jkun operazzjonali sat-3 Ġunju 2002. |
3. Mingħajr preġudizzju għar-regoli interni tal-istituzzjonijiet, ir-reġistru jew is-sistema ta' reġistri (fil-każ ta' iktar minn reġistru wieħed għall-istess istituzzjoni) ta' kull istituzzjoni għandu jkollhom b'mod partikolari referenzi għal: |
|
– dokumenti li jkunu qed jaslu jew li jkunu qed joħorġu, kif ukoll il-komunikazzjoni uffiċjali tal-istituzzjoni meta tali komunikazzjoni tkun koperta mid-definizzjoni stipulata fl-Artikolu 3(a), |
|
– aġendi u sommarji ta' laqgħat u dokumenti mħejjija qabel il-laqgħat biex jitqassmu, kif ukoll dokumenti oħra mqassma matul il-laqgħat. |
|
Kull istituzzjoni għandha: |
|
– sa ...*, tadotta u tippubblika regoli interni dwar ir-reġistrazzjoni tad-dokumenti, |
|
– sa ... **, tiżgura li r-reġistru tagħha jkun qed jaħdem b'mod sħiħ. |
|
___________ * Sitt xhur mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament. ** Sena mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
Mhux neċessarju u lanqas mhu prattiku li jiġi rreġistrat kull ma hu kopert mid-definizzjoni wiesgħa ta' "dokument" li tinsab fl-Artikolu 3. It-test il-ġdid jistabbilixxi prinċipji dwar liema tipi ta' dokumenti għandhom jiġu rreġistrati u jirrikjedi li kull istituzzjoni tadotta u tippubblika regoli interni aktar speċifiċi biex timplimenta dawk ir-regoli. | |
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu -1 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
-1. L-istituzzjonijiet għandhom kemm jista' jkun jagħmlu d-dokumenti aċċessibbli b'mod dirett lill-pubbliku f'forma elettronika jew permezz ta' reġistru skont ir-regoli tal-istituzzjoni kkonċernata. |
Ġustifikazzjoni | |
L-istandard attwali m'għandux jitbaxxa fir-rigward ta' dokumenti mhux leġiżlattivi. | |
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Dokumenti miktuba jew irċevuti waqt proċeduri għall-adozzjoni ta' atti legiżlattivi ta' l-UE , jew atti mhux legiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali se bla ħsara lill-Artikoli 4 u 9, ikunu direttament aċċessibbli mill-pubbliku . |
1. L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu d-dokumenti kollha disponibbli b’mod dirett għall-pubbliku f’forma elettronika jew permezz ta’ reġistru, b’mod partikolari dawk li jkunu nkitbu jew li jkunu waslu waqt proċeduri għall-adozzjoni ta' atti legiżlattivi tal-UE, jew atti mhux legiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali. |
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Kull istituzzjoni għandha tiddefinixxi fir-regoli tal-proċedura tagħha liema kateġoriji oħra ta' dokumenti huma direttament aċċessibli mill-pubbliku. |
4. L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu 'interface' komuni għar-reġistri tagħhom tad-dokumenti, u għandhom b'mod partikolari jiżguraw punt uniku ta' aċċess għall-aċċess dirett għad-dokumenti li jkunu nkitbu jew li jkunu waslu waqt proċeduri għall-adozzjoni ta' atti leġiżlattivi jew atti mhux leġiżlattivi b'applikazzjoni ġenerali. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 12(4) qed jiġi emendat biex jikludi r-rakkomandazzjoni 5 tar-riżoluzzjoni Cashman bil-ħsieb li jittejbu l-istandards attwali. | |
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Bi qbil mal-prinċipji msemmija f'dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet għandhom jaqblu dwar l-istruttura u l-preżentazzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea billi jqisu l-ftehima interistituzzjonali li teżisti minn qabel. |
1. Flimkien ma' l-atti msemmija fl-Artikolu 254(1) u (2) tat-Trattat tal-KE u fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 163 tat-Trattat ta' Euratom, id-dokumenti li ġejjin, bla ħsara lill-Artikoli 4 u 9 ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali: |
Flimkien mal-atti msemmija fl-Artikolu 254(1) u (2) tat-Trattat tal-KE u fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 163 tat-Trattat ta' Euratom, id-dokumenti li ġejjin, bla ħsara lill-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali: |
(a) proposti tal-Kummissjoni; |
|
(b) pożizzjonijiet komuni adottati mill-Kunsill skond il-proċedura msemmija fl-Artikoli 251 u 252 tat-Trattat tal-KE u r-raġunijiet għal dawk il-pożizzjonijiet komuni, kif ukoll il-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew f'dawn il-proċeduri; |
(a) pożizzjonijiet komuni adottati mill-Kunsill skont il-proċedura msemmija fl-Artikoli 251 u 252 tat-Trattat tal-KE u r-raġunijiet għal dawk il-pożizzjonijiet komuni, kif ukoll il-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew f'dawn il-proċeduri; |
(ċ) il-qafas tad-deċiżjonijiet u deċiżjonijiet msemmija fl-Artikolu 34(2) tat-Trattat ta' l-UE; |
(b) Direttivi ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 254(1) u (2) tat-Trattat KE, deċiżjonijiet ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet; |
(d) konvenzjonijiet imwaqqfa mill-Kunsill skond l-Artikolu 34(2) tat-Trattat ta' l-UE; |
|
(e) konvenzjonijieta ffirmati bejn l-Istati Membri fuq il-bażi ta' l-Artikolu 293 tat-Trattat tal-KE; |
(c) konvenzjonijiet iffirmati bejn l-Istati Membri fuq il-bażi tal-Artikolu 293 tat-Trattat tal-KE; |
(f) ftehim internazzjonali konklużi mill-Komunità jew skond l-Artikolu 24 tat-Trattat ta' l-UE. |
(d) ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Komunità jew skont l-Artikolu 24 tat-Trattat tal-UE. |
2. Sa fejn hu possibbli, id-dokumenti li ġejjin għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali: |
|
(a) inizjattivi preżentati lill-Kunsill minn Stat Membru skond l-Artikolu 67(1) tat-Trattat tal-KE jew skond l-Artikolu 34(2) tat-Trattat ta' l-UE; |
|
(b) pożizzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 34(2) tat-Trattat ta' l-UE; |
(e) pożizzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 34(2) tat-Trattat tal-UE; |
(ċ) direttivi ħlief dawk msemmija fl-Artikolu 254(1) u (2) tat-Trattat tal-KE, deċiżjonijiet ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 254(1) tat-Trattat tal-KE, rakomandazzjonijiet u opinjonijiet. |
(f) deċiżjonijiet ta' qafas u deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 34(2) tat-Trattat tal-UE; |
|
(g) konvenzjonijiet stabbiliti mill-Kunsill skont l-Artikolu 34(2) tat-Trattat tal-UE; |
3. Kull istituzzjoni tista' fir-regoli tal-proċedura tagħha tistabbilixxi liema aktar dokumenti għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali. |
2. Kull istituzzjoni għandha taqbel dwar il-mod li bih l-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra għandhom jippubblikaw dokumenti oħra barra dawk imsemmija hawn fuq. |
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 14 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 14a |
|
Uffiċjal għall-Informazzjoni |
|
1. Kull direttorat ġenerali f'kull istituzzjoni għandu jaħtar Uffiċjal għall-Informazzjoni li għandu jkun responsabbli biex jiġu żgurati l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u prattika amministrattiva tajba f'dak id-direttorat ġenerali. |
|
2. L-Uffiċjal għall-Informazzjoni għandu jiddetermina liema informazzjoni ikun jaqbel li tingħata lill-pubbliku rigward: |
|
a) l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament; |
|
b) il-prattika tajba |
|
u għandu jiżgura t-tixrid ta' dik l-informazzjoni b'mod u manjiera xierqa. |
|
3. L-Uffiċjal għall-Informazzjoni għandu jevalwa jekk is-servizzi fid-direttorat ġenerali tiegħu jew tagħha jsegwux prattika tajba. |
|
4. L-Uffiċjal għall-Informazzjoni jista' jirreferi persuna li jkollha bżonn l-informazzjoni għand direttorat ieħor jekk l-informazzjoni msemmija ma tkunx responsabilità tiegħu u tkun responsabilità ta' direttorat differenti fl-istess istituzzjoni, sakemm hija jew huwa jkollu tali informazzjoni. |
|
5. Meta jkun hemm bżonn, l-Uffiċjal għall-Informazzjoni jista' jikkonsulta mal-Ombudsman Ewropew fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament kif suppost u b'mod tajjeb. |
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 14 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 14b Sanzjonijiet |
|
Kwalunkwe nuqqas fil-konformità mal-obbligi skont dan ir-Regolament, sew jekk b'mod intenzjonali kif ukoll permezz ta' traskuraġni min-naħa tiegħu jew tagħha, għandu jwassal għal uffiċjal jew ħaddiem ieħor għal azzjoni dixxiplinarja, bi qbil mar-regoli u l-proċeduri stipulati fir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej u fir-regoli interni tal-istituzzjonijiet. |
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 15 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Prattika amministrattiva fl-istituzzjonijiet |
Prattika amministrattiva tat-trasparenza fl-istituzzjonijiet |
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw prattiċi amministrattivi tajbin sabiex jiffaċiltaw l-eżerċizzju tad-dritt ta' l-aċċess garantit minn dan ir-Regolament. |
1. L-istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw prattiċi amministrattivi tajbin sabiex jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-dritt tal-aċċess garantit minn dan ir-Regolament. L-istituzzjonijiet għandhom jorganizzaw u jżommu l-informazzjoni għandhom b'tali mod li l-pubbliku jkun jista' jingħata aċċess għall-informazzjoni mingħajr sforz supplimentari. |
Ġustifikazzjoni | |
L-emenda għall-Artikolu 15(1) hija bbażata fuq id-dritt għal amministrazzjoni tajba stipulat fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u tikkorrispondi mal-leġiżlazzjoni, pereżempju, fil-Finlandja. Tkun tfisser ukoll pass lejn att ġenwin tal-UE dwar il-libertà tal-informazzjoni, filwaqt li taqdi, fl-istess ħin, l-għan stipulat fil-premessa 18 il-ġdida, li l-iżvilupp tat-teknoloġija tal-informazzjoni għandu jagħmilha aktar faċli li jsir użu mid-dritt tal-aċċess u mhux inaqqas l-ammont ta' informazzjoni disponibbli għall-pubbliku. | |
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Biex jiġi żgurat li l-prinċipji tat-trasparenza u tal-amministrazzjoni tajba jiġu applikati b'mod effettiv, l-istituzzjonijiet ikkonċernati għandhom jaqblu dwar regoli u proċeduri implimentattivi komuni għall-preżentazzjoni, il-klassifikazzjoni, it-tneħħija tal-klassifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni u t-tixrid tad-dokumenti. |
|
Biex jiġi ffaċilitat dibattitu ġenwin fost il-parteċipanti involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tat-trasparenza, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmluha ċara liċ-ċittadini jekk u meta ma jkunx jista' jingħata aċċess dirett għad-dokumenti waqt il-fażijiet speċifiċi tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Dawn il-limitazzjonijiet m'għandhomx japplikaw ladarba tkun ittieħdet dik id-deċiżjoni. |
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1 b. L-istituzzjonijiet għandhom jinfurmaw liċ-ċittadini, b'mod ġust u trasparenti, dwar l-organigramma tagħhom billi jindikaw ir-responsabilità tal-unitajiet interni tagħhom, il-fluss tax-xogħol intern u l-iskadenzi indikattivi tal-proċeduri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħhom, b'tali mod li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jirreferu għal dawn is-servizzi biex jingħataw appoġġ, informazzjoni jew rimedju amministrattiv. |
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-istituzzjonijiet għandhom iwaqqfu kumitat interistituzzjonali sabiex jeżamina l-aħjar prattika, jindirizza kunflitti li jistgħu jinqalgħu u jiddiskuti żvilupp futuri dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti. |
2. L-istituzzjonijiet għandhom iwaqqfu kumitat interistituzzjonali tal-Artikolu 255 sabiex jeżamina u jiskambja l-aħjar prattika, jidentifika l-ostakoli għall-aċċess u għall-użu u sorsi ta’ data mhux ippubblikati, jindirizza kunflitti li jistgħu jinqalgħu, jippromwovi l-interoperabilità, l-użu mill-ġdid u t-twaħħid tar-reġistri, jistandardizza l-kodifikazzjoni tad-dokumenti permezz ta’ organizzazzjoni Ewropea tal-istandards, joħloq portal uniku tal-UE biex jiżgura l-aċċess għad-dokumenti kollha tal-UE u jiddiskuti żviluppi futuri dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti. |
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Dan ir-Regolament se jkun mingħajr preġudizzju għal regoli fis-seħħ li jistgħu jillimitaw id-dritt ta' parti terza li tikseb kopji ta' dokumenti jew tirriproduċi jew li tisfrutta dokumenti żvelati. |
Dan ir-Regolament se jkun mingħajr preġudizzju għal regoli fis-seħħ dwar id-drittijiet tal-awtur li jistgħu jillimitaw id-dritt ta' parti terza li tirriproduċi jew li tisfrutta dokumenti żvelati. |
Ġustifikazzjoni | |
It-test attwali tal-Artikolu 16 huwa aħjar mit-tibdiliet proposti mill-Kummissjoni. | |
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Sa mhux aktar tard minn ...., il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' dan ir-Regolament u għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet li jkunu jinkludu, jekk ikun xieraq, proposti għar-reviżjoni ta' dan ir-Regolament li jsiru neċessarji minħabba tibdiliet fis-sitwazzjoni attwali u kif ukoll programm ta' azzjoni ta' miżuri li għandhom jittieħdu mill-istituzzjonijiet. |
Ġustifikazzjoni | |
Bħal ma kien il-każ bir-Regolament attwali, għandu jiġi ppreżentat rapport dwar l-implimentazzjoni li fih għandhom isiru, fejn ikun hemm bżonn, rakkomandazzjonijiet u proposti biex ikun hemm titjib. L-esklużjoni ta' dispożizzjoni turi emenda de facto għar-Regolament. |
NOTA SPJEGATTIVA
Bħala rapporteur għall-proposta għal reviżjoni tar-Regolament 1049/2001, jiena ressaqt ċertu tibdiliet kruċjali għall-proposta tal-Kummissjoni Ewropea ppreżentata fit-30 ta' April 2008. Meta r-regolament attwali daħal fis-seħħ fl-2001, jiena kont ukoll ir-rapporteur responsabbli ta' dan il-fajl.
