RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skema ta’ Ekotikketta Komunitarja
25.2.2009 - (COM(2008)0401 – C6‑0279/2008 – 2008/0152(COD)) - ***I
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Salvatore Tatarella
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skema ta’ Ekotikketta Komunitarja
(COM(2008)0401 – C6‑0279/2008 – 2008/0152(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0401),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0279/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6‑0105/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) L-iskema tal-Ekotikketta Komunitarja hija parti mill-politika dwar konsum u produzzjoni sostenibbli tal-Komunità, li għandha l-għan li tnaqqas l-impatt negattiv tal-konsum u tal-produzzjoni fuq l-ambjent, is-saħħa u r-riżorsi naturali. L-iskema hija maħsuba biex tippromwovi dawk il-prodotti li jkollhom livell għoli ta’ rendiment ambjentali permezz tal-użu tal-Ekotikketta. Għal dan il-għan, huwa xieraq li jinħtieġ li l-kriterji li l-prodotti jridu jkunu konformi magħhom sabiex ikollhom fuqhom l-Ekotikketta jkunu bbażati fuq l-aqwa rendiment ambjentali miksub mill-prodotti fis-suq Komunitarju. Dawk il-kriterji għandhom ikunu sempliċi biex jinftiehmu u biex jintużaw u għalhekk għandhom ikunu limitati għall-aktar impatti ambjentali sinifikanti tal-prodotti. |
(4) L-iskema tal-Ekotikketta Komunitarja hija parti mill-politika dwar konsum u produzzjoni sostenibbli tal-Komunità, li għandha l-għan li tnaqqas l-impatt negattiv tal-konsum u tal-produzzjoni fuq l-ambjent, is-saħħa, il-klima u r-riżorsi naturali. L-iskema hija maħsuba biex tippromwovi dawk il-prodotti li jkollhom livell għoli ta’ rendiment ambjentali permezz tal-użu tal-Ekotikketta. Għal dan il-għan, huwa xieraq li jinħtieġ li l-kriterji li l-prodotti jridu jkunu konformi magħhom sabiex ikollhom fuqhom l-Ekotikketta jkunu bbażati fuq l-aqwa rendiment ambjentali miksub mill-prodotti fis-suq Komunitarju. Dawk il-kriterji għandhom ikunu sempliċi biex jinftiehmu u biex jintużaw, u għandhom ikunu bbażati fuq provi xjentifiċi, b'kunsiderazzjoni għall-aħħar żviluppi teknoloġiċi. Dawk il-kriterji għandhom ikunu orjentati lejn is-suq u limitati għall-aktar impatti ambjentali sinifikanti tal-prodotti matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom, inklużi l-fażijiet tal-produzzjoni u tal-użu. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-prevenzjoni tal-effetti negattivi fuq il-klima hija parti integrali mill-iskema tal-Ekotikketta. | |
Is-Cefic jinsisti dwar il-ħtieġa li jkun hemm bażi xjentifika b’saħħitha għall-kriterji tal-ekotikketta. Barra minn hekk, is-Cefic jagħti s-sostenn tiegħu lill-kriterji tal-ekotikketta li huma skont il-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli dwar l-aspetti ekonomiċi, ambjentali u soċjali, u jkopru ċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-prodotti. | |
Meta jiġu stabbiliti l-kriterji tal-Ekotikketta għandu jiġi kkunsidrat iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-prodotti. | |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 4 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) Sabiex l-iskema għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja tiġi aċċettata mill-pubbliku ġenerali, huwa essenzjali li l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) ambjentali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur ikollhom rwol importanti u jkunu involuti b’mod attiv fl-iżvilupp u fit-tħejjija tal-kriterji għall-Ekotikketti Komunitarji. |
Ġustifikazzjoni | |
Integrazzjoni mill-ġdid tal-Premessa 5 tar-regolament li hemm bħalissa. | |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Sabiex l-iskema tal-Ekotikketta Komunitarja tiġi ssemplifikata u jitnaqqas il-piż amministrattiv marbut mal-użu tal-Ekotikketta, il-proċeduri ta’ valutazzjoni u ta’ verfika għandhom ikunu sostitwiti minn sistema ta’ reġistrazzjoni. |
(6) Sabiex l-iskema tal-Ekotikketta Komunitarja tiġi ssemplifikata u jitnaqqas il-piż amministrattiv marbut mal-użu tal-Ekotikketta, sistema ta' reġistrazzjoni armonizzata, li għandha tkun applikata madwar l-Istati Membri u l-korpi kompetenti, għandha tiġi introdotta. Ir-reġistrazzjoni għandha tingħata wara l-verifika li l-prodott jissodisfa l-kriterji għall-kategorija speċifika ta’ prodotti. |
Ġustifikazzjoni | |
Is-sostituzzjoni tas-sistema ta’ qabel bi proċedura ta’ reġistrazzjoni m’għandhiex tnaqqas l-effettività tal-kontrolli ex ante. | |
Sabiex tiġi evitata frammentazzjoni tas-suq intern, is-sistemi ta’ reġistrazzjoni għandhom ikunu l-istess fl-Istati Membri kollha. | |
Huwa importanti li s-sistema ta' reġistrazzjoni tkun komplementari għall-proċeduri ta' evalwazzjoni u ta' verifika, sabiex ma tkunx issagrifikata l-kredibilità tal-iskema għall-finijiet tal-flessibilità. | |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Sabiex jiżdied l-użu tal-Ekotikketta u sabiex ma jkunux ippenalizzati dawk l-operaturi li l-prodotti tagħhom jissodisfaw il-kriterji tal-Ekotikketta, l-ispejjeż biex tintuża l-Ekotikketta għandhom jitnaqqsu. |
imħassra |
Ġustifikazzjoni | |
Il-ħlas tar-reġistrazzjoni ta’ €200 mhuwiex ser ikopri l-ispejjeż amministrattivi għall-proċedura. B’effett ta’ dan, l-Istati Membri ser ikollhom jissussidjaw din il-proċedura, u dan huwa ostakolu għas-suċċess tal-fjura li tirrappreżenta l-UE u l-proliferazzjoni tagħha fis-suq intern kollu. | |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 7 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7a) Sabiex jiżdied l-użu tas-sistema tal-Ekotikketta Komunitarja fir-reviżjonijiet futuri ta’ dan ir-Regolament, se jkun hemm il-ħtieġa għal bidla definittiva mill-kriterji ta’ 10% tal-prodotti bl-aqwa prestazzjoni għall-introduzzjoni ta’ sistema ta’ gradazzjoni f’kull kategorija ta’ prodotti sabiex il-konsumaturi jiġu megħjuna jwettqu għażliet sostenibbli ta’ konsum u biex jinħolqu inċentivi għal produtturi biex itejbu l-offerta tagħhom b’mod kostanti. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex jinfirex realment l-użu tal-Ekotikketta Komunitarja s-“sistema tal-aqwa 10%” mhix meqjusa bħala effettiva biżżejjed. Kull prodott mill-gruppi ta’ prodotti kollha għandu jkollu l-possibilità li japplika għat-tikketta u jkollu din fuq il-prodott, u dan skont sistema ta’ klassifikazzjoni, grad ‘A' jew ‘B’ jew ‘C’ li għandu jindika l-prestazzjoni ambjentali tiegħu. | |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Fid-dawl tal-proċeduri ssimplifikati għall-użu tal-Ekotikketta, huwa xieraq li jkunu pprovduti l-kundizzjonijiet fejn tista’ tintuża l-Ekotikketta u, sabiex tkun żgurata l-konformità ma’ dawk il-kundizzjonijiet, ikun meħtieġ li l-korpi kompetenti jwettqu verifiki wara r-reġistrazzjoni u jipprojbixxu l-użu tal-Ekotikketta fejn ma jkunx hemm konformità mal-kundizzjonijiet għall-użu. Huwa wkoll xieraq li jinħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu r-regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u li jkun żgurat li dawn jiġu implimentati. |
(8) Fid-dawl tal-proċeduri ssimplifikati għall-użu tal-Ekotikketta, huwa xieraq li jkunu pprovduti l-kundizzjonijiet fejn tista’ tintuża l-Ekotikketta u, sabiex tkun żgurata l-konformità ma’ dawk il-kundizzjonijiet, ikun meħtieġ li l-korpi kompetenti jwettqu verifiki wara r-reġistrazzjoni u jipprojbixxu l-użu tal-Ekotikketta fejn ma jkunx hemm konformità mal-kundizzjonijiet għall-użu. Huwa wkoll xieraq li jinħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu r-regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u li jkun żgurat li dawn jiġu implimentati. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi kompetenti jiġu pprovduti bil-mezzi finanzjarji u r-riżorsi umani kollha meħtieġa. |
Ġustifikazzjoni | |
It-tħaddim kif suppost tal-korpi kompetenti hu dipendenti ħafna fuq ir-riżorsi disponibbli pprovduti lilhom mill-Istati Membri. | |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Jeħtieġ li titqajjem kuxjenza pubblika mill-Ekotikketta Komunitarja billi jiġu promossi azzjonijiet sabiex il-konsumaturi jsiru konxji mit-tifsira tat-tikketta u jkunu jistgħu jagħmlu għażliet informati. |
(9) Jeħtieġ li l-pubbliku jkun infurmat u li titqajjem kuxjenza pubblika dwar l-Ekotikketta Komunitarja billi jiġu promossi azzjonijiet, informazzjoni u kampanji ta' edukazzjoni fuq livell lokali, nazzjonali u Komunitarju, sabiex il-konsumaturi jsiru konxji mit-tifsira tat-tikketta u jkunu jistgħu jagħmlu għażliet informati. Dan huwa meħtieġ ukoll biex l-iskema ssir aktar attraenti għall-produtturi u għall-bejjiegħa bl-imnut. Id-dħul iġġenerat minn kwalunkwe miżata għal applikazzjoni għar-reġistrazzjoni skont dan ir-Regolament għandu jintuża prinċipalment għal skopijiet ta' kummerċjalizzazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa kruċjali li tiżdied il-kuxjenza tal-konsumaturi u li l-iskema tal-Ekotikketta ssir aktar attraenti għall-produtturi biex l-Ekotikketta jkollha suċċess. | |
Il-kampanji ta' informazzjoni u ta' edukazzjoni huma mezz importanti ta' komunikazzjoni sabiex il-konsumaturi jsiru jafu aktar dwar l-Ekotikketta fil-ġejjieni qrib. | |
Huwa ċar li wieħed min-nuqqasijiet ewlenin tal-iskema attwali hu l-fatt li ftit konsumaturi huma konxji tagħha minħabba li ma ġietx irriklamata sew. Għalhekk huwa importanti li jkun iddedikat ammont sostanzjali ta' riżorsi finanzjari għal dan il-għan. Jeħtieġ lil-pubbliku jkun infurmat u li titqajjem kuxjenza pubblika dwar l-Ekotikketta Komunitarja permezz ta' azzjonijiet ta' promozzjoni, sabiex il-konsumaturi jsiru konxji mit-tifsira tat-tikketta u jkunu jistgħu jagħmlu għażliet informati. | |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 9 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9a) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu impenjati l-fondi neċessarji għal kampanji biex ikabbru l-għarfien u għall-promozzjoni tal-Ekotikketta. |
Ġustifikazzjoni | |
L-UE u l-Istati Membri għandhom isostnu l-promozzjoni tal-Ekotikketta. | |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 9 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9a) L-iskema għal Ekotikketta Komunitarja għandha tqis il-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti sabiex jiġu evitati approċċi diverġenti u ż-żieda ta' piżijiet amministrattivi fuq l-intrapriżi. Għalhekk għandhom jissaħħu s-sinerġiji bejn l-istrumenti ta' politika differenti relatati ma' prodotti sabiex ikun żgurat qafas armonizzat fejn jiġu żviluppati l-kriterji. |
Ġustifikazzjoni | |
Peress li l-Ekotikketta hi biss parti mill-Pjan ta' Azzjoni għall-Produzzjoni u l-Konsum Sostenibbli, hu ta' importanza kbira li jiġu żgurati s-sinerġiji mal-azzjonijiet l-oħra tal-Pjan. | |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 9 b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9b) Billi n-negozji ż-żgħar sikwit ibatu biex jassimilaw regolamenti u standards ġodda, l-uffiċċji ta' informazzjoni li għandhom jitwaqqfu skont l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar previst għandu jingħatalhom ukoll il-kompitu li jagħtu l-informazzjoni dwar l-iskema tal-Ekotikketta. |
Ġustifikazzjoni | |
Hu importanti li jiġu stabbiliti rabtiet bejn l-iskema tal-Ekotikketta u l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar sabiex l-affarijiet ikunu aktar faċli għall-SMEs. | |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 9 c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9c) Billi skemi differenti ta' ekotikketti dejjem iġibu magħhom xogħol żejjed, b'mod partikulari għan-negozji ż-żgħar, il-Kummissjoni għandha tingħata istruzzjonijiet biex tippromwovi attivament it-tqarrib tal-iskemi ta' ttikkettar differenti. |
Ġustifikazzjoni | |
Hu importanti li jitqies il-piż amministrattiv fuq l-SMEs u, għalhekk, li jsir sforz biex dan jitnaqqas kemm jista' jkun. | |
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Sabiex tkun iffaċilitata l-kummerċjalizzazzjoni fuq il-livell nazzjonali u Komunitarju tal-prodotti li jkollhom fuqhom tikketti ambjentali u sabiex ikun evitat li l-konsumaturi jiġu konfużi, jeħtieġ ukoll li titkabbar il-koerenza bejn l-iskema tal-Ekotikketta Komunitarja u l-iskemi tal-Ekotikketti nazzjonali fil-Komunità. |
(10) Sabiex tkun iffaċilitata l-kummerċjalizzazzjoni fuq il-livell nazzjonali u Komunitarju tal-prodotti li jkollhom fuqhom tikketti ambjentali u sabiex ikun evitat li l-konsumaturi jiġu konfużi, jeħtieġ ukoll li titkabbar il-koerenza bejn l-iskema tal-Ekotikketta Komunitarja u l-iskemi tal-Ekotikketti nazzjonali fil-Komunità, kif ukoll li jinħoloq sit tal-internet uffiċjali tal-UE li jiġbor flimkien l-informazzjoni u l-prattiki tal-ekotikkettar kollha tal-UE għall-informazzjoni tal-konsumaturi u li jkun disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità. Il-koeżistenza ta' dawn l-iskemi għandha twassal għal sitwazzjoni vantaġġuża għaż-żewġ tikketti permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiċi. Barra minn hekk, l-iskema tal-Ekotikketta Komunitarja għandha tippromwovi l-prodotti ekotikkettati fis-swieq nazzjonali u għandha tiffaċilita d-dħul tal-prodotti ekotikkettati fis-swieq tal-Istati Membri l-oħra. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-kriterji li l-prodotti jridu jkunu konformi magħhom sabiex ikollhom fuqhom l-Ekotikketta u li temenda l-Annessi għal dan ir-Regolament. Peress li dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, fost l-oħrajn billi jissupplimentawh b’elementi mhux essenzjali ġodda, iridu jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju pprovduta fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(13) B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-kriterji li l-prodotti jridu jkunu konformi magħhom sabiex ikollhom fuqhom l-Ekotikketta u li temenda l-Annessi għal dan ir-Regolament, basta dawn il-kriterji jirrispettaw totalment il-bażi tal-addozzjoni tagħhom skont kif ġie stabbilit f’dan ir-Regolament. Peress li dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, fost l-oħrajn billi jissupplimentawh b’elementi mhux essenzjali ġodda, iridu jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju pprovduta fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proċess li matulu jiġu adottati u riveduti l-kriterji tal-ekotikketta għandu jirrispetta l-għanijiet oriġinali tar-Regolament, speċifikament biex il-konsumaturi tingħatalhom informazzjoni eżatta, li ma tqarraqx u li tkun xjentifika dwar l-impatt ambjentali tal-prodotti matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom. | |
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fir-rigward ta’ prodotti tal-ikel kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu japplika biss għall-ikel ipproċessat u l-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura. |
Dan ir-regolament għandu japplika għall-ikel kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jekk studju mill-Kummissjoni, li għandu jsir sa mhux iktar tard mill-31 Diċembru 2011, u li jqis l-opinjoni tal-EUEB dwar is-suġġett, juri li huwa possibbli li rigward l-ikel, jew xi kategoriji speċifiċi tal-ikel biss, ikunu stabbiliti kriterji affidabbli li jkopru l-prestazzjoni ambjentali tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-prodotti, b'attenzjoni partikulari għall-fattibilità u l-impatt tal-kriterji tal-Ekotikketta fuq l-ikel li huwa fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 kif ukoll fuq prodotti tas-sajd u l-akkwakultura. |
|
F'każijiet bħal dawn il-kriterji għandhom ikunu żviluppati skont il-proċedura msemmija fl-Anness 1(A)(2a). |
|
|
Ġustifikazzjoni | |
Hemm ħtieġa ta' aktar studji dwar il-fattibilità ta' kriterji ambjentali għall-ikel. | |
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. F'konformità mal-prinċipju ta' prekawzjoni, l-Ekotikketta ma tistax tingħata għal prodotti li jkun fihom sustanzi, preparazzjonijiet, jew taħlitiet ikklassifikati bħala tossiċi ħafna, tossiċi, perikolużi għall-ambjent, karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR), skont id-Direttiva 67/548/KEE jew id-Direttiva 1999/45/KE, jew ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, u lanqas għal sustanzi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (REACH). |
|
Għal kategoriji speċifiċi ta’ prodotti, li għalihom m’hemmx alternattivi ekwivalenti mingħajr dawn is-sustanzi jew preparazzjonijiet, u li kieku jkollhom prestazzjoni ambjentali globali aħjar sew meta mqabbla ma' prodotti oħra fl-istess kategorija, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri li jagħtu derogi mill-ewwel subparagrafu. |
|
Dawk il-miżuri, li ġew imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 16(2). |
Ġustifikazzjoni | |
Il-projbizzjoni ta' sustanzi li jikkawżaw tħassib kbir, sakemm ma jkunux għal kategoriji speċifiċi li għalihom hemm id-derogi. | |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem definiti permezz tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem. |
Ġustifikazzjoni | |
Minħabba n-natura speċjali tagħhom, il-prodotti farmaċewtiċi għandhom jibqgħu jiġu esklużi mill-ambitu ta’ dan ir-Regolament. | |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar l-entità jew l-entitajiet responsabbli mit-twettiq tal-kompiti pprovduti f’dan ir-Regolament (minn hawn ’il quddiem: il-“korp kompetenti” jew il-“korpi kompetenti”) u għandu jkun żgur li dawn ikunu operattivi. Fejn jinħatru aktar minn korp kompetenti wieħed, l-Istat Membru għandu jiddetermina s-setgħat rispettivi ta’ dawk l-entitajiet u r-rekwiżiti ta’ koordinazzjoni li japplikaw għalihom. |
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar l-entità jew l-entitajiet responsabbli mit-twettiq tal-kompiti pprovduti f’dan ir-Regolament (minn hawn ’il quddiem: il-“korp kompetenti” jew il-“korpi kompetenti”) u għandu jkun żgur li dawn ikunu operattivi, billi jipprovdilhom il-mezzi finanzjarji u r-riżorsi umani kollha meħtieġa. Fejn jinħatar aktar minn korp kompetenti wieħed, l-Istat Membru għandu jiddetermina s-setgħat rispettivi ta’ dawk l-entitajiet u r-rekwiżiti ta’ koordinazzjoni li japplikaw għalihom. |
Ġustifikazzjoni | |
It-tħaddim kif suppost tal-korpi kompetenti hu dipendenti ħafna fuq ir-riżorsi disponibbli pprovduti lilhom mill-Istati Membri. | |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. L-entitajiet kompetenti għandhom iwettqu l-proċess ta’ verifika b’mod konsistenti u affidabbli, skont l-istandards tas-serje EN 45000 jew standards internazzjonali ekwivalenti. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan sabiex ikun żgurat livell għoli ta’ kwalità tal-proċeduri ta’ verifika, skont l-istandards tal-UE u dawk internazzjonali. | |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Kummissjoni għandha tkun żgura li, fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu, l-EUEB josserva parteċipazzjoni bbilanċjata tal-partijiet interessati rilevanti kollha li jkunu kkonċernati b’kull grupp ta’ prodotti, bħall-korpi kompetenti, il-manifatturi, il-bejjiegħa bl-imnut, l-importaturi, il-gruppi tal-ħarsien ambjentali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi. |
2. Il-Kummissjoni għandha tkun żgura li, fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu, l-EUEB josserva parteċipazzjoni bbilanċjata tal-partijiet interessati rilevanti kollha li jkunu kkonċernati b’kull grupp ta’ prodotti, bħall-korpi kompetenti, il-manifatturi, il-produtturi, il-fornituri tas-servizzi, l-SMEs, l-importaturi, il-gruppi tal-ħarsien ambjentali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi. |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-kriterji tal-Ekotikketta għandhom ikunu bbażati fuq ir-rendiment ambjentali tal-prodotti, fejn jitqiesu l-aktar għanijiet strateġiċi reċenti tal-Komunità fil-qasam tal-ambjent. |
1. Il-kriterji tal-Ekotikketta għandhom jistipulaw ir-rekwiżiti ambjentali li prodott għandu jissodisfa biex ikun jista’ jkollu l-Ekotikketta u għandhom ikunu bbażati fuq analiżi xjentifika li tevalwa r-rendiment ambjentali tal-prodotti, fejn jitqiesu l-aktar għanijiet strateġiċi reċenti tal-Komunità fil-qasam tal-ambjent. |
Ġustifikazzjoni | |
Tajjeb li wieħed ifakkar il-funzjoni tal-kriterji bħala l-ewwel punt (Din l-emenda sempliċiment tmexxi t-test ta’ paragrafu 3 – ara Emenda 9). | |
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Il-kriterji tal-Ekotikketta għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Peress li l-Ekotikketta hija għodda eċċellenti għall-ħarsien ambjentali, l-Ekotikketta għandha ssegwi approċċ ta’ prekawzjoni. B’mod partikolari fir-rigward tal-użu ta’ prodotti kimiċi l-Ekotikketta għandha tmur lil hinn mir-REACH u minn liġijiet rilevanti oħra bħad-Direttivi RoHS u WEEE. | |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Ir-rendiment ambjentali tal-prodotti għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tal-prodotti bl-aqwa rendiment fis-suq Komunitarju. Għal dan il-għan, għandhom jitqiesu l-aktar impatti ambjentali sinifikanti matul iċ-ċiklu ta’ ħajja tal-prodotti, b’mod partikolari l-impatt fuq itl-tibdil fil-klima, l-impatt fuq in-natura u l-bijodiversità, il-konsum tal-enerġija u tar-riżorsi, il-ġenerazzjoni tal-iskart, l-emissjonijiet lill-mezzi ambjentali kollha, it-tniġġis permezz ta’ effetti fiżiċi u l-użu u r-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi. |
2. Il-kriterji għandhom ikunu ddeterminati meta jitqiesu l-impatti ambjentali tal-prodotti disponibbli fis-suq Komunitarju. Għal dan il-għan biss, l-impatti ambjentali matul iċ-ċiklu ta’ ħajja kollu tal-prodotti għandhom ikunu kkunsidrati, dawn jistgħu jinkludu l-impatt fuq it-tibdil fil-klima, l-impatt fuq in-natura u l-bijodiversità, il-konsum tal-enerġija u tar-riżorsi, il-ġenerazzjoni tal-iskart, l-emissjonijiet lill-mezzi ambjentali kollha, it-tniġġis permezz ta’ effetti fiżiċi u l-użu u r-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi li jistgħu jkunu ta’ riskju għall-ambjent kif stabbilit fil-liġi tal-Komunità, kif ukoll il-potenzjal tat-tnaqqis ta' impatti bħal dawn minħabba d-durabilità u l-użu mill-ġdid tal-prodotti. Il-kriterji eżistenti tal-Ekotikketta għall-gruppi ta’ prodotti differenti għandhom jiġu riveduti sa 18-il xahar mill-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament biex jiġi żgurat li huma totalment konformi mal-approċċ taċ-ċiklu ta’ ħajja kif stabbilit f’dan l-Artikolu. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kriterji għandhom ikunu bbażati fuq iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-prodotti u fuq l-impatti ambjentali kollha tagħhom. Dan għandu wkoll japplika għall-kriterji attwali. | |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-kriterji tal-Ekotikketta għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti ambjentali li jrid jissodisfa prodott sabiex ikollu fuqu l-Ekotikketta. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Dan it-test issa ddaħħal fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu (ara Emenda 7). | |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Il-kriterji tal-Ekotikketta għandhom iqisu l-kriterji stabbiliti għal tikketti ambjentali oħrajn, fejn dawn jeżistu għal dak il-grupp tal-prodotti. |
6. Il-kriterji tal-Ekotikketta għandhom iqisu l-kriterji stabbiliti għal tikketti ambjentali oħrajn, fejn dawn jeżistu għal dak il-grupp tal-prodotti, sabiex itejbu s-sinerġiji. Fil-każ ta' prodotti koperti minn leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti dwar l-ittekkettar, il-kriterji għal Ekotikketta għandhom jikkorrispondu dejjem mal-ogħla rekwiżiti ambjentali. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Ekotikketta tikkostitwixxi rikonoxximent ta' eċċellenza. Sussegwentement, għalkemm hu mixtieq li jiġu evitati piżijiet amministrattivi bla bżonn billi jitqiesu l-kriterji stabbiliti diġà fil-qafas tal-leġiżlazzjoni eżistenti, hu importanti wkoll li dawn il-kriterji jikkorrispondu mal-ogħla rekwiżiti ambjentali. | |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 6 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li t-tnaqqis fl-ittestjar fuq l-annimali ikun kunsiderazzjoni ewlenija fl-iżvilupp u r-reviżjoni tal-kriterji. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kriterji għall-Ekotikketta għandhom jippruvaw jagħmlu pressjoni fuq is-suq għal tnaqqis tat-testijiet fuq l-annimali. | |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Wara li jikkonsultaw lill-EUEB, l-Istati Membri, il-korpi kompetenti u l-partijiet interessati l-oħra jistgħu wkoll jagħtu bidu u jmexxu l-iżvilupp jew ir-reviżjoni tal-kriterji tal-Ekotikketta. |
Wara li jikkonsultaw lill-EUEB u lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi kompetenti jistgħu wkoll jagħtu bidu u jmexxu l-iżvilupp jew ir-reviżjoni tal-kriterji tal-Ekotikketta. Il-partijiet interessati rappreżentati fl-EUEB jista’ jkollhom il-kariga li jmexxu l-iżvilupp tal-kriterji, sakemm ikunu jistgħu juru għarfien speċjalizzat fil-qasam tal-prodott, kif ukoll il-ħila li jmexxu l-proċess b’newtralità u skont l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
Importanti li korp ċentralizzat iżomm il-kontroll ġenerali tal-iżvilupp tal-proċedura. Sabiex tiġi żgurata l-indipendenza u t-trasparenza tal-proċedura kif ukoll il-fiduċja pubblika fl-Ekotikketta, jeħtieġ jiddaħħal filtru biex mhux kull parti interessata tkun intitolata li tibda jew tkompli tmexxi l-iżvilupp tal-kriterji. | |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Dawn id-dokumenti għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex tiġi ċċarata l-proċedura. | |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Fejn ikunu żviluppati kriterji għall-ikel ipproċessat minbarra l-prodotti tal-akkwakultura, dawk il-kriterji għandhom jirrigwardaw biss l-ipproċessar, it-trasport jew l-ippakkjar. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
L-ikel m’għandux jiddaħħal kif propost f’dan ir-Regolament għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq. | |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Fejn ikun hemm il-ħtieġa għal reviżjoni mhux sostanzjali tal-kriterji, tista’ tapplika l-proċedura ta’ reviżjoni mqassra kif stipulat fl-Anness I Ba. |
Ġustifikazzjoni | |
Importanti li wieħed ikollu għodda effiċjenti u ħafifa biex isiru tibdiliet żgħar u mhux sostanzjali fil-kriterji. | |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, wara konsultazzjoni mal-EUEB u skont l-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha tħejji u tippubblika pjan ta’ ħidma mifrux fuq tliet snin dwar l-Ekotikketta tal-Komunità li jistabbilixxi objettivi kif ukoll lista mhux eżawrjenti ta’ gruppi ta’ prodotti li għandhom jiġu kkunsidrati bħala prijorità biex il-Komunità tieħu azzjoni dwarhom. Dan il-pjan għandu jiġi aġġornat regolarment. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-rapporteur żied mal-emenda 15 biex jispeċifika li l-pjan ta’ ħidma għandu jkun għal tliet snin. | |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
-1. Għandu jiġi mfassal abbozz tal-kriterji għall-Ekotikketta skont il-proċedura stipulata fl-Aness I li jqis il-pjan ta’ ħidma. |
1. Wara li tikkonsulta lill-EUEB, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri sabiex tistabbilixxi kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta għal kull grupp ta’ prodotti. |
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri sabiex tistabbilixxi kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta għal kull grupp ta’ prodotti, suġġetti għar-rekwiżiti tal-Artikolu 6, skont il-proċedura li ġejja: |
|
Mhux aktar tard minn 3 xhur wara li "rapport finali u abbozz ta’ proposta bil-kriterji"kif imsemmi fl-Artikolu 7 jkunu ġew sottomessi lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-EUEB dwar abbozz ta' proposta. |
|
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi spjegazzjonijiet u dokumenti dwar ir-raġunijiet li wasslu għal xi tibdil fl-abbozz ta' proposta tagħha meta mqabbel mal-kriterji sottomessi fir-rapport finali skont l-Artikolu 7. |
|
Mhux aktar tard minn 3 xhur wara li tikkonsulta lill-EUEB, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta għall-kriterji tal-Ekotikketta lill-kumitat regolatorju stabbilit skont l-Artikolu 16(2) u sussegwentement għandha tadotta miżuri sabiex tistabbilixxi kriterji tal-Ekotikketta għal grupp speċifiku ta’ prodotti. |
|
Fil-proposta finali tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-kummenti tal-EUEB u b'mod ċar għandha tenfasizza, tiddokumenta u tagħti spjegazzjonijiet dwar ir-raġunijiet li wasslu għal xi tibdil fil-proposta finali tagħha meta mqabbla mal-abbozz tal-proposta mressaq wara l-konsultazzjoni mal-EUEB. |
Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 16(2). |
Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 16(2). |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Kummissjoni għandha tispjega t-tibdiliet fl-abbozz ta' proposta tagħha meta mqabbel mal-opinjoni tal-EUEB. Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll skadenza għad-deċiżjoni finali. | |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fil-miżuri li jissemmew fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha: |
Fil-miżuri li jissemmew fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha: |
a) tistabbilixxi rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-konformità ta’ prodotti speċifiċi mal-kriterji tal-Ekotikketta; |
a) tistabbilixxi rekwiżiti għall-evalwazzjoni tal-konformità ta’ prodotti speċifiċi mal-kriterji tal-Ekotikketta; |
b) fejn ikun xieraq, tinidika t-tliet karatteristiċi ambjentali ewlenin li għandhom jitqiegħdu fuq l-Ekotikketta; |
b) fejn ikun xieraq, tinidika t-tliet karatteristiċi ambjentali ewlenin li jistgħu jitqiegħdu fuq l-Ekotikketta; |
c) tispeċifika l-perjodu ta’ validità tal-kriterji u tar-rekwiżiti tal-valutazzjoni. |
c) tispeċifika l-perjodu, li m'għandux jaqbez is-sentejn, ta’ validità tal-kriterji u tar-rekwiżiti tal-evalwazzjoni; |
|
d) tispeċifika l-grad ta' varjabilità tal-prodott permess matul il-perjodu ta' validità msemmi fil-punt (c). |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa ta’ importanza assoluta li jiġi previst mekkaniżmu li jikkunsidra t-titjib kontinwu tal-prodotti, ukoll matul il-perjodu ta’ validità tal-kriterji tal-Ekotikketta. Attwalment, il-kriterji tal-prodotti qed jiġu stabbiliti għal perjodi twal (per eżempju għal 3 snin) u mhumiex flessibli; huwa diffiċli ferm li jsiru anke bidliet żgħar fil-formulazzjoni sabiex jiġu inklużi ingredjenti ġodda u aktar sostenibbli u biex isir adattament għall-progress tekniku mingħajr ma jkun hemm il-ħtieġa li jerġa’ jsir il-proċess kollu tal-applikazzjoni għall-Ekotikketta. | |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) Meta jiġu stabbiliti l-kriterji tal-Ekotikketta wieħed għandu joqgħod attent li ma jkunux introdotti miżuri li l-implimentazzjoni tagħhom tista’ timponi piżijiet amministrattivi u ekonomiċi sproporzjonati fuq l-SMEs. |
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 9 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Ir-reġistrazzjoni għall-użu tal-Ekotikketta |
Iċ-ċertifikazzjoni u r-reġistrazzjoni għall-użu tal-Ekotikketta |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-reġistrazzjoni biss tal-prodott mhijiex biżżejjed fil-każ tal-Ekotikketta. Huwa meħtieġ li jsir iċċekkjar minn korp indipendenti biex l-Ekotikketta jkollha l-importanza meħtieġa (jiġifieri jiġi introdott test ta’ konformità). | |
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Sabiex jużaw l-Ekotikketta, il-manifatturi, l-importaturi, il-fornituri tas-servizzi, il-kummerċjanti bl-ingrossa jew il-bejjiegħa bl-imnut għandhom jirreġistraw ma’ wieħed mill-korpi kompetenti li jissemmew fl-Artikolu 4 skont ir-regoli li ġejjin: |
1. Sabiex juża l-Ekotikketta, kwalunkwe operatur għandu jirreġistra ma’ wieħed mill-korpi kompetenti li jissemmew fl-Artikolu 4 f'kull Stat Membru fejn il-prodott kien jew se jkun fis-suq. |
(a) meta prodott joriġina fi Stat Membri wieħed, l-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-korp kompetenti ta' dak l-Istat Membru; |
|
(b) meta prodott joriġina fl-istess għamla fdiversi Stati Membri, l-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-korp kompetenti ta' wieħed minn dawk l-Istati Membri; |
|
(c) meta prodott joriġina minn barra l-Komunità, l-applikazzjoni tista' tiġi ppreżentata lill-korp kompetenti fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri li fih il-prodott ikun sejjer jitpoġġa jew ikun tqiegħed fis-suq. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Semplifikazzjoni tat-test. | |
Din l-emenda taħseb li tissimplifika r-reġistrazzjoni billi tindika li r-reġistrazzjoni għandha (irrispettivament mill-post fejn oriġina l-prodott) issir ma' korp kompetenti fl-Istat Membru fejn il-prodott kien jew se jitqiegħed fis-suq. | |
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni għandhom jispeċifikaw l-isem u l-indirizz tal-operatur, kif ukoll il-grupp tal-prodotti in kwistjoni u għandhom jinkludu deskrizzjoni sħiħa tal-prodott. |
2. Ma tapplikax għall-verżjoni bil-Malti. |
Ġustifikazzjoni | |
Ma tapplikax għall-verżjoni bil-Malti. | |
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni għandhom jinkludu d-dokumentazzjoni kollha rilevanti, kif speċifikat fil-miżura rilevanti tal-Kummissjoni li tistabbilixxi kriterji għall-Ekotikketta għall-grupp ta’ prodotti kkonċernat. |
L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni għandhom jinkludu d-dokumentazzjoni kollha rilevanti, kif speċifikat fil-miżura rilevanti tal-Kummissjoni li tistabbilixxi kriterji għall-Ekotikketta għall-grupp ta’ prodotti kkonċernat. L-operatur ekonomiku għandu jipprovdi evidenza li l-konformità mal-kriterji tal-Ekotikketta kienet iċċertifikata minn korp indipendenti. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-reġistrazzjoni biss tal-prodott mhijiex biżżejjed fil-każ tal-Ekotikketta. Huwa meħtieġ li jsir iċċekkjar minn korp indipendenti biex l-Ekotikketta jkollha l-importanza meħtieġa (jiġifieri jiġi introdott test ta’ konformità). | |
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. il-korp kompetenti li tkun saritlu applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jista’ jitlob ħlas sa €200 biex tiġi pproċessata r-reġistrazzjoni. Jekk jintalab ħlas, l-użu tal-Ekotikketta għandu jkun b’kundizzjoni li l-ħlas ikun ingħata fi żmien xieraq. |
3. Kull applikazzjoni biex tingħata l-Ekotikketta għandha tkun soġġetta għall-ħlas ta’ flus minħabba l-ispejjeż tal-ipproċessar tal-applikazzjoni. F'kull każ, il-ħlas għandu jitnaqqas b’mill-inqas 25 % għall-SMEs. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-ħlas tar-reġistrazzjoni ta’ €200 mhuwiex ser ikopri l-ispejjeż amministrattivi għall-proċedura. B’effett ta’ dan, l-Istati Membri ser ikollhom jissussidjaw din il-proċedura, u dan huwa ostakolu għas-suċċess tal-fjura li tirrappreżenta l-UE u l-proliferazzjoni tagħha fis-suq intern kollu. | |
Għandu jiġi stipulat il-prinċipju li għal SME hu aktar diffiċli u oneruż li tapplika għall-iskema tal-Ekotikketta. Għaldaqstant, l-SMEs għandhom jiġu inkoraġġiti permezz ta’ trattament preferenzjali. | |
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Fi żmien xahrejn mill-wasla ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, il-korp kompetenti kkonċernat għandu jivverifika d-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. |
4. Fi żmien xahrejn mill-wasla ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, il-korp kompetenti kkonċernat għandu jivverifika d-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, kif ukoll il-konformità tal-prodott mal-kriterji adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8. |
Sakemm id-dokumentazzjoni tkun sħiħa, il-korp kompetenti għandu jassenja numru ta’ reġistrazzjoni għal kull prodott. |
Sakemm id-dokumentazzjoni tkun approvata, il-prodott ikun konformi mal-kriterji u r-reġistrazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti tal-evalwazzjoni u tal-verifika, il-korp kompetenti għandu jassenja numru ta’ reġistrazzjoni għal kull prodott. Il-korp kompetenti għandu jikkonkludi l-approvazzjoni tiegħu fi żmien erba' xhur mid-data tal-applikazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Wieħed mill-vantaġġi ewlenin tar-regolament attwali huwa l-grad għoli ta' kredibilità li għandu, li m'għandux jiġi pperikolat billi jitneħħew il-proċeduri ta' verifika u evalwazzjoni qabel ma tingħata l-Ekotikketta, f'isem il-flessibilità. S'issa dan kien garantit minn verifika minn terza persuna. | |
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) il-korp kompetenti li jkun irreġistra prodott għandu jinnotifika kull reġistrazzjoni lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi reġistru komuni u taġġornah regolarment. Dak ir-reġistru għandu jkun pubblikament disponibbli. |
(6) Il-korp kompetenti li jkun irreġistra prodott għandu jinnotifika kull reġistrazzjoni lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi reġistru komuni u taġġornah regolarment. Dak ir-reġistru għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, b’mod partikolari permezz ta' websajt iddedikat għall-Ekotiketta, u dan mill-awtoritajiet fl-Istati Membri. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-konsumaturi għandu jkollhom garanzija ta' aċċess kemm jista' jkun faċli għal-lista tal-prodotti li jkollhom l-Ekotikketta. | |
Ir-rikonoxximent tal-Ekotikketta jista' jikber permezz tat-trasparenza, il-viżibilità u d-disponibilità tat-tagħrif f'portal tal-internet li jkun faċli li jintuża. | |
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. L-Ekotikketta tista’ tintuża fuq il-prodotti koperti mir-reġistrazzjoni fuq il-materjal promozzjonali assoċjat tagħhom. |
7. L-Ekotikketta tista’ tintuża fuq il-prodotti koperti mir-reġistrazzjoni fuq il-materjal promozzjonali assoċjat tagħhom. Il-post tal-Ekotikketta għandu jkun prominenti u għandu jiddefinixxi l-prodott ikkonċernat anke jekk ikun inxtara flimkien ma’ prodotti oħrajn. |
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
10. Fejn l-Ekotikketa titqiegħed fuq ikel ipproċessat minbarra l-prodotti tal-akkwakultura li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, għandha tkun komplementata b’indikazzjoni fl-istess qasam viżiv bil-għan li t-tikketta tirrigwarda biss ir-rendiment ambjentali tal-ipproċessar, it-trasport jew l-ippakkjar tal-prodott |
imħassar |
L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għall-ikel ipproċessat b’tikketta skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Ara hawn fuq għall-kwistjoni tal-ikel. | |
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-korp kompetenti li jkun irreġistra prodott għandu jagħmel verifiki, fuq bażi regolari, jew inkella mal-wasla ta’ lment, fir-rigward tar-reħistrazzjonijiet li jkun wettaq. Dawk il-verifiki jistgħu jieħdu l-forma ta’ kontrolli mhux sistematiċi fil-post. |
2. Il-korp kompetenti li jkun irreġistra prodott għandu jagħmel verifiki, fuq bażi regolari, jew inkella mal-wasla ta’ lment, fir-rigward tar-reħistrazzjonijiet li jkun wettaq. Dawk il-verifiki jistgħu jieħdu l-forma ta’ kontrolli mhux sistematiċi fil-post. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-korpi kompetenti jwettqu kontrolli fuq il-post fuq bażi regolari. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-korpi kompetenti l-mezzi kollha li hemm bżonn biex ikunu jistgħu jwettqu dawn il-kontrolli. |
Ġustifikazzjoni | |
It-tħaddim kif suppost tal-korpi kompetenti hu dipendenti ħafna fuq ir-riżorsi disponibbli pprovduti lilhom mill-Istati Membri. | |
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 10 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 10a |
|
Intrapriżi ta' daqs żgħir u medju |
|
Sabiex tipproteġi l-SMEs, il-Kummissjoni għandha: |
|
(a) tiżgura li l-uffiċċji tal-informazzjoni li għandhom jitwaqqfu skont l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, li għadu se joħroġ, jingħatalhom ukoll il-kompitu li jagħtu tagħrif dwar l-iskema tal-ekotikketti; u |
|
(b) tippromwovi attivament it-tqarrib tal-iskemi differenti tal-ittikettar. |
Ġustifikazzjoni | |
Hu importanti li jitqies il-piż amministrattiv fuq l-SMEs u, għalhekk, li jsir sforz biex dan jitnaqqas kemm jista' jkun. | |
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-koeżistenza tal-Ekotikketta Komunitarja mal-iskemi ta' Ekotikketti nazzjonali għandha tiġi żgurata permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiċi. Barra minn hekk, l-iskema tal-Ekotikketta Komunitarja tista' tippromwovi l-prodotti ekotikkettati fis-swieq nazzjonali rilevanti u tista' tiffaċilita d-dħul tal-prodotti ekotikkettati fis-swieq ta' Stati Membri oħra. |
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri u l-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-EUEB, għandhom jippromwovu l-użu tal-Ekotikketta Komunitarja b’azzjonijiet li jqajmu kuxjenza u b’kampanji ta’ informazzjoni għall-konsumaturi, għall-produtturi, għax-xerrejja pubbliċi, għall-kummerċjanti, għall-bejjiegħa bl-imnut, u għall-pubbliku ġenerali, biex b’hekk isostnu l-iżvilupp tal-iskema. |
Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-kumpaniji li jipparteċipaw, f’kooperazzjoni mal-EUEB, għandhom jallokaw riżorsi sinifikanti biex jippromwovu l-użu tal-Ekotikketta Komunitarja b’azzjonijiet li jqajmu kuxjenza, b’kampanji ta’ informazzjoni għall-konsumaturi, għall-produtturi, għall-manifatturi, għax-xerrejja pubbliċi, għall-kummerċjanti, għall-bejjiegħa bl-imnut, u għall-pubbliku ġenerali, inklużi l-iskejjel, u t-tixrid tal-informazzjoni mill-websajt iddedikat għall-Ekotikketta biex b’hekk isostnu l-iżvilupp tal-iskema, u billi jinkoraġġixxu l-użu tal-iskema, b’mod partikulari billi joħolqu servizzi ta’ helpdesk għall-operaturi, b’mod speċjali l-SMEs. Waqt li r-reklamar tal-iskema tal-Ekotikketta għandu jibqa' kompetenza nazzjonali sabiex jirrifletti aħjar il-preferenzi tal-konsumaturi ta' kull Stat Membru, għandu jitwaqqaf grupp komuni ta' esperti fil-kummerċjalizzazzjoni sabiex jipprovdi gwida u koordinazzjoni, jippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki u jiżviluppa pjanijiet ta' azzjoni konkreti fil-livell Komunitarju. |
|
Is-settur pubbliku għandu jkun aktar involut fil-promozzjoni tal-iskema tal-Ekotikketta, kemm bħala mexxej biex iservi ta' eżempju biex jintlaħqu l-pjanijiet ambjentali tal-Komunità, u kemm bħala konsumatur. Għalhekk, meta l-istituzzjonijiet Komunitarji u l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali jixtru, permezz ta' proċedura ta' akkwist pubbliku, prodotti li għalihom jeżistu kriterji għall-ekotikketta, dawk il-prodotti għandhom tal-anqas jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-iskema ta' Ekotikketta Komunitarja. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kampanji ta' reklamar għandhom jitfasslu skont il-bżonnijiet speċifiċi ta' kull suq, sabiex ikunu aktar effettivi. Il-proċeduri ta' akkwist pubbliku jistgħu jkunu għodda effettiva ħafna għall-promozzjoni ta' prodotti b'ekotikketta, mhux biss peress li jippermettu li l-Istati Membri jservu ta' eżempju għall-konsumatur, imma anke peress li jagħtu spinta deċiżiva għat-talba tas-suq għal prodotti li jirrispettaw lill-ambjent. | |
Fl-attivitajiet promozzjonali mhux biss il-kampanji ta’ informazzjoni għandhom jiġu finanzjati, iżda għandha tiġi pprovduta għajnuna prattika lill-operaturi li jridu japplikaw għar-reġistrazzjoni għall-Ekotikketta. | |
Huwa importanti li kull min huwa involut jipparteċipa fil-promozzjoni tal-ekotikketta tal-UE. | |
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-promozzjoni għandha ssir permezz tal-websajt tal-Ekotikketta disponibbli bit-23 lingwa uffiċjali, permezz ta’ kampanja ta’ informazzjoni tal-UE organizzata mill-Kummissjoni, u permezz ta’ materjal ta’ informazzjoni li jiġi mqassam fl-Istati Membri. |
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miri għax-xiri ta' prodotti bl-Ekotikketta fl-akkwist pubbliku. |
Ġustifikazzjoni | |
L-aġir u l-kampanji ta’ informazzjoni li jżidu l-għarfien waħedhom mhumiex biżżejjed biex jippromwovu l-Ekotikketta. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miri biex prodotti bħal dawn ikunu jistgħu jinxtraw fl-akkwist pubbliku. | |
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 13 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-evalwazzjoni mill-pari |
Skambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki |
Ġustifikazzjoni | |
L-entitajiet kompetenti għandhom jiġu inkoraġġiti jaħdmu flimkien. | |
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Sabiex tkun żgurata applikazzjoni armonizzata tal-Artikoli 9 u 10, il-korpi kompetenti għandhom jgħaddu minn evalwazzjoni mill-pari. L-evalwazzjoni mill-pari għandha titħaddem fuq il-bażi ta’ kriterji u ta’ dispożizzjonijiet ta’ evalwazzjoni sodi u trasparenti. |
Sabiex tkun żgurata applikazzjoni armonizzata tar-Regolament u b’mod partikulari tal-Artikoli 9 u 10, il-korpi kompetenti għandhom jaqsmu l-informazzjoni u l-esperjenzi fuq bażi regolari u istituzzjonalizzata, u għandhom jikkoordinaw ix-xogħol u s-servizzi tal-organizzazzjonijiet nazzjonali kompetenti. |
Ġustifikazzjoni | |
Hemm il-ħtieġa ta’ skambju ta’ esperjenza u koperazzjoni li jsir b’mod regolari u li jkun istituzzjonalizzat bejn l-awtoritajiet responsabbli jekk għandha tiżdied l-effikaċja tal-użu tal-Ekotikketta u għandu jsir tibdil matul il-proċeduri ta’ reviżjoni skont l-esperjenza prattika. | |
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Sa mhux aktar tard minn [iffissa data speċifika – ħames snin mid-data tal-pubblikazzjoni], il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, rapport dwar l-implimentazzjoni tal-iskema tal-Ekotikketta Komunitarja. Ir-rapport għandu jidentifika anki l-elementi għall-analiżi possibbli tal-iskema. |
Sa mhux aktar tard minn [iffissa data speċifika – ħames snin mid-data tal-pubblikazzjoni], il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, rapport dwar l-implimentazzjoni tal-iskema tal-Ekotikketta Komunitarja, b'mod partikulari rigward l-implimentazzjoni tal-Artikolu 12. Ir-rapport għandu jidentifika l-kisbiet magħmula rigward l-objettivi stipulati fil-pjan ta’ ħidma kif ukoll l-elementi għall-analiżi possibbli tal-iskema. |
Ġustifikazzjoni | |
Importanti li jiġi segwit mill-qrib l-iżvilupp tal-Ekotikketta, kif jintużaw il-fondi, jekk l-objettivi humiex qed jintlaħqu jew le, u għal liema raġunijiet. | |
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni tista’ tgħolli l-ħlas massimu stipulat fl-Artikolu 9(3) u temenda l-Annessi. |
Il-Kummissjoni tista’ timmodifika l-ħlas massimu stipulat fl-Artikolu 9(3) u temenda l-Annessi. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandu jkun ukoll possibbli li l-Kummissjoni tnaqqas il-ħlas. | |
Emenda 53 Proposta għal regolament Anness I – Parti A – punt 1 – inċiż 9 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
- Analiżi tad-disponibilità tal-prodotti inklużi fi grupp ta’ prodotti li ma jkollhomx sustanzi jew preparazzjonijiet klassifikati bħala tossiċi ħafna, tossiċi, perikolużi għall-ambjent, karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR), skont id-Direttiva 67/548/KEE jew id-Direttiva 1999/45/KE, jew ir-Regolament (KE) Nru 1278/2008, jew sustanzi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 57 tar-Regolament 1907/2006/KE (REACH). |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kriterji għandhom iqisu l-prinċipju ta' sostituzzjoni. | |
Emenda 54 Proposta għal regolament Anness I – parti A – punt 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Ir-rapport preliminari għandu jkun disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni ddedikat għall-Ekotikketta għal finijiet ta’ kummenti u ta’ referenza matul l-iżvilupp tal-kriterji. |
Ir-rapport preliminari għandu jkun disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni ddedikat għall-Ekotikketta, li għandu jkun disponibbli bit-23 lingwa uffiċjali, għal finijiet ta’ kummenti u ta’ referenza matul l-iżvilupp tal-kriterji. |
Ġustifikazzjoni | |
Kull kumpanija f’xi Stati Membru għandu jkollha l-possibiltà ta’ aċċess għal informazzjoni dwar il-lowgo fil-websajt uffiċjali. | |
Emenda 55 Proposta għal regolament Anness I – Parti A – punt 2 – inċiż 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
- għandu jkun ibbażat fuq ir-rendiment ambjentali matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-prodott tal-prodotti bl-aqwa rendiment fis-suq u għandu jikkorrispondi, sakemm ikun possibbli, għal 10% tal-prodotti bl-aqwa rendiment li jkunu disponibbli fis-suq; |
- għandu jkun ibbażat fuq ir-rendiment ambjentali matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-prodotti bl-aqwa rendiment fis-suq intern fil-mument meta jiġu adottati. |
|
- għandu jikkorrispondi għal ċertu persentaġġ tal-prodotti bl-aqwa rendiment li jkunu disponibbli fis-suq intern fil-mument meta jiġu adottati. Il-persentaġġ eżatt għandu jiġi definit b'mod flessibbli, fuq bażi ta' każ każ, skont il-kategorija tal-prodott, normalment minn 10 sa 20%, u fi kwalunkwe każ bil-għan li dawk il-prodotti li jagħmlu l-inqas ħsara lill-ambjent jiġu ppremjati u promossi fis-suq u li jkun żgurat li l-konsumaturi tingħatalhom biżżejjed għażla ta' prodotti Ekotikkettati. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li l-Ekotikketta tibqa' tagħti spinta għal iktar innovazzjoni. | |
Emenda 56 Proposta għal regolament Anness I – Parti A – punt 2 – subparagrafu 2 – inċiż 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
-għandu jkun ibbażat fuq l-aktar impatti ambjentali sinifikanti tal-prodott, sakemm ikun raġonevolment possibbli, ikun espress permezz ta’ indikaturi tekniċi ewlenin tar-rendiment ambjentali tal-prodott, u jkun adattat għal valutazzjoni skont ir-regoli ta’ dan ir-Regolament; |
- għandu jkun ibbażat fuq l-impatti ambjentali tal-prodott, sakemm ikun raġonevolment possibbli, ikun espress permezz ta’ indikaturi tekniċi ewlenin tar-rendiment ambjentali tal-prodott, u jkun adattat għal evalwazzjoni skont ir-regoli ta’ dan ir-Regolament; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-fatt li jiġu ppremjati biss l-aħjar 10 % tal-prodotti bl-aqwa rendiment li jkunu disponibbli fis-suq f’xi grupp ta’ prodott mhux dejjem addattat għall-gruppi ta’ prodotti kollha. Għalhekk, għandu jiġi stabbilit livell eżatt li jvarja minn 10 sa 20 % meta jiġu stabbiliti l-kriterji għal kull grupp ta’ prodott. Il-kriterji għandhom jiġu stabbiliti għall-impatti ambjentali kollha tal-prodott. | |
Emenda 57 Proposta għal regolament Anness I – Parti A – punt 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Regoli speċifiċi għall-Ekotikketta għal prodotti ta' ikel u xorb kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 kif ukoll għall-ikel li huwa fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. |
|
Ir-rapport tekniku għandu juri li ġej: |
|
- li hemm valur miżjud ambjentali reali fl-iżvilupp tal-kriterji għal Ekotikketta għall-prodott magħżul; |
|
- li l-Ekotikketta qieset iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodott; |
|
- li l-użu tal-Ekotikketta fuq il-prodott magħżul mhux se joħloq konfużjoni f'moħħ il-konsumaturi meta din titqabbel ma' tikketti oħra tal-ikel. |
|
Fejn ikunu żviluppati kriterji għall-prodotti tal-ikel u x-xorb li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, il-forma tat-tikketta, u l-informazzjoni li tippreżenta, jistgħu jiġu mmodifikati, sabiex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni f'moħħ il-konsumaturi. |
Ġustifikazzjoni | |
Hemm ħtieġa ta' aktar studji dwar il-fattibilità ta' kriterji ambjentali għall-ikel. | |
Emenda 58 Proposta għal regolament Anness I - punt 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għandu jkun stabbilit manwal għall-utenti li jipprovdi gwida għall-użu tal-kriterji tal-Ekotikketta lill-awtoritajiet li jagħtu l-kuntratti pubbliċi. |
Għandu jkun stabbilit manwal tradott fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità għall-utenti li jipprovdi gwida għall-użu tal-kriterji tal-Ekotikketta lill-awtoritajiet li jagħtu l-kuntratti pubbliċi. |
Nota: Il-Kummissjoni se tipprovdi mudelli (it-templates) għall-manwal għall-utenti għall-applikanti u għall-korpi kompetenti u għall-manwal għall-utenti għall-awtoritajiet li jagħtu l-kuntratti pubbliċi. |
Nota: Il-Kummissjoni se tipprovdi mudelli (it-templates) tradotti fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità għall-manwal għall-utenti għall-applikanti u għall-korpi kompetenti u għall-manwal għall-utenti għall-awtoritajiet li jagħtu l-kuntratti pubbliċi. |
Ġustifikazzjoni | |
Traduzzjoni tal-manwal għall-utenti kif ukoll tal-mudelli tiffaċilita l-proċedura ta' applikazzjoni li n-negozji jridu jsegwu sabiex jiksbu l-Ekotikketta. | |
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu I – punt B a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(Ba.) PROĊEDURA MQASSRA GĦAL REVIŻJONI MHUX SOSTANZJALI TAL-KRITERJI |
|
Il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport li jkun jinkludi l-elementi li ġejjin: |
|
- ġustifikazzjoni li tispjega għalfejn m'hemm ebda ħtieġa għal reviżjoni sħiħa tal-kriterji u għalfejn sempliċi aġġornament tal-kriterji u tal-livelli ta’ strettezza tagħhom hi biżżejjed |
|
- taqsima teknika li taġġorna d-dejta preċedenti tas-suq użata għall-istipular tal-kriterji |
|
- abbozz ta’ proposta għall-kriterji rivedut; |
|
- indikazzjoni kwantitativa tal-prestazzjoni ambjentali globali li l-kriterji mistennija jiksbu fit-totalità tagħhom, meta mqabbla ma’ dik tal-prodotti medji fis-suq; |
|
- manwal rivedut għall-utenti potenzjali tal-Ekotikketta u għall-entitajiet kompetenti; u |
|
- manwal tal-utenti rivedut għall-awtoritajiet li jagħtu l-kuntratti pubbliċi. |
|
Ir-rapport u l-abbozz tal-proposta bil-kriterji għandhom ikunu disponibbli għal konsultazzjoni pubblika fuq il-websajt tal-Kummissjoni ddedikat għall-Ekotikketta għal perjodu ta’ xahrejn għall-kummenti. |
|
Għandhom jingħataw reazzjonijiet għall-kummenti kollha riċevuti matul il-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika, fejn jiġi indikat jekk kull kumment ġiex aċċettat jew miċħud u r-raġuni għal dan. |
|
Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-kriterji skont l-Artikolu 8, suġġett għal kwalunkwe bidla li ssir matul il-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika, u jekk l-ebda Stat Membru ma jitlob laqgħa miftuħa tal-grupp ta’ ħidma. |
|
Fuq talba minn kwalunkwe Stat Membru, għandha tinżamm laqgħa miftuħa tal-grupp ta’ ħidma dwar l-abbozz tal-kriterji rivedut, fejn għandhom jipparteċipaw il-partijiet interessati kollha, bħall-korpi kompetenti, l-industrija (inklużi l-SMEs), it-trejdjunjins, il-bejjiegħa bl-imnut, l-importaturi, l-organizzazzjonijiet ambjentali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi. Il-Kummissjoni wkoll għandha tipparteċipa f’dik il-laqgħa. |
|
Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-kriterji skont l-Artikolu 8 suġġett għal kwalunkwe bidla li ssir waqt il-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika jew matul il-laqgħa tal-grupp ta' ħidma. |
Ġustifikazzjoni | |
Ġustifikazzjoni: wieħed mill-elementi ewlenin tas-suċċess tal-Ekotikketta huwa l-fatt li l-kriterji jistgħu jiġu aġġornati malajr f’każ ta' bidla mhux sostanzjali ta' element wieħed tal-kriterji. | |
Emenda 60 Proposta għal regolament Anness II - paragrafu 4 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-kliem fuq l-Ekotikketta għandu jkun determinat mill-korpi kompetenti ta’ kull Stat Membru bl-użu tal-lingwa jew lingwi uffiċjali ta’ dan l-Istat Membru b’mod li t-test ikun ekwivalenti għall-oriġinali bl-Ingliż. |
NOTA SPJEGATTIVA
Ekotikketta hu l-isem ta’ marka voluntarja li l-iskop tagħha hu li tippromwovi, fil-livell Ewropew, it-tixrid ta’ prodotti b’livell għoli ta’ effiċjenza li għandhom impatt ekoloġiku baxx tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.
Għal dan l-għan, ġew stabbiliti ċerti standards ta’ eko-kwalità (hawnhekk se nsejħulhom ‘kriterji’) għal kull wieħed minn numru ta’ kategoriji ta’ prodotti speċifiċi. Bħalissa hemm 26 kategorija ta’ prodotti, 622 liċenzja u aktar minn 3000 prodott u servizz – deterġenti, karta, ħwejjeġ (inklużi żraben u tessuti), turiżmu, prodotti tal-camping eċċ – li ngħatawlhom Ekotikketta.
Din il-marka, u l-fjura li tissimbolizzaha, huma elementi dinamizzanti li grazzi għall-aġġornament kostanti tal-kriterji ambjentali tal-prodotti li tingħata għalihom, tinkoraġġixxi lill-intrapriżi sabiex joperaw ċiklu vizzjuż ta’ sforz bl-għan li b'mod ġenerali togħla l-eko-kwalità tal-prodotti fis-suq.
Permezz tal-pjan ta’ azzjoni Ewropew għall-produzzjoni u l-konsum sostenibbli, u, b'mod partikolari, ir-reviżjoni tar-regolament tal-Ekotikketta, ir-regolament Emas (COM(2008)0402) u d-direttiva dwar l-Ekodisinn (COM(2008)0399), u filwaqt li titqies ukoll il-komunikazzjoni dwar l-akkwist pubbliku għal ambjent aħjar (COM (2008)400), l-Unjoni għandha l-għan li tinkoraġġixxi l-tixrid ta’ sistema voluntarja u integrata li tinkoraġġixxi l-impriżi jtejbu l-prodotti tagħhom u jilħqu standards ogħla ta’ effiċjenza enerġetika u rispett ambjentali.
Rigward l-Ekotikketta, is-sinjali tas-suq huma konflinġenti. L-esperjenza miksuba tul il-kważi għaxar snin li ilha teżisti din iċ-ċertifikazzjoni turi li jinħtieġ intervent aktar deċiżiv bil-għan li jitratta ċerti aspetti kruċjali tas-sistema.
Min-naħa waħda, għadd dejjem akbar ta’ impriżi qed jitolbu ċertifikazzjoni Ekotikketta, f’firxa wiesgħa ħafna ta’ setturi. L-operaturi huma konxji tal-valur miżjud li joffri proċess imparzjali ta’ ċertifikazzjoni li hi apprezzata mill-konsumatur, grupp li issa huma aktar imdorrija bil-kwistjoni ta’ Responsabilità Soċjali Korporattiva fil-kuntest ta’ ħarsien ambjentali.
Barra minn hekk, il-possibilità ta’ firxa fuq skala Ewropea għall-Ekotikketti hi vantaġġ ulterjuri, rikonoxxut u mixtieq minn diversi impriżi.
B’differenza għal marki Ewropej oħra, mhix magħrufa minn ħafna nies: is-sinjifikat tagħha mhux rikonoxxut, u għaldaqstant, lanqas ma huma magħrufa l-karatteristiċi ekoloġiċi li hi teżisti biex tippromwovi. Fil-fatt, biżżejjed tqabbilha mal-marki nazzjonali li jkollhom l-istess funzjoni biex jirrealizzaw li l-marka Ewropea hi inqas mifruxa u inqas magħrufa.
Barra minn hekk, l-operaturi fis-settur u l-NGOs għandhom tenzenza li jkunu kritiċi tal-ħin eċċessiv meħtieġ għall-approvazzjoni tal-kriterji (li tista' tieħu aktar minn erba’ snin), kif ukoll in-nuqqas ta’ armonizzazzjoni tal-kriterji adottati għal kategoriji ta’ prodotti simili.
Jeżisti, barra minn hekk, nuqqas ta’ koordinazzjoni mal-marki nazzjonali kumparabbli, li f’xi każijiet jużaw parametri differenti għall-istess tipi u huma riċevuti b’mod aktar favorevoli mill-Ekotikketta.
Bl-għan li jiġu trattati dawn il-problemi, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal regolament ġdid. Ir-rapporteur japprova din il-proposta fil-parti l-kbira.
Il-proposta tintroduċi diversi modifiki fir-rigward l-approvazzjoni tal-kriterji u sistema ġdida għall-għoti tal-marka.
Is-sistema l-antika li tirrikjedi kuntratt bejn l-entità kompetenti u l-operatur hi sostitwita permezz ta’ sistema ta’ reġistrazzjoni.
Jiżdiedu dispożizzjonijiet biex titjieb il-koordinazzjoni mas-sistemi ta’ ċertifikazzjoni nazzjonali.
Biex tkun faċilitata strateġija f’ħafna livell, numru ta’ aġenti – il-Kummissjoni, l-Istati Membri, u l-operaturi fis-settur – ikollhom is-setgħa li jippromwovu s-sistema u jkollhom sehem ewlieni fl-iżvilupp u l-ispeċifikar tal-kriterji.
Il-proposta tal-Kummissjoni tintroduċi għadd ta’ kategoriji ta’ prodotti ġodda, inklużi l-prodotti tal-ikel proċessati u tas-sajd u tal-akkwalkultura.
Il-proposta tar-rapporteur
Ir-rapporteur ressaq numru ta’ tibdiliet għall-proposta, fuq il-bażi ta’ tliet linji gwida:
- iż-żamma tal-fiduċja tal-konsumatur fl-istandards għolja ta’ ekokwalità rappreżentati mill-Ekotikketta;
- it-titjib tat-tixrid ta’ Ekotikketta permezz ta’ azzjonijiet biex iżidu l-kuxjenza tal-konsumatur u estensjoni tal-għadd ta’ kategoriji ta’ prodotti eleġibbli.
- l-iżgurar li l-proċedura għall-approvazzjoni tal-kriterji tista’ tlaħħaq maż-żminijeit li qed jinbidlu u l-livell ta’ innovazzjoni tal-prodott fis-suq, filwaqt li tinżamm l-eċċellenza ambjentali u jiġu involuti l-operaturi settorjali u l-partijiet interessati kollha;
Ir-rapporteur elimina r-referenzi għal prodotti tal-ikel proċessati u prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, għar-raġuni li mhix idea tajba li dawn il-kategoriji ta’ prodotti jingħataw trattament divrenzjat, u inqas u inqas li japplikaw regoli differenti għal prodotti tal-ikel proċessati u dawk mhumiex. Huwa wkoll importanti li wieħed joqgħod attent li ma jkunx hemm riskju ta’ konfużjoni ma’ prodotti organiċi.
Għaldaqstant jidher li kwalunkwe deċiżjoni dwar l-għoti tal-istatus ta’ Ekotikketta li tip jew ieħor ta’ prodotti tal-ikel aħjar titħalla f’idejn l-esperti: dawk biss li għandhom l-għarfien tekniku jistgħu jivvalutaw kemm iċ-ċiklu tal-ħajja kollu ta’ prodott tal-ikel ma jkunx jagħmel ħsara għall-ambjent.
rigward il-proċedura l-ġdida, huwa essenzjali li wieħed jagħmilha ċara li qabel ir-reġistrazzjoni ta’ prodott ġdid skont l-Ekotikketa jridu jsiru dejjem il-kontrolli tal-preżenza ġenwina tal-kriterji, jiġifieri kontrolli li huma aktar minn dokumentarji. Ir-rapporteur għaldaqstant reġa’ introduċa, permezz ta’ emenda speċifika, il-kunċent ta’ kontrolli ex ante, li għandhom jitwettqu qabel l-għoti tal-marka Ekotikketta.
Minħabba l-karattru voluntarju tal-marka u l-livell għoli ta’ aspettattivi li l-konsumaturi jorbtu ma’ prodotti li jkollhom il-fjura tal-Ekotikketta, ir-rapporteur reġa introduċa d-dispożizzjoni li skontha l-Ekotikketta ma tistax tingħata lil prodotti li fihom sustanzi li huma ta’ periklu għas-saħħa tal-konsumatur jew għall-ambjent.
Biex tinżamm il-kredibilità tas-sistema taċ-ċertifikazzjoni Ekotikketta, huwa essenzjali li jinżamm, għall-prodott li jkollhom it-tikketta, il-prinċipju ġenerali tal-ħarsien tas-saħħa tal-konsumatur u tal-ambjent.
Madankollu, ir-rapporteur, konxju li projbizzjoni tista’ tillimita l-possibilitajiet li l-Ekotikketta tiġi estiża għal firxa usa’ ta’ kategoriji ta’ prodotti, jipproponi li l-Kummissjoni, permezz tal-proċedura ta’ komitoloġija u għal kategoriji ta’ prodotti speċifiċi, tista’ tintroduċi eċċezzjonijiet ġustifikati għall-prinċipju msemmi hawn fuq.
Barra minn hekk, minħabba li l-qafas leġiżlattiv tal-UE ((REACH, GRIS, eċċ) hu dejjem aktar orjentat lejn it-tnaqqis tal-ittestjar fuq l-annimali, ir-rapporteur jemmen li l-prinċipju ta’ hawn fuq għandu jiġi integrat ukoll fl-iskema ta’ Ekotikketta voluntarja, li r-raison d´être tagħha hu l-iżvilupp u ċ-ċertifikazzjoni ta’ prodott li jilħqu l-ogħla standards ambjentali.
Rigward il-proċess ta’ approvazzjoni għall-kriterji ta’ kategoriji ta’ prodotti speċifiċi, ħafna operaturi fis-settur huma kritiċi tat-tul żejjed tal-proċess tal-approazzjoni tal-kriterji u tal-ħeffa li biha l-kriterji li jiġu approvati ma jibqgħux validi, skont ix-xejriet tas-suq.
Rigward dan il-punt, il-proposti tar-rapporteur huma tnejn:
- sabiex jonqos id-dewmien fil-proċess ta’ approvazzjoni tal-kriterji, l-introduzzjoni ta’ perjodu ta’ mhux aktar minn 180 ġurnata bejn it-twettiq tal-evalwazzjoni u l-approvazzjoni tal-kriterji mill-Kummissjoni;
- l-introduzzjoni ta' proċedura ta’ reviżjoni simplifikata u iqsar għal tibdil żgħir fil-kriterji (ara l-Anness il-ġdid).
Rigward l-attivitajiet ta’ promozzjoni (dak li kien l-Artikolu 12 tar-regolament), jeħtieġ jitjieb it-tagħrif għall-konsumatur u jiġu organizzati kampanji ta’ kuxjenza, filwaqt li l-fondi tal-UE jintużaw ukoll biex il-kumpaniji jingħataw pariri dwar l-aspetti prattiċi tal-proċess ta’ reġistrazzjoni tal-kategoriji tal-prodotti.
Hu wkoll essenzjali li tingħata attenzjoni partikulari lill-SMEs, li jridu jkunu megħjuna biex ikollhom għarfien rigward l-Ekotikketta u jiġu megħjuna jipparteċipaw fid-deċiżjonijiet dwar il-kriterji filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom.
Bħala konklużjoni, ir-rapporteur tagħkom iqis l-Ekotikketta hija strument siewi ħafna għat-titjib tal-kumpatibilità mal-ambjent tal-prodotti Ewropej u biex tistimula r-riċerka u l-innovazzjoni teknoloġika.
L-isfida hi li wieħed ikun jista’ jipprovdi parametri preċiżi li jqisu l-karatteristiċi ekoloġiċi ta’ prodott jew servizz tul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu. Neħtieġu kriterji li huma affidabbli u li ma tantx ikunu jistgħu jiġu mgħawġa, sabiex tiġi żgurata l-eċċellenza tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu ta’ prodott u sabiex iżżomm il-fiduċja tal-konsumatur fil-marka tal-Ekotikketta.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (22.1.2009)
għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skema ta’ Ekotikketta Komunitarja
(COM(2008)0401 – C6‑0279/2008 – 2008/0152(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Nikolaos Vakalis
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Kontenut u skop
Il-proposta, kif emendata hawn taħt, hi mmirata biex il-konsumatur jiġi ggwidat lejn prodotti u servizzi li ma jagħmlux ħsara għall-ambjent billi tingħata Ekotikketta, tikketta ta' eċċellenza, għall-prodotti u s-servizzi li jkollhom l-aħjar prestazzjonijiet fil-kuntest ta' kriterji ambjentali. Il-logo tal-Ekotikketta (Fjura UE) għandu jintuża mill-produtturi bħala għodda għall-kummerċjalizzazzjoni u bħala mezz ta' promozzjoni għal dawk il-prodotti u s-servizzi. Tieħu post ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 dwar skema riveduta tal-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja, li jbati mill-fatt li ftit hemm għarfien tat-tikketta u li ma tantx ġiet adottata mill-industrija, u dan jirriżulta minn proċessi u mmaniġġjar li huma burokratiċi żżejjed.
L-aspetti relevanti għall-Kumitat ITRE
Ir-reviżjoni tar-regolament dwar l-iskema tal-UE għal Ekotikketta għandha l-potenzjal li jkollha impatt pożittiv fuq l-effiċjenza tal-enerġija u l-kompetittività industrijali fl-UE.
L-ewwel nett, ir-reviżjoni tal-Ekotikketta tal-UE tipprevedi sistema aħjar għat-twaqqif ta' kriterji li se tistabbilixxi jekk l-UE hix se tkun minn ta' quddiem bi standards ta' effiċjenza tal-enerġija li jkunu aġġornati u ambizzjużi, imma li jkunu jistgħu jintlaħqu.
It-tieni nett, ir-reviżjoni tal-iskema għandha l-potenzjali li lin-negozji tippreżentalhom opportunitajiet addizzjonali. Jistgħu jużaw il-Fjura UE bħala għodda effettiva għall-kummerċjalizzazzjoni fis-Suq Intern kollu, waqt li fl-istess waqt ikunu qed jikkontribwixxu għas-sostenibilità ambjentali u jkunu ta' benefiċċju għall-konsumatur li qed jitlob dejjem aktar prodotti u servizzi li juru aktar rispett lejn l-ambjent.
B'dispjaċir, irid jingħat li r-riżultati tar-regolament attwali ma kinux sodisfaċenti. Ir-rapporteur għalhekk qed jipprova jiżgura li jinħolqu aktar inċentivi għan-negozji biex jieħdu sehem fl-iskema volontarja u li jiġu evitati l-piżijiet finanzjarji u amministrattivi bla bżonn għall-industrija, mingħajr ma ssir ħsara lill-kredibilità tagħha.
Waqt li qies, b'mod partikulari, dawn il-kwistjonijiet, ir-rapporteur għal opinjoni qed jipprova jtejjeb l-elementi li ġejjin tar-regolament propost.
L-esklużjoni tal-ikel mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament
Ir-regolament rivedut jitlob li jiġi inkluż l-ikel proċessat, u li l-kriterji biex tingħata l-Ekotikketta għandhom jikkunsidraw biss l-ipproċessar, it-trasport u l-ippakkjar tiegħu. Dan joħloq inkonsistenzi serji u jfixkel lill-konsumatur.
L-ewwel nett, il-proposta biex ir-regolament ikun japplika għal frazzjoni limitata ta' prodotti tal-ikel (ikel proċessat, sajd u akwakultura) toħloq distinzjoni arbitrarja bejnithom. It-tieni nett, jekk ikunu kkunsidrati biss l-ipproċessar, it-trasport u l-ippakkjar ta' frazzjoni tal-prodotti tal-ikel, dan imur kontra l-approċċ magħruf ibbażat fuq iċ-ċiklu tal-ħajja u jittraskura l-fażi taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti tal-ikel bl-ogħla impatt fuq l-ambjent, speċifikament il-produzzjoni u l-konsum. It-tielet nett, dan jista' jwassal għal konfużjoni mal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar l-ikel organiku. Għalhekk, ir-rapporteur għal opinjoni qed jipproponi li ssir ħidma separata fil-livell tal-UE dwar ir-rekwiżiti tal-ittikkettar għall-prodotti tal-ikel b'mod konformi mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar l-ikel.
Enfasi fuq approċċ ċar ibbażat fuq iċ-ċiklu tal-ħajja għall-istabbiliment tal-kriterji
L-iżvilupp tal-kriterji jrid iqis iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-prodotti, sabiex jiġu żviluppati ekokriterji li jkollhom sinifikat, li jippermettu li l-konsumatur jiġi ggwidat lejn konsum aktar sostenibbli u li l-industrija tiġi ggwidata lejn mudelli ta' produzzjoni aktar sostenibbli.
It-tisħiħ tal-għarfien tal-Ekotikketta tal-UE
L-aktar problema evidenti hi n-nuqqas ta' għarfien tat-tikketta min-naħa tal-konsumaturi tal-UE. Hu għalhekk tal-ogħla importanza li ssir ħidma biex kemm il-konsumatur u kemm il-produttur isiru aktar konxji tagħha. Meta wieħed iqis il-prinċipju ta' sussidjarjetà, ir-responsabilità għall-promozzjoni tal-iskema tal-ekotikketta qiegħda f'idejn l-Istati Membri. Madankollu, tista' tingħata xi konsulenza fil-livell tal-UE għall-involviment fi proċess ta' tagħlim reċiproku għall-promozzjoni tal-Ekotikketta, b'mod partikulari peress li ekotikketti nazzjonali kellhom suċċess kbir f'xi Stati Membri. Barra minn hekk, is-settur pubbliku jista' jkollu rwol importanti fil-promozzjoni tal-ekotikketti biex iqishom waqt proċeduri pubbliċi ta' akkwist.
Peress li għal attivitajiet promozzjonali hemm bżonn ta' finanzjamenti xierqa, parti mid-dħul ġenerat mill-ħlas ta' reġistrazzjoni għandu jiġi investit fil-promozzjoni tal-Ekotikketta. B'hekk l-iskema ssir aktar effikaċi bħala għodda għall-kummerċjalizzazzjoni u tiġbed aktar prodotturi biex jisfruttaw il-vantaġġi tagħha, u permezz t'hekk ikunu ġenerati aktar ħlasijiet ta' reġistrazzjoni.
Ħlas ta' reġistrazzjoni
Ir-rapporteur għal opinjoni jilqa' l-proposta biex jitneħħa l-ħlas annwali li attwalment qed jiġi applikat mill-entitajiet kompetenti lill-utenti tal-Ekotikketta, bħala pass sinifikanti biex l-iskema ssir anqas burokratika u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-kumpaniji. Sabiex tiġi proċessata reġistrazzjoni, qed jipproponi li l-ħlas ikun sa 1000 Euro, b'mod proporzjonat mad-daqs ta' kull intrapriża, waqt li jissuġġerixxi li l-Istati Membri jistgħu ma jitolbu l-ebda ħlas, bħala miżura ta' promozzjoni tal-iskema.
Tisħiħ tas-sorveljanza tas-suq
Hemm bżonn li s-sorveljanza tas-suq tissaħħaħ, b'mod partikulari biex jiġu garantiti kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd fis-Suq Komuni. Għalhekk, għandhom isiru dispożizzjonijiet biex, f'kull Stat Membru, ikun hemm disponibbli r-riżorsi meħtieġa biex tiġi garantita s-sorveljanza tas-suq.
Reġistrazzjoni trasparenti u mhux diskriminatorja
Sabiex tiġi evitata diskriminazzjoni bejn produtturi tal-UE u produtturi minn pajjiżi terzi, għandhom japplikaw l-istess regoli għar-reġistrazzjoni għall-użu tal-Ekotikketta. Dan ifisser li l-produtturi li jixtiequ japplikaw l-Ekotikketta għandhom jirreġistraw fi kwalunkwe Stat Membru, fejn il-prodott ikun tqiegħed fis-suq. Dispożizzjonijiet speċifiċi għandhom isaħħu t-trasparenza tar-reġistrazzjoni u jevitaw kull konfużjoni possibbli għall-konsumatur.
Espansjoni rapida tal-gruppi ta' prodotti
Ir-regolament irid jistabbilixxi sistema li tippermetti li jinħolqu malajr il-kriterji għal numru estiż ta' gruppi ta' prodotti. L-għadd limitat ta' gruppi ta' prodotti kien ta' xkiel evidenti biex l-Ekotikketta jkollha impatt ikbar bħala għodda ta' kummerċjalizzazzjoni. Jekk in-numru ta' gruppi ta' prodotti jiġi estiż, aktar ditti jkunu jistgħu jieħdu sehem fl-iskema.
Għal dan l-iskop, għandu jitfassal pjan ta' ħidma u għandhom jiġu stabbiliti skadenzi għall-implimentazzjoni ta' dan il-pjan ta' ħidma.
Barra minn hekk, ir-rapporteur għal opinjoni qed jipproponi xi miżuri biex jiggarantixxi li l-kriterji jkunu bbażati fuq standards xjentifiċi u li dawk kollha li għandhom sehem fil-qasam u li huma involuti jkunu kwalifikati.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Sabiex tkun evitata l-proliferazzjoni tal-iskemi tat-tikkettajr ambjentali u sabiex ikun inkoraġġit rendiment ambjentali akbar fis-setturi kollha fejn l-impatt ambjentali ikun fattur fl-għażla tal-konsumatur, il-possibbiltà li tintuża l-Ekotikketta Komunitarja għandha tkun estiża. Madankollu, jeħtieġ li jkun żgurat li jkun hemm distinzjoni ċara bejn dan ir-Regolament u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2029/91. |
(3) Sabiex tkun evitata l-proliferazzjoni tal-iskemi tal-ittikkettar ambjentali u sabiex ikun inkoraġġit rendiment ambjentali akbar fis-setturi kollha fejn l-impatt ambjentali ikun fattur fl-għażla tal-konsumatur, il-possibbiltà li tintuża l-Ekotikketta Komunitarja għandha tkun estiża. Madankollu, fid-dawl tal-elementi speċifiċi tal-prodotti tal-ikel, dawn għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tikkopera ma' dawk kollha li għandhom sehem fil-qasam, inklużi l-komunità xjentifika, is-soċjetà ċivili u l-industrija, biex ikun iffaċilitat l-iżvilupp ta' Ekotikketta għar-rendiment ambjentali tal-prodotti tal-ikel proċessati u mhux, li tkopri ċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodott, waqt li jitqiesu l-elementi speċifiċi tal-ikel f'dak li għandu x'jaqsam mas-saħħu u man-nutrizzjoni, u waqt li jiġu kkunsidrata l-iżviluppi legali eżistenti u emerġenti fl-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. |
Ġustifikazzjoni | |
L-esklużjoni tal-ikel mir-Regolament eżistenti għandha l-għan li jiġu evitati l-konflitti mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar l-ikel, kif ukoll il-konfużjoni għall-konsumatur. L-esklużjoni hi konformi wkoll mal-prinċipju taċ-ċiklu tal-ħajja, parametru tal-ogħla importanza fir-Regolament attwali. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta' Ekotikketta għall-prestazzjoni ambjentali ta' prodotti tal-ikel proċessati u mhux, li tkopri ċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodott, li tqis l-elementi speċifiċi ta' dan il-grupp ta' prodotti. | |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) L-iskema tal-Ekotikketta Komunitarja hija parti mill-politika dwar konsum u produzzjoni sostenibbli tal-Komunità, li għandha l-għan li tnaqqas l-impatt negattiv tal-konsum u tal-produzzjoni fuq l-ambjent, is-saħħa u r-riżorsi naturali. L-iskema hija maħsuba biex tippromwovi dawk il-prodotti li jkollhom livell għoli ta’ rendiment ambjentali permezz tal-użu tal-Ekotikketta. Għal dan il-għan, huwa xieraq li jinħtieġ li l-kriterji li l-prodotti jridu jkunu konformi magħhom sabiex ikollhom fuqhom l-Ekotikketta jkunu bbażati fuq l-aqwa rendiment ambjentali miksub mill-prodotti fis-suq Komunitarju. Dawk il-kriterji għandhom ikunu sempliċi biex jinftiehmu u biex jintużaw u għalhekk għandhom ikunu limitati għall-aktar impatti ambjentali sinifikanti tal-prodotti. |
(4) L-iskema tal-Ekotikketta Komunitarja hija parti mill-politika dwar konsum u produzzjoni sostenibbli tal-Komunità, li għandha l-għan li tnaqqas l-impatt negattiv tal-konsum u tal-produzzjoni fuq l-ambjent, is-saħħa u r-riżorsi naturali. L-iskema hija maħsuba biex tippromwovi dawk il-prodotti li jkollhom livell għoli ta’ rendiment ambjentali permezz tal-użu tal-Ekotikketta. Għal dan il-għan, huwa xieraq li jinħtieġ li l-kriterji li l-prodotti jridu jkunu konformi magħhom sabiex ikollhom fuqhom l-Ekotikketta jkunu bbażati fuq l-aqwa rendiment ambjentali miksub mill-prodotti fis-suq Komunitarju. Dawk il-kriterji għandhom ikunu sempliċi biex jinftiehmu u biex jintużaw, u għandhom ikunu bbażati fuq evidenza xjentifika, waqt li jitqiesu l-aħħar żviluppi teknoloġiċi. Dawk il-kriterji għandhom ikunu orjentati lejn is-suq u limitati għall-aktar impatti ambjentali sinifikanti tal-prodotti waqt iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom inklużi l-fażijiet tal-manifattura, l-użu u tal-ħruġ mill-użu. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kriterji li l-prodotti jridu jikkonformaw magħhom sabiex ikollhom fuqhom l-Ekotikketta jridu jkunu affidabbli.. Dan jista' jsir biss jekk ikollhom bażi xjentifika solida u jekk iqisu b'mod regolari l-iżviluppi teknoloġiċi aġġornati. Dawk il-kriterji għandhom, sa kemm ikun possibbli, iqisu r-riżorsi kollha kkonsmati u l-implikazzjonijiet kollha fuq l-ambjent u s-saħħa li huma assoċjati maċ-ċiklu kollu tal-ħajja ta' prodott (oġġett jew servizz). | |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 4 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) L-iskema tal-Ekotikketta Komunitarja għandha tqis il-leġiżlazzjoni attwali tal-Komunità biex tevita approċċi diverġenti għall-evalwazzjoni tas-sikurezza. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-Regolament tal-Ekotikketta m’għandux iwassal lill-Komunità Ewropea biex tadotta approċċi differenti għall-evalwazzjoni tas-sikurezza, l-immaniġġjar u l-użu tal-kimiki, li bħalissa huma koperti mir-REACH u mid-Direttiva dwar il-Klassifikazzjoni u l-Ittikkettar. Il-leġiżlazzjoni attwali għandha tieħu preċedenza.. | |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Sabiex l-iskema tal-Ekotikketta Komunitarja tiġi ssemplifikata u jitnaqqas il-piż amministrattiv marbut mal-użu tal-Ekotikketta, il-proċeduri ta’ valutazzjoni u ta’ verfika għandhom ikunu sostitwiti minn sistema ta’ reġistrazzjoni. |
(6) Sabiex l-iskema tal-Ekotikketta Komunitarja tiġi ssimplifikata u jitnaqqas il-piż amministrattiv marbut mal-użu tal-Ekotikketta, il-proċeduri ta’ evalwazzjoni u ta’ verifika għandhom ikunu inklużi f'sistema ta’ reġistrazzjoni armonizzata li għandha tkun applikata fl-Istati Membri u fil-korpi kompetenti kollha. |
Ġustifikazzjoni | |
Hu importanti li s-sistema ta' reġistrazzjoni tkun komplementari għall-proċeduri ta' evalwazzjoni u verifika, sabiex ma tkunx issagrifikata l-kredibilità tal-iskema għal skopijiet ta' flessibilità. | |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 7 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7a) Biex jiżdied l-użu tas-sistema tal-Ekotikketta tal-Komunità fir-reviżjonijiet futuri ta’ dan ir-Regolament, ikun hemm il-ħtieġa għal ċaqliq definit mill-kriterji ta’ 10% tal-prodotti bl-aqwa prestazzjoni għall-introduzzjoni ta’ sistema ta’ gradazzjoni f’kull kategorija ta’ prodotti biex il-konsumaturi jiġu megħjuna jagħmlu għażliet sostenibbli ta’ konsum u biex jinħolqu inċentivi għal produtturi biex itejbu l-offerta tagħhom b’mod kostanti. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex jinfirex tassew l-użu tal-Ekotikketta tal-Komunità, is-“sistema tal-aqwa 10%” titqies li mhix effikaċi biżżejjed. Kull prodott mill-gruppi ta’ prodotti kollha għandu jkollu l-possibilità li japplika għat-tikketta u li din tkun fuq il-prodott skont sistema ta’ klassifikazzjoni, grad ‘A’ jew ‘B’ jew ‘C’, li għandu jindika l-prestazzjoni ambjentali tiegħu. | |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Fid-dawl tal-proċeduri ssimplifikati għall-użu tal-Ekotikketta, huwa xieraq li jkunu pprovduti l-kundizzjonijiet fejn tista’ tintuża l-Ekotikketta u, sabiex tkun żgurata l-konformità ma’ dawk il-kundizzjonijiet, ikun meħtieġ li l-korpi kompetenti jwettqu verifiki wara r-reġistrazzjoni u jipprojbixxu l-użu tal-Ekotikketta fejn ma jkunx hemm konformità mal-kundizzjonijiet għall-użu. Huwa wkoll xieraq li jinħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu r-regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u li jkun żgurat li dawn jiġu implimentati. |
(8) Fid-dawl tal-proċeduri ssimplifikati għall-użu tal-Ekotikketta, huwa xieraq li jkunu pprovduti l-kundizzjonijiet fejn tista’ tintuża l-Ekotikketta u, sabiex tkun żgurata l-konformità ma’ dawk il-kundizzjonijiet, ikun meħtieġ li l-korpi kompetenti jwettqu verifiki wara r-reġistrazzjoni u jipprojbixxu l-użu tal-Ekotikketta fejn ma jkunx hemm konformità mal-kundizzjonijiet għall-użu. Huwa wkoll xieraq li jinħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu r-regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u li jkun żgurat li dawn jiġu implimentati. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu pprovduti l-mezzi finanzjarji u r-riżorsi umani kollha meħtieġa lill-korpi kompetenti. |
Ġustifikazzjoni | |
It-tħaddim kif suppost tal-korpi kompetenti hu dipendenti ħafna mir-riżorsi disponibbli pprovduti lilhom mill-Istati Membri. | |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Jeħtieġ li titqajjem kuxjenza pubblika mill-Ekotikketta Komunitarja billi jiġu promossi azzjonijiet sabiex il-konsumaturi jsiru konxji mit-tifsira tat-tikketta u jkunu jistgħu jagħmlu għażliet informati. |
(9) Jeħtieġ li l-pubbliku jkun infurmat u titqajjem kuxjenza pubblika dwar l-Ekotikketta Komunitarja permezz ta' azzjonijiet ta' promozzjoni sabiex il-konsumaturi jsiru konxji mit-tifsira tat-tikketta u jkunu jistgħu jagħmlu għażliet informati. Id-dħul ġenerat minn kwalunkwe ħlas għal applikazzjoni għar-reġistrazzjoni skont dan ir-regolament għandha tintuża prinċipalment għal skopijiet ta' kummerċjalizzazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa ċar li wieħed min-nuqqasijiet ewlenin tal-iskema attwali hu l-fatt li ftit huma konxji tagħha minħabba li ma ġietx irriklamata sew. Hu għalhekk importanti li jiġi ddedikat ammont konsiderevoli ta' riżorsi finanzjarji għal dan il-għan. Jeħtieġ li l-pubbliku jkun infurmat u titqajjem kuxjenza pubblika dwar l-Ekotikketta Komunitarja permezz ta' azzjonijiet ta' promozzjoni, sabiex il-konsumaturi jsiru konxji mit-tifsira tat-tikketta u jkunu jistgħu jagħmlu għażliet informati. | |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 9 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9a) L-iskema għal Ekotikketta Komunitarja għandha tqis il-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti sabiex jiġu evitati approċċi li jvarjaw u ż-żieda ta' piżijiet amministrattivi fuq l-intrapriżi. Għalhekk, għandhom jissaħħu s-sinerġiji bejn l-istrumenti ta' politika differenti relatati ma' prodotti sabiex jiġi żgurat qafas armonizzat fejn jiġu ppreżentati l-kriterji. |
Ġustifikazzjoni | |
Peress li l-Ekotikketta hi biss parti mill-Pjan ta' Azzjoni għall-Produzzjoni u l-Konsum Sostenibbli, hu ta' importanza kbira li jiġu żgurati s-sinerġiji mal-azzjonijiet l-oħra tal-Pjan. | |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 9 b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9b) Billi n-negozji ż-żgħar sikwit ibatu biex jassimilaw regolamenti u standards ġodda, l-uffiċċji ta' informazzjoni li għandhom jitwaqqfu permezz tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar li se jsir fil-futur qrib, għandu jingħatalhom ukoll il-kompitu li jagħtu l-informazzjoni dwar l-iskema tal-Ekotikketta. |
Ġustifikazzjoni | |
Hu importanti li jiġu stabbiliti rabtiet bejn l-iskema tal-Ekotikketta u l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar sabiex l-affarijiet ikunu aktar faċli għall-SMEs. | |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 9 c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9c) Billi skemi differenti ta' ekotikketti dejjem iġibu magħhom iktar xogħol, b'mod partikulari għan-negozji ż-żgħar, il-Kummissjoni għandha tingħata istruzzjonijiet biex tippromwovi t-tqarrib ta' skemi ta' tttikkettar differenti, |
Ġustifikazzjoni | |
Hu importanti li jitqies il-piż amministrattiv fuq l-SMEs u, għalhekk, li jsir sforz biex dan jitnaqqas kemm jista' jkun. | |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Sabiex tkun iffaċilitata l-kummerċjalizzazzjoni fuq il-livell nazzjonali u Komunitarju tal-prodotti li jkollhom fuqhom tikketti ambjentali u sabiex ikun evitat li l-konsumaturi jiġu konfużi, jeħtieġ ukoll li titkabbar il-koerenza bejn l-iskema tal-Ekotikketta Komunitarja u l-iskemi tal-Ekotikketti nazzjonali fil-Komunità. |
(10) Sabiex tkun iffaċilitata l-kummerċjalizzazzjoni fil-livell nazzjonali u Komunitarju tal-prodotti li jkollhom fuqhom tikketti ambjentali u sabiex ikun evitat li l-konsumaturi jiġu konfużi, jeħtieġ ukoll li titkabbar il-koerenza bejn l-iskema tal-Ekotikketta Komunitarja u l-iskemi tal-Ekotikketti nazzjonali fil-Komunità, kif ukoll biex jinħoloq sit tal-internet uffiċjali tal-UE li jiġbor flimkien l-informazzjoni kollha dwar l-ekotikketti u l-prattiki tal-UE għall-informazzjoni tal-konsumaturi. Il-koeżistenza ta' dawn l-iskemi għandha twassal għal sitwazzjoni fejn ikun riżultat ta' suċċess għaż-żewġ tikketti permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki. Barra minn hekk, l-iskema tal-Ekotikketta Komunitarja għandha tippromwovi l-prodotti ekotikkettati fis-swieq nazzjonali u għandha tiffaċilita d-dħul tal-prodotti ekotikkettati fis-swieq tal-Istati Membri l-oħra. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fir-rigward ta’ prodotti tal-ikel kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu japplika biss għall-ikel ipproċessat u l-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura. |
Dan ir-Regolament m'għandux japplika għall-prodotti tal-ikel kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
Ġustifikazzjoni | |
L-esklużjoni tal-ikel mir-Regolament eżistenti għandha l-għan li jiġu evitati l-konflitti mal-leġislazzjoni eżistenti tal-UE dwar l-ikel, kif ukoll il-konfużjoni għall-konsumatur. L-esklużjoni hi konformi wkoll mal-prinċipju taċ-ċiklu tal-ħajja, parametru tal-ogħla importanza fir-Regolament attwali. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta' Ekotikketta għar-rendiment ambjentali ta' prodotti tal-ikel proċessati u mhux, li tkopri ċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodott, li tqis l-elementi speċifiċi ta' dan il-grupp ta' prodotti. | |
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar l-entità jew l-entitajiet responsabbli mit-twettiq tal-kompiti pprovduti f’dan ir-Regolament (minn hawn ’il quddiem: il-“korp kompetenti” jew il-“korpi kompetenti”) u għandu jkun żgur li dawn ikunu operattivi. Fejn jinħatru aktar minn korp kompetenti wieħed, l-Istat Membru għandu jiddetermina s-setgħat rispettivi ta’ dawk l-entitajiet u r-rekwiżiti ta’ koordinazzjoni li japplikaw għalihom. |
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar l-entità jew l-entitajiet responsabbli mit-twettiq tal-kompiti pprovduti f’dan ir-Regolament (minn hawn ’il quddiem: il-“korp kompetenti” jew il-“korpi kompetenti”) u għandu jkun żgur li dawn ikunu operattivi, ikollhom il-mezzi finanzjarji u r-riżorsi umani kollha meħtieġa. Fejn jinħatru aktar minn korp kompetenti wieħed, l-Istat Membru għandu jiddetermina s-setgħat rispettivi ta’ dawk l-entitajiet u r-rekwiżiti ta’ koordinazzjoni li japplikaw għalihom. |
Ġustifikazzjoni | |
It-tħaddim tajjeb tal-korpi kompetenti jiddependi ħafna mir-riżorsi disponibbli mogħtija lilhom mill-Istati Membri. | |
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Ir-rendiment ambjentali tal-prodotti għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tal-prodotti bl-aqwa rendiment fis-suq Komunitarju. Għal dan il-għan, għandhom jitqiesu l-aktar impatti ambjentali sinifikanti matul iċ-ċiklu ta’ ħajja tal-prodotti, b’mod partikolari l-impatt fuq itl-tibdil fil-klima, l-impatt fuq in-natura u l-bijodiversità, il-konsum tal-enerġija u tar-riżorsi, il-ġenerazzjoni tal-iskart, l-emissjonijiet lill-mezzi ambjentali kollha, it-tniġġis permezz ta’ effetti fiżiċi u l-użu u r-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi. |
2. Ir-rendiment ambjentali tal-prodotti għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tal-prodotti bl-aqwa rendiment fis-suq Komunitarju. Għal dan il-għan, għandhom jitqiesu l-aktar impatti ambjentali sinifikanti ppruvati b'mod xjentifiku matul iċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tal-prodotti, li jistgħu jinkludu l-impatt fuq il-bidla fil-klima, l-impatt fuq in-natura u l-bijodiversità, il-konsum tal-enerġija u tar-riżorsi, il-ġenerazzjoni tal-iskart, l-emissjonijiet lill-mezzi ambjentali kollha, it-tniġġis permezz ta’ effetti fiżiċi u l-użu u r-rilaxx ta’ sustanzi li jistgħu jkunu ta' ħsara għall-ambjent, kif definit mil-leġiżlazzjoni Komunitarja. Il-kriterji attwali tal-Ekotikketta għall-gruppi ta’ prodotti differenti għandhom ikunu riveduti fi żmien ...* biex jiżguraw il-konformità sħiħa tagħhom mal-approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja stipulat f’dan l-Artikolu. |
|
* 18-il xahar wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
F’bosta każi, il-kriterji attwali tal-Ekotikketta għal gruppi ta’ prodotti ma jirriflettux approċċ ta’ ċiklu tal-ħajja reali kif deskritt f’dan l-Artikolu. Barra minn hekk, il-Premessa 4 teħtieġ li l-kriterji għandhom ikunu limitati għall-aktar aspetti ambjentali sinifikattivi tal-prodotti. Għalhekk il-Kummissjoni trid tirrevedi b’mod urġenti l-kriterji attwali għall-gruppi kollha ta’ prodotti biex tiżgura li jaqblu ma’ dawn l-approċċi u l-prinċipji. Il-leġiżlazzjoni attwali bħal REACH tkopri b’mod xieraq l-immaniġġjar tar-riskju tal-kimiki u, fost l-oħrajn, għandha l-għan li tnaqqas l-impatt ambjentali tagħhom. | |
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-kriterji tal-Ekotikketta għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti ambjentali li jrid jissodisfa prodott sabiex ikollu fuqu l-Ekotikketta. |
3. Il-kriterji tal-Ekotikketta għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti ambjentali li jrid jissodisfa prodott, tul iċ-ċiklu sħiħ ta' ħajtu, sabiex ikollu fuqu l-Ekotikketta, waqt li jitqiesu l-aħħar żviluppi teknoloġiċi kif ukoll il-fattibilità teknika u ekonomika tal-adattament li jkun hemm bżonn għal konformità mar-rekwiżiti f'perjodu ta' żmien raġonevoli. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kriterji li l-prodotti jridu jikkonformaw magħhom sabiex ikollhom fuqhom l-Ekotikketta jridu jkunu affidabbli. Dan jista' jsir biss jekk ikollhom bażi xjentifika solida u jekk iqisu b'mod regolari l-iżviluppi teknoloġiċi aġġornati. Dawk il-kriterji għandhom, sa kemm ikun possibbli, iqisu r-riżorsi kollha kkonsmati u l-implikazzjonijiet kollha fuq l-ambjent u s-saħħa li huma assoċjati maċ-ċiklu kollu tal-ħajja ta' prodott (oġġett jew servizz). | |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Il-kriterji tal-Ekotikketta għandhom iqisu l-kriterji stabbiliti għal tikketti ambjentali oħrajn, fejn dawn jeżistu għal dak il-grupp tal-prodotti. |
6. Il-kriterji tal-Ekotikketta għandhom iqisu l-kriterji stabbiliti għal tikketti ambjentali oħrajn, fejn dawn jeżistu għal dak il-grupp tal-prodotti sabiex b'hekk jittejbu s-sinerġiji. Fil-każ ta' prodotti koperti minn leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti dwar l-ittikkettar, il-kriterji għal Ekotikketta għandhom jikkorrispondu dejjem mal-ogħla rekwiżiti ambjentali. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Ekotikketta hija għotja ta' eċċellenza. Sussegwentement, għalkemm hu mixtieq li jiġu evitati piżijiet amministrattivi bla bżonn billi jitqiesu l-kriterji diġà stabbiliti fil-qafas ta' leġiżlazzjoni eżistenti, hu importanti wkoll li dawn il-kriterji jkunu ekwivalenti mal-ogħla rekwiżiti ambjentali. | |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Wara li jikkonsultaw lill-EUEB, l-Istati Membri, il-korpi kompetenti u l-partijiet interessati l-oħra jistgħu wkoll jagħtu bidu u jmexxu l-iżvilupp jew ir-reviżjoni tal-kriterji tal-Ekotikketta. |
Wara li jikkonsultaw lill-EUEB, l-Istati Membri, il-korpi kompetenti u dawk l-oħra li għandhom sehem fil-qasam, waqt li juru newtralità, oġġettività u fehma bilanċjata tal-industrija, jistgħu wkoll jagħtu bidu u jmexxu l-iżvilupp jew ir-reviżjoni tal-kriterji tal-Ekotikketta. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kriterji tal-Ekotikketta jridu jkunu orjentati biżżejjed lejn is-swieq b'mod li jirnexxilhom ixerrdu l-prodotti u s-servizzi li għandhom l-aħjar rendiment ambjentali fis-suq Komunitarju. Dan jista' jinkiseb permezz ta' proċedura ġusta u trasparenti li tinvolvi lil dawk kollha li għandhom sehem fil-qasam u li tikkunsidra l-fehmiet tal-industrija. | |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Fejn ikunu żviluppati kriterji għall-ikel ipproċessat minbarra l-prodotti tal-akkwakultura, dawk il-kriterji għandhom jirrigwardaw biss l-ipproċessar, it-trasport jew l-ippakkjar. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
L-esklużjoni tal-ikel mir-Regolament eżistenti għandha l-għan li jiġu evitati l-konflitti mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar l-ikel, kif ukoll il-konfużjoni għall-konsumatur. L-esklużjoni hi konformi wkoll mal-prinċipju taċ-ċiklu tal-ħajja, parametru tal-ogħla importanza fir-Regolament attwali. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta' Ekotikketta għall-prestazzjoni ambjentali ta' prodotti tal-ikel proċessati u mhux, li tkopri ċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodott, li tqis l-elementi speċifiċi ta' dan il-grupp ta' prodotti. | |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 7 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 7a Il-pjan ta' ħidma |
|
1. Il-Kummissjoni għandha tħejji u tippubblika pjan ta' ħidma dwar l-ekotikketta Komunitarja fi żmien sena minn meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ, wara li tkun saret konsultazzjoni minn qabel mal-EUEB. |
|
2. Il-pjan ta' ħidma għandu jinkludi strateġija għall-iżvilupp tal-iskema tal-Ekotikketta u anke ta' lista mhux eżawrjenti ta' prodotti li se jkunu kkunsidrati bħala prijoritajiet għal azzjoni Komunitarja. |
|
3. Il-pjan ta' ħidma għandu jiġi rivedut perjodikament. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-pjan ta' ħidma se jiffaċilita l-koperazzjoni tal-Kummissjoni mal-EUEB, waqt li fl-istess ħin se jiżgura li jkun hemm teħid ta' deċiżjonijiet u ppjanar strateġiċi. | |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Wara li tikkonsulta lill-EUEB, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri sabiex tistabbilixxi kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta għal kull grupp ta’ prodotti. |
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri sabiex tistabbilixxi kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta għal kull grupp ta’ prodotti. |
|
Għandhom jiġu żviluppati abbozzi ta' kriterji għall-Ekotikketta bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Anness I u billi jiġi kkunsidrat il-pjan ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 7a. Sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara li r-rapport finali msemmi fil-punt 3 tal-Parti A tal-Anness I ikun ġie ppreżentat lill-Kummissjoni, l-EUEB għandu jiġi ikkonsultat dwar id-dokument li jinkludi l-kriterji proposti. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi ġustifikazzjoni u dokumentazzjoni dwar il-motivazzjoni għal kull bidla fil-kriterji ppreżentati fir-rapport finali. |
|
Sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara li jkun ġie kkonsultat l-EUEB, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta dwar il-kriterji għal Ekotikketta lill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 16 u għandha sussegwentement tadotta miżuri biex jiġu stabbiliti l-kriterji speċifiċi għal Ekotikketta għal kull grupp ta' prodotti. Il-Kummissjoni għandha tqis il-kummenti tal-EUEB u għandha tipprovdi ġustifikazzjoni u dokumentazzjoni għall-motivazzjoni għal kull bidla fil-proposta wara l-konsultazzjoni mal-EUEB. |
Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 16(2). |
Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 16(2). |
Ġustifikazzjoni | |
Qed jiġu stabbiliti skadenzi sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tal-konsultazzjoni bejn is-servizzi tal-Kummissjoni biex bla dewmien jintlaħaq qbil dwar l-istipular jew ir-reviżjoni tal-kriterji għall-Ekotikketta. Dan hu kruċjali għall-iskopijiet tar-Regolament propost sabiex jinkludi aktar kategoriji ta' prodotti. | |
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) fejn ikun xieraq, tinidika t-tliet karatteristiċi ambjentali ewlenin li għandhom jitqiegħdu fuq l-Ekotikketta; |
(b) fejn ikun xieraq, tindika t-tliet karatteristiċi ambjentali ewlenin li jistgħu jitqiegħdu fuq l-Ekotikketta; |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa ta’ importanza kbira li jkun hemm il-ħsieb ta' mekkaniżmu li jqis it-titjib kontinwu fil-prodotti, ukoll fil-perjodu ta’ validità tal-kriterji tal-Ekotikketta. Bħalissa l-kriterji tal-prodotti huma stabbiliti għal perjodi twal (eż. 3 snin) u mhumiex flessibbli; huwa diffiċli li jsir tibdil, anki żgħir, fil-formulazzjonijiet biex jinkludu ingredjenti ġodda aktar sostenibbli u biex jadattaw ruħhom għall-progress tekniku mingħajr il-ħtieġa li jkollhom jgħaddu mill-proċess kollu ta' applikazzjoni mill-ġdid għall-Ekotikketta. | |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) tispeċifika l-perjodu ta’ validità tal-kriterji u tar-rekwiżiti tal-valutazzjoni. |
(c) tispeċifika l-perjodu, ta' mhux aktar minn sentejn, ta’ validità tal-kriterji u tar-rekwiżiti tal-evalwazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa ta’ importanza kbira li jkun hemm il-ħsieb ta' mekkaniżmu li jqis it-titjib kontinwu fil-prodotti, ukoll fil-perjodu ta’ validità tal-kriterji tal-Ekotikketta. Bħalissa l-kriterji tal-prodotti huma stabbiliti għal perjodi twal (eż. 3 snin) u mhumiex flessibbli; huwa diffiċli li jsir tibdil, anki żgħir, fil- formulazzjonijiet biex jinkludu ingredjenti ġodda aktar sostenibbli u biex jadattaw ruħhom għall-progress tekniku mingħajr il-ħtieġa li jkollhom jgħaddu mill-proċess kollu ta' applikazzjoni mill-ġdid għall-Ekotikketta. | |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt c a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) tispeċifika l-grad massimu permess ta' bidla fil-prodott waqt il-perjodu ta' validità tal-kriterji. |
Ġustifikazzjoni | |
Hu tal-ogħla importanza li jiġi żgurat li l-kriterji jkollhom ċertu grad ta' flessibilità u li ma jkollhomx jerġgħu jiġu definiti mill-ġdid kull darba li grupp ta' prodotti jgħaddi minn bidla żgħira. | |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Sabiex jużaw l-Ekotikketta, il-manifatturi, l-importaturi, il-fornituri tas-servizzi, il-kummerċjanti bl-ingrossa jew il-bejjiegħa bl-imnut għandhom jirreġistraw ma’ wieħed mill-korpi kompetenti li jissemmew fl-Artikolu 4 skont ir-regoli li ġejjin: |
1. Sabiex jużaw l-Ekotikketta, il-manifatturi, l-importaturi, il-fornituri tas-servizzi, il-kummerċjanti bl-ingrossa jew il-bejjiegħa bl-imnut għandhom jirreġistraw ma’ wieħed mill-korpi kompetenti li jissemmew fl-Artikolu 4 fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri li fih il-prodott ikun tqiegħed jew ikun se jitqiegħed fis-suq. |
(a) meta prodott joriġina fi Stat Membru wieħed, l-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-korp kompetenti ta' dak l-Istat Membru; |
|
(b) meta prodott joriġina fl-istess għamla fdiversi Stati Membri, l-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-korp kompetenti ta' wieħed minn dawk l-Istati Membri; |
|
(c) meta prodott joriġina minn barra l-Komunità, l-applikazzjoni tista' tiġi ppreżentata lill-korp kompetenti fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri li fih il-prodott ikun sejjer jitpoġġa jew ikun tqiegħed fis-suq. |
|
L-Ekotikketta għandha jkollha waħda mill-forom murija fl-Anness II. |
L-Ekotikketta għandu jkollha waħda mill-forom murija fl-Anness II. |
L-Ekotikketta tista’ tintuża biss b’konnessjoni mal-prodotti koperti minn reġistrazzjoni u li jkunu konformi mal-kriterji tal-Ekotikketta applikabbli għall-prodotti kkonċernati. |
L-Ekotikketta tista’ tintuża biss b’konnessjoni mal-prodotti koperti minn reġistrazzjoni u li jkunu konformi mal-kriterji tal-Ekotikketta applikabbli għall-prodotti kkonċernati. |
Ġustifikazzjoni | |
L-emenda għandha l-għan li tissimplifika r-reġistrazzjoni billi tindika (hi x'inhi l-oriġini tal-prodott) li għandha ssir ma' korp kompetenti fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri fejn il-prodott ikun se jitqiegħed jew ikun tqiegħed fis-suq. Il-proposta tal-Kummissjoni tagħti vantaġġ lill-prodotti li joriġinaw minn barra l-UE meta mqabbla ma' prodotti tal-UE: tal-ewwel jistgħu jirreġistraw ma’ korp kompetenti fi kwalunkwe Stat Membru li fih il-prodott ikun se jitqiegħed jew ikun tqiegħed fis-suq, filwaqt li tal-aħħar iridu jirreġistraw fl-Istat Membru li minnu joriġina l-prodott. Din l-emenda tikkoreġi din l-anomalija u tittratta l-prodotti kollha bl-istess mod. | |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-korp kompetenti li tkun saritlu applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jista’ jitlob ħlas sa €200 biex tiġi pproċessata r-reġistrazzjoni. Jekk jintalab ħlas, l-użu tal-Ekotikketta għandu jkun b’kundizzjoni li l-ħlas ikun ingħata fi żmien xieraq. |
3. Il-korp kompetenti li tkun saritlu applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jista’ jitlob ħlas sa 1000 EUR, b'mod proporzjonat mad-daqs tal-intrapriża, biex tiġi pproċessata r-reġistrazzjoni. Dan il-ħlas għandu jkun ibbażat fuq: |
|
(a) l-ispejjeż marbuta mal-provvista ta' informazzjoni u assistenza għall-intrapriżi mill-korpi kompetenti u |
|
(b) l-ispejjeż għall-amministrazzjoni tal-proċess ta' reġistrazzjoni. |
|
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu biex, bħala mezz ta' promozzjoni għall-iskema, ma jitolbu l-ebda ħlas. Jekk jintalab ħlas, l-użu tal-Ekotikketta għandu jkun b’kundizzjoni li l-ħlas ikun ingħata fi żmien xieraq. |
Ġustifikazzjoni | |
M'hemm l-ebda dubju li l-ħlas propost li jista' jkun sa EUR 200 hu baxx wisq u li lanqas ikopri l-ispejjeż ta' reġistrazzjoni. Huwa wkoll inġust, peