RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni u r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) biex tiġi stabbilita distribuzzjoni tal-ikel għall-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità
23.2.2009 - (COM(2008)0563 – C6‑0353/2008 – 2008/0183(CNS)) - *
Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Czesław Adam Siekierski
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni u r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) biex tiġi stabbilita distribuzzjoni tal-ikel għall-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità
(COM(2008)0563 – C6‑0353/2008 – 2008/0183(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0563),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema Artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0353/2008),
– wara li kkunsidra r-Regola 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0091/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal regolament - att li jemenda Premessa 1 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3730/87 tal-10 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-forniment provvista ta' ikel minn stokkijiet ta' tal-intervent għall-organizzazzjonijiet magħżula indikati għad-distribuzzjoni lil l-persuni l-aktar li huma l-iżjed fil-bżonn fil-Komunità, sussegwentement imħassra u integrata fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, ipprovda sors affidabbli ta’ ikel għad-distribuzzjoni lill-persuni l-aktar fil-bżonn tal-Komunità għal aktar minn għoxrin sena. |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3730/87 tal-10 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-forniment ta' ikel minn stokkijiet ta' intervent għall-organizzazzjonijiet magħżula indikati għad-distribuzzjoni lill-persuni li l-aktar huma fil-bżonn fil-Komunità, sussegwentement imħassar u integrat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, ipprovda sors affidabbli ta’ ikel għad-distribuzzjoni lill-persuni l-aktar fil-bżonn tal-Komunità għal aktar minn għoxrin sena u kkontribwixxa b'mod pożittiv għall-koeżjoni tar-reġjuni tal-UE billi naqqas id-differenzi ekonomiċi u soċjali bejn ir-reġjuni li għandhom livelli differenti ta' żvilupp. | |||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament– att li jemenda Premessa 2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(2) L-għanijiet tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) preskritti fl-Artikolu 33(1) tat-Trattat jinkludu l-istabilizzazzjoni tas-swieq kif ukoll l-assigurazzjoni li l-provvisti jilħqu lill-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli. Matul is-snin il-pjanijiet għad-distribuzzjoni tal-ikel implimentati taħt l-iskema għenu biex jintlaħqu sew iż-żewġ għanijiet u bit-tnaqqis tal-insigurtà tal-ikel għal persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità, urew li huma għodda essenzjali li tikkontribwixxi biex tiggarantixxi d-disponibbiltà vasta tal-ikel fi ħdan il-Komunità filwaqt li jitnaqqsu l-istokkijiet ta' intervent. |
(2) L-għanijiet tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) preskritti fl-Artikolu 33(1) tat-Trattat jinkludu l-istabilizzazzjoni tas-swieq kif ukoll l-assigurazzjoni li l-provvisti jilħqu lill-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli. Matul is-snin il-pjanijiet għad-distribuzzjoni tal-ikel implimentati taħt l-iskema għenu biex jintlaħqu sew iż-żewġ għanijiet u bit-tnaqqis tal-insigurtà tal-ikel għal persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità, urew li huma għodda essenzjali li tikkontribwixxi biex tiggarantixxi d-disponibbiltà vasta tal-ikel fi ħdan il-Komunità filwaqt li jitnaqqsu l-istokkijiet ta' intervent. L-iskema Ewropea l-ġdida għal għajnuna ta' ikel għal dawk l-aktar fil-bżonn għandha tkompli tiggarantixxi l-għanijiet tal-CAP u tgħin fil-kisba tal-għanijiet ta' koeżjoni billi tiżgura żvilupp sostenibbli bilanċjat, armonjuż u sostenibbli għar-reġjuni kollha. | |||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament– att li jemenda Premessa 5 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(5) L-iskema preżenti ta’ distribuzzjoni tal-ikel tiddependi mid-distribuzzjoni tal-prodotti mill-istokkijiet Komunitarji ta’ intervent, fuq bażi temporanja, tax-xiri mis-swieq. Madankollu, riformi waħda wara l-oħra tal-CAP u żviluppi favorevoli tal-prezzijiet tal-produttur irriżultaw fi tnaqqis progressiv tal-istokkijiet ta’ intervent, kif ukoll tal-medda ta’ prodotti disponibbli. Konsegwentament, ix-xiri mis-suq għandu wkoll ikunu sors permanenti ta’ provvista għall-iskema biex jiġu kkumplimentati l-istokkijiet ta’ intervent, fejn stokkijiet ta’ intervent xierqa ma jkunux disponibbli. |
(5) L-iskema preżenti ta’ distribuzzjoni tal-ikel tiddependi mid-distribuzzjoni tal-prodotti mill-istokkijiet Komunitarji ta’ intervent, fuq bażi temporanja, tax-xiri mis-swieq. Madankollu, it-tensjonijiet dejjem jikbru fis-suq dinji tal-materja prima agrikola, it-tneħħija progressiva tal-għodod ta’ gwida għall-produzzjoni u l-ħażna applikata fir-riformi suċċessivi tal-CAP naqqsu l-awtonomija tal-ikel tal-Unjoni fil-kwantità u fil-varjetà tal-prodotti disponibbli kif ukoll il-kapaċità tagħha li tissodisfa l-bżonnijiet tal-ikel ta’ dawk l-aktar batuti jew li tirripsondi għal kwalunkwe kriżi tal-ikel jew ta' spekulazzjoni internazzjonali . Madankollu, awtorità pubblika ma tistax twaqqaf, mil-lum għal għada, progamm diġà mibdi. . Konsegwentament, ix-xiri mis-suq għandu wkoll ikunu sors permanenti ta’ provvista għall-iskema biex jiġu kkumplimentati l-istokkijiet ta’ intervent, fejn stokkijiet ta’ intervent xierqa ma jkunux disponibbli. Ix-xiri fis-suq għandu jseħħ b’mod kompetittiv, filwaqt li jinkoraġġixxi x-xiri ta' prodotti li joriġinaw fil-Komunità. | |||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament– att li jemenda Premessa 6 