Fl-2006 jiena fassalt ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew approvata b'mod unanimu mill-MEPs, li fiha kien hemm lista ta' rakkomandazzjonijiet għal titjib tar-Regolament attwali.
Minn din il-perspettiva, meta l-Kummissjoni ressqet il-proposta tagħha għal reviżjoni fl-2008, l-aspettattivi tiegħi kienu għoljin ħafna dwar kif setgħu jitjiebu l-istandards għall-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-UE.
Madankollu, minkejja ċertu tibdil pożittiv imdaħħal fil-proposta li huwa ġustifikabbli b'mod ċar bħal ma hija l-estensjoni tal-benefiċjarji ta' dan ir-regolament u l-konformità mal-Konvenzjoni ta' Aarhus, tibdil ieħor jirrappreżenta, fl-opinjoni tiegħi, pass lura fit-trasparenza, speċjalment jekk inqisu li l-maġġoranza tat-talbiet tal-2006 tal-Parlament Ewropew ma tqisux.
Fl-opinjoni tiegħi, aħna l-leġiżlaturi rridu naħtfu din l-opportunità biex jiġi rivedut ir-Regolament 1049/2001, ħalli nippruvaw inbiddlu dan ir-regolament f'qafas legali reali u uniku dwar l-aċċessibilità pubblika fir-rigward tad-dokumenti u l-informazzjoni kollha ttrattata mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li l-utenti finali huma ċ-ċittadini. Huwa d-dmir u l-obbligu tagħna li l-aċċess isir kemm jista' jkun faċli u faċli biex jintuża.
Barra minn hekk, aħna għandna bżonn naħtfu l-opportunità biex nippruvaw norganizzaw id-dispożizzjonijiet differenti b'mod konsistenti u raġonevoli sabiex l-Istituzzjonijiet ikunu jistgħu finalment jaħdmu flimkien ħalli jiddefinixxu regoli u linji gwida komuni għat-trattament ta' tipi differenti ta' dokumenti. Aħna m'għandniex bżonn nibdew mill-bidu għax hemm ħafna inizjattivi li diġà jeżistu, fuq bażi ta' liġi li ma torbotx (soft law), li qed jippruvaw jilħqu l-istess objettiv. Għodod bħal ma huma l-Ġurnal Uffiċjali, is-sistema Celex jew il-ħafna ftehimiet interistituzzjonali dwar il-kodifikazzjoni u t-tfassil leġiżlattiv qed jippruvaw jilħqu l-istess objettiv li huwa li l-proċess tat-teħid tad-Deċiżjonijiet Ewropew isir iktar faċli biex jinftiehem.
Meta nirreferi għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet Ewropej, inqis li għandu jiġi estiż ukoll għall-miżuri implimentattivi Nazzjonali għax dawn huma l-vera testi li jaffettwaw liċ-ċittadini Ewropej.
L-approċċ tiegħi huwa ħafna iżjed ambizzjuż mill-proposta tal-Kummissjoni u probabbilment iżjed mir-rieda tal-Kunsill. Ir-rapport tiegħi bi ħsiebu jibni fuq l-esperjenza komuni tagħna billi naqsmu bejnietna kemm jista' jkun, f'perspettiva interistituzzjonali, id-dmirijiet u r-responsabilitajiet tagħna skont it-trattati.
Minn din il-perspettiva, jien qed nipprova ntemm in-nuqqas ta' regoli komuni dwar "informazzjoni klassifikata" (l-hekk imsejħa dokumenti sensittivi ċitati fir-regolament attwali 1049/2001) billi nieħu fil-livell regolatorju ċertu prinċipji tajbin imħaddna mir-regoli tas-sigurtà interna tal-Kunsill u l-Kummissjoni sakemm dawn il-prinċipji jkunu wkoll applikabbli għal korp Parlamentari.
It-tieni sfida kienet li nagħmel differenza bejn it-trasparenza leġiżlattiva u amministrattiva billi naħtaf din l-okkażjoni biex nidħol fid-dettall dwar ċertu prinċipji ta' amministrazzjoni trasparenti u tajba kif previst mill-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.
Bl-istess mod, għandna nagħtu s-setgħa lil korpi indipendenti bħal ma huma l-Ombudsman Ewropew u l-EDPS biex jgħinu l-istituzzjonijiet ħalli jwettqu r-riforma tal-proċedura interna tagħhom. Billi l-istituzzjonijiet diġà għandhom uffiċjali tal-protezzjoni tad-data, hija ħaġa konsistenti mal-għan tar-regolament li jinħatar f'kull unità organizzattiva, bħad-direttorati ġenerali, uffiċjal għall-informazzjoni li jkun l-interlokutur għaċ-ċittadini kif ukoll għall-unitajiet amministrattivi l-oħra li jittrattaw id-dokumenti tal-istituzzjonijiet. It-trasparenza mhijiex biss attribut imma prinċipju li fuqu għandhom jitfasslu l-proċeduri kollha tal-istituzzjonijiet.
L-impatt fuq id-dmirijiet tal-uffiċjali li jfasslu, jirreġistraw, jinnegozjaw, jikklassifikaw u jarkivjaw id-dokumenti tal-UE għandu jiġi allinjat billi jiġu protetti fl-istess ħin l-effiċjenza u t-trasparenza tal-istituzzjonijiet tal-UE.
Aħna għandna bżonn nirrispondu kemm jista' jkun malajr għaż-żieda fit-talbiet mhux biss miċ-ċittadini Ewropej imma wkoll mill-istituzzjonijiet Nazzjonali u l-awtoritajiet reġjonali, primarjament il-parlamenti nazzjonali, billi wieħed iżomm f'moħħu r-ratifika li ilha ġejja tat-Trattat ta' Liżbona.
Li l-Parlament jadotta l-ewwel qari tiegħu fil-bidu ta' Marzu, billi jitlob lill-Kummissjoni biex tbiddel il-proposta tagħha u tinnegozja pożizzjoni komuni possibbli mal-Kunsill taħt il-Presidenza Żvediża taf tkun aġenda raġonevoli. Jekk matul dan iż-żmien issir ċara li t-Trattat ta' Liżbona se jidħol fis-seħħ, tkun pjuttost faċli li nibnu fuq ix-xogħol li diġà jkun sar, u li naġġornaw test ġdid li jkun ġie ffinalizzat immedjatament wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona nnifsu (kif kien il-każ għar-Regolament Olaf immedjatament wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Maastricht).
Jien iddeċidejt li nressaq numru ta' emendi li jittrattaw:
· Is-separazzjoni tal-benefiċjarji mill-ambitu ta' dan ir-regolament.
· Fl-artikolu li jittratta d-definizzjonijiet, jiena ddeċidejt nerġa' ndaħħal id-definizzjoni l-antika ta' dokument li qiegħda fir-regolament attwali għax tidher iżjed komprensiva u biddilt ukoll, għal raġunijiet ta' ċarezza, id-definizzjoni ta' bażi ta' data billi rreferejt għal informazzjoni miżmuma f'dawk il-bażijiet ta' data li għandha wkoll issir disponibbli għall-pubbliku jekk tintalab. Għodod speċifiċi biex din l-informazzjoni ssir disponibbli għandhom jiġu previsti mill-istituzzjonijiet.
· Jiena daħħalt ukoll definizzjonijiet ġodda dwar dokumenti, arkivji u arkivji storiċi kklassifikati, leġiżlattivi u amministrattivi.
· Biddilt l-artikolu dwar l-eċċezzjonijiet li jagħmlu distinzjoni bejn il-protezzjoni ta' interessi pubbliċi u privati.
· Jiena qed nipprova wkoll nispeċifika s-sistema li għandha tintuża għal dokumenti ta' partijiet terzi li s-soltu joħolqu ħafna problemi fil-prattiki tal-istituzzjonijiet.
· Biddilt ukoll l-artikolu dwar dokumenti li jridu jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE.
· Daħħalt emenda dwar l-irwol u r-responsabilità tal-uffiċjal għall-Informazzjoni msemmi hawn fuq billi saħħaħt l-irwol tal-Ombudsman Ewropew bħala punt ta' referenza għal uffiċjali għall-Informazzjoni fl-istituzzjonijiet li jistgħu jiġu kkonsultati f'każ ta' dubji.
· Finalment, daħħalt emenda dwar is-Sanzjonijiet li jirriżultaw jekk wieħed ma jikkonformax ma' dan ir-regolament.
L-għan tiegħi huwa ovvjament li jiġi emendat dan ir-regolament sabiex tiżdied it-trasparenza mingħajr ma nagħmel dan l-istrument speċifiku wisq u diffiċli biex jiġi implimentat. Għalhekk, ħdimt fuq il-prinċipji ġenerali li kienu għadhom neqsin fir-regolament attwali fir-rigward tal-attivitajiet leġiżlattivi u amministrattivi tal-istituzzjonijiet. Fl-istess ħin, hija x-xewqa tiegħi li dan l-istrument jintuża biex jitjiebu l-prattiki tal-istituzzjonijiet billi nitgħallmu mill-esperjenzi tal-passat li kienu għalija s-sors ewlieni ta' ispirazzjoni meta fassalt l-emendi tiegħi.
ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI |
||
Brussell,
OPINJONI
GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
TAL-KUNSILL
TAL-KUMMISSJONI
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (tfassil mill-ġdid)
COM(2008)0229 tat- 30.4.2008 – 2008/0090(COD)
Wara li kkunsidra il-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika tat-tfassil mill-ġdid tal-atti leġiżlattivi, u b'mod partikolari l-punt 9 tagħha, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li hu magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, iltaqa' fl-20 ta' Mejju 2008 u fl-4 ta' Ġunju bl-iskop li jeżamina l-proposta hawn fuq imsemmija mressqa mill-Kummissjoni.
F'dawn il-laqgħat[1], eżami tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jfassal mill-ġdid ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni wassal sabiex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv stabbilixxa, bi qbil, dan li ġej.
1) Fl-Artikolu 7(1), ir-referenza li ssir għall-"paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu" għandha tiġi adattata biex issir "il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu".
2) Fl-Artikolu 9(1), ir-referenza li ssir għall-"Artikolu 4(1)(a)" għandha tiġi adattata biex issir "il-paragrafu 4(1)".
3) Fl-Artikolu 12(1), iż-żieda tat-test "atti leġiżlattivi tal-UE jew atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali" kellha tiġi identifikata bl-użu ta' tipa mmarkata bil-griż ġeneralment użata biex jiġu identifikati tibdiliet sostantivi.
4) Fl-Artikolu 12(2), iż-żieda tal-kliem finali "f'forma elettronika" kellha tiġi identifikata bl-użu tat-tipa mmarkata bil-griż ġeneralment użata biex jiġu identifikati tibdiliet sostantivi.
Konsegwenza ta' dan, l-eżami tal-proposta ppermetta lill-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv biex jikkonkludi, mingħajr opinjoni kuntrarja, li l-proposta ma fihiex emendi sostantivi minbarra dawk identifikati bħala tali fiha jew f'din l-opinjoni. Il-Grupp ta' Ħidma kkonkluda wkoll, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-att preċedenti b'dawk l-emendi sostantivi, li l-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr xi bidla fis-sustanza tagħhom.
C. PENNERA J.-C. PIRIS C.-F.DURAND
Ġurista Ġurista aġent Direttur Ġenerali
- [1] Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv kellu għad-dispożizzjoni tiegħu il-verżjonijiet lingwistiċi Ingliżi, Franċiżi u Ġermaniżi tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża, billi din kienet il-verżjoni lingwistika tal-kopja oriġinali tat-test li qed jiġi diskuss.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (26.1.2009)
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (tfassil mill-ġdid)
(COM(2008)0229 – C6‑0184/2008 – 2008/0090(COD))
Rapporteur għal opinjoni (*): Anneli Jäätteenmäki(*) Il-kumitat assoċjat - Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
It-trasparenza hi prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Dan hu ddikjarat b'mod ċar fl-Artikolu 255 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (TKE):
"Kull ċittadin tal-Unjoni, u kull persuna fiżika jew ġuridika li toqgħod jew li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru, għandu jkollha d-dritt għall-aċċess għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni...".
