RAPPORT dwar l-aħjar prattiki fil-qasam tal-politika reġjonali u l-ostakli għall-użu tal-Fondi Strutturali

24.2.2009 - (2008/2061(INI))

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
Rapporteur: Constanze Angela Krehl

Proċedura : 2008/2061(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0095/2009
Testi mressqa :
A6-0095/2009
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-aħjar prattiki fil-qasam tal-politika reġjonali u l-ostakli għall-użu tal-Fondi Strutturali

(2008/2061(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–    wara li kkunsidra l-Programm URBACT, imwettaq bħala parti mill-inizjattiva URBAN, li qed jiffaċilita u jiżviluppa prattiki tajbin u skambji ta’ esperjenza li jinvolvu iktar minn 200 belt tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Ottubru 2008 dwar il-governanza u s-sħubija fuq livelli nazzjonali u reġjonali u bażi għal proġetti fl-isfera tal-politika reġjonali[1],

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni[2],

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1080/2006 tal-5 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali[3],

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 158 u 159 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Marzu 2000 f’Liżbona,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2008 intitolata “Il-Ħames Rapport ta' Progress dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali: Reġjuni li jikbru, Ewropa li tikber (COM(2008)0371),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2008 bit-titolu “Green Paper dwar il-Koeżjoni Territorjali: Nibdlu d-diversità territorjali f’vantaġġi (COM(2008)0616),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Reġjuni lejn bidla ekonomika” (COM(2006)0675),

–   wara li kkunsidra l-istudju mid-Dipartiment tal-Politika għall-Politiki Strutturali u ta' Koeżjoni bit-titolu “Il-prattika tajba fil-qasam tal-politika reġjonali u ostakoli fl-użu tal-fondi strutturali”,

–   wara li kkunsidra s-seduta ta' smigħ pubblika tas-17 ta' Lulju 2008 organizzata mill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0095/2009),

A.  billi l-politika ta’ koeżjoni hi fost l-oqsma ta’ politiki l-aktar importanti fl-Unjoni Ewropea, mhux biss mil-lat baġitarju iżda wkoll u b’mod partikolari għax hija pilastru essenzjali fil-proċess tal-integrazzjoni Ewropea u minħabba l-importanza tagħha għall-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali tal-Unjoni Ewropea u għall-iżvilupp tal-268 reġjun tagħha, filwaqt li tnaqqas l-iżbilanċi u d-differenzi fl-iżvilupp u ttejjeb il-ħajja għaċ-ċittadini kollha tal-UE,

B.   billi r-reġjuni tal-Unjoni Ewropea huma kkonfrontati bi sfidi bejn wieħed u ieħor simili, minkejja li l-impatt tagħhom hu differenti ħafna bejn reġjun u ieħor, minħabba l-ispeċifiċitajiet tagħhom fir-rigward tal-karattru (pereżempju, reġjuni gżejjer jew muntanjużi) u tal-popolazzjoni: il-globalizzazzjoni u r-ristrutturazzjoni ekonomika aċċellerata li din iġġib magħha, il-ftuħ ta’ relazzjonijiet kummerċjali, il-konsegwenzi tar-rivoluzzjoni teknoloġika, il-bidla fil-klima, l-iżvilupp ta’ ekonomija bbażata fuq l-għarfien, il-bidliet demografiċi, id-depopolazzjoni u ż-żieda fl-immigrazzjoni,

C. billi l-aħjar riżultati, li jsaħħu l-bażi tal-għarfien u jtejbu l-kompetizzjoni, ħafna drabi jinkisbu fil-proġetti permezz ta’ koperazzjoni bejn is-settur pubbliku, in-negozji, is-settur edukattiv u partijiet interessati lokali,

D. billi l-politika ta' koeżjoni ma tistax tiżviluppa l-potenzjal sħiħ tagħha biex tilħaq dawn l-isfidi minħabba li persuni li potenzjalment japplikaw għall-għajnuna huma ffaċċjati b'ostakli kbar biex jutilizzaw il-fondi strutturali tal-Unjoni Ewropea, inklużi:

- burokrazija eċċessiva

- ħafna regolamenti kumplessi, li f’ċertu każijiet huma disponibbli on-line biss, u għalhekk jeskludu ħafna benefiċjarji potenzjali ta’ dawn il-fondi minn aċċess għal dawn ir-riżorsi

- tibdil frekwenti, minn ċertu Stati Membri, tal-kriterji tal-eliġibiltà u d-dokumentazzjoni meħtieġa

- nuqqas ta’ trasparenza fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet u fl-iskemi ta’ kofinanzjament, u d-dewmien tal-ħlasijiet

- amministrazzjoni kajmana u kumplessa amministrata ċentralment fl-Istati Membri, u l-applikazzjoni ta’ regoli b’tali mod li jżid mal-burokrazija eżistenti, kif ukoll provvista inadegwata ta’ informazzjoni,

- kapaċita amministrattiva diċentralizzata inadegwata u mudelli differenti ta’ amministrazzjoni reġjonali fl-Istati Membri, li b’riżultat ma tippermettix li jkun hemm data kumparattiva u l-iskambju tal-aħjar prattiki

- arranġamenti inadegwati għall-koordinazzjoni interreġjonali,

- nuqqas ta’ skema ta’ koperazzjoni li tiffunzjona bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali,

E.  billi għadd ta’ żbalji attwali fil-qasam tal-politika ta’ koeżjoni jistgħu jkunu kkawżati minn dawn l-ostakli attwali,

F.   billi d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-politika strutturali huma dovuti parzjalment minħabba r-riġidità eċċessiva tal-proċeduri u billi, konsegwentement, għandha tkun ikkunsidrata s-simplifikazzjoni ta’ dawk il-proċeduri u d-diviżjoni ċara ta’ responsabiltajiet u kompetenzi bejn l-UE, l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali,

1.   jenfasizza li, minkejja li għandu jitqies il-valur miżjud tat-tixrid tal-aħjar prattiki fost il-pubbliku f’termini ta’ komunikazzjoni mtejba u ta’ benefiċċju meta mqabbel mal-ispejjeż, it-tentattivi għall-introduzzjoni ta’ dawn il-prattiki fil-politika reġjonali tal-UE għandhom jiġu diretti prinċipalment lill-Awtoritajiet Maniġerjali, jiggwidawhom jistipulaw regoli li jirregolaw l-aċċess għar-riżorsi strutturali, biex l-iskambji ta’ informazzjoni u esperjenza jistgħu jikkontribwixxu għal titjib fil-kwalità tal-proġetti, billi jipprovdu soluzzjonijiet għal problemi konġunti u jagħżlu intervenzjonijiet aktar effettivi u mmirati;

2.   Jindika l-bżonn ta’ simplifikazzjoni tal-proċeduri li jirregolaw l-implimentazzjoni ta’ proġetti u programmi tal-Fondi Strutturali, b’mod partikolari rigward sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll; jilqa’ b’sodisfazzjon, għaldaqstant, ir-reviżjoni regulatorja tal-pakkett tal-Fondi Strutturali bħala risposta għall-kriżi finanzjarja attwali; jistenna b’ħerqa l-proposti ulterjuri tal-Kummissjoni f’dan il-qasam, li għandhom jitħabbru fix-xhur li ġejjin.