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(6) L-iskema Komunitarja ma tikkostitwixix l-unika risposta għall-bżonnijiet dejjem jikbru għall-għajnuna tal-ikel fil-Komunità. Il-politiki nazzjonali implimentati mill-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-mobilizzazzjoni tas-soċjetà ċivili huma ugwalment neċessarji biex jipprovdu is-sigurtà tal-ikel għal dawk l-aktar fil-bżonn. Skema Komunitarja b’element koeżiv qawwi tista’, madankollu, isservi bħala mudell għad-distribuzzjoni tal-ikel għal dawk l-aktar fil-bżonn, tgħin biex jinħolqu sinerġiji u tħeġġeġ inizjattivi pubbliċi u privati maħsuba biex iżidu s-sigurtà tal-ikel ta’ dawk l-aktar fil-bżonn. Aktar minn hekk, minħabba l-firxa ġeografika tal-istokkijiet ta’ intervent anqas disponibbli fl-Istati Membri, hija għandha tikkontribwixxi għall- aħjar użutagħhom. Għalhekk l-iskema tal-Komunità għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe politika nazzjonali tali. |
(6) L-iskema Komunitarja ma tikkostitwixix l-unika risposta għall-bżonnijiet dejjem jikbru għall-għajnuna tal-ikel fil-Komunità. Il-politiki nazzjonali implimentati mill-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-mobilizzazzjoni tas-soċjetà ċivili huma ugwalment neċessarji biex jipprovdu is-sigurtà tal-ikel għal dawk l-aktar fil-bżonn. Skema Komunitarja b’element koeżiv qawwi tista’, madankollu, isservi bħala mudell għad-distribuzzjoni tal-ikel għal dawk l-aktar fil-bżonn, speċjalment fir-reġjuni l-anqas żviluppati, tgħin biex jinħolqu sinerġiji u tħeġġeġ inizjattivi pubbliċi u privati maħsuba biex iżidu s-sigurtà tal-ikel ta’ dawk l-aktar fil-bżonn. Aktar minn hekk, minħabba l-firxa ġeografika tal-istokkijiet ta’ intervent anqas disponibbli fl-Istati Membri, hija għandha tikkontribwixxi għall- aħjar użutagħhom. Għalhekk l-iskema tal-Komunità għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe politika nazzjonali tali. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Primarjament, l-iskema għandha tkun maħsuba għar-reġjuni li huma l-inqas żviluppati, peress li d-distribuzzjoni tal-ikel lil dawk li huma l-aktar fil-bżonn hija partikolarment importanti hemmhekk. | ||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament– att li jemenda Premessa 7 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(7) Sabiex wieħed jibbenefika b’mod sħiħ mid-dimensjoni kożsiva tal-iskema tal-Komunità u jissaħħu s-sinerġiji maħluqa, u sabiex jiġi żgurat l-ippjanar sew, għandha ssir provvista għall-Istati Membri biex jikkofinanzjaw il-programm tad-distribuzzjoni tal-ikel. Ir-rati massimi Komunitarji ta’ kofinanzjament għandhom jiġu provduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha tiġi miżjuda mal-lista ta’ miżuri eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (EAGF) kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005. Rati ogħla ta’ kofinanzjament għandhom japplikaw fl-ewwel snin ta’ l-applikazzjoni tal-iskema riveduta sabiex jiġi żgurat teħid għoli ta’ fondi, l-introduzzjoni gradwali tal-kofinanzjar, u sabiex ikun hemm transizzjoni mingħajr skossi u jiġi evitat ir-riskju ta’ diskontinwità tal-iskema minħabba nuqqas possibli ta’ riżorsi. |
imħassar | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Ir-rapporteur għal opinjoni jipproponi li jkollu finanzjar sħiħ tal-UE għall-programmi ta' assistenza tal-għajnuna tal-ikel peress li xi Stati Membri ma jkunux jistgħu jipparteċipaw fl-iskema meta japplikaw rati ta' kofinanzjament. Jistgħu jinqalgħu problemi partikularment fi Stati Membri bi dħul baxx ras għal ras jew li l-baġits tagħhom qed jiffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji. Jistgħu jinqalgħu xi problemi b’mod partikolari fl-Istati Membri bi dħul baxx ras għal ras u li l-baġits tagħhom qed jesperjenzaw diffikultajiet finanzjarji. | ||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament– att li jemenda Premessa 8 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(8) Ir-rata ta’ kontribuzzjoni mill-FAEG għandha tqis is-sitwazzjoni fl-Istati Membri eliġibbli għall-fondi mill-Fond ta’ Koeżjoni, kif imniżżel fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/596/KE, jew fid-deċiżjonijiet relevanti sussegwenti, sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali tal-Komunità. |
(8) Il-kontribuzzjoni mill-FAEG għandha tqis is-sitwazzjoni fl-Istati Membri eliġibbli għall-fondi mill-Fond ta’ Koeżjoni, kif imniżżel fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/596/KE, jew fid-deċiżjonijiet relevanti sussegwenti, sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali tal-Komunità. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Ir-rapporteur għal opinjoni jipproponi li jkollu finanzjar sħiħ tal-UE għall-programmi ta' assistenza tal-għajnuna tal-ikel peress li xi Stati Membri ma jkunux jistgħu jipparteċipaw fl-iskema meta japplikaw rati ta' kofinanzjament. Jistgħu jinqalgħu xi problemi b’mod partikolari fl-Istati Membri bi dħul baxx ras għal ras u li l-baġits tagħhom qed jesperjenzaw diffikultajiet finanzjarji. | ||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament– att li jemenda Premessa 9 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
L-esperjenza wriet li ċertu titjib fil-ġestjoni ta’ din l-iskema huwa mixtieq, partikolarment biex l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet magħżula jingħataw perspettva għaż-żmien aktar fit-tul permezz ta’ pjanijiet multi-annwali. Għalhekk il-Kummissjoni għandha tistabilixxi pjanijiet fuq tliet snin għall-implimentazzjoni tal-iskema, ibbażata fuq ir-rikjesti mill-Istati Membri biex jiġu komunikati lill-Kummissjoni u informazzjoni oħra ikkunsidrata relevanti mill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jibbażaw ir-rikjesti tagħhom f’termini ta’ prodotti tal-ikel biex jiġu distribwiti fi ħdan kwalunkwe pjan ta’ tliet snin fuq programmi nazzjonali għad-distribuzzjoni tal-ikel, fejn jistabilixxu l-għanijiet u l-prijoritajiet tagħhom għad-distribuzzjoni tal-ikel għal dawk l-aktar fil-bżonn. Il-Kummissjoni għandha tiddefenixxi metodoloġija oġġettiva għall-allokazzjoni disponibbli tal-fondi. |
(9) L-esperjenza wriet li ċertu titjib fil-ġestjoni ta’ din l-iskema huwa mixtieq, partikolarment biex l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet magħżula jingħataw perspettva għaż-żmien aktar fit-tul permezz ta’ pjanijiet multi-annwali. Għalhekk il-Kummissjoni għandha tistabilixxi pjanijiet fuq tliet snin għall-implimentazzjoni tal-iskema, ibbażata fuq ir-rikjesti mill-Istati Membri biex jiġu komunikati lill-Kummissjoni u informazzjoni oħra ikkunsidrata relevanti mill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jibbażaw ir-rikjesti tagħhom f’termini ta’ prodotti tal-ikel biex jiġu distribwiti fi ħdan kwalunkwe pjan ta’ tliet snin fuq programmi nazzjonali ta' għajnuna ta’ għoti ta' ikel, fejn jistabilixxu l-għanijiet u l-prijoritajiet tagħhom għad-distribuzzjoni tal-ikel għal dawk l-aktar fil-bżonn. Il-Kummissjoni għandha tiddefenixxi metodoloġija oġġettiva għall-allokazzjoni disponibbli tal-fondi. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, jekk in-numru ta’ dawk l-aktar fil-bżonn ikun ogħla minn dak previst, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-iskema. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Fi skema ta’ tliet snin, ma jistgħux jiġu kkunsidrati l-impatti li fenomeni mhux tas-soltu, bħal pereżempju l-fenomenu tal-klima, jista’ jkollhom fuq l-istruttura soċjali. Barra minn hekk, żviluppi bħal kriżi ekonomika attwali, li l-impatti tagħha mhumiex prevedibbli, għandhom jiġu kkunsidrati. | ||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament– att li jemenda Artikolu 2 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1234/2007 Artikolu 27 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament– att li jemenda Artikolu 2 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1234/2007 Artikolu 27 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Bosta programmi nazzjonali attwali għal ikel lejn l-aktar persuni fil-bżonn jersqu lil hinn mid-distribuzzjoni biss. Il-kliem “assistenza tal-għajnuna” jirrifletti aħjar l-inizjattivi attwali. Minbarra dan, għandu jkun definit aħjar liema informazzjoni l-programmi nazzjonali għandu jkun fihom. | ||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament– att li jemenda Artikolu 2 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1234/2007 Artikolu 27 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Ir-rapporteur għal opinjoni jipproponi li jkollu finanzjar sħiħ tal-UE għall-programmi ta' assistenza tal-għajnuna tal-ikel peress li xi Stati Membri ma jkunux jistgħu jipparteċipaw fl-iskema meta japplikaw rati ta' kofinanzjament. Jistgħu jinqalgħu xi problemi b’mod partikolari fl-Istati Membri bi dħul baxx ras għal ras u li l-baġits tagħhom qed jesperjenzaw diffikultajiet finanzjarji. | ||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament– att li jemenda Artikolu 2 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1234/2007 Artikolu 27 – paragrafu 4 – subparagrafu 3a (ġdid) | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Jeħtieġ li s-sistema tat-tikkettjar tal-prodotti tiġi abbandunata. It-twaħħil tal-logo Ewropew fuq il-prodotti jiġġenera spejjeż żejda: għall-prodotti magħmulin mill-ħalib huwa stmat li dan jikkostitwixxi 10 % tal-prezz finali tal-prodotti, għall-prodotti magħmulin mill-għaġina jikkostitwixxi 3% . Din l-ekonomija tista’ terġa’ tintuża għax-xiri tal-prodotti alimentari. Barra minn hekk, dan l-immarkar mhuwiex għodda ta’ traċċabiltà peress li l-assoċjazzjonijiet għandhom l-obbligu li jistabbilixxu mezz ta’ traċċabiltà, ikkontrollat mill-organizzazzjonijiet li jħallsu. | ||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament– att li jemenda Artikolu 2 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1234/2007 Artikolu 27 – paragrafu 5 – punt b | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Jekk hija meħtieġa speċifikazzjoni, speċifikazzjoni ċara għandha tkun stabbilita fir-regoli implimentattivi. Il-formulazzjoni attwali “sew" hija vaga wisq u għalhekk għandha titħassar. | ||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament– att li jemenda Artikolu 2 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1234/2007 Artikolu 27 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt b | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
L-iskema m’għandha tippermetti l-ebda abbuż b’rabta max-xiri minn fuq is-suq. | ||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament– att li jemenda Artikolu 2 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1234/2007 Artikolu 27 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 – punt b | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
L-ispejjeż tat-trasport jistgħu jitnaqqsu billi jiġu stabbiliti pjattaformi intermedjarji ta’ tranżitu bejn il-fornitur u l-assoċjazzjoni lokali. Fil-fatt it-trasport tal-prodotti alimentari fi gruppi ta’ diversi assoċjazzjonijiet ta’ karità li jaħdmu fl-istess reġjun jista’ jwassal għal tnaqqis fl-ispejjeż tat-trasport. L-ekonomija miksuba permezz tal-qsim tal-mezzi se tkun importanti, peress li skont in-numru ta’ palits ta’ prodotti distribwiti, il-prezz tat-trasport jista’ jvarja bejn fattur 1 sa fattur 7. | ||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament– att li jemenda Artikolu 2 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1234/2007 Artikolu 27 – paragrafu 6 a (ġdid) | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