Apparti dan, it-Trattat ta' Lisbona jiddikjara li:
"Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'mod kemm jista' jkun miftuħ u qrib iċ-ċittadin". (Artikolu 10-3 tat-TUE)
Barra minn hekk:
"Sabiex tiġi promossa t-tmexxija tajba u sabiex tiġi assigurata l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni għandhom iwettqu x-xogħol tagħhom b'mod kemm jista' jkun miftuħ". (Artikolu 15-1 tat-TFUE)
Ir-regolament 1049/2001 attwali kien pass sinifikanti lejn aktar ftuħ. Fis-sitt snin minn meta ġie implimentat, ikkontribwixxa għall-ħolqien ta' kultura ta' amministrazzjoni aktar trasparenti fl-Istituzzjonijiet Ewropej.
Id-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-bażi tar-Regolament 1049/2001 kien importanti għal dan il-proċess. L-aħħar ta' dawn kienet is-sentenza sinifikanti ħafna li qatgħet il-Qorti fil-kawża magħrufa bħala l-kawża Turco (T-84/03 Turco v. Council). Il-Qorti ddeċidiet li l-Kunsill għandu jagħti aċċess ukoll għall-pariri tas-servizz legali tiegħu, meta dawn il-pariri jkunu jikkonċernaw att leġiżlattiv. Il-Qorti temmen li l-prinċipji ta' trasparenza u ftuħ fil-proċess għat-teħid ta' deċiżjonijiet jikkostitwixxu "raġunijiet prevalenti ta’ interess pubbliku" li jiġġustifikaw l-iżvelar tal-pariri legali. Fil-konklużjonijiet tagħha l-Qorti ddikjarat li: "it-trasparenza... tikkontribwixxi fl-għoti ta' aktar leġittimità lill-istituzzjonijiet f'għajnejn iċ-ċittadin u żżid il-kunfidenza tiegħu fihom".
Il-proposta tal-Kummissjoni
Il-Kummissjoni ressqet il-proposta tagħha biex jiġi emendat ir-Regolament 1049/2001 nhar it-30 ta' April 2008. Il-Parlament Ewropew talab reviżjoni tar-Regolament fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' April 2008. Fin-Nota Spjegattiva għall-Proposta, il-Kummissjoni tipprova tagħti l-impressjoni li għamlet il-bidliet li talab il-Parlament.
Sfortunatament, dan kompletament mhux il-każ. Fejn il-Parlament talab għal aktar ftuħ, bil-kontra, ħafna emendi ssuġġeriti mill-Kummissjoni jbaxxu l-istandard attwali.
L-aktar gravi minn dawn hija l-emenda li l-Kummissjoni qed tipproponi għall-Artikolu 3 li jkun jillimita b'mod sinifikanti d-definizzjoni ta' dokument. Jekk din il-bidla titwettaq, dan ikun ifisser li parti biss tad-dokumenti attwalment miftuħa għall-pubbliku se jkomplu jkunu hekk fil-ġejjieni. Fl-opinjoni tar-Rapporteur, id-definizzjoni attwali m'għandhiex tinbidel peress li tkopri d-dokumenti relevanti kollha - u mhux biss dawk irreġistrati.
Emenda oħra li qed tħasseb lir-Rapporteur tirrigwarda d-dritt li l-Istati Membri jżommu lura dokumenti fl-Artikolu 5. Il-formulazzjoni proposta mill-Kummissjoni tagħti lill-Istati Membri dritt bla limiti biex jappellaw għal-leġiżlazzjoni tagħhom stess. L-istituzzjonijiet setgħu jikkunsidraw biss dawk ir-raġunijiet ibbażati fuq ir-Regolament. Dritt ta' dan it-tip idgħajjef il-prinċipju tat-trasparenza u jħallih kompletament għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri. Għal darb'oħra, hawnhekk l-eċċezzjonijiet elenkati fl-Artikolu 4 tar-Regolament għandhom ikunu biżżejjed. Jekk ma jkunux, għandhom isiru bidliet fl-Artikolu 4 u mhux jingħataw drittijiet bla limiti lill-Istati Membri.
Il-Kummissjoni injorat totalment il-proposti li għamel il-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' April 2008 dwar il-possibilitajiet li għandu l-Parlament li jeżerċita d-dritt tiegħu għal skrutinju demokratiku. Il-Parlament irid ikollu aċċess għal dokumenti sensittivi sabiex ikun jista' jaqdi kompletament id-dmirijiet tiegħu - l-arranġament dwar kif jiġu trattati dokumenti ta' dan it-tip jistgħu jiġu miftehma bejn l-istituzzjonijiet.
Madankollu, hemm emendi li saru mill-Kummissjoni li jistgħu jintlaqgħu mill-Parlament. Dawn huma, fuq kollox: it-twessigħ tad-dritt ta' aċċess biex jinkludi kull persuna fiżika jew legali u mhux biss iċ-ċittadini tal-UE kif qiegħed fir-regolament attwali; id-dispożizzjonijiet ambjentali li jirriżultaw mill-Konvenzjoni ta' Aarhus u aċċess dirett imtejjeb għad-dokumenti leġiżlattivi.
Dawn l-emendi pożittivi huma sfortunament f'minoranza meta mqabbla ma' dawk li l-Parlament iqishom negattivi. Meta wieħed iqis dawn l-emendi negattivi, ir-Rapporteur temmen li jkun aħjar li jinżamm ir-Regolament attwali milli jiġu adottati bidliet li jdgħajfuh.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala kumitat responsabbli, biex jinkorpora fir-rapport tiegħu l-emendi li gejjin.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 18 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(18a) L-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l-iżvilupp tat-teknoloġija tal-informazzjoni jħaffef l-eżerċizzju tal-jedd għall-aċċess u ma jwassalx għal tnaqqis tal-ammont ta' tagħrif disponibbli għall-pubbliku. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-progress fit-teknoloġija tal-informazzjoni jista' jkollu effetti pożittivi u negattivi fuq l-aċċess pubbliku. L-istituzzjonijiet għandhom jippruvaw jippromwovu l-effetti pożittivi u jimminizzaw in-negattivi. Il-provvediment għall-aċċess għall-informazzjoni fid-dejtabejż elettroniku jsir billi tiġi emendata d-definizzjoni tad-dokumenti fl-Artikolu 3 u l-obbligazzjoni ġenerali għall-informazzjoni tajba hija proposta f'emenda għall-Artikolu 15. Dawn l-emenda jservu wkoll biex jitqies il-jedd għall-amministrazzjoni t-tajba li jinsab fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. | |
Emenda 2 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) «dokument» għandha tfisser kwalunkwe kontenut ikun xi jkun il-mezz tiegħu (miktub fuq il-karta jew miżmum f'forma elettronika jew bħala ħoss jew irrekordjat f'forma viżiva jew awdjoviżiva) mħejjija minn xi istituzzjoni u trażmessa formalment lil reċipjent wieħed jew aktar jew irreġistrat b'mod ieħor, jew irċevut minn xi istituzzjoni; data li qiegħda tinżamm f'forma elettronika, sistemi tal-iproċessar u ta' irkupru huma dokumenti jekk jistgħu jiġu estratti f'forma ta' karta miktuba jew f'kopja ta' format elettroniku li jużaw l-għodda elettroniċi disponibbli għall-isfruttament tas-sistema |
(a) 'dokument' għandu jfisser kwalunkwe kontenut fi kwalunkwe mezz (miktub fuq il-karta jew miżmum f'sura elettronika jew bħala reġistrazzjoni ta' awdjo, viżiva jew awdjoviżiva) dwar kwistjoni marbuta ma' politika, attivitajiet u deċiżjonijiet li jaqgħu fl-isfera ta' responsabbilità tal-istituzzjoni; informazzjoni li qiegħda tinżamm f'forma elettronika, sistemi tal-iproċessar u ta' irkupru (inklużi s-sistemi esterni użati għax-xogħol tal-istituzzjoni) għandha tikkostitwixxi dokument jew dokumenti jekk jistgħu jiġu estratti f'forma ta' karta miktuba waħda jew aktar jew f'kopji ta' format elettroniku li jużaw l-għodda elettroniċi raġonevolment disponibbli għall-isfruttament tas-sistema |
Ġustifikazzjoni | |
L-emenda tirrestawra l-formulazzjoni preżenti tad-definizzjoni bażiku ta' dokument, peress li l-proposta tal-Kummissjoni tkun tippermetti l-limitazzjoni arbitrarja tal-jedd ta' aċċess. Id-diċitura addizzjonali tipprovdi għall-aċċess għall-informazzjoni fid-dejtabejżis elettroniċi sabiex jintlaħaq l-objettiv deskritt fil-Premessa 18 il-ġdida. | |
Emenda 3 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) konsultazzjoni legali u qorti, arbitraġġ u proċeduri għall-arranġament ta' tilwim ; |
(c) konsultazzjoni legali u qorti, arbitraġġ u proċeduri għall-arranġament ta' tilwim, apparti dak li jikkonċerna l-konsultazzjoni legali fir-rigward tal-proċeduri li jwasslu għal att leġiżlattiv jew att mhux legiżlattiv b'applikazzjoni ġenerali; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat fis-sentenza tagħha dwar il-kawża Turco li l-iżvelar tal-pariri legali f'inizjattivi leġiżlattivi jżid it-trasparenza u l-ftuħ tal-proċess leġiżlattiv u jsaħħaħ id-drittijiet demokratiċi taċ-ċittadin Ewropew. | |
Emenda 4 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. L-ismijiet, it-titoli u l-funzjonijiet ta' dawk li huma uffiċjali pubbliċi, uffiċjali ċivili u rappreżentanti ta' interess b'konessjoni mal-attivitajiet professjonli tagħhom għandhom jinkixfu sakemm, minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari, il-kxif ikun se jaffettwa b'mod ħażina l-persuni konċernati. Data personali oħra għandha tinkixef skont il-kondizzjonijiet fir-rigward tal-ipproċessar illegali ta' data bħal din stipulata mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali. |
5. Data personali m'għandhiex tiġi żvelata jekk żvelar ta' dan it-tip ikun ta' ħsara għall-privatezza jew l-integrità tal-persuna kkonċernata. Ħsara ta' dan it-tip ma tirriżultax jekk: |
|
– id-data tkun relatata biss mal-attivitajiet professjonali tal-persuna kkonċernata sakemm, minħabba ċ-ċirkustanza partikulari, ma jkunx hemm raġuni li wieħed jassumi li l-iżvelar ikollu effett ħażin fuq dik il-persuna; |
|
– id-data tkun relatata biss ma' persuna pubblika sakemm, minħabba ċ-ċirkustanzi partikulari, ma jkunx hemm raġuni li wieħed jassumi li l-iżvelar ikollu effett ħażin fuq dik il-persuna jew fuq persuni oħra relatati miegħu jew magħha; |
|
– id-data ma tkunx diġà ġiet ippublikata bil-kunsens tal-persuna kkonċernata. |
|
Data personali għandha madankollu tiġi żvelata jekk ikun hemm raġuni prevalenti ta' interess pubbliku li tirrikjedi l-iżvelar. F'dawk il-każi, l-istituzzjoni jew l-entità għandhom jiġu rikjesti li jispeċifikaw l-interess pubbliku. Għandhom jagħtu raġunijiet dwar għalfejn, fil-każ speċifiku, l-interess pubbliku jipprevali fuq l-interessi tal-persuna kkonċernata. |
|
Meta istituzzjoni jew entità tiċħad l-aċċess għal dokument fuq il-bażi tal-paragrafu 1, għandhom iqisu dwar jekk ikunx possibbli aċċess parzjali għad-dokument. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposta tal-Kummissjoni ma tagħrafx il-merti tal-bżonn ta' bilanċ ġust bejn id-drittijiet fundamentali kkonċernati u lanqas ma tirrifletti s-sentenza tal-Qorti tal-Prim Istanza fil-Lager Bavarjan. | |
Emenda 5 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. L-eċċezzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għaż-żmien li fih il-ħarsien huwa ġustifikat fuq il-bażi tal-kontenut tad-dokument. L-eċċezzjonijiet jistgħu japplikaw għal perjodu mhux itwal minn 30 sena. Fil-każ ta' dokumenti koperti mill-eċċeżżjonijiet dwar il-protezzjoni ta' data personali jew interessi kummerċjali u fil-każ ta' dokumenti sensittivi, l-eċċeżżjonijiet jistgħu, jekk meħtieġ, jibqgħu japplikaw wara dan il-perjodu. |
7. L-eċċezzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu m'għandhomx japplikaw għad-dokumenti trażmessi fil-qafas tal-proċeduri li jwasslu għal att leġiżlattiv jew att leġiżlattiv b'applikazzjoni ġenerali. L-eċċezzjonijiet għandhom japplikaw biss għaż-żmien li fih il-ħarsien huwa ġustifikat fuq il-bażi tal-kontenut tad-dokument. L-eċċezzjonijiet jistgħu japplikaw għal perjodu mhux itwal minn 30 sena. Fil-każ ta' dokumenti koperti mill-eċċeżżjonijiet dwar il-protezzjoni ta' data personali jew interessi kummerċjali u fil-każ ta' dokumenti sensittivi, l-eċċeżżjonijiet jistgħu, jekk meħtieġ, jibqgħu japplikaw wara dan il-perjodu. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat fis-sentenza tagħha dwar il-kawża Turco li l-iżvelar tal-pariri legali f'inizjattivi leġiżlattivi jżid it-trasparenza u l-ftuħ tal-proċess leġiżlattiv u jsaħħaħ id-drittijiet demokratiċi taċ-ċittadin Ewropew. | |
Emenda 6 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Fejn applikazzjoni tikkonċerna dokument li jorigina minn Stat Membru, barra dokumenti trasmessi fil-qafas tal-proċeduri li jwasslu għal att legiżlattiv jew att mhux leġiżlattiv ta' applikazzjoni ġenerali, l-awtoritajiet ta' dan l-Istat Membru għandhom jiġu kkonsultati. L-istituzzjoni li qiegħda żżomm id-dokument għandha tikxfu sakemm l-Istat Membru jipprovdi raġunijiet għalfejn irid iżommu għalih, ibbazati fuq l-eċċezzjoniet imsemmijin fl-Artikolu 4 jew fuq id-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-leġiżlazzjoni tiegħu li jostakolaw il-kxif tad-dokument ikkonċernat. L-istituzzjoni għandha tapprezza l-adegwatezza tar-ragunijiet mogħtija mill-Istat Membru sakemm huma bbażati fuq l-eċċezzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament. |
2. Fejn applikazzjoni tikkonċerna dokument li jorigina minn Stat Membru, barra dokumenti trasmessi fil-qafas tal-proċeduri li jwasslu għal att legiżlattiv jew att mhux leġiżlattiv ta' applikazzjoni ġenerali, l-awtoritajiet ta' dan l-Istat Membru għandhom jiġu kkonsultati. L-istituzzjoni li qiegħda żżomm id-dokument għandha tiżvelah sakemm l-Istat Membru ma jipprovdix raġunijiet għalfejn irid iżommu għalih, ibbazati fuq l-eċċezzjoniet imsemmijin fl-Artikolu 4. L-istituzzjoni għandha tapprezza l-adegwatezza tar-ragunijiet mogħtija mill-Istat Membru. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Istati Membri m'għandhomx jingħataw id-dritt assolut li jinvokaw il-leġiżlazzjoni tagħhom stess. L-eċċezzjonijiet tal-Artikolu 4 għandhom ikunu raġuni tajba biżżejjed għaċ-ċaħda tal-aċċess. | |
Emenda 7 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Applikazzjoni konfermatorja għandha tiġi proċessata mal-ewwel. Sa żmien 30 jum utli mir-reġistrazzjoni ta' din l-applikazzjoni, l-istituzzjoni għandha jew tagħti l-aċċess għad-dokument mitlub u tagħti aċċess skont l-Artikolu 10 f'dak il-perjodu jew, fi tweġiba bil-miktub, tagħti r-raġunijiet għar-rifjut totali jew parzjali. Fil-każ ta' rifjut totali jew parzjali, l-istituzzjoni għandha tavża l-applikant dwar ir-rimedji tiegħu jew tagħha, |
1. Applikazzjoni konfermatorja għandha tiġi proċessata mal-ewwel. Fi żmien 15 jum utli mir-reġistrazzjoni ta' din l-applikazzjoni, l-istituzzjoni għandha jew tagħti l-aċċess għad-dokument mitlub u tagħti aċċess skont l-Artikolu 10 f'dak il-perjodu jew, fi tweġiba bil-miktub, tagħti r-raġunijiet għar-rifjut totali jew parzjali. Fil-każ ta' rifjut totali jew parzjali, l-istituzzjoni għandha tavża l-applikant dwar ir-rimedji tiegħu jew tagħha, |
Ġustifikazzjoni | |
Jekk, kif previst fil-proposta tal-Kummissjoni, din l-iskadenza tiġi estiża għal 30 ġurnata tkun pass lura. 30 jum ta' xogħol (!) kif proposti mill-Kummissjoni jkunu jikkostitwixxu eżempju negattiv meta mqabbel ma' kull aċċess nazzjonali għal-liġijiet dwar l-informazzjoni fl-UE. | |
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom javżaw lill-Parlament Ewropew dwar dokumenti sensittivi skont l-arranġamenti miftiehma bejn l-istituzzjonijiet. |
7. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jiżguraw sorvaljanza xierqa mill-Parlament Ewropew dwar dokumenti sensittivi skont l-arranġamenti miftiehma bejn l-istituzzjonijiet, li għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Parlament irid jingħata aċċess għal dokumenti sensittivi biex ikun jista' jwettaq kompletament id-dmir tiegħu ta' skrutinju demokratiku. | |
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu -1 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
-1. L-istituzzjonijiet għandhom, sa fejn hu possibbli jagħmlu d-dokumenti direttament aċċessibbli lill-pubbliku f'forma elettronika jew permezz ta' reġistru skont ir-regoli tal-istituzzjoni involuta. |
Ġustifikazzjoni | |
L-istandard attwali fir-rigward ta' dokumenti mhux leġiżlattivi m'għandux jitbaxxa. | |
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Dokumenti miktuba jew irċevuti waqt proċeduri għall-adozzjoni ta' atti legiżlattivi tal-UE , jew atti mhux legiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali se bla ħsara lill-Artikoli 4 u 9, ikunu direttament aċċessibbli mill-pubbliku . |
1. B'mod partikulari, d-dokumenti miktuba jew irċevuti waqt proċeduri għall-adozzjoni ta' atti legiżlattivi tal-UE , jew atti mhux legiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali se bla ħsara lill-Artikoli 9, ikunu direttament aċċessibbli mill-pubbliku . |
Ġustifikazzjoni | |
Konsegwenza loġika tal-emenda preċedenti. | |
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Kull istituzzjoni għandha tiddefinixxi fir-regoli tal-proċedura tagħha liema kateġoriji oħra ta' dokumenti huma direttament aċċessibli mill-pubbliku. |
4. L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu portal komuni għar-reġistri tad-dokumenti tagħhom, u b'mod partikulari għandhom jiggarantixxu punt ta' aċċess uniku għal aċċess dirett għad-dokumenti li jitfasslu jew jaslu waqt proċeduri għall-adozzjoni ta' atti leġiżlattivi jew atti mhux leġiżlattivi tal-UE ta' applikazzjoni ġenerali. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandu jkun hemm punt ta' aċċess uniku għall-pubbliku. | |
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw prattiċi amministrattivi tajbin sabiex jiffaċiltaw l-eżerċizzju tad-dritt tal-aċċess garantit minn dan ir-Regolament. |
1. L-istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw prattiċi amministrattivi tajbin sabiex jiffaċiltaw l-eżerċizzju tad-dritt tal-aċċess garantit minn dan ir-Regolament. L-istituzzjonijiet għandhom jorganizzaw u jżommu l-informazzjoni fil-pussess tagħhom b'mod li l-pubbliku jista' jingħata aċċess għall-informazzjoni mingħajr sforz żejjed. |
Ġustifikazzjoni | |
L-emenda għall-Artikolu 15(1) hija msejsa fuq il-jedd għall-amministrazzjoni tajba misjub fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u jikkorrispondi mal-leġiżlazzjoni, ngħidu aħna, tal-Finlandja. Ikun ifisser ukoll pass fid-direzzjoni lejn att għal-libertà tal-informazzjoni tal-UE ġenwin, filwaqt li fl-istess nifs jintlaħaq l-objettiv magħmul fil-Premess 18 il-ġdida, jiġifieri li l-iżvilupp fit-teknoloġija tal-informazzjoni għandu jagħmilha eħfef li jiġi eżerċitat il-jedd tal-aċċess u li jitnaqqasx l-ammont ta' informazzjoni disponibbli għall-pubbliku. |
PROĊEDURA
Titolu |
Aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0229 – C6-0184/2008 – 2008/0090(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
LIBE |
|||||||
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFCO 22.5.2008 |
|
|
|
||||
Kumitat(i) assoċjat(i) - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
20.11.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Anneli Jäätteenmäki 24.6.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
10.9.2008 |
4.11.2008 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
22.1.2009 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
20 0 1 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Enrique Barón Crespo, Richard Corbett, Jean-Luc Dehaene, Andrew Duff, Anneli Jäätteenmäki, Aurelio Juri, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Jo Leinen, Íñigo Méndez de Vigo, Ashley Mote, Adrian Severin, József Szájer, Riccardo Ventre, Johannes Voggenhuber, Andrzej Wielowieyski |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Costas Botopoulos, Klaus-Heiner Lehne, Gérard Onesta, Sirpa Pietikäinen, Mauro Zani |
|||||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (8.11.2008)
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament u tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea, (riformulazzjoni)
(COM(2008)0229 – C6‑0184/2008 – 2008/0090(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Rovana Plumb
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (Kumitat INTA) jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li għandha l-iskop li jiġu implimentati regoli aktar flessibbli u proċeduri aktar sempliċi għall-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet Ewropej.
Ir-reviżjoni tirrigwarda kważi esklussivament il-libertajhiet ċivili u hija aktar ta' natura legali u kostituzzjonali (elementi li li ma jaqgħux taħt il-kompetenzi tal-Kumitat tal-Kummerċ Internazzjonali ).
Madankollu, fl-opinjoni tagħha r-rapporteur tqis li l-proposta tal-Kummissjoni, minkejja li tinkludi dokumenti kummerċjali u industrijali marbuta ma' tilwim u neguzjati kummerċjali taħt il-kategorija ta' "dokumenti sensittivi", din għandha tiġi analizzata b'mod separat.
L-emendi li huma proposti f'din l-opinjoni għandhom l-iskop li jqarrbu lejn xulxin il-kontenut tal-proposta u l-intenzjonijiet u l-iskopijiet tar-riforma. Trattament preferenzjali għall-utenti huwa meħtieġ sakemm dan ma jintużax biex jaħbi interessi kummerċjali li jmorru kontra drittijiet u intesessi tal-konsumaturi minħabba "interess pubbliku predominati".
Ir-rapporteur temmen li din l-għażla li jitneħħew l-interessi kummerċjali jeħtieġ li tiġi indikata b'mod aktar ċar fit-test ġaladarba l-iskop ewlieni tar-reviżjoni tar-regoli huwa li jaqdi l-interess tal-pubbliku u jsaħħaħ id-drittijiet taċ-ċittadini.
L-objettivi tal-proposta għar-regolazzjoni jinkludu l-kjarifika tal-proċeduri rigward eżenzjonijiet, jiġifieri, dawk il-każijiet fejn ir-regoli li jirrigwardaw it-trasparenza u x-xandir ma jeżistux. Fost l-eċċezzjonijiet, it-test jipprevedi l-interessi kummerċjali komuni, kif kien il-każ tat-test preċendenti. Madankollu, il-proposta ssemmi wkoll speċifikament iċ-ċirkostanzi li fihom sigrieti kummerċjali m'għandhomx jinkixfu, jiġfieri, sakemm każijiet bħal dawn ma jitressqux quddiem tribunal biex isolvi tilwimiet bilaterali jew permezz tal-Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni ta' Tilwimiet tad-WTO.
Il-modifika li tipproponi l-Kummissjoni tikkjarifika t-test: l-interesii kummerċjali jibqgħu mħarsa, ukoll f'każijiet fejn illum isservi ta' ġustifikazzjoni evidenti għat-talbiet tal-UE vis-à-vis s-soluzzjoniji ta' tilwimiet mit-tribunal tad-WTO.
Barra dan il-każ, il-proposta ssemmi r-regoli li japplikaw għal dokumenti kunfidenzjali rigward neguzjati kummerċjali. Dawn id-dokumenti li l-Kumitat 133, li kien inkarigat mid-definizzjoni tal-politika kummerċjali tal-Unjoni Ewropea, bagħat lill-awtoritajiet pubbliċi aktar għoljin, huma ta' natura sensittiva. L-INTA hu konxja tal-ħtieġa li tinżamm il-kunfidenzjalità tad-dokumenti ppreparati minn dan il-Kumitat 133 u jirriserva d-dritt li jimmoniterja l-politika kummerċjali implimentata mill-Kummissjoni u mill-Kunsill. Għal dawn it-tipi ta' dokumenti r-regoli ta' klassifikazzjoni u ta' aċċess interistituzzjonali u pubbliku huma definiti mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Novembru 2001 li temenda r-regoli interni tagħha. (C(2001)3031).
L-aħħar reviżjoni tar-regolament li jirrigwarda l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Kummissjoni jmur lura għall-2001, immedjatament wara r-reviżjoni tar-regolament dwar il-klassifikazzjoni ta' dokumenti sensittivi. Minn naħa, jekk il-Kummissjoni għandha tabilħaqq l-iskop li ttejjeb b'mod sinifikattiv l-aċċess għal kull tip ta' dokument, jeħtieġ li jkun hemm reviżjoni tar-regoli interni kollha.
Min-naħa l-oħra, il-Kumitat INTA jeħtieġ li jirrispetta regoli stretti rigward it-trażmissjoni ta' informazzjoni b'aċċess limitat, ukoll fost il-membri tiegħu stess, għaliex dawn huma regoli li tfasslu fl-2001, data meta l-Kumitat kien għadu ma jeżistix.
Ir-rapporteur tenfasizza għalhekk li jeħtieġ li jkun hemm reviżjonijiet f'perjodi regolari tar-regoli ta' klassifikazzjoni u ta' trażmissjoni ta' dokumenti sensittivi tal-Kummissjoni Ewropea għall-istituzzjonijiet l-oħra, inkluż il-Parlament Ewropew.
Il-proposta attwali ta' reviżjoni tal-aċċċess tal-pubbliku m'għandhiex titqies bħala sempliċi formalità. L-integralità tal-proċess ta' aċċess ta' persuni legali jew ta' kull ċittadin għal kull tip ta' dokument trid tiġi eżaminata b'mod estremament tajjeb jekk irridu li r-reviżjoni tirnexxi. F'dan ir-rigward, ir-rapporteur għalhekk tqis li informazzjoni tajba taċ-ċittadini rigward il-parteċipazzjoni tagħhom fil-process leġiżlattiv tal-UE tikkostitwixxi dritt fundamentali u li għalhekk id-dokumenti kummerċjali ma jridux jiġu esklużi minn din ir-riforma.
Għal dawn ir-raġunijiet kollha, ir-rapporteur tressaq dawn l-emendi:
EMENDI
Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonal jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala kumitat responsabbli, biex jinkorpora fir-rapport tiegħu l-emendi li gejjin.
Emenda 1 Proposta għal regolament Artikolu 9(1) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Dokumenti sensittivi human dokumenti li ġejjin mill-istituzzjonijiet jew mill-aġenziji mwaqqfa minnhom, mill-Istati Membri, pajjiżi terzi jew Organizzazzjonijiet Internazzjonali, klassifikati bħala "TRÉS SECRET/TOP SECRET", "SECRET" jew "CONFIDENTIEL" skont ir-regoli tal-istituzzjoni rilevanti, li jħarsu l-interessi essenzali tal-Unjoni Ewropea jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha fl-oqsma koperti mill-Artikolu 4(1)(a), partikolarment is-sigurtà pubblika, kwistjonijiet militari u tad-difiża. |
1. Dokumenti sensittivi human dokumenti li ġejjin mill-istituzzjonijiet jew mill-aġenziji mwaqqfa minnhom, mill-Istati Membri, pajjiżi terzi jew Organizzazzjonijiet Internazzjonali, klassifikati bħala "TRÉS SECRET/TOP SECRET", "SECRET" jew "CONFIDENTIEL" skont ir-regoli tal-istituzzjoni rilevanti, li jħarsu l-interessi essenzali tal-Unjoni Ewropea jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha fl-oqsma koperti mill-Artikolu 4(1)(a), partikolarment is-sigurtà pubblika, kwistjonijiet militari u tad-difiża. |
Or. ro | |
Ġustifikazzjoni | |
Ikun jaqbel li kull istituzzjoni tfassal u tirrevedi l-istandards tagħha sabiex jiġu stabbiliti kriterji ta' klassifikazzjoni ta' dokumenti f'perjodu ta' żmien definit sewwa. Id-dokumnti mibgħuta mill-Kumitat 133, inkarigat mid-definizzjoni tal-politika kummerċjali tal-UE u minn istituzzjonijiet pubbliċi oħrajn, jagħmlu parti mill-kategoriji ta' dokumenti sensisttivi. Il-Kumitat INTA huwa konxju mill-ħtieġa li tinżamm il-kunfidenzjalità tad-dokumenti mfasslin mill-Kumitat 133 u jirriżerva d-dritt li jikkontrolla l-pulitika kummerċjali implimentata mill-Kummissjoni u mill-Kunsill fl-interess taċ-ċittadini. | |
Emenda 2 Proposta għal regolament Artikolu 10(1) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-applikant għandu jkollu aċċess għad-dokumenti jew billi jarhom fil-post jew billi jirċievi kopja, inkluż, fejn disponibbli, kopja elettronika, skont il-preferenza tal-applikant. |
1. L-applikant għandu jkollu aċċess għad-dokumenti jew billi jarhom fil-post jew billi jirċievi kopja, inkluż, fejn disponibbli, kopja elettronika, skont il-preferenza tal-applikant. L-applikant iħallas l-ispiża tal-produzzjoni u tal-impustar tal-kopji. Il-ħlas m'għandux jaqbeż l-ispiża reali tal-produzzjoni u l-impustar tal-kopji. L-aċċess għad-dokumenti fuq il-post huwa bla ħlas, kif ukoll meta n-numru ta' kopji ma jabiżx l-20 paġna A4 jew meta jkun aċċess dirett taħt forma elettronika jew mir-reġistru. |
Or. ro | |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Kumitat jixtieq jagħmel proċeduri sempliċi għall-aċċess għad-dokumenti u jelimina referenza espliċita tal-obbligu tiegħu li jqiegħed id-dokumenti għad-dispożizzjoni bi ħlas meta n-numru ta' dokumenti jaqbeż ċertu ammont. Dan il-paragrafu għandu jinżamm għalkemm irid jittejjeb, għaliex iċ-ċittadin għandu dmir iħallas għall-kopji li jitlob, imma huwa normali li jkun jaf b'dan, li jkun jaf il-metodu tal-kalkolu tal-ħlas għall-kopji, kif ukoll li jkun jista' jkollu aċċess għad-dokumenti meta ma jkunx hemm bżonn li jsiru kopji tagħhom. | |
Emenda 3 Proposta għal regolament Artikolu 11(3) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-istituzzjonijiet għandhom mal-ewwel jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jistabbilixxu reġistru li għandu jkun operazzjonali sat-3 Ġunju 2002. |
3. L-istituzzjonijiet għandhom mal-ewwel jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jistabbilixxu reġistru li għandu jkun operazzjonali sa sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament. |
Or. ro | |
Ġustifikazzjoni | |
F'ġieħ il-konsistenza jeħtieġ li tinbidel id-data b'relazzjoni mal-emendar tad-dokument u l-iskadenza ġdida. Din l-iskadenza jeħtieġ li tkun aktar ambizzjuża minn dik ta' qabel. Jeħtieġ li d-dokumenti li għalihom tapplika r-reviżjoni preżenti jkollhom impatt immedjat u tabilħaqq fuq iċ-ċittadini u l-intrapriżi (fejn jirrigwarda skambji u negozjazzjoni). Hekk ukoll jeħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-Unjon jaġixxu bla dewmien sabiex itejbu s-servizzi li jipprovdu u jqiegħdu bla dewmien reġistri għad-dispożizzjoni taċ-ċittadini wara li jkun daħal fis-seħħ ir-regolament il-ġdid. |
PROĊEDURA
Titolu |
L-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0229 – C6-0184/2008 – 2008/0090(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
LIBE |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-sessjoni plenarja |
INTA 23.9.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Rovana Plumb 15.7.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
9.9.2008 |
5.11.2008 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
2.12.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
16 1 1 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Daniel Caspary, Glyn Ford, Béla Glattfelder, Ignasi Guardans Cambó, Syed Kamall, Caroline Lucas, Helmuth Markov, Vural Öger, Georgios Papastamkos, Peter Šťastný, Gianluca Susta, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Iuliu Winkler, Corien Wortmann-Kool |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Bastiaan Belder, Rovana Plumb, Zbigniew Zaleski |
|||||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (30.1.2009)
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (riformulazzjoni)
(COM(2008)0229 – C6‑0184/2008 – 2008/0090(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Monica Frassoni
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Skont l-Artikolu 1(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-istituzzjonijiet tal-Komunità u l-entitajiet għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom kemm jista' jkun b'mod miftuħ u b'mod mill-aktar qrib taċ-ċittadini. It-trasparenza u d-dritt taċ-ċittadini għall-informazzjoni huma rikonoxxuti sew bħala l-aktar mod effiċjenti għan-nefqa sabiex tiġi miġġielda u evitata l-korruzzjoni. Għalhekk sabiex ikun possibbli għaċ-ċittadini li jipparteċipaw effettivament fil-proċess politiku u biex l-awtoritajiet pubbliċi jitqiesu bħala responsabbli direttament, iċ-ċittadini għandu jkollhom l-aċċess l-aktar wiesa' possibbli għal dokumenti li jkunu f'idejn l-istituzzjonijiet Ewropej.
Il-Parlament Ewropew kontinwament fakkar fl-importanza ta’ dan il-prinċipju fundamentali tad-demokrazija, kif jidher fir-Riżoluzzjoni Cashamn. Il-konsultazzjoni dwar ir-reviżjoni tar-regolament uriet li hemm appoġġ kbir mis-soċjetà ċivili għall-appell tal-Parlament Ewropew għall-introduzzjoni ta’ att dwar il-liberta’ ġenwina tal-informazzjoni applikabbli għall-qafas interistituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, bi qbil mad-dritt għal amministrazzjoni tajba kif stipulat fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.
Ir-rapporteur jiddispjaċiha li l-Istituzzjonijiet l-oħra mhumiex qed isegwu l-istess approċċ impenjat. L-emendi preżenti li l-Kummissjoni ressqet għar-Regolament, huma diżappuntanti għaliex bħal f'għadd ta' każijiet oħra, il-proposti tal-Kummissjoni jirrappreżentaw pass lura fl- "stimolu għall-kisba ta' aktar trasparenza". Barra minn hekk, ir-rapporteur tqis l-għażla tal-Kummissjoni li tuża l-proċedura ta’ riformulazzjoni għar-reviżjoni tar-Regolament sfortunata u li ma tikkonformax mal-objettivi tal-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) dwar il-proċedura ta’ riformulazzjoni. Il-proċedura ta' riformulazzjoni mhix adattata għal reviżjoni kumplessa, fejn tibdil f'xi elementi jkollhom implikazzjonijiet għal dispożizzjonijiet oħra fit-test, minħabba li f'termini prattiċi tfisser li l-Parlament irid jagħmel użu estensiv mid-deroga prevista f'IIA.
Ir-rapporteur f’diversi każijiet daħħlet mill-ġdid id-dispożizzjonijiet preżenti tar-Regolament minħabba li huma joffru standard definittivament ogħla ta’ aċċess u trasparenza.
Ir-rapporteur diġà rreferiet il-kwistjoni dwar ir-relazzjoni bejn aċċess għal dokumenti u protezzjoni tad-data bħala waħda mill-iktar kwistjonijiet kontroversjali relatata mal-applikazzjoni tar-Regolament 1049/2001. Il-pożizzjoni komuni tal-Ombudsman Ewropew, tas-Superviżur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u tal-Qorti tal-Prim Istanza (fil-każ tal-Lager tal-Bavarja) hija li l-protezzjoni tad-data ma tistax tintuża biex ikun evitat l-aċċess għal informazzjoni meta aċċess bħal dan ma jirriskjax li jagħmel ħsara lill-privatezza u l-integrità personali ta’ individwu u r-rapporteur fakkret lill-Kummissjoni dwar dik il-pożizzjoni kkonsolidata.
Jekk wieħed jispira ruħu mil-Liberta tal-Informazzjoni Messikana u jekk wieħed iżomm f’moħħu li kawża quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja tista’ tkun alternattiva mhux raġjonevoli għaċ-ċittadini fil-każ li jkun rifjutat li dokument ikun żvelat, ir-rapporteur tissuġġerixxi li l-Ombudsman Ewropew għandu jkollu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet dwar talbiet għal aċċess għal dokumenti b’effett finali fuq l-amministrazzjoni kkonċernata, filwaqt li l-applikanti għandhom iżommu d-dritt li jressqu azzjoni quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza kontra r-rifjut tal-iżvelar tal-informazzjoni.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Amendment 1 Proposal for a regulation Premessa 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Amendment |
(1) Numru ta' bidliet sostanttivi għandhom isiru lir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Dan id-dokument għandu jitfassal mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza |
(1) Numru ta' bidliet sostanttivi għandhom isiru lir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Fl-interessi taċ-ċarezza, dak ir-regolament għandu jkun riformulat; din ir-riformulazzjoni hija teknika leġiżlattiva li għandha tkun applikat skont il-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 dwar użu iktar strutturat tat-teknika ta’ riformulazzjoni għal atti legali1. |
|
______________________________ 1 ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għażla tal-Kummissjoni li tuża l-proċedura ta' riformulazzjoni għar-reviżjoni mhix ideali u mhix konformità mal-objettivi tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar il-proċedura ta' tfassil mill-ġdid, li tipprevedi l-użu ta' din il-proċedura għal kundizzjonijiet pjuttost differenti. Il-proċedura ta' riformulazzjoni mhix adattata għal reviżjoni kumplessa, fejn tibdil f'xi elementi jkollhom implikazzjonijiet għal dispożizzjonijiet oħra fit-test, minħabba li f'termini prattiċi tfisser li l-Parlament irid jagħmel użu estensiv mid-deroga prevista f'IIA. | |
Amendment 2 Proposal for a regulation Premessa 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Amendment |
(3) It-trasparenza tgħin liċ-ċittadin jieħu sehem fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet b'mod aktar mill-qrib, u jiggarantixxi li l-amministrazzjoni tgawdi aktar leġittimità u tkun aktar effettiva u kontabbli liċ-ċittadin f'sistema demokratika. It-trasparenza ssaħħaħ il-prinċipji tad-demokrazija u r-rispett lejn id-drittijiet fundamentali, kif stabbilit fl-Artikolu 6 tat-Trattat tal-UE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
(3) It-trasparenza tgħin liċ-ċittadin jieħu sehem fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet b'mod aktar mill-qrib, u jiggarantixxi li l-amministrazzjoni tgawdi aktar leġittimità u tkun aktar effettiva u responsabbli għaċ-ċittadin f'sistema demokratika. It-trasparenza ssaħħaħ il-prinċipji tad-demokrazija u r-rispett lejn id-drittijiet fundamentali, kif stabbilit fl-Artikolu 6 tat-Trattat tal-UE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Kwalunkwe progress lejn il-ftuħ tal-awtoritajiet amministrattivi għall-iskrutinju pubbliku jistimula l-isforzi kontra l-korruzzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
It-trasparenza u d-dritt taċ-ċittadini għall-informazzjoni huma rikonoxxuti sew bħala l-aktar mod effiċjenti għan-nefqa sabiex tiġi miġġielda u evitata l-korruzzjoni. | |
Amendment 3 Proposal for a regulation Premessa 5 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Amendment |
|
(5a) Din il-konsultazzjoni wriet li hemm appoġġ kbir fi ħdan is-soċjetà ċivili għall-appell tal-Parlament Ewropew dwar l-introduzzjoni, bi qbil mad-dritt għal amministrazzjoni tajba kif stipulat fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, ta’ att dwar il-libertà tal-informazzjoni ġenwina applikabbli għall-qafas interistituzzjonali tal-Unjoni Ewropea. |
Ġustifikazzjoni | |
While the concept of freedom of information is broader than the concept of access to documents it must, first, be noted that, as the Court of Justice has stated (in e.g. Hautal v Council) the content of the right to access to documents is the right to the information contained in documents. The broader concept of freedom of information is also already reflected in Regulation 1367/2006 which implements the Aarhus Convention. Furthermore, citizens' right to good administration must include, as a matter of principle, right to information. This is also clearly laid down in Article 22 of the Code of Good Administrative Behaviour, presented by the European Ombudsman and approved by Parliament. | |
Amendment 4 Proposal for a regulation Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Amendment |
(10) Kwalunkwe data personali inkluża fil-Kuntratt għandha tiġi proċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet Komunitarji u dwar il-moviment ħieles ta' din id-data. |
(10) Kwalunkwe data personali inkluża fil-Kuntratt għandha tiġi proċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet Komunitarji u dwar il-moviment ħieles ta' din id-data . |
|
Sa mill-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja u d-deċiżjonijiet u l-pożizzjonijiet adottati mill-Ombudsman Ewropew u mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, ikkjarifikaw aktar ir-relazzjoni bejn dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 45/2001, bir-riżultat li huwa r-regolament dwar l-aċċess għal dokumenti li għandu jkun applikat għal talbiet għal dokumenti li jinkludu data personali u li l-applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet għar-regoli li jippermettu aċċess għal dokumenti u informazzjoni bl-iskop tal-protezzjoni tad-data, għandha tkun ibbażata fuq il-bżonn li tkun protetta l-privatezza u l-integrità tal-individwu. |
Ġustifikazzjoni | |
The question of the relationship between access to documents and data protection has been one of the most controversial issue relating to the application of Regulation 1049/2001. The cause of this has been, on the one hand, an unfortunate formulation of the exception for data protection which tends to lead to circular arguments concerning the relationship between the regulations mentioned. However, the shared position of the European Ombudsman, the European Data Protection Supervisor and the Curt of First Instance (in the Bavarian Lager case) is that data protection may not be used to prevent access to information when such access would not risk harming the right to privacy and personal integrity of an individual. However, the Commission's proposal does not take this into account. | |
Amendment 5 Proposal for a regulation Premessa 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Amendment |
(11) Regoli ċari għandhom jiġu stabbiliti fir-rigward tal-kxif ta' dokumenti li joriġinaw mill-Istati Membri u ta' dokumenti ta' partijiet terzi li huma parti minn fajls ta' proċeduri ġudizzjarji jew li jkunu nġabru mill-istituzzjonijiet permezz ta' poteri speċifiċi ta' investigazzjoni mogħtija lilhom mill-liġi tal-UE. |
(11) Regoli ċari għandhom jiġu stabbiliti fir-rigward tal-kxif ta' dokumenti li joriġinaw mill-Istati Membri u ta' dokumenti ta' partijiet terzi li huma parti minn fajls ta' proċeduri ġudizzjarji jew li jkunu nġabru mill-istituzzjonijiet permezz ta' poteri speċifiċi ta' investigazzjoni mogħtija lilhom mil-liġi tal-UE. |
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja għamlitha ċara li l-obbligu li jkunu kkonsultati l-Istati Membri rigward talbiet għal aċċess għal dokumenti li joriġinaw minnhom, ma jagħtix lill-Istati Membri d-dritt li jużaw il-veto għal aċċess bħal dan jew li japplikaw il-liġijiet jew id-dispożizzjonijiet nazzjonali u li l-istituzzjoni li quddiemha titressaq it-talba tista' tirrifjuta aċċess biss fuq il-bażi tal-eċċezzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Madanakollu, għad hemm bżonn li jkun ikkjarifikat l-istejtus tad-dokumenti li joriġinaw minn partijiet terzi sabiex ikun żgurat li, b’mod partikolari, informazzjoni relatata mal-proċeduri leġiżlattivi ma tinqasamx iktar mal-partijiet, inklużi l-awtoritajiet amministrattivi ta’ pajjiżi terzi, milli maċ-ċittadini Ewropej li għalihom tapplika l-leġiżlazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
The European Commission, in particular, has interpreted the obligation to consult member states as granting these a right to veto access to documents coming from them. However, this interpretation has been struck down by the Court of Justice in the IFAV case. The Commissions proposal does not, unfortunately, genuinely reflect this jurisprudence and would, if accepted, mean a clear step back from the present legal state of affairs. However, there is still need for clarification of the status of third party documents, in particular, in order to avoid that information relating to legislative dossiers is not shared more broadly with, for instance, foreign administration than with the European citizens concerned and bound by the legislation. | |
Amendment 6 Proposal for a regulation Artikolu 2 – punt 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Amendment |
1. Kull persuna naturali jew legali għandu jkollu d-dritt ta' aċċess għad-dokument tal-istituzzjonijiet, bla ħsara għall-prinċipji, kondizzjonijiet u limiti stipulati f'dan ir-Regolament. |
1. Kull persuna naturali jew legali jew kwalunkwe persuni legali jew naturali assoċjati għandu jkollhom d-dritt ta' aċċess għad-dokument tal-istituzzjonijiet, bla ħsara għall-prinċipji, kondizzjonijiet u limiti stipulati f'dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-referenza qed timmira lejn assoċjazzjonijiet, jiġifieri lejn gruppi taċ-ċittadini. | |
Amendment 7 Proposal for a regulation Artikolu 3 - punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Amendment |
(b) "parti terza" tfisser kull persuna naturali jew legali, jew kull entità barra mill-istituzzjoni involuta, inklużi l-Istati Membri, korpi Komunitarji oħrajn, istituzzjonijiet oħra mhux Komunitarji u korpi u pajjiżi terzi. |
(b) "parti terza" tfisser kull persuna naturali jew legali, jew kull entità barra mill-istituzzjoni involuta, korpi Komunitarji oħrajn, istituzzjonijiet oħra mhux Komunitarji u korpi u pajjiżi terzi. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Istati Membri ma għandhomx ikunu kkunsidrati bħala partijiet terzi fir-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet jew fil-komunikazzjonijiet tagħhom dwar kwistjonijiet relatati mal-qasam tal-attivitajiet tal-Unjoni. | |
Amendment 8 Proposal for a regulation Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Amendment |
|
(ba) il-privatezza u l-integrita' tal-individwu, partikolarment skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunita' dwar il-protezzjoni tad-data personali; |
Ġustifikazzjoni | |
Referenza għal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar data personali hija inkluża. F’dan il-kuntest għandu japplika wkoll, il-paragrafu 3.3 tal-Artikolu 80a tar-Regoli ta’ Proċedura. | |
Amendment 9 Proposal for a regulation Artikolu 5 – punt 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Amendment |
1. Fir-rigward ta' dokumenti ta' partijiet terzi, l-istituzzjoni għandha tikkonsulta mal-parti terza bl-iskop li tagħmel stima dwar jekk tapplika eċċezzjoni li hemm referenza għaliha , fl-Artikolu 4 jekk ikun ċar li d-dokument għandu jew m'għandux jiġi mikxuf. |
1. Fir-rigward ta' dokumenti ta' partijiet terzi, l-istituzzjoni għandha tikkonsulta mal-parti terza bl-iskop li tagħmel stima dwar jekk tapplika eċċezzjoni li hemm referenza għaliha, fl-Artikolu 4 jekk ikun ċar li d-dokument għandu jew m'għandux jiġi mikxuf. Dokumenti provduti lill-istituzzjonijiet bl-iskop li jkun influwenzat it-tfassil tal-politiki, għandhom ikunu ppubblikati. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex tkun garantita t-trasparenza tal-proċess tat-tfassil tal-politiki, dokumenti provduti minn partijiet terzi u li għandhom l-għan li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet politiċi għandhom ikunu ppubblikati. | |
Amendment 10 Proposal for a regulation Artikolu 9 – punt 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Amendment |
7. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom javżaw lill-Parlament Ewropew dwar dokumenti sensittivi skont l-arranġamenti miftiehma bejn l-istituzzjonijiet. |
7. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jiżguraw kontroll adegwat mill-Parlament Ewropew dwar dokumenti sensittivi skont l-arranġamenti miftiehma bejn l-istituzzjonijiet, li għandhom isiru pubbliċi. |
Ġustifikazzjoni | |
L-arranġamenti miftiehma bejn l-istituzzjonijiet rigward dokumenti sensittivi għandhom ikunu ppubblikati. | |
Amendment 11 Proposal for a regulation Artikolu 12 – punt 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Amendment |
4. Kull istituzzjoni għandha tiddefinixxi fir-regoli tal-proċedura tagħha liema kateġoriji oħra ta' dokumenti huma direttament aċċessibli mill-pubbliku. |
4. L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu portal komuni għar-reġistri tad-dokumenti tagħhom, u b'mod partikulari għandhom jiggarantixxu punt ta' aċċess uniku għal aċċess dirett għad-dokumenti li jitfasslu jew jaslu waqt proċeduri għall-adozzjoni ta' atti leġiżlattivi jew mhux leġiżlattivi tal-UE ta' applikazzjoni ġenerali. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 12(4) huwa emendat biex jinkludi r-rakkomandazzjoni 5 tar-Riżoluzzjoni Cashman bil-għan li jitjiebu l-istandards preżenti. |
ANNESS
GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI
|
||
Brussell, 6.11.2008
OPINJONI
GĦALL-ATTENZJONI TA’ IL-PARLAMENT EWROPEW
IL-KUNSILL
IL-KUMMISSJONI
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni COM(2008) 229 finali tat-30.4.2008 - 2008/0090 (COD)
Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru dwar użu iktar strutturat tat-teknika tat-tfassil mill-ġdid ta’ atti legali, u partikolarment il-punt 9 ta' din il-Ftehima, il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv, li hu magħmul mis-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni rispettivament, iltaqa’ fl-20 ta’ Mejju 2008 u fl-4 ta’ Ġunju biex jeżaminaw il-proposta msemmija hawn fuq ippreżentata mill-Kummissjoni.
F’dawk il-laqgħat[1], il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv eżamina l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tfassal mill-ġdid ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, u bi qbil komuni stabbilixxa dan li ġej.
1) Fl-Artikolu 7(1), ir-referenza għal "paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu" għandha tiġi adattata għal "paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu".
2) Fl-Artikolu 9(1), ir-referenza għal "mill-Artikolu 4(1)(a)" għandha tiġi adattata għal "mill-Artikolu 4(1)".
3) Fl-Artikolu 12(1), iż-żieda ta’ dan li ġej "Atti leġiżlattivi jew nonleġiżlattivi tal-UE ta’ applikazzjoni ġenerali għandhom" kellu jiġi identifikat permezz tal-użu ta’ shading griż li normalment jintuża għal tibdil sostanzjali.
4) Fl-Artikolu 12(2), iż-żieda tal-kliem finali "f’forma elettronika" kellha tiġi identifikata permezz tal-użu ta’ shading griż li normalment jintuża biex jiġi identifikat tibdil sostanzjali.
Konsegwentament, l-eżami tal-proposta ppermettiet lill-Grupp Konsultattiv ta' Ħidma li jikkonkludi, bi qbil, li l-proposta ma tinkludi l-ebda emenda sostanzjali barra minn dawk li ġew identifikati bħala tali fiha stess jew f’din l-opinjoni. Il-Grupp ta’ Ħidma kkonkluda wkoll, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux mill-att ta’ qabel b’dawk l-emendi sostanzjali, li l-proposta għandha kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti, bla ebda bidla fis-sustanza tagħha.
C. PENNERA J.-C. PIRIS C.-F.DURAND
Ġuriskonsult Ġuriskonsult Aġent Direttur Ġenerali
PROĊEDURA
Titolu |
L-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0229 – C6-0184/2008 – 2008/0090(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
LIBE |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 22.5.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Monica Frassoni 25.6.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-Kumitat |
15.12.2008 |
|
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
20.1.2009 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
15 2 4 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Carlo Casini, Bert Doorn, Monica Frassoni, Giuseppe Gargani, Neena Gill, Klaus-Heiner Lehne, Katalin Lévai, Antonio López-Istúriz White, Manuel Medina Ortega, Hartmut Nassauer, Aloyzas Sakalas, Eva-Riitta Siitonen, Francesco Enrico Speroni, Diana Wallis, Rainer Wieland, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Brian Crowley, Eva Lichtenberger, József Szájer, Jacques Toubon |
|||||||
- [1] Il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv kellu għad-dispożizzjoni tiegħu il-verżjoni Ingliża, Franċiża u Ġermaniża tal-proposta u ħadem abbażi tal-verżjoni Ingliża, peress li hija l-verżjoni oriġinali tat-test li qed jiġi diskuss.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (22.1.2009)
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (tfassil mill-ġdid)
(COM(2008)0229 – C6‑0184/2008 – 2008/0090(COD))
Rapporteur għal opinjoni: David Hammerstein
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Skont l-Artikolu 1(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam fl-1997) l-istituzzjonijiet tal-Komunità u l-entitajiet għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom kemm jista' jkun b'mod miftuħ u b'mod mill-aktar qrib possibbli taċ-ċittadini. Għalhekk sabiex ikun possibbli għalihom li jipparteċipaw effettivament fil-proċess politiku u l-awtoritajiet pubbliċi jitqiesu bħala responsabbli direttament, iċ-ċittadini u l-entitajiet eletti għandu jkollhom l-aċċess l-aktar wiesa' possibbli għal dokumenti li jkunu f'idejn l-istituzzjonijiet Ewropej.
Għalkemm l-istituzzjonijiet Ewropej ilhom jagħmlu progress fir-rigward tal-ftuħ u t-trasparenza il-qagħda bl-ebda mod ma hija perfetta u t-tfassil mill-ġdid preżenti tar-Regolament 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku tad-dokumenti f'idejn l-istituzzjonijiet Ewropej għandu jitqies bħala pass ieħor lejn il-kisba ta' ambjent amministrattiv li fih id-disponibilità u l-faċilità ta' aċċess għall-informazzjoni tkun in-norma aktar milli l-eċċezzjoni.
Madankollu, l-emendi preżenti li l-Kummissjoni ressqet għar-Regolament, huma diżappuntanti għaliex bħal f'għadd ta' każijiet oħra l-proposti tal-Kummissjoni rrappreżentaw pass lura aktar milli pass kuraġġuż 'il quddiem bħala "stimolu għall-kisba ta' aktar trasparenza". Ir-rapporteur iħoss li l-integrazzjoni u l-konsolidazzjoni reali fir-Regolament tal-każistika akkumulata u testi rilevanti oħra, bħall-Konvenzjoni ta' Aarhus, suppost diġà wasslu għal strateġija differenti fir-rigward tar-reviżjoni.
Apparti dan, ir-rapporteur iqis li l-għażla tal-Kummissjoni li tuża l-proċedura ta' tfassil mill-ġdid għar-reviżjoni mhijiex ideali u mhux f'konformità mal-objettivi tal-ftehima interistituzzjonali dwar il-proċedura ta' tfassil mill-ġdid, li tipprevedi l-użu ta' din il-proċedura għal kundizzjonijiet pjuttost differenti. Minħabba li l-proċedura tillimita a priori l-possibilitajiet tal-Parlament li jemenda l-proposta għall-elementi tal-emendi mill-Kummissjoni biss, l-użu tagħha għandu jkun ivvalutat sew. Il-proċedura ta' tfassil mill-ġdid mhix adattata għal reviżjoni kumplessa, fejn tibdil f'xi elementi jkollhom implikazzjonijiet għal dispożizzjonijiet oħra fit-test, minħabba li f'termini prattiċi tfisser li l-Parlament irid jagħmel użu estensiv mid-deroga prevista f'IIA.
L-aktar pass ewlieni lura huwa d-definizzjoni riformulata tal-Kummissjoni (Artikolu 3) għal "dokument", il-kunċett li jinsab fil-qalba stess tar-Regolament. Ir-rapporteur huwa tal-opinjoni li minflok tidjieq id-definizzjoni, kif tipproponi filfatt il-Kummissjoni, id-definizzjoni għandha titwessa' biex tinkludi l-kontenut kollu, irrispettivament mill-mezz tiegħu jew mill-fażi tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, rigward kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan l-ambitu ta' responsabilità tal-istituzzjonijiet.
Il-Kumitat dwar il-petizzjonijiet huwa sensibbli għall-polz tal-Unjoni fir-rigward tal-fallimenti u n-nuqqasijiet fl-applikazzjoni tal-liġi, il-politiki u l-programmi tal-Komunità u jkompli jinnota li ċ-ċittadini huma konxji ħafna minn dawn in-nuqqasijiet, għaliex jolqtuhom direttament u għaliex għandhom interess dirett li jintemm il-ksur u/jew ifittxu kumpens.
Għaċ-ċittadini huwa ta' importanza partikulari li pereżempju fil-każ ta' proċeduri ta' ksur, li ta' spiss jirriżultaw minn petizzjonijiet taċ-ċittadini, ikun ipprovdut aċċess totali għad-dokumenti kollha fl-istadji kollha tal-investigazzjonijiet matul dawn il-proċeduri. Dan jinkludi dokumenti pprovduti mill-Istati Membri. Għalhekk ir-rapporteur jiġbed l-attenzjoni li l-proposta tal-Kummissjoni li jingħata d-dritt lill-Istati Membri li jirrifjutaw l-aċċess għad-dokumenti (Artikolu 5) abbażi tal-leġiżlazzjoni tagħhom stess tmur kontra l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u mhijiex aċċettabbli. Ebda eċċezzjonijiet oħra għajr dawk stabbiliti fl-Artikolu 4 ("Eċċezzjonijiet") ma għandhom japplikaw għad-drittijiet ta' aċċess għad-dokumenti taċ-ċittadini. Fir-rigward tal-Artikolu 9 ("Dokumenti sensittivi") huwa importanti li l-istituzzjonijiet jistabbilixxu dawn ir-regoli komuni għall-klassifikazzjoni ta' dawn id-dokumenti u li l-istess regoli għandhom ikunu pubbliċi.
Ir-rapporteur iqis ukoll li jkun utli li fir-Regolament ikun integrat is-suġġeriment tal-Ombudsman Ewropew li jaġixxi bħala intermedjarju oġġettiv f'każijiet fejn l-aċċess għal dokument ikun irrifjutat totalment jew parzjalment minn istituzzjoni u l-applikant jistaqsi dwar il-ħsara reali lill-interess milqut u/jew jargumenta li jkun hemm interess pubbliku kbir għall-kxif. F'dawn il-każijiet l-Ombudsman jista' jinvestiga d-dokument, ikollu opinjoni indipendenti dwar il-kwistjoni ta' ħsara u/jew ta' interess pubbliku kbir u - mingħajr ma jikxef id-dokument - jagħti l-opinjoni tiegħu lill-istituzzjoni u lill-applikant. Jekk wara li l-Ombudsman ikun ġie kkonsultat jinżamm ir-rifjut, l-applikant jista' jressaq applikazzjoni konfermatorja jekk hu jew hi hekk j/tixtieq.
Din il-proċedura bl-ebda mod ma tnaqqas id-drittijiet tal-applikant skont ir-Regolament iżda toffri għajnuna u gwida prattika lill-istituzzjoni, li tista' tqis li hi taħt obbligu legali li tirrifjuta l-aċċess, u żżid il-fiduċja tal-applikant li, meta applikazzjoni tkun miċħuda, il-probabilità ta' ħsara tkun reali u l-possibilità ta' interess pubbliku kbir fil-kxif ikun ġie eżaminat b'mod serju u b'mod objettiv. Vantaġġ ieħor ta' din il-proċedura huwa dak li l-każijiet ta' rifjut minn istituzzjonijiet differenti mressqa quddiem l-Ombudsman għandhom jiġu indirizzati b'mod koerenti u ġust.
Ir-rapporteur huwa tal-opinjoni li huwa diffiċli li wieħed jimmaġina li l-Inizjattiva ta' Trasparenza Ewropea tirnexxi jekk l-applikanti ma jirnexxilhomx isibu u jiksbu faċilment l-informazzjoni li jridu. Għalhekk, fil-kuntest ta' dan ir-Regolament l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li d-dokumenti jkunu pprovduti permezz ta' portal komuni għar-reġistri tad-dokumenti tagħhom, u għandhom jipprovdu punt waħdieni ta' aċċess.
Meta jkunu pprovduti elettronikament, id-dokumenti għandhom ikunu f'format konformi mal-Open Standards. L-istimolu għat-trasparenza żgur li jfalli jekk iċ-ċittadini jkunu obbligati jagħmlu użu minn softwer speċifiku u speċjalizzat li jkun kompatibbli mal-ambjent tal-Informatika tal-istituzzjonijiet. Ir-rapporteur daħħal emendi (Artikolu 10 u 11) li jinkludu skadenza għall-istituzzjonijiet biex jiżguraw li d-dokumenti jkunu pprovduti f'format konformi mal-Open Standards u biex jiżguraw li l-ambjenti tal-Informatika tal-istituzzjonijiet ma joħolqux ostakli għall-aċċess pubbliku tad-dokumenti.
Bil-għan li jkun żgurat l-iskrutinju parlamentari r-rapporteur jenfasizza li l-Parlament għandu jkollu kontroll adegwat fir-rigward ta' dokumenti sensittivi. Ftehimiet bilaterali ma' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali m'għandhomx jipprojbixxu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni milli jaqsmu informazzjoni mal-Parlament Ewropew. F'dan il-kuntest huwa importanti li l-iskadenzi jkunu stabbiliti għall-adattazzjoni tar-regoli ta' proċedura tal-istituzzjonijiet u li l-Kummissjoni tivverifika l-konformità ta' dawn ir-regoli mar-Regolament rivedut. Apparti dan, kif kien il-każ bir-Regolament preżenti, il-Kummissjoni għandha tkun mitluba li tipprovdi rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament rivedut u tressaq rakkomandazzjonijiet għat-titjib, fejn meħtieġ.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) It-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 1 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jħaddan fih il-kunċett ta' trasparenza, billi jgħid li t-Trattat huwa stadju ġdid fil-proċess tal-ħluq ta' għaqda dejjem eqreb fost il-popli tal-Ewropa, fejn id-deċiżjonijiet jittieħdu bl-aktar mod miftuħ, u l-eqreb liċ-ċittadin, possibbli. |
(2) It-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 1 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jħaddan fih il-kunċett ta' trasparenza, billi jgħid li t-Trattat huwa stadju ġdid fil-proċess tal-ħluq ta' għaqda dejjem eqreb fost il-popli tal-Ewropa, fejn id-deċiżjonijiet jittieħdu bl-aktar mod miftuħ, u l-eqreb possibbli taċ-ċittadin. Dan huwa kkonfermat fl-Artikolu 42 tal-Karta għad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fid-Dikjarazzjoni Nru 17 mehmuża mat-trattat ta' Maastricht u mad-Dikjarazzjoni ta' Laeken, li rabtu t-trasparenza mtejba tal-proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet mat-titjib fl-aċċess pubbliku għall-informazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 255 tat-Trattat tal-KE, li jkompli jikkonferma n-natura demokratika tal-istituzzjonijiet mal-kunfidenza tal-pubbliku fl-amministrazzjoni. Riżorsi adegwati għandhom ikunu disponibbli sabiex jitwettaq fil-prattika l-prinċipju ta' trasparenza, b'hekk tinkiseb aktar leġittimità, effettività u responsabilità diretta lejn iċ-ċittadini, kif ukoll jissaħħu l-prinċipji ta' demokrazija u rispett għad-drittijiet fundamentali. |
Ġustifikazzjoni | |
L-immaniġġjar tal-informazzjoni u d-dokumenti, l-amministrazzjoni tad-dritt tal-aċċess pubbliku u l-komunikazzjoni maċ-ċittadini huma attivitajiet li jserrħu primarjament fuq ir-riżorsi. Il-dispożizzjoni ta' miżuri adegwati għal dawn l-għanijiet għandhom jitqiesu bħala investiment meħtieġ biex tkun żgurata l-effiċjenza, l-effettività u t-trasparenza tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni. | |
Emenda 2 Proposta għal regolament Artikolu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-għan ta' dan ir-Regolament huwa: |
L-għan ta' dan ir-Regolament huwa: |
(a) li jfisser il-prinċipji, kondizzjonijiet u limiti minħabba raġunijiet ta' interess pubbliku jew privat, li jirregolaw l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-istituzzjonijiet") previsti fl-Artikolu 255 tat-Trattat tal-KE sabiex tagħti lill-pubbliku l-akbar aċċess possibbli għal dokumenti bħal dawn |
(a) li jfisser il-prinċipji, kondizzjonijiet u limiti minħabba raġunijiet ta' interess pubbliku jew privat, li jirregolaw l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-istituzzjonijiet") previsti fl-Artikolu 255 tat-Trattat tal-KE sabiex jiżgura li l-pubbliku jingħata l-akbar aċċess possibbli għal dokumenti bħal dawn; |
(b) li jistabbilixxi regoli li jiżguraw l-akbar faċilità fl-eżerċizzju ta' dan id-dritt; |
(b) li jistabbilixxi regoli li jiżguraw l-akbar faċilità fl-eżerċizzju ta' dan id-dritt; |
(c) li jimmpromwovi prattika amministrattiva tajba fl-aċċess għad-dokumenti. |
(c) li jiżgura prattika amministrattiva tajba fl-aċċess għad-dokumenti. |
Ġustifikazzjoni | |
L-istituzzjonijiet għandhom l-obbligu li jiżguraw il-ftuħ u t-trasparenza kif ukoll prattika amministrattiva tajba. | |
Emenda 3 Proposta għal regolament Artikolu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Kull persuna naturali jew legali għandu jkollu d-dritt ta' aċċess għad-dokument tal-istituzzjonijiet, bla ħsara għall-prinċipji, kondizzjonijiet u limiti stipulati f'dan ir-Regolament. |
1. Kull persuna naturali jew legali għandu jkollu d-dritt ta' aċċess għad-dokument tal-istituzzjonijiet, bla ħsara għall-prinċipji, kondizzjonijiet u limiti stipulati f'dan ir-Regolament. |
2. Dan ir-Regolament se japplika għad dokumenti kollha miżmumin minn istituzzjoni, jiġifieri , dokumenti miktuba minnha jew li rċiviet u fil-pussess tagħha, li jikkonċernaw kwistjoni relatata mal-politiki, l-attivitajiet u d-deċiżjonijiet li jaqgħu fl-isfera ta' responsabilità , f'kull qasam ta' attività tal-Unjoni Ewropea. |
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għad dokumenti kollha miżmumin minn istituzzjoni, jiġifieri, dokumenti miktuba minnha jew li rċiviet u fil-pussess tagħha, li jikkonċernaw kwistjoni relatata mal-politiki, l-investigazzjonijiet u d-deċiżjonijiet li jaqgħu fl-isfera ta' responsabilità u kompetenza diretta jew indiretta f'kull qasam ta' attività tal-Unjoni Ewropea. |
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4 u 9, dokumenti għandhom isiru aċċessibbli għall-pubbliku jew wara applikazzjoni bil-miktub jew direttament f'forma elettronika jew permezz ta' reġistru. B'mod partikolari, dokumenti miktuba jew irċevuti waqt proċedura leġiżlattiva għandhom isiru direttament aċċessibbli skont l-Artikolu 12. |
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4 u 9, id-dokumenti għandhom isiru aċċessibbli għall-pubbliku jew wara applikazzjoni bil-miktub jew direttament f'forma elettronika jew permezz ta' reġistru. B'mod partikolari, dokumenti miktuba jew irċevuti waqt proċedura leġiżlattiva għandhom isiru direttament aċċessibbli skont l-Artikolu 12. Il-formoli varji tal-applikazzjoni għandhom ikunu identiċi għall-entitajiet kollha koperti minn dan ir-Regolament u għandhom ikunu tradotti sew fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. |
4. Dokumenti sensittivi mfissra fl-Artikolu 9(1) għandhom ikunu soġġetti għal trattament speċjali skont dak l-Artikolu. |
4. Dokumenti sensittivi mfissra fl-Artikolu 9(1) għandhom ikunu soġġetti għal trattament speċjali skont dan l-Artikolu. |
5. Dan ir-Regolament ma japplikax għal dokumenti sottomessi lill-Qrati minn partijiet oħra barra l-istituzzjonijiet |
5. Dan ir-Regolament ma japplikax għal dokumenti sottomessi lill-Qrati minn partijiet oħra barra l-istituzzjonijiet |
6. Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet speċifiċi tal-aċċess għal partijiet interessati stabbiliti mil-liġi tal-EU, id-dokumenti li jifformaw parti mill-fajl amministrattiv ta' investigazzjoni jew tal-proċeduri li jikkonċernaw att ta' ambitu individwali m'humiex se jkunu aċċessibbli mill-pubbliku sakemm l-investigazzjoni tkun ingħalqet jew l-att ikun sar definittiv. Dokumenti li fihom informazzjoni miġbura jew meħuda minn xi istituzzjoni fil-qafas ta' investigazzjonijiet bħal dawn m'humiex se jkunu aċċessibbli mill-pubbliku. |
6. Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet speċifiċi tal-aċċess għal partijiet interessati stabbiliti mil-liġi tal-EU, id-dokumenti li jifformaw parti mill-fajl amministrattiv ta' investigazzjoni jew tal-proċeduri li jikkonċernaw att ta' ambitu individwali m'humiex se jkunu aċċessibbli mill-pubbliku sakemm l-investigazzjoni tkun ingħalqet jew l-att ikun sar definittiv. Dokumenti li fihom informazzjoni miġbura jew meħuda minn xi istituzzjoni fil-qafas ta' investigazzjonijiet bħal dawn m'humiex se jkunu aċċessibbli mill-pubbliku. Dokumenti li fihom informazzjoni miġbura jew meħuda minn xi istituzzjoni fil-qafas ta' investigazzjonijiet bħal dawn m'humiex se jkunu aċċessibbli mill-pubbliku. |
7. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' aċċess pubbliku għad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet forsi minħabba strumenti ta' liġi internazzjonali jew atti tal-istituzzjonijiet li qed jimplementawhom. |
7. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' aċċess pubbliku aktar mifrux għad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet forsi minħabba strumenti ta' liġi internazzjonali jew atti tal-istituzzjonijiet li qed jimplementawhom. |
Ġustifikazzjoni | |
Fir-rigward tad-drittijiet ta' aċċess li jirriżultaw minn strumenti ta' liġi internazzjonali bħall-Konvenzjoni ta' Aarhus u atti li jimplimentawhom, bl-inserzjoni ta' "mifrux" fil-paragrafu 7 ebda bidla legali ma hija mfittxija, iżda biss titjib taċ-ċarezza tat-test. | |
Emenda 4 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt (e) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) l-ambjent, bhal siti għat-tgħammir ta' speċi rari |
imħassra |
Emenda 5 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Aċċess għad-dokumenti li ġejjin , għandu jiġi rifjutat jekk l-iżvelar tad-dokumenti serjament idgħajjef il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet . |
3. Aċċess għad-dokumenti li ġejjin , għandu jiġi rifjutat jekk l-iżvelar tad-dokumenti serjament idgħajjef il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet . |
(a) id-dokumenti relatati mal-materja fejn id-deċiżjoni tkun għada ma tteħditx; |
(a) id-dokumenti relatati mal-materja fejn id-deċiżjoni tkun għadha ma tteħditx u r-regoli tat-trasparenza jkunu mħarsa; |
(b) dokumenti li fihom opinjonijiet għall-użu intern bħala parti minn deliberazzjoni u konsultazzjonijiet preliminarji fl-istituzzjoni kkoncernat |
(b) dokumenti li fihom opinjonijiet għall-użu intern bħala parti minn deliberazzjoni u konsultazzjonijiet preliminarji fl-istituzzjonijiet ikkoncernati anke wara li d-deċiżjoni tkun ittieħdet u fi żmien raġonevoli. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 4 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. Id-dokumenti li l-kxif tagħhom iwassal għal riskju għall-valuri tal-ħarsien ambjentali, bhal siti għat-tgħammir ta' speċi rari, għandhom jinkixfu biss b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-teħid tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali għall-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji1. |
|
______________________________ 1 ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13. |
Ġustifikazzjoni | |
Artikolu 4a (ġdid) huwa maħluq sabiex iqis bis-sħiħ il-Konvenzjoni ta' Aarhus u l-prinċipji espressi fis-sentenza Turco (C-39/05 P u C-52/05). | |
Emenda 7 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom javżaw lill-Parlament Ewropew dwar dokumenti sensittivi skont l-arranġamenti miftiehma bejn l-istituzzjonijiet. |
7. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jiżguraw kontroll adegwat mill-Parlament Ewropew dwar dokumenti sensittivi skont l-arranġamenti miftiehma bejn l-istituzzjonijiet, li għandhom isiru pubbliċi. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-rakkomandazzjoni 3 tar-riżoluzzjoni Cashman tistqarr li, fil-kuntest tal-iskrutinju parlamentari, ir-regolament għandu jiżgura kontroll adegwat mill-Parlament Ewropew fir-rigward ta' dokumenti sensittivi. | |
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Id-dokumenti għandhom jiġu forniti f'verżjoni u format eżistenti (inklużi dawk elettroniċi jew f'format alternattiva bħal Braille, tipa kbira jew tejp) b'kull kunsiderazzjoni tal-preferenza tal-applikant. |
3. Id-dokumenti għandhom jiġu forniti f'verżjoni u format eżistenti (inklużi dawk elettroniċi jew f'format alternattiv bħal Braille, tipa kbira jew tejp u f'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-UE) b'kull kunsiderazzjoni tal-preferenza tal-applikant u f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-aċċess għad-dokumenti ma għandux ikun limitat minn kwalunkwe software jew sistema operattiva użata fl-ambjent tal-IT tal-istituzzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
L-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-opportunità offruta mir-reviżjoni tar-Regolament biex jintroduċi l-Istandards Miftuħa. Mill-prinċipji bażiċi tar-Regolament u l-bażi legali tiegħu jsegwi li l-aċċess għad-dokumenti ma għandux ikun limitat b'software jew b'sistema operattiva użata f'istituzzjoni. | |
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Fejn possibbli, dokumenti oħra, partikolarment dokumenti dwar l-iżvilupp ta' politika jew strateġija, se ikunu direttament aċċessibbli f'forma elettronika . |
2. B'mod partikolari dokumenti mfassla jew irċevuti waqt proċeduri għall-adozzjoni ta' atti leġiżlattivi jew atti mhux leġiżlattivi tal-UE ta' applikazzjoni ġenerali għandhom skont l-Artikoli 4 u 9, ikunu direttament aċċessibbli mill-pubbliku. |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-ġustifikazzjoni għall-emenda dwar l-Artikolu 12, paragrafu 4. | |
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 12 - paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Kull istituzzjoni għandha tiddefinixxi fir-regoli tal-proċedura tagħha liema kateġoriji oħra ta' dokumenti huma direttament aċċessibli mill-pubbliku. |
4. L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu interface komuni għar-reġistri tad-dokumenti tagħhom, u b'mod partikulari għandhom jiggarantixxu punt ta' aċċess uniku għal aċċess dirett għad-dokumenti li jitfasslu jew jaslu waqt proċeduri għall-adozzjoni ta' atti leġiżlattivi jew atti mhux leġiżlattivi tal-UE ta' applikazzjoni ġenerali. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikoli 12(2) u (4) huma emendati biex jinkludu r-rakkomandazzjoni 2 u 5 tar-riżoluzzjoni Cashman bil-għan li jitjiebu l-istandards preżenti. | |
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 13 - paragrafu 2 - punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) inizjattivi preżentati lill-Kunsill minn Stat Membru skont l-Artikolu 67(1) tat-Trattat tal-KE jew skont l-Artikolu 34(2) tat-Trattat tal-UE; |
(a) inizjattivi preżentati lill-Kunsill minn Stat Membru skont l-Artikolu 34(2) tat-Trattat tal-UE; |
Ġustifikazzjoni | |
Inizjattivi mressqa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 67(1) tat-Trattat tal-KE ma għadhomx possibbli. | |
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 17 paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Sa mhux aktar tard mill-..., il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipji ta' dan ir-Regolament u għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet, li jinkludu, jekk ikunu xierqa, proposti għar-reviżjoni ta' dan ir-Regolament li meħtieġa minħabba bidliet fis-sitwazzjoni kurrenti u programm ta' azzjoni ta' miżuri li għandhom jittieħdu mill-istituzzjonijiet. |
Ġustifikazzjoni | |
Kif kien il-każ bir-Regolament preżenti għandu jitressaq rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament li fih rakkomandazzjonijiet u proposti għal titjib, fejn meħtieġ, għandhom jitwettqu. L-esklużjoni ta' dispożizzjoni tfisser de facto emenda għar-Regolament. |
PROĊEDURA
Titolu |
Aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0229 – C6-0184/2008 – 2008/0090(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
LIBE |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
PETI 4.9.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
David Hammerstein 15.7.2008 |
|
|
|||||
Data tal-adozzjoni |
19.1.2009 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
20 0 1 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Sir Robert Atkins, Margrete Auken, Inés Ayala Sender, Victor Boştinaru, Simon Busuttil, Alexandra Dobolyi, Glyn Ford, Cristina Gutiérrez-Cortines, David Hammerstein, Marian Harkin, Carlos José Iturgaiz Angulo, Marcin Libicki, Miguel Angel Martínez Martínez, Manolis Mavrommatis, Mairead McGuinness, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Nicolae Vlad Popa, Kathy Sinnott |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Carlos Carnero González, Marie-Hélène Descamps, Henrik Lax |
|||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0229 – C6-0184/2008 – 2008/0090(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
30.4.2008 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 22.5.2008 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 23.9.2008 |
JURI 22.5.2008 |
AFCO 22.5.2008 |
PETI 4.9.2008 |
||||
Kumitat(i) assoċjat(i) Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFCO 20.11.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Michael Cashman 28.5.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
7.10.2008 |
5.11.2008 |
20.1.2009 |
29.1.2009 |
||||
|
10.2.2009 |
17.2.2009 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
17.2.2009 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
26 5 15 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Alexander Alvaro, Emine Bozkurt, Philip Bradbourn, Mihael Brejc, Kathalijne Maria Buitenweg, Michael Cashman, Carlos Coelho, Esther De Lange, Panayiotis Demetriou, Gérard Deprez, Armando França, Urszula Gacek, Roland Gewalt, Jeanine Hennis-Plasschaert, Magda Kósáné Kovács, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Stavros Lambrinidis, Roselyne Lefrançois, Baroness Sarah Ludford, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Maria Grazia Pagano, Martine Roure, Inger Segelström, Csaba Sógor, Ioannis Varvitsiotis, Manfred Weber, Tatjana Ždanoka |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Edit Bauer, Simon Busuttil, Marco Cappato, Charlotte Cederschiöld, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Metin Kazak, Jean Lambert, Marian-Jean Marinescu, Antonio Masip Hidalgo, Bill Newton Dunn, Hubert Pirker, Nicolae Vlad Popa, Eva-Britt Svensson, Charles Tannock |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Costas Botopoulos, Luis de Grandes Pascual, Anneli Jäätteenmäki, Jelko Kacin |
|||||||
Data tat-tressiq |
19.2.2009 |
|||||||