Tneħħija tal-ostakoli

3.  Jistieden lill-Kummissjoni, bil-għan li tneħħi l-ostakli msemmija hawn fuq, fost affarijiet oħra:

- sabiex tindirizza l-kriterji ta' evalwazzjoni għall-proġetti kofinanzjati mill-fondi strutturali tal-Unjoni Ewropea għal tul ta' żmien,

- sabiex ma tevalwax proġetti innovattivi billi tuża l-istess kriterji ta' evalwazzjoni li japplikaw għal tipi oħra ta' proġetti, imma li tiżviluppa kriterji ta' evalwazzjoni speċifiċi - magħmula skont in-natura innovattiva tal-proġetti - li fil-prattika jippermettu għal rata ta' falliment akbar,

- biex tnaqqas il-perjodu massimu li għalih dokumenti ta' proġett għandhom ikunu merfugħa, għall-finijiet ta' monitoraġġ mill-Kummissjoni, mill-għaxar snin attwali għal tliet snin,

-  sabiex tfassal miżuri tal-politika speċjali u indikaturi kwalitattivi ġodda għal reġjuni b’karatteristiċi ġeografiċi speċifiċi, bħal dawk muntanjużi u b’livell baxx ta’ popolazzjoni, u r-reġjuni ultra-periferiċi, konfinali u gżejjer, u skont dan biex tadatta l-iskala territorjali tal-interventi tal-politika, bl-għan li tippromovi l-koeżjoni territorjali fl-Unjoni Ewropea;

- sabiex tissimplifika s-sistema ta’ kontrol u tipprova tintroduċi sistema ta’ kontroll waħda;

- biex tadatta l-istandards fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi bl-iskop ta’ simplifikazzjoni u armonizzazzjoni;

-  biex tikkoordina r-regoli dwar l-eliġibiltà tal-ispejjeż mal-Istati Membri;

- biex tiżgura kemm jista’ jkun il-ħlas minn quddiem lil benefiċjarji;

- biex ittejjeb il-koordinazzjoni ta’ miżuri mwettqa u ko-finanzjali skond il-politika ta’ Koeżjoni u skond il-CAP II (Żvilupp ta’ zoni rurali);

- biex tagħmel il-programmi ta’ għajnuna teknika iktar flessibbli;

- biex tintroduċi mekkaniżmi sabiex tippromovi koperazzjoni fin-netwerk u tiffaċilita l-amministrazzjoni tal-proġetti tal-grupp;

- biex tnaqqas il-piż amministrattiv maħluq minn dawn il-proġetti u żżommu proporzjonali mad-daqs ta’ progett;

- biex tissimplifika, tiċċara u taċċellera l-prattiki tal-proġetti u tagħmilhom iktar orjentati lejn ir-riżultati;

- biex tħeġġeġ b’mod attiv lill-Istati Membri biex iwaqqfu sistema effettiva ta’ koperazzjoni u kondiviżjoni tar-responsabiltà bejn il-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali;

- biex tiffaċilita l-aċċess għal fondi permezz ta’ koperazzjoni iktar mill-qrib ma’ gvernijiet nazzjonali sabiex tnaqqas il-ħin ta’ pproċessar.

- biex tipprepara kalendarju sabiex tieħu passi attivi sabiex tneħħi l-ostakli u ttejjeb l-aċċessibiltà għall-fondi.

4.   Jirrakkomanda lill-Kummissjoni li tkompli tiżviluppa approċċ miftiehem u ġeneralment aċċessibbli għall-iskambju interreġjonali tal-aħjar prattiki, bil-għan li tippermetti l-parteċipanti involuti fil-politika ta’ koeżjoni li jgawdu mill-esperjenzi ta’ oħrajn;

5.   Jindika espliċitament li l-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki m’għandhiex twassal għal aktar burokrazija għal applikanti u dawk li jippromovu l-proġetti;

6.  Jitlob li l-burokrazija fl-użu tal-Fondi Struttruali tinżamm kemm jista' jkun minima, u mhux tiżdied bla bżonn permezz ta' kundizzjonijiet individwali imposti mill-Istati Membri;

7.  Itenni l-appoġġ tiegħu għall-prattika bil-għan li kull Stat Membru jagħmel dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni nazzjonali annwali li tkopri il-fondi komunitarji fit-tmexxija kondiviża, u jitlob li din il-prattika tkun ġeneralizzata;

Kriterji ġenerali u speċifiċi għas-suġġett għall-identifikazzjnoi tal-aħjar prattiki

8.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-metodu mniżżel fil-kuntest tal-inizjattiva Reġjuni għal Bidla Ekonomika, l-ewwel nett, biex ikunu identifikati u ppubbliċizzati l-aħjar prattiki permezz tal-premju annwali 'REGIO STARS' u, t-tieni nett, biex twaqqaf website għall-aħjar prattiki; jiġbed l-attenzjoni għall-effettività limitata ta’ sit tal-Internet biss;

9.  Jikkritika n-nuqqas ta' trasparenza fl-bażijiet oġġettivi tal-Kummissjoni biex ikunu identifikati l-aħjar prattiki;

10. Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-użu mifrux tat-terminu 'l-aħjar prattiki', u wkoll l-użu frekwenti u parallel tat-termini 'l-aħjar prattiki' jew 'stejjer ta' suċċess', biex tfassal ġabra ta' kriterji magħmula speċifikament għall-politika ta' koeżjoni li tippermetti dawn 'l-aħjar prattiki' li jkunu magħżula minn dawk li japplikaw għal proġetti oħra;

11. Jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tqis il-punti li ġejjin fl-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki:

- il-kwalità tal-proġett

- il-garanzija tal-prinċipju ta' sħubija

- is-sostenibilità tal-miżuri konċernata

- kontribuzzjoni pożittiva għal opportunitajiet indaqs u l-integrazzjoni sistematika tal-ġeneri

- l-innovattività tal-proġett

- approċċ integrat bejn il-politiki settorali u territorjali tal-UE

- l-użu effiċjenti tar-riżorsi

- it-tul ta' żmien tal-proġett qabel l-implimentazzjoni

- l-implimentazzjoni fil-ħin, u skont il-pjan, tal-proġett

- forza mexxejja sinjifikanti għar-reġjun jew għall-UE b’mod ġenerali

- impatt fuq l-impjiegi

- faċilitajiet għall-SMEs

- il-faċilitazzjoni ta’ netwerking u koperazzjoni territorjali bejn ir-reġjuni

- it-trasferibilità tal-proġett, jiġifieri l-kapaċità tal-proġett li jiġi implimentat f'reġjuni oħra tal-Unjoni Ewropea;

- valur miżjud tal-attivitajiet, skont il-politiki tal-Unjoni Ewropea;

- impatt pożittiv tal-proġett fuq iċ-ċittadini, fuq ir-reġjuni, fuq l-Istati Membri u fuq is-soċjetà kollha kemm hi;

12. Jenfasizza li l-kriterji kollha li jenfasizzaw l-aħjar prattiki jridu jkunu jistgħu jitkelju b’mod ċar u jkunu affidabbli, sabiex ikun evitat il-kunflitt, l-effetti mhux mixtieqa u d-deċiżjonijiet suġġettivi li jistgħu jdgħajfu l-proċedura kollha ta’ gradazzjoni tal-proġett ibbażata fuq dawn il-kriterji; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni biex b’mod ċar jiddeskrivi l-kontenut ta’ dawn il-kriterji kif ukoll il-mod ta’ kif għandhom ikunu implimentati;

13. Jirrakkomanda li, fuq il-bażi ta' analiżi ta' numru kbir ta' proġetti mill-ħafna reġjuni tal-UE, jistgħu jitqiesu fatturi addizzjonali għall-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki fl-oqsma tal-politika ta' koeżjoni li huma ta' importanza partikolari għall-iżvilupp ta' reġjuni speċifiċi u tal-UE kollha kemm hi u li juru varjetà kbira ta' metodi għall-implimentazzjoni;

14. Jirrakkomanda li jitqiesu l-fatturi li ġejjin għall-qasam 'Riċerka u żvilupp/innovazzjoni':

- investiment sinjifikanti mil-lat kwalitattiv fix-xjenza u fir-riċerka

- rabtiet bejn l-industrija, l-akkademiċi u l-istituti ta’ riċerka b’enfasi speċjali fuq it-tisħiħ tal-SMEs, mhux l-inqas bħala mezz ta’ tisħiħ tal-iżvilupp territorjali

- rabtiet bejn ix-xjenza u l-istituti tar-riċerka

- l-iżvilupp u/jew innovazzjoni rigward teknoloġiji li jħarsu ’l quddiem u/jew l-applikazzjonijiet prattiċi għalihom;

- l-użu ta’ teknoloġiji ġodda fis-setturi tradizzjonali;

- applikazzjoni għad-dinja tal-kummerċ

- soluzzjonijiet f’setturi ewlenin tal-UE – l-ekoloġija, l-enerġija, eċċ.

15.      Jirrakkomanda li jitqiesu l-fatturi li ġejjin għall-qasam 'Politika għall-ambjent, il-klima u l-enerġija sostenibbli':

- miżuri protettivi għal zoni partikolarment mhedda, magħmula apposta għal dawk l-oqsma (sensittività) b’mod partikulari l-inħawi akwatiċi

- konservazzjoni u użu effiċjenti ta’ riżorsi skarsi

- strateġija responsabbli għall-użu tar-riżorsi

- miżuri li jindirizzaw il-faqar enerġetiku,

- żieda sinjifikanti fl-effiċjenza enerġetika

- tnaqqis sinjifikanti fil-konsum enerġetiku

- sehem akbar ta’ sorsi ta’ enerġija li tiġġedded

- miżuri għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ CO2

- metodi u/jew proċeduri li jikkonservaw riżorsi skarsi jew fil-periklu;

16. Jirrakkomanda li jitqiesu l-fatturi li ġejjin għall-qasam 'Il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità għolja':

- titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol

- żieda fl-għadd ta’ impjiegi ta’ kwalità għolja

- ħolqien ta’ xogħlijiet sostenibbli li jħarsu ‘l quddiem

- garanzija ta’ aċċess ugwali għas-suq tax-xogħol għaż-żewġ sessi

- żieda fil-produttività

- titjib fil-kompetittività

- ħolqien ta’ xogħlijiet li ma jkunux marbuta ma post partikulari, bħan-negozju-e

- miżuri biex tinkiseb speċjalizzazzjoni akbar tal-ħaddiema

- użu tal-mezzi moderni tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;

- rikonċiljazzjoni tal-ħajja tal-familja u x-xogħol

- miżuri għall-iktar setturi vulnerabbli tal-popolazzjoni (żgħażagħ, nisa, persuni b’diżabiltà, immigranti, dawk li ilhom qegħda għal żmien twil, nies qegħda li għandhom iktar minn 45 sena, nies mingħajr ebda edukazzjoni formali)

- titjib fl-aċċessibiltà u disponibiltà tas-servizzi tat-trasport, telekomunikazzjonijiet, edukazzjoni u tas-saħħa;

17. Jirrakkomanda li jitqiesu l-fatturi li ġejjin għall-qasam 'Tagħlim tul il-ħajja':

- titjib kwalitattiv tal-istandards tat-taħriġ u żieda kwantitattiva tat-taħriġ li jkun qed jiġi offrut, b’mod partikulari rigward l-opportunitajiet għal setturi tal-popolazzjoni li huma l-aktar żvantaġġati jew f’riskju (pereżempju żgħażagħ, nisa, persuni b’diżabilità, immigranti, dawk li ilhom qiegħda għal żmien twil, persuni qiegħda li għandhom iktar minn 45 sena, persuni mingħajr skola)

- rabta mill-qrib bejn l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-ħajja tax-xogħol

- proġetti ta’ taħriġ imfassla skont il-ħtiġijiet, mil-lat ta’ kwalità kif ukoll ta’ kwantità

- introduzzjoni u użu ta’ teknoloġi u proċeduri moderni

- miżuri biex jistimulaw u jżommu r-rieda biex isir taħriġ

- żieda fit-teħid ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ

- taħriġ fil-lingwi matul il-ħajja kollha;

18. Jirrakkomanda li jitqiesu l-fatturi li ġejjin għall-qasam 'Żvilupp integrat urban':

- politika integrata fuq medda twila taż-żmien għat-trasport pubbliku lokali, dawk li jkunu miexja fit-triq, ċiklisti u l-użu tal-karozzi, bl-iskop ta’ integrazzjoni effettiva bejn il-mezzi differenti tat-trasport, kemm dawk pubbliċi kif ukoll privati

- amministrazzjoni effiċjenti tat-traffiku

- promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku tal-bliet

- jiżdied l-investiment intraprenditorjali, miżuri li jistimulaw u jiżguraw l-impjiegi – b’enfasi speċjali fuq l-impjieg u l-intraprenditorija taż-żgħażagħ - u biex itejbu l-ħajja soċjali

- ir-riġenerazzjoni u l-integrazzjoni ta’ kwartieri mġarrfa u zoni dijindustrijalizzati, kwalità tal-ħajja aħjar fiz-zoni urbani; pereżempju d-disponibiltà u l-aċċessibiltà għas-servizzi pubbliċi

- il-ħolqien ta’ spazji ħodor u zoni ta’ rikreazzjoni u żieda fl-effiċjenza tal-ilma u l-enerġija, b’mod partikulari fis-settur tad-djar

- faċilitajiet għal persuni b’diżabiltà

- il-promozzjoni ta’ azzjonijiet bl-għan li jgħaqqdu l-popolazzjoni, b’mod partikolari ż-żgħażagħ, mal-bliet tagħhom

- kunsiderazzjoni tal-ambjent ta’ għejxien: l-ambjent urban, suburban u l-ambjent rurali fil-qrib;

- tnaqqis fl-użu eċċessiv tal-art permezz ta’ ħafna aktar żvilupp mill-ġdid ta’ art mhix użata u li tiġi evitata l-espansjoni urbana anarkika

- aċċessibiltà aħjar għal faċilitajiet urbani u ta’ trasport għal persuni b’mobilità mnaqqsa

- żieda fl-interazzjoni bejn il-bliet żgħar u z-zoni rurali

- applikazzjoni ta’ approċċ integrat;

19. Jirrakkomanda li jitqiesu l-fatturi li ġejjin għall-qasam 'Il-bidla demografika':

- aċċess universali għas-servizzi

- miżuri msaħħa biex jattiraw ħaddiema tas-sengħa

- involviment akbar tas-setturi l-aktar vulnerabbli permezz ta’ titjib fl-edukazzjoni u t-taħriġ

- miżuri dwar ħinijiet tax-xogħol flessibbli

- miżuri li jiffaċilitaw il-ħajja ta’ ġenituri li jaħdmu u li jippermettu r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tal-familja u dik tax-xogħol

- miżuri li jippromovu l-integrazzjoni bla xkiel tal-migranti

- il-bżonnijiet speċjali ta’ persuni b’diżabiltà u l-anzjani

- kontribut lejn iż-żamma tal-livelli tal-popolazzjoni (f’zoni li jbatu minn dipopolazzjoni)

20. Jirrakkomanda li jitqiesu l-fatturi li ġejjin għall-qasam 'Koperazzjoni transkonfinali':

- żieda fil-kwalità u fil-kwantità tal-kuntatti transkonfinali

- ħolqien ta’ netwerks permanenti jew skemi ta’ koperazzjoni fuq medda twila ta’ żmien

- armonizzazzjoni ta’ sistemi u proċeduri differenti

- involviment ta’ msieħba ġodda

- l-istabbiliment ta’ indipendenza finanzjarja

- trasferimenti u skambji transkonfinali permanenti tal-għarfien

- sfruttament konġunt tal-potenzjal f’reġjunijiet imsieħba

- konnessjonijiet infrastrutturali bejn reġjuni msieħba;

21. Jirrakkomanda li jitqiesu l-fatturi li ġejjin għall-qasam 'Ftehimiet ta' sħubija pubbliċi-privati':

- titjib kwalitattiv fl-implimnetazzjoni ta' proġetti f'termini ta' effettività u tal-qligħ li jħallu.

- implimentazzjoni b’aktar ħeffa tal-proġetti

- mekkaniżmu trasparenti tat-taqsim tar-riskju

- ġestjoni aħjar tal-proġetti;

- żieda fil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet u atturi lokali u reġjonali fi sħubiji pubbliċi-privati;

- regoli ċari u trasparenti dwar il-kondotta rigward l-attivitajiet ta’ korpi u intrapriżi tas-settur pubbliku;

22. Jistieden lill-Kummissjoni biex tqis il-bżonn li tippromwovi l-aħjar prattiki fl-oqsma tal-istrutturi finanzjarji, b'mod partikulari dawk li jikkonċernaw l-istrutturi finanzjari tas-sieħba pubbliċi/privati u dawk li għandhom appoġġ mill-Bank Ewropej tal-Investiment u tal-Fondi Ewropew tal-Investiment;

23. Huwa konxju li hu diffiċli ħafna biex proġett jissodisfa l-kriterji kollha hawn fuq imsemmija; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, sabiex qabel ma tapplika dawn il-kriterji, telenkahom skont il-prijorità u sabiex tiddetermina dawn li għandhom prijorità akbar, sabiex ikun aktar faċli li wieħed jinnomina proġetti notevoli bħala l-aħjar prattiki; jenfasizza l-ħtieġa li l-kriterji dwar l-aħjar prattiki li ġew miftehma b’mod komuni jintużaw b’mod miftuħ u trasparenti, li ser jippermetti ġestjoni, aċċettazzjoni u kumparabilità aqwa tal-aħjar prattiki u jevita l-konfużjoni ma’ termini oħra simili;

24. Jistieden lill-Kummissjoni, bil-għan tal-użu ġejjieni tat-termini 'l-aħjar prattiki', 'prattiki tajba' u 'stejjer ta' suċċess', biex tfassal suddiviżjoni jew gradazzjoni ċara u effiċjenti ta' dawn it-termini, għall-finijiet ta' deskrizzjoni ta' proġett;

Skambju tal-aħjar prattiki

25. Jistieden lill-Kummissjoni biex torganizza u tikkoordina l-iskambju tal-aħjar prattiki permezz ta' netwerk ta' reġjuni, u biex toħloq website pubbliku li jkun jiġbor fih it-tagħrif ewlieni dwar il-proġetti bil-lingwi kollha tal-UE għal dan l-iskop;

26.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni, fi ħdan il-qafas amministrattiv attwali, twaqqaf uffiċċju speċifiku fid-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali biex torganizza, b'koperazzjoni man-netwerk għar-reġjuni, l-evalwazzjoni, il-ġbir u l-iskambju tal-aħjar prattiki u biex tagħmel lilha nnifisha punt ta' kuntatt permanenti kemm għall-parti tal-provvista u kemm tad-domanda, bil-għan li tistabbilixxi skambju fit-tul, kontinwu, affidabbli u ta' suċċess għall-aħjar prattiki fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni; jitlob lill-Kummissjoni biex ixxerred din il-kultura tal-aħjar prattiki fid-dipartimenti kollha tagħha;

27. Jipproponi f’dan il-qafas li l-mekkaniżmi ta’ evalwazzjoni għandhom jistudjaw u jikkunsidraw metodoloġiji stabbiliti li diġà kienu implimentati; jemmen li għandu jingħata enfasi partikolari lil koperazzjoni ma’ netwerk ta’ awtoritajiet reġjonali u aġenziji speċjalizzati li huma s-sors ewlieni għall-materjal primarju tal-aħjar prattiki għal evalwazzjoni;

28. Jindika li, filwaqt li l-Unjoni Ewropea tipprovdi finanzjament u prattiki tajba, l-uffiċjali nazzjonali, reġjonali u lokali għandhom jikkapitalizzaw fuqhom; jilqa’ b’sodisfazzjon f’dan ir-rigward l-istabbiliment ta’ programm Erasmus għal rappreżentanti eletti lokali u reġjonali.

29. Jirrakomanda li l-Kummissjoni tuża l-għodda disponibbli tal-Kumitat tar-Reġjuni, b’mod partikolari l-Pjattaforma ta’ Monitoraġġ tal-Istrateġija ta’ Lisbona u n-Netwerk tal-Monitoraġġ tas-Sussidjarjetà sabiex ikun hemm skambju tal-aħjar prattiċi bejn ir-reġjuni u l-Istati Membri bl-iskop li jidentifikaw u jiddeterminaw b’mod konġunt l-għanijiet, u sussegwentement jippjanaw l-azzjonijiet u, finalment, iwettqu evalwazzjoni kumparattiva tar-riżultati tal-politika ta’ koeżjoni;

°

°    °

30. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-politiki reġjonali u strutturali huma fost l-aktar oqsma ta’ politika importanti fl-UE, mhux biss fir-rigward tal-struttura finanzjarja iżda fuq kollox l-importanza tagħhom għall-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali tal-Unjoni Ewropea u l-iżvilupp tal-268 reġjun tagħha. F'bosta bnadi r-reġjuni ta' l-Unjoni Ewropea huma kkonfrontati bi sfidi bejn wieħed u ieħor simili. Per eżempju, iridu jissieltu l-globalizzazzjoni u r-ristrutturazzjonijiet ekonomiċi aċċellerati li din iġġib magħha, il-ftuħ ta' relazzjonijiet industrijali, il-konsegwenzi tar-rivoluzzjoni teknoloġika, l-iżvilupp ta' ekonomija bbażata fuq l-għarfien, bidliet demografiċi u ż-żieda fl-immigrazzjoni.

Ostakoli għall-implimentazzjoni tal-fondi strutturali

Għalkemm hija mira tal-politika strutturali ta' l-Unjoni Ewropea li tappoġġja lir-reġjuni biex jegħelbu dawn l-isfidi, applikanti potenzjali għall-għajnuna jiffaċċjaw ostakli kbar fl-użu tal-fondi strutturali tal-UE. Dawn jinkludu burokrazija eċċessiva, wisq regolamenti li huma diffiċli biex wieħed jifhimhom u li jistgħu japplikaw biss fuq medda qasira jew medja ta’ żmien, u nuqqas ta' trasparenza fl-iskemi ta' kofinanzjament.

Għaldaqstant, rigward il-burokrazija, min imexxi l-proġetti attwalment irid iżomm id-dokumenti tal-proġett għal perjodu ta’ għaxar snin mit-tmiem tal-proġett biex ikun jista’ jipproduċihom għal spezzjonijiet mill-Kummissjoni. Dan ir-regolament jimponi piż burokratiku eċċessiv, b’mod partikulari għal proġetti żgħar. Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun dan il-piż u titneħħa l-burokrazija żejda, il-Parlament Ewropew jitlob li dan il-perjodu jiġi mnaqqas għal tliet snin.

Flimkien ma' tali kwistjonijiet burokratiċi, l-applikanti tal-proġetti xi drabi jiffaċċjaw diffikultajiet sostanzjali biex jipprovdu r-riżorsi tekniċi meħtieġa, li għandhom importanza konsiderevoli għall-implimentazzjoni tal-proġetti. Filwaqt li proġetti kofinanzjari mill-Fond Soċjali Ewropew huma eliġibbli għal appoġġ ta’ rata waħda għal riżorsi tekniċi, dan l-arranġament ma japplikaxx għal proġetti li jirċievi finanzjament mingħand il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Għaldaqstant il-Parlament Ewropew jitlob lill-Kummissjoni sabiex tagħmel disponibbli finanzjamenti ta' rata waħda simili għal proġetti kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.

Problema ulterjuri għall-proġetti hi li l-kriterji ta’ evalwazzjoni użati mill-Kummissjoni Ewropea mhumiex maħsuba għal medda twila ta’ żmien. Fid-dawl tal-inċertezza li dan joħloq għall-mexxejja tal-proġetti, il-PE jitlob lill-Kummissjoni sabiex tadatta l-kriterji ta’ evalwazzjoni għal medda twila ta’ żmien u sabiex tivvaluta l-proġetti skont il-kriterji li kienu japplikaw meta jkun ġie implimentat il-proġett. Madankollu, il-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni għandhom problema sinjifikanti oħra li b’mod regolari taffettwa proġetti innovattivi wkoll: il-fatt li l-istess kriterji japplikaw għalihom kif ukoll għal tipi oħra ta’ proġetti. Dan mhux ġust għall-proġetti innovattivi, li min-natura tagħhom għandhom riskju akbar li jagħmlu żbalji jew li ma jirnexxux minn proġetti oħra. Meta wieħed iqis l-għan ta’ Liżbona li l-UE ssir l-aktar ekonomija innovattiva tad-dinja, il-Parlament Ewropew jirrakomanda għal proġetti innovattivi għandha tkun permessa rata ogħla ta’ possibilità li ma jirnexxux. Inkella jeżisti r-riskju li strateġija innovattivi jiġu maħnuqa, u dan ixekkel lill-UE milli tikseb il-mira ta’ Liżbona u tnaqqas l-impatt tal-politika ta’ koeżjoni.

Ostakoli oħra għall-użu effiċjenti tal-flus tal-fondi strutturali huma n-nuqqas attwali ta’ opportunitajiet għal skambji ta’ esperjenzi bejn il-promoturi tal-proġetti u l-arranġamenti inadegwati għal koordinazzjoni interreġjonali. Jekk dan l-ostakolu konsiderevoli għall-mexxejja tal-proġetti u għar-reġjuni jingħeleb, anke fuq medda qasira ta’ żmien, dan iservi biex dawn tal-aħħar jiġu megħjuna indirettament fl-ittrattar tal-problema ta’ burokrazija eċċessiva u biex jifhmu r-regolamenti u r-regoli ta’ kofinanzjament mhux trasperenti eżistenti.

L-aħjar prattiki – Strateġija biex jingħelbu l-ostakoli eżistenti

Mod wieħed ta’ kif jiġu megħluba dawn l-ostakli u n-nuqqasijiet fl-użu tal-fondi ta’ koeżjoni tal-UE konnessi magħhom hu li jiġi żviluppat approċċ koordinat ta' skambju interreġjonali ta' l-akjar prattiki, sabiex dawk involuti fl-amministrazzjoni tar-reġjuni jkunu jistgħu jużaw l-esperjenza ta' oħrajn. Dan huwa l-għan ta' dan ir-rapport. Madankollu, sabiex dan l-għan jintlaħaq, hemm numru ta' problemi ta' sustanza kif ukoll ta’ organizzazzjoni. Waħda mill-iktar importanti hija li jiġi ċċarat x'inhuma l-aħjar prattiki. Għalkemm dan it-terminu jintuża spiss f'bosta oqsma, u anke parzjalment b’mod parallel ma’ termini oħra bħal 'prattiki tajba’ jew ‘stejjer ta’ suċċess’, hemm nuqqas ta' definizzjoni ċara u mingħajr ambigwità. Il-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali tal-Kummissjoni Ewropea, pereżempju, fil-kuntest tal-inizjattiva tar-Reġjuni għal Bidla Ekonomika, adotta l-istrateġija li jidentifika l-aħjar prattiki permezz tal-premju annwali ‘REGIO STARS’ u jirreklamahom permezz tal-internet, fost mezzi oħra. L-iżvantaġġ ta’ dan hu n-nuqqas ta’ trasparenza li bihom issir l-għażla, fuq bażi oġġettiva li mhix definita b’mod preċiż.

Kriterji ġenerali u speċifiċi għas-suġġett għall-identifikazzjnoi tal-aħjar prattiki

Rigward l-isfidi attwali, jeżistu numru ta' fatturi li jistgħu jservu biex jiġu identifikati l-aħjar prattiki għall-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni Ewropea. Il-Parlament Ewropew jirrakkomanda dawn li ġej:

- il-kwalità tal-proġett

- il-garanzija tal-prinċipju ta' sħubija

- is-sostenibilità tal-miżuri

- ir-rispett ta' l-ugwaljanza ta' l-opportunitajiet

- in-natura innovattiva tal-proġett

- l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi

- it-tul ta' żmien biex il-proġett jiġi implimentat

- l-implimentazzjoni fil-ħin u skont il-pjan tal-proġett

- forza mexxejja sinjifikanti għar-reġjun jew għall-UE b’mod ġenerali

- il-kapaċità li proġett jiġi implimentat f'reġjuni oħra ta' l-Unjoni Ewropea

Għal oqsma tal-politika ta’ koeżjoni li huma partikolarment importanti għall-iżvilupp ta’ reġjunijiet speċifiċi u tal-UE kollha kemm hi, u li juru varjetà notevoli ta' strateġiji għall-implimentazzjoni, jeħtieġ li l-fatturi ġenerali msemmija hawn fuq jiġu supplimentati għal kull qasam biex jiġi determinat dak li jikkostitwixxi l-aħjar prattika. Hemm tmien oqsma tali:

§ Riċerka u żvilupp / innovazzjoni

- investiment sinjifikanti mil-lat kwalitattiv fix-xjenza u fir-riċerka

- rabtiet bejn l-industrija u d-dinja akkademika

- rabtiet bejn ix-xjenza u l-istituti tar-riċerka

- żvilupp u/jew innovazzjoni rigward teknoloġiji li jħarsu ‘l quddiem

§ Ambjent - klima - politika għall-enerġija sostenibbli

- miżuri protettivi għal oqsma b’riskju partikolari, magħmula apposta għal dawk l-oqsma (sensittività)

- konservazzjoni u użu effiċjenti ta’ riżorsi skarsi

- strateġija responsabbli għall-użu tar-riżorsi

- żieda sinjifikanti fl-effiċjenza enerġetika

- żieda sinjifikanti fl-effiċjenza enerġetika

- sehem akbar ta’ sorsi ta’ enerġija li tiġġedded

- miżuri għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ CO2

- metodi u/jew proċeduri li jikkonservaw riżorsi skarsi jew fil-periklu

§ Ħolqien ta' postijiet tax-xogħol ta' kwalità għolja

- titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol

- ħolqien ta’ xogħlijiet li jħarsu ‘l quddiem

- żieda fil-produttività

- titjib fil-kompetittività

- ħolqien ta’ xogħlijiet li ma jkunux marbuta ma post partikulari

- l-użu tal-mezzi moderni tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni

§ Tagħlim matul il-ħajja

- titjib kwalitattiv tal-istandards tat-taħriġ u żieda kwantitattiva tat-taħriġ li jkun qed jiġi offrut, b’mod partikulari rigward l-opportunitajiet għal setturi tal-popolazzjoni li huma l-aktar żvantaġġati jew f'riskju

- rabta mill-qrib bejn l-edukazzjoni u t-taħriġ

- proġetti ta’ taħriġ imfassla skont il-ħtiġijiet, mil-lat ta’ kwalità kif ukoll ta’ kwantità

- introduzzjoni u użu ta’ teknoloġi u proċeduri moderni

- miżuri biex jistimulaw u jżommu r-rieda biex isir taħriġ

- żieda fit-teħid ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ

§ Żvilupp integrat tal-ibliet

- kompatibilità mtejba bejn it-trasport pubbliku lokali, in-nies mexjin fit-triq u l-użu tal-karozzi

- jiżdied l-investiment intraprenditorjali, miżuri li jistimulaw u jiżguraw l-impjiegi u jtejbu l-ħajja soċjali

- l-iżvilupp mill-ġdid ta’ mitluqa f’zona tal-ibliet

- kwalità ta’ ħajja mtejba fiz-zoni tal-ibliet

§ Bidla demografika

- applikazzjoni għal miżuri li jippermettu aċċess univerali għas-servizzi (pereżempju permezz tal-ħolqien ta’ pjattaformi tal-IT għall-provvista tal-kura tas-saħħa, e-learning, eċċ)

- miżuri biex jitħarrġu / jattiraw aktar ħaddiema tas-sengħa

- involviment imtejjeb ta’ ħaddiema aktar anzjani

§ Koperazzjoni transkonfinali

- żieda fil-kwalità u fil-kwantità tal-kuntatti transkonfinali

- ħolqien ta’ netwerks permanenti jew skemi ta’ koperazzjoni fuq medda twila ta’ żmien

- armonizzazzjoni ta’ sistemi u proċeduri differenti

- involviment ta’ msieħba ġodda

- l-istabbiliment ta’ indipendenza finanzjarja

- trasferimenti u skambji permanenti transkonfinali tal-għarfien

- sfruttament konġunt tal-potenzjal f’reġjunijiet imsieħba

- konnessjonijiet infrastrutturali bejn reġjuni msieħba

§ Sħubiji bejn il-pubbliku u l-privat

- titjib kwalitattiv fl-implimentazzjoni tal-proġetti

- implimentazzjoni b’aktar ħeffa tal-proġetti

Fid-dawl tal-użu sikwit parallel tat-termini ‘prattiki tajba’ u ’stejjer ta’ suċċess’ flimkien mat-terminu ‘l-aħjar prattiki’, il-PE jissuġġerixxi li l-Kummissjoni toħloq, permezz tal-fatturi ta’ hawn fuq, subdiviżjoni ċari u trasparenti – f’termini ta’ gradazzjoni – tat-termini li jgħinu sabiex issir distinzjoni bejniethom.

Skambju tal-aħjar prattiki

Hemm diversi għażliet għall-organizzazzjoni tal-iskambju tal-aħjar prattiki. Min-naħa waħda ikun possibbli għall-iżviluppaturi tal-proġetti li jniedu u mexxu netwerk jew, min-naħa l-oħra, l-iskambju jkun jista’ jsir fi ħdan id-DĠ Politika Reġjonali, mingħajr ma tiġi organizzata netwerk.

Fid-dawl tal-ħidmiet konnessi mal-iskambju, bħall-evalwazzjoni tal-aħjar prattiki, il-PE jippreferi li jinħoloq uffiċċju speċifiku - fi ħdan il-qafas amministrattiv attwali – fid-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali tal-Kummissjoni, li b’koperazzjoni man-netwerk tar-reġjuni, jorganizza l-evalwazzjoni, il-ġbir u l-iskambju tal-aħjar prattiki u jaġixxi ta’ punt ta’ kuntatt għan-naħa tal-provvista kif ukoll ħan-naħa tad-domanda. Il-Parlament iqis li huwa biss permezz ta’ mudell tali li jkun possibbli skambju fuq medda twila ta’ żmien, kontinwu, affidabbli u ta’ suċċess tal-aħjar prattiki fil-qasam tal-politika tal-koeżjoni.

Proġetti għall-identifikazzjoni tal-fatturi tal-aħjar prattiki (selezzjoni)

Riċerka u żvilupp / innovazzjoni

- Lasers for Micromachining and Diagnostics (Litwanja)

- NaMLab - Nanoelectronic Materials Laboratory (Ġermanja)

- Research of Carbon Materials (Slovakkja)

Ambjent - klima - politika għall-enerġija sostenibbli

- Centre of Excellence for Environmental Technologies (Slovenja)

- MOBIZENT - Mobilitätszentrale Burgenland (Awstrija)

- Reconstruction of a Minor Water Plant (Slovakkja)

Ħolqien ta' postijiet tax-xogħol ta' kwalità għolja

- ‘Brainhunt’- Competition of business plans (Estonja)

- Neubau des Fraunhofer Instituts für Zelltherapie und Immunologie (Ġermanja)

- Development of tools for Knowledge Management in SMEs (Awstrija)

Tagħlim matul il-ħajja

- Fachkraft für Biotechnologie [Speċjalisti tal-bijoteknoloġija] (Ġermanja)

- Development of training and training environment of Narva Vocational Training Centre (Estonja)

- People for modern office (Slovakkja)

Żvilupp integrat tal-ibliet

- Entwicklung des problematischen Stadtgebietes „Leipziger Osten’ (Ġermanja)

- Proġett tat-Tkabbir tal-“Parque de las Ciencias” fi Granada (Spanja)

- Städtebauliche Attraktivierung des Ortsbildes Hörnum [Titjib fl-ippjanar urban ta’ Hörnum] (Ġermanja)

Bidla demografika

- Personalmanagement im Handwerk (Ġermanja)

- TELEWORK (Estonja)

- BSR eHealth - Integrated regional health care structures: is-saħħa-e fir-Reġjun tal-Baħar Baltiku (DE- DK- SE- NO- FI- LT- PL)

Koperazzjoni transkonfinali

- ECRN - European Chemical Regions Network (ES - DE - EST - PL - NL - IT - UK)

- Baltic Sea Virtual Campus (DE- DK- SE- FI- LV- LT- RU- PL)

- New Hansa (DE - DK - SE - FI - LV - LT - PL)

Sħubiji bejn il-pubbliku u l-privat

- ‘Brainhunt’- Competition of business plans (Estonja)

- NaMLab - Nanoelectronic Materials Laboratory (Ġermanja)

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS  (23.1.2009)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar l-aħjar prattiki fil-qasam tal-politika reġjonali u l-ostakoli għall-użu tal-Fondi Strutturali
(2008/2061(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Nathalie Griesbeck

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Ifakkar li huwa urġenti li tiġi stabbilita definizzjoni preċiża tal-kunċett "tal-aħjar prattiki", li tkun tinkludi wkoll il-prinċipju ta' governanza tajba; jikkunsidra, f'dan ir-rigward, li jkun aħjar li jiġu stabbiliti indikaturi ta' prestazzjoni kwantitattivi u kwalitattivi, komuni għall-Istati Membri kollha kif ukoll li jiġi definit il-proporzjon bejn in-nefqa u l-profitt tal-proġetti; ifakkar li l-ħlas tal-impjegati, l-indikatur tal-faqar, il-kwalità tal-għixien, il-medja ta' għomor il-bniedem, il-kompetittività, il-varjazzjonijiet fil-livell tal-qgħad fuq medda twila ta' żmien kif ukoll il-livell tas-servizzi ta' interess ġenerali fir-reġjuni jistgħu jitqiesu b'mod partikulari bħala indikaturi kwalitattivi;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tipproċedi bl-evalwazzjoni xjentifika tar-rata tat-trasferibilità tal-"aħjar prattiki" fl-oqsma tat-tmexxija amministrattiva, finanzjarja u tal-informatika tal-proġetti, kif ukoll biex tiffavorixxi l-viżibilità u t-trasferibilità tal-"aħjar prattiki" bejn l-awtoritajiet tat-tmexxija tal-istess Stat Membru u l-awtoritajiet tat-tmexxija ta' Stati Membri differenti; iqis li l-Kummissjoni għandha wkoll tiffavorixxi t-trasferibilità tal-aħjar prattiki sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrazzjonalizzaw l-eżekuzzjoni tagħhom billi jqisu l-karatteristiċi soċjoloġiċi, ekonomiċi, ġeografiċi u amministrattivi f'kull reġjun ikkonċernat;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tqis il-bżonn li tiffavorixxi l-aħjar prattiki fl-oqsma tal-istrutturi finanzjarji, b'mod partikulari dawk li jikkonċernaw l-istrutturi finanzjari tas-sħubiji pubbliċi/privati u dawk li għandhom appoġġ mill-Bank Ewropej tal-Investiment u tal-Fondi Ewropew tal-Investiment;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tmexxi investigazzjoni biex tkejjel l-effikaċja tal-prattiki li għandhom x'jaqsmu mat-tmexxija amministrattiva, finanzjarja u tal-informatika tal-proġetti u tar-rata tat-trasferibilità tagħhom;

5.  Jitlob li jsir rapport mill-esperti għax-xogħol tal-awtoritajiet tat-tmexxija, b'mod partikulari fil-perspettiva tat-tmiem tal-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, li għandu jitlesta fi żmien raġonevoli qabel l-approvazzjoni ta' qafas finanzjarju ġdid, biex b'hekk il-leġiżlatur ikun jista' jifhem aħjar ix-xogħlijiet tiegħu fil-qafas tan-negozjar mill-ġdid tal-qafas finanzjarju li jmiss;

6   Jitlob li l-burokrazija fl-użu tal-Fondi Struttruali tinżamm kemm jista' jkun minima, u mhux tiżdied bla bżonn permezz ta' kundizzjonijiet individwali imposti mill-Istati Membri;

7.  Itenni l-appoġġ tiegħu għall-aħjar prattiki bil-għan li kull Stat Membru jagħmel dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni nazzjonali annwali li tkopri il-fondi Komunitarji fit-tmexxija kondiviża, u jitlob li din il-prattika tkun ġeneralizzata;

8.  Jitlob illi, fil-qafas tal-proċedura baġitarja, il-mezzi amministrattivi adegwati għandhom ikunu assenjati lill-awtoritajiet tat-tmexxija inkarigati b'mod partikulari mill-Fondi Soċjali Ewropej, sabiex jiġi żgurat li l-mikroproġetti josservaw kif xieraq il-kundizzjonijiet tal-eliġibilità.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

22.1.2009

 

 

 

Riżlutat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Richard James Ashworth, Reimer Böge, Herbert Bösch, Paulo Casaca, Valdis Dombrovskis, Brigitte Douay, James Elles, Hynek Fajmon, Ingeborg Gräßle, Nathalie Griesbeck, Catherine Guy-Quint, Anne E. Jensen, Wiesław Stefan Kuc, Janusz Lewandowski, Vladimír Maňka, Mario Mauro, Jan Mulder, Alexandru Nazare, Esko Seppänen, Nina Škottová, Theodor Dumitru Stolojan, László Surján, Kyösti Virrankoski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Gahler, Marusya Ivanova Lyubcheva, Paul Rübig, Peter Šťastný

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

12.2.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Emmanouil Angelakas, Stavros Arnaoutakis, Elspeth Attwooll, Rolf Berend, Jana Bobošíková, Victor Boştinaru, Wolfgang Bulfon, Giorgio Carollo, Bairbre de Brún, Gerardo Galeote, Iratxe García Pérez, Monica Giuntini, Ambroise Guellec, Pedro Guerreiro, Gábor Harangozó, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Mieczysław Edmund Janowski, Gisela Kallenbach, Evgeni Kirilov, Miloš Koterec, Constanze Angela Krehl, Florencio Luque Aguilar, Jamila Madeira, Miguel Angel Martínez Martínez, Iosif Matula, Miroslav Mikolášik, Jan Olbrycht, Maria Petre, Markus Pieper, Giovanni Robusti, Bernard Soulage, Catherine Stihler, Margie Sudre, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Březina, Den Dover, Emanuel Jardim Fernandes, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Stanisław Jałowiecki, Zita Pleštinská, Samuli Pohjamo, Christa Prets, Miloslav Ransdorf, Flaviu Călin Rus, Richard Seeber, László Surján, Nikolaos Vakalis, Iuliu Winkler

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Wolf Klinz, Sepp Kusstatscher, Toine Manders