L-ispejjeż tat-trasport jiġu assorbiti għal 4.5% tas-somma globali. Din is-sistema mhijiex waħda sodisfaċenti: il-fornituri jużaw din ir-rata fissa għall-massimu tal-possibiltajiet offruti, indipendentement mill-ispiża reali, u kull tip ta’ ekonomija mwettqa mill-ispejjeż ma tistax terġa’ tintuża għax-xiri tal-prodotti alimentari. Hawnhekk jitħalla f’idejn l-Istati Membri li jaqsmu l-pakkett bejn l-ispejjeż tat-trasport, tal-ħażna u dawk amministrattivi, fatt li jillimita l-ispejjeż u jiffaċilita l-kontrolli. | ||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament– att li jemenda Artikolu 2 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1234/2007 Artikolu 27 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Ir-rapporteur għal opinjoni jipproponi li jkollu finanzjar sħiħ tal-UE għall-programmi ta' assistenza tal-għajnuna tal-ikel peress li xi Stati Membri ma jkunux jistgħu jipparteċipaw fl-iskema meta japplikaw rati ta' kofinanzjament. Jistgħu jinqalgħu xi problemi b’mod partikolari fl-Istati Membri bi dħul baxx ras għal ras u li l-baġits tagħhom qed jesperjenzaw diffikultajiet finanzjarji. | ||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament– att li jemenda Artikolu 2 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1234/2007 Artikolu 27 – paragrafu 7 – subparagrafu 2 - parti introduttorja | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Ir-rapporteur għal opinjoni jipproponi li jkollu finanzjar sħiħ tal-UE għall-programmi ta' assistenza tal-għajnuna tal-ikel peress li xi Stati Membri ma jkunux jistgħu jipparteċipaw fl-iskema meta japplikaw rati ta' kofinanzjament. Jistgħu jinqalgħu xi problemi b’mod partikolari fl-Istati Membri bi dħul baxx ras għal ras u li l-baġits tagħhom qed jesperjenzaw diffikultajiet finanzjarji. | ||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament– att li jemenda Artikolu 2 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1234/2007 Artikolu 27 – paragrafu 7 – subparagrafu 2 - punt a | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Ir-rapporteur għal opinjoni jipproponi li jkollu finanzjar sħiħ tal-UE għall-programmi ta' assistenza tal-għajnuna tal-ikel peress li xi Stati Membri ma jkunux jistgħu jipparteċipaw fl-iskema meta japplikaw rati ta' kofinanzjament. Jistgħu jinqalgħu xi problemi b’mod partikolari fl-Istati Membri bi dħul baxx ras għal ras u li l-baġits tagħhom qed jesperjenzaw diffikultajiet finanzjarji. | ||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament– att li jemenda Artikolu 2 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1234/2007 Artikolu 27 – paragrafu 7 – subparagrafu 2 - punt b | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Ir-rapporteur għal opinjoni jipproponi li jkollu finanzjar sħiħ tal-UE għall-programmi ta' assistenza tal-għajnuna tal-ikel peress li xi Stati Membri ma jkunux jistgħu jipparteċipaw fl-iskema meta japplikaw rati ta' kofinanzjament. Jistgħu jinqalgħu xi problemi b’mod partikolari fl-Istati Membri bi dħul baxx ras għal ras u li l-baġits tagħhom qed jesperjenzaw diffikultajiet finanzjarji. | ||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament - att li jemenda Artikolu 2 – punt 3 Regolament (KE) 1234/2007 Artikolu 184 – punt 9 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Ir-rapporteur tal-opinjoni jsib li rappurtar għandu jkun fi żmien ta’ stadju kmieni aktar fuq il-bażi tal-evalwar tal-iskema teħtieġ deċiżjoni għas-snin ta’ wara (perspettivi finanzjarji ġodda mill-2013). |
NOTA SPJEGATTIVA
Introduzzjoni
L-indirizzar tal-faqar huwa waħda mill-aktar problemi serji li tiffaċċja l-Unjoni Ewropea. Skont il-figuri tal-Eurostat, fl-2006 kważi 79 miljun ruħ kienu mhedda bil-faqar fl-UE 25, inklużi 43 miljun ruħ f’riskju ta’ nuqqas ta’ ikel. Dan il-grupp jinkludi dawk mingħajr dar, familji f’diffikultà, dawk bla xogħol, ġenituri waħedhom, migranti, dawk li jfittxu ażil, anzjani jew persuni b’riżorsi limitati, u tfal b’diżabilità. L-Istati Membri li daħlu l-Unjoni Ewropea fl-2004 u fl-2007 qed jiffaċċjaw sitwazzjoni partikularment diffiċli. F’xi pajjiżi il-faqar jaffettwa madwar 20% tal-popolazzjoni. Fil-Polonja u fil-Ġermanja biss 11-il miljun u 9 miljun ruħ rispettivament jiffaċċjaw it-theddida tal-faqar. Din id-data turi b’mod ċar li l-ħtieġa għal assistenza tal-ikel hija għolja.
Wieħed għandu jżomm f'moħħu li t-trasformazzjonijiet li seħħew fil-pajjiżi li ssieħbu reċentement fl-UE pproduċew stratifikazzjoni ewlenin ta’ dħul fost is-soċjetajiet tagħhom. Dan huwa partikolarment reali f'xi wħud minn dawn il-pajjiżi, fejn id-differenzi fid-dħul u fil-livelli tal-għajxien qed jikbru l-ħin kollu. Familji li jgħixu fi bliet żgħar u persuni li jgħixu f’zoni rurali huma partikolarment affettwati bil-faqar. Hemm numru dejjem jikber ta’ nies li ma jistgħux ilaħħqu man-neċessitajiet bażiċi tal-ħajja.
Matul it-22 sena tal-eżistenza tiegħu, il-Programm għad-Distribuzzjoni tal-Ikel għall-aktar persuni fil-bżonn fil-Komunità kkontribwixxa għall-kisba ta’ żewġ miri ewlenin tal-CAP, b’mod partikulari fl-istabbilizzazzjoni tas-swieq billi naqqas skossi ta’ intervent u fl-assigurazzjoni tal-provvisti meħtieġa tal-ikel għaċ-ċittadini l-aktar fqar tal-Unjoni.
Mingħajr dubju, dan il-programm ma jistax isolvi l-problema ta' nuqqas ta' ikel u faqar fost ċittadini tal-UE, iżda ċertament jgħin biex iżommhom taħt kontroll. Skont id-data disponibbli, fl-2006 aktar minn 13-il miljun ruħ minn 15-il Stat Membru bbenefikaw minn dan il-programm. Sussegwentement, fl-2008, 19-il Stat Membru ħadu sehem fi proġett volontarju b’baġit ta’ €30.5 miljun. Iżda, bi 43 miljun ruħ li jeħtieġu appoġġ, dan għadu mhux adegwat.
Minbarra l-benefiċċji tiegħu fi tnaqqis tal-faqar fost iċ-ċittadini tal-Unjoni l-aktar fil-bżonn, tqassim tal-ikel jibdel ir-relazzjoni tagħhom u l-attitudni lejn l-Unjoni Ewropea u l-Politika Agrikola Komuni. B’hekk, kull attentat li jkun abolit il-programm jew ikunu limitati r-riżorsi finanzjarji jista’ jipproduċi reazzjoni pubblika negattiva, li tagħtu spinta lill-Ewroxettiċi.
Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea
F’dan il-kuntest il-Kummissjoni tipproponi reviżjoni tal-programm tad-distribuzzjoni tal-ikel skond il-punti li ġejjin:
- Żewġ sorsi ta’ forniment. L-ikel jista’ jiġi jew mill-istokkijiet ta’ intervent jew mis-suq. Is-sors tal-aħħar mhux ser jibqa’ limitat għal sitwazzjonijiet ta’ indisponibbilità temporanja ta' stokkijiet ta’ intervent. Madankollu, il-prijorità għandha tingħata lill-użu ta’ stokkijiet ta’ intervent xierqa fejn dawn ikunu disponibbli.
- Varjetà wiesgħa ta’ ikel għat-tqassim. Sabiex jittejjeb il-bilanċ nutrizzjonali tal-ikel provdut mill-programm, il-prodotti mqassma mhux se jibqgħu limitati għal dawk fejn l-intervent japplika. L-ikel għandu jintgħażel mill-awtoritajiet tal-Istati Membri fuq il-bażi ta’ kriterji nutrizzjonali u distribwit f’koperazzjoni mas-sħab tas-soċjetà ċivili .
- Perspettiva għall-perjodu fit-tul. L-attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-ikel jirrekjedu ippjanar fit-tul u preparazzjoni bir-reqqa mill-awtoritajiet nazzjonali u mis-sħab tas-soċjetà ċivili ikkonċernati. Sabiex titjieb l-effiċjenza tiegħu, il-pjan Komunitarju għad-distribuzzjoni tal-ikel għandu jiġi stabbilit għal tliet snin. L-ammonti ta’ għajnuna għat-tieni u t-tielet sena għandhom ikunu indikattivi biss u għandhom jiġu sussegwentement ikkonfermati mill-awtorità baġitarja.
- Prijoritajiet aktar ċari. L-Istati Membri għandhom jibbażaw it-talbiet tagħhom ta’ għajnuna fuq programmi nazzjonali għad-distribuzzjoni tal-ikel, fejn jistabilixxu l-għanijiet u l-prijoritajiet tagħhom għad-distribuzzjoni tal-ikel għal dawk l-aktar fil-bżonn.
- Il-kofinanzjament. L-introduzzjoni tal-kofinanzjament tista’ saħħaħ id-dimensjoni ta’ koeżjoni tal-iskema, tiżgura ppjanar xieraq u ssaħħaħ is-sinerġiji. Sabiex ikun hemm introduzzjoni mingħajr skossi u użu dejjem ogħla tal-fondi Komunitarji disponibbli, ir-rati Komunitarji ta’ kofinanzjament għandhom ikunu 75% u 85% fl-Istati Membri ta’ Koeżjoni għall-pjan tal-2010/12. Sussegwentement, mill-pjan tal-2013/15, ir-rati tal-Komunità ta’ kofinanzjament għandhom ikunu 50% u 75% rispettivament.
- Tisħiħ tal-monitoraġġ u r-rappurtar. L-obbligazzjonijiet ta’ rappurtar fuq diversi livelli għandhom jiżdiedu u jinkludu rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-aktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2012.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew
Fid-dikjarazzjoni tagħha tal-4 ta’ April 2006 dwar il-forniment lil karitajiet approvati sabiex jiġi implimentat il-programm Ewropew dwar l-għajnuna tal-ikel għal dawk l-aktar fil-bżonn, il-Parlament Ewropew wera it-tħassib tiegħu dwar il-futur tal-programm Ewropew għall-għajnuna tal-ikel għal dawk l-aktar fil-bżonn u, billi għaraf il-ħtieġa li jintlaħqu l-bżonnijiet tal-ikel tagħhom, sejjaħ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex ipoġġu l-programm Ewropew għall-għajnuna tal-ikel fuq bażi permanenti.
Aktar riċenti, fit-22 ta’ Mejju 2008, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar il-prezzijiet dejjem jiżdiedu tal-ikel fl-UE u fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, fejn saħaq fuq in-natura fundamentali tad-dritt tal-ikel u l-bżonn li jitjib l-aċċess f’kwalunkwe waqt għall-persuni kollha biex ikollhom biżżejjed ikel għal ħajja attiva u b’saħħitha.
Ir-rapporteur għal opinjoni jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea tirrikonoxxi l-importanza tal-programm tal-assistenza tal-għajnuna (tqassim) ta’ ikel fl-UE. Huwa jilqa’ wkoll il-proposta tal-Kummissjoni biex ittejjeb l-istruttura għal prodotti selettivi provvduti skont il-programm. Dan ċertament se jagħmilha possibbli li jintlaħqu ħtiġijiet attwali b’mod aktar effettiv. Rigward il-ħtieġa li jitnaqqas b’mod konsiderevoli xiri ta' intervent, ikel immirat għal assistenza lil dawk li l-aktar huma fil-bżonn irid ukoll jiġi minn xiri tas-suq. Iżda, dan ma jibdilx il-fatt li l-maġġoranza tal-programm xorta jrid jiġi minn riservi ġejjin minn intervent fis-swieq agrikoli. Ir-rapporteur jemmen li l-programm ta’ distribuzzjoni tal-ikel għal aktar fil-bżonn għandu jkompli jkun element tal-Politika Agrikola Komuni, anke jekk hemm serħan imnaqqas fuq prodotti akkwistati minn xiri ta' intervent.
Il-CAP jaffettwa s-suq tal-ikel min-naħa waħda billi jiżgura provvisti xierqa ta’ prodotti tal- ikel u, min-naħa l-oħra, billi jinfluwenza livelli ta’ prezz. Persuni bl-aktar dħul baxx huma partikularment vulnerabbli bi prezzijiet ta' varjazzjonijiet u l-programm ta' tqassim tal-ikel tal-UE huwa għodda effettiva li tinfluwenza lil CAP b'mod li ttejjeb is-sitwazzjoni ta’ persuni bħal dawn. Fl-istess waqt, hija tistimula d-domanda interna permezz ta’ programm li jnaqqas is-serħan fuq strumenti ta’ appoġġ fis-swieq tal-agrikoltura tal-Komunità, (eż. xiri ta' intervent, ħażna privata, fondi ritornati ta’ esportazzjoni).
Ir-rapporteur tal-opinjoni huwa tal-istess fehma tal-Kummissjoni dwar il-ħolqien ta’ prijoritajiet ċari u dwar ippjanar fit-tul. L-estensjoni tal-programm għal tliet snin se jgħin biex in-nefqa ta' riżorsi disponibbli tkun aktar effettiva. Minbarra dan, huwa se jiżgura provvisti kostanti ta' ikel, b'mod partikulari waqt il-perjodi tal-aktar ħtieġa, partikularment il-ħarifa u x-xitwa. Iżda jinnota li minħabba l-fatt li mezzi baġitarji huma siguri u restritti biss għall-perjodu ta’ perspettivi finanzjarji 2007-2013 żmien aktar kmieni huwa meħtieġ għal evalwar. Għalhekk jipproponi li jkollu żmien għal rappurtar qabel id-deċiżjonijiet dwar il-perspettivi finanzjarji ġodda wara l-2013.
Minbarra dan ir-rapporteur tal-opinjoni ma jaqbilx mal-perċentwali ta' kofinanzjar propost. L-introduzzjoni ta’ rekwiżit għal kofinanzjar tal-programm jista' jwassal għal xi Stati Membri li jillimitaw il-parteċipazzjoni tagħhom fil-programm jew li jirtiraw minnu. Dan huwa partikularment reali għal Stati Membri bi dħul baxx ras għal ras u li l-baġits tagħhom qed jesperjenzaw diffikultajiet finanzjarji. Dan huwa partikularment relevanti fil-preżent meta hemm kriżi finanzjarja dinjija li l-effetti tagħha qed jinħassu fl-ekonomija Ewropea.
Għalhekk ir-rapporteur jipproponi li jkun hemm iffinanzjar sħiħ mill-UE għall-programmi ta' għajnuna fl-għoti tal-ikel.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI (12.2.2009)
għall-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni u r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) biex tiġi stabbilita distribuzzjoni tal-ikel għall-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità
(COM(2008)0563 – C6‑0353/2008 – 2008/0183(CNS))
Rapporteur għal opinjoni: Florencio Luque Aguilar
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Minħabba l-kriżi ekonomika li l-Ewropa għaddejja minnha, l-għadd ta' persuni li qed jgħixu taħt il-linja tal-povertà għandu jiżdied fis-snin li ġejjin; iċ-ċifra attwali diġà hija ta' 16% tal-popolazzjoni totali (80 miljun). Meta jitqies li x-xenarju huwa wieħed ta' kriżi, huwa essenzjali li tkun ipprovduta kontinwità fil-programm tal-għajnuna tal-Komunità li għandu l-għan li jforni ikel lil dawk li l-aktar għandhom bżonn.
Madankollu, il-fatt li gradwalment jitwaqqfu l-istokkijiet ta' intervent iwassal biex ikun eliminat arranġament li sal-lum wera li kien mod utli ħafna li bih ikun fornit ikel lill-persuni li l-aktar fil-bżonn fil-Komunità filwaqt li tkun garantita l-istabilità tal-prezzijiet għall-produtturi Ewropej.
Skont il-programm il-ġdid propost tal-Komunità, l-ikel għandu jiġi fornit lil dawk li l-aktar għandhom bżonn fil-forma ta' xiri li jsir direttament fis-suq. Għalkemm dan għandu l-vantaġġ li jwessa' l-medda ta' prodotti disponibbli għad-distribuzzjoni u b'hekk dawk li l-aktar għandhom bżonn ikunu megħjuna biex jieklu dieta aktar ibbilanċjata, din is-sistema tinvolvi xi żvantaġġi.
B'mod partikulari, ma jagħmel xejn biex jissalvagwardja l-preferenza tal-Komunità, minkejja l-fatt li l-bdiewa fl-Istati Membri huma l-protagonisti tal-politika agrikola komuni u l-forza li tmexxi l-ekonomija f'bosta żoni rurali. Punt li wieħed għandu jżomm f'moħħu huwa li l-iskema l-ġdida taqa' taħt il-PAK (Politika Agrikola Komuni) u se tiġi bżonn li tinżamm kemm jista' jkun konformi mal-prinċipji ta' din il-politika, meta jitqies ukoll li l-bdiewa u dawk li jkabbru l-annimali fl-Ewropa għandhom irwol ċentrali fl-iżvilupp rurali.
It-tieni nett, il-proposta tal-Kummissjoni qiegħda għall-ewwel darba tintroduċi kofinanzjament mandatorju fil-programm Ewropew, u b'hekk toħloq ir-riskju li xi Stati Membri ma jkunux jistgħu jlaħqu mal-ispiża kollha.
Alternattiva għall-proposta, u mod kif tkun evitata t-tnehdija tal-programm li qed tiġi mwaqqfa minħabba l-kofinanzjament, tista' tkun li jiġi ristrett l-ambitu għall-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri sabiex in-nefqa li għandha tiżdied tammonta għal mhux aktar minn 40% tal-allokazzjoni tal-Komunità, perċentwal ekwivalenti għall-baġit addizzjonali meħtieġ għas-sena d-dieħla. Dan tal-anqas għandu jiżgura li miżuri preċedenti jkunu jistgħu jkomplu għaddejjin. Il-Kummissjoni qed tfittex żieda ta' €200 m fil-baġit għall-iskema fl-2009, b'hekk it-total jitla' għal €500 m, li magħhom għandhom jiżdiedu l-kontribuzzjonijiet nazzjonali.
Il-kofinanzjament tal-programm huwa l-aktar aspett inkwetanti għall-organizzazzjonijiet tal-karità li jqassmu l-ikel, ladarba jibżgħu li dan jista' joħloq xkiel li bih jitwaqqfu l-miżuri li nbdew fil-passat. Apparti dan, l-ispiża tista' tiżdied matul is-snin li ġejjin bħala riżultat ta' tendenza li tindika żieda fil-prezzijiet tal-ikel.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3730/87 tal-10 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-forniment provvista ta' ikel minn stokkijiet ta' tal-intervent għall-organizzazzjonijiet magħżula indikati għad-distribuzzjoni lil l-persuni l-aktar li huma l-iżjed fil-bżonn fil-Komunità, sussegwentement imħassra u integrata fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, ipprovda sors affidabbli ta’ ikel għad-distribuzzjoni lill-persuni l-aktar fil-bżonn tal-Komunità għal aktar minn għoxrin sena. |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3730/87 tal-10 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-forniment provvista ta' ikel minn stokkijiet ta' tal-intervent għall-organizzazzjonijiet magħżula indikati għad-distribuzzjoni lil l-persuni l-aktar li huma l-iżjed fil-bżonn fil-Komunità, sussegwentement imħassra u integrata fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, ipprovda sors affidabbli ta’ ikel għad-distribuzzjoni lill-persuni l-aktar fil-bżonn tal-Komunità għal aktar minn għoxrin sena u kkontribwixxa b'mod pożittiv għall-koeżjoni tar-reġjuni tal-UE billi naqqas id-disparitajiet ekonomiċi u soċjali li għandhom livelli differenti ta' żvilupp. | ||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(2) L-għanijiet tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) preskritti fl-Artikolu 33(1) tat-Trattat jinkludu l-istabilizzazzjoni tas-swieq kif ukoll l-assigurazzjoni li l-provvisti jilħqu lill-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli. Matul is-snin il-pjanijiet għad-distribuzzjoni tal-ikel implimentati taħt l-iskema għenu biex jintlaħqu sew iż-żewġ għanijiet u bit-tnaqqis tal-insigurtà tal-ikel għal persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità, urew li huma għodda essenzjali li tikkontribwixxi biex tiggarantixxi d-disponibbiltà vasta tal-ikel fi ħdan il-Komunità filwaqt li jitnaqqsu l-istokkijiet ta' intervent. |
(2) L-għanijiet tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) preskritti fl-Artikolu 33(1) tat-Trattat jinkludu l-istabilizzazzjoni tas-swieq kif ukoll l-assigurazzjoni li l-provvisti jilħqu lill-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli. Matul is-snin il-pjanijiet għad-distribuzzjoni tal-ikel implimentati taħt l-iskema għenu biex jintlaħqu sew iż-żewġ għanijiet u bit-tnaqqis tal-insigurtà tal-ikel għal persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità, urew li huma għodda essenzjali li tikkontribwixxi biex tiggarantixxi d-disponibbiltà vasta tal-ikel fi ħdan il-Komunità filwaqt li jitnaqqsu l-istokkijiet ta' intervent. L-iskema Ewropea l-ġdida għall-għajnuna tal-ikel għal dawk l-aktar fil-bżonn għandha tkompli tiggarantixxi l-għanijiet tal-CAP u tgħin fil-kisba tal-għanijiet ta' koeżjoni billi jiżguraw żvilupp sostenibbli bilanċjat, armonjuż u sostenibbli għar-reġjuni kollha. | ||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 4 a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(4a) Biex tkun żgurata l-kontinwazzjoni tal-miżuri diġà meħuda, u biex ikun evitat li l-kofinanzjament tal-programm ifixkel l-implimentazzjoni ottimali tiegħu, id-dispożizzjonijiet finanzjarji adottati għandhom ikunu diretti aktar mill-qrib lejn il-bżonn li jkun evitat telf eċċessiv mill-baġits tal-Istati Membri. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Bosta Stati Membri qed jitolbu li l-ispiża kollha tal-programm taqa' fuq il-baġit tal-Komunità. L-emenda tar-rapporteur tressaq kompromess. | |||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 5 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(5) L-iskema preżenti ta’ distribuzzjoni tal-ikel tiddependi mid-distribuzzjoni tal-prodotti mill-istokkijiet Komunitarji ta’ intervent, fuq bażi temporanja, tax-xiri mis-swieq. Madankollu, riformi waħda wara l-oħra tal-CAP u żviluppi favorevoli tal-prezzijiet tal-produttur irriżultaw fi tnaqqis progressiv tal-istokkijiet ta’ intervent, kif ukoll tal-medda ta’ prodotti disponibbli. Konsegwentament, ix-xiri mis-suq għandu wkoll ikunu sors permanenti ta’ provvista għall-iskema biex jiġu kkumplimentati l-istokkijiet ta’ intervent, fejn stokkijiet ta’ intervent xierqa ma jkunux disponibbli. |
5) L-iskema preżenti ta’ distribuzzjoni tal-ikel tiddependi mid-distribuzzjoni tal-prodotti mill-istokkijiet Komunitarji ta’ intervent, fuq bażi temporanja, tax-xiri mis-swieq. Madankollu, it-tensjonijiet dejjem jikbru fis-suq dinji tal-materja prima agrikola, it-tneħħija progressiva tal-għodod ta’ gwida għall-produzzjoni u l-ħażna applikata fir-riformi suċċessivi tal-CAP naqqsu l-awtonomija tal-ikel tal-Unjoni fil-kwantità u fil-varjetà tal-prodotti disponibbli kif ukoll il-kapaċità tagħha li tissodisfa l-bżonnijiet tal-ikel ta’ dawk l-aktar fil-bżonn jew ta' kwalunkwe kriżi internazzjonali tal-ikel jew spekulattiva. Konsegwentament, ix-xiri mis-suq għandu wkoll ikunu sors permanenti ta’ provvista għall-iskema biex jiġu kkumplimentati l-istokkijiet ta’ intervent, fejn stokkijiet ta’ intervent xierqa ma jkunux disponibbli. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Ir-riformi suċċessivi tal-PAK ġabu tnaqqis tal-għodod ta’ intervent iżda r-raġunijiet ewlenin tat-tnaqqis fil-ħażna u tal-varjetà tal-prodotti disponibbli huma l-evoluzzjoni tat-talba dinjija ta’ prodotti agrikoli tal-ikel jew mhux tal-ikel kif ukoll l-iżvilupp tal-ispekulazzjoni (ara l-irvellijiet tal-ġuħ...) | |||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 5 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(5) L-iskema preżenti ta’ distribuzzjoni tal-ikel tiddependi mid-distribuzzjoni tal-prodotti mill-istokkijiet Komunitarji ta’ intervent, fuq bażi temporanja, tax-xiri mis-swieq. Madankollu, riformi waħda wara l-oħra tal-PAK u żviluppi favorevoli tal-prezzijiet tal-produttur irriżultaw fi tnaqqis progressiv tal-istokkijiet ta’ intervent, kif ukoll tal-medda ta’ prodotti disponibbli. Konsegwentament, ix-xiri mis-suq għandu wkoll ikunu sors permanenti ta’ provvista għall-iskema biex jiġu kkumplimentati l-istokkijiet ta’ intervent, fejn stokkijiet ta’ intervent xierqa ma jkunux disponibbli. |
(5) L-iskema preżenti ta’ distribuzzjoni tal-ikel tiddependi mid-distribuzzjoni tal-prodotti mill-istokkijiet Komunitarji ta’ intervent, fuq bażi temporanja, tax-xiri mis-swieq. Madankollu, riformi waħda wara l-oħra tal-PAK u żviluppi favorevoli tal-prezzijiet tal-produttur irriżultaw fi tnaqqis progressiv tal-istokkijiet ta’ intervent, kif ukoll tal-medda ta’ prodotti disponibbli. Konsegwentament, ix-xiri mis-suq għandu wkoll ikun sors permanenti ta’ provvista għall-iskema biex jiġu kkumplimentati l-istokkijiet ta’ intervent, bi preferenza mogħtija lil prodotti tal-ikel prodotti lokalment. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
L-iskema ta’ distribuzzjoni tal-ikel għandha tagħti attenzjoni speċjali lill-kwalità tal-prodotti tal-ikel imqassma lil dawk l-iktar fil-bżonn. Għalhekk qed jintalab li jkun hemm xiri ta’ prodotti friski u sani tal-ikel fis-swieq lokali. Dan jikkontribwixxi għall-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-konsum sostenibbli tal-ikel. | |||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 2 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1234/2007 Artikolu 27 – paragrafu 1 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 2 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1234/2007 Artikolu 27 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
En los últimos años la Unión Europea ha invertido en torno a 300 millones de euros para ayuda alimentaria, dotación que ha sido íntegramente financiada por el presupuesto comunitario. Para el próximo año la Comisión prevé, sin embargo, un presupuesto de 500 millones de euros. Las organizaciones caritativas temen que la propuesta de la Comisión de cofinanciar la totalidad del programa obstaculice su aplicación en algunos Estados miembros. La enmienda del ponente pretende, por lo tanto, garantizar la continuidad de las acciones emprendidas en el pasado, limitando la co-financiación al 40 % de la dotación comunitaria, porcentaje que equivale actualmente al aumento en 200 millones de euros previsto por la Comisión para el 2009. | |||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 2 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1234/2007 Artikolu 27 – paragrafu 7 – subparagrafu 2 – parti introduttorja | |||||||||||||
| |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
En los últimos años la Unión Europea ha invertido en torno a 300 millones de euros para ayuda alimentaria, dotación que ha sido íntegramente financiada por el presupuesto comunitario. Para el próximo año la Comisión prevé, sin embargo, un presupuesto de 500 millones de euros. Las organizaciones caritativas temen que la propuesta de la Comisión de cofinanciar la totalidad del programa obstaculice su aplicación en algunos Estados miembros. La enmienda del ponente pretende, por lo tanto, garantizar la continuidad de las acciones emprendidas en el pasado, limitando la co-financiación al 40 % de la dotación comunitaria, porcentaje que equivale actualmente al aumento en 200 millones de euros previsto por la Comisión para el 2009. |
PROĊEDURA
Titolu |
Tqassim tal-ikel lill-ifqar nies fil-Komunità (emenda tar-Regolament CMO Waħda) |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0563 – C6-0353/2008 – 2008/0183(CNS) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
AGRI |
|||||||
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
REGI 21.10.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Florencio Luque Aguilar 2.12.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
20.1.2009 |
|
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
12.2.2009 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
41 0 3 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Emmanouil Angelakas, Stavros Arnaoutakis, Elspeth Attwooll, Rolf Berend, Victor Boştinaru, Wolfgang Bulfon, Giorgio Carollo, Bairbre de Brún, Gerardo Galeote, Iratxe García Pérez, Monica Giuntini, Ambroise Guellec, Gábor Harangozó, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Mieczysław Edmund Janowski, Gisela Kallenbach, Evgeni Kirilov, Miloš Koterec, Constanze Angela Krehl, Florencio Luque Aguilar, Jamila Madeira, Iosif Matula, Miroslav Mikolášik, Jan Olbrycht, Maria Petre, Markus Pieper, Giovanni Robusti, Wojciech Roszkowski, Bernard Soulage, Catherine Stihler, Margie Sudre, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Emanuel Jardim Fernandes, Stanisław Jałowiecki, Zita Pleštinská, Samuli Pohjamo, Christa Prets, Flaviu Călin Rus, Richard Seeber, László Surján, Iuliu Winkler |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Sepp Kusstatscher, Toine Manders |
|||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Tqassim tal-ikel lill-ifqar nies fil-Komunità (emenda tar-Regolament CMO Waħda) |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0563 – C6-0353/2008 – 2008/0183(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
15.10.2008 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 21.10.2008 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 21.10.2008 |
CONT 21.10.2008 |
REGI 21.10.2008 |
|
||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
BUDG 5.11.2008 |
CONT 4.11.2008 |
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Czesław Adam Siekierski 6.10.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
10.11.2008 |
19.1.2009 |
17.2.2009 |
|
||||
Data tal-adozzjoni |
17.2.2009 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
29 7 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Vincenzo Aita, Niels Busk, Luis Manuel Capoulas Santos, Giovanna Corda, Joseph Daul, Albert Deß, Carmen Fraga Estévez, Lutz Goepel, Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf, Esther Herranz García, Lily Jacobs, Elisabeth Jeggle, Heinz Kindermann, Vincenzo Lavarra, Stéphane Le Foll, Véronique Mathieu, Mairead McGuinness, Rosa Miguélez Ramos, James Nicholson, María Isabel Salinas García, Sebastiano Sanzarello, Agnes Schierhuber, Willem Schuth, Czesław Adam Siekierski, Alyn Smith, Petya Stavreva, Donato Tommaso Veraldi |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Katerina Batzeli, Esther De Lange, Ilda Figueiredo, Wiesław Stefan Kuc, Roselyne Lefrançois, Astrid Lulling, Catherine Neris, Maria Petre, Markus Pieper, Struan Stevenson |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Hélène Goudin, Mieczysław Edmund Janowski |
|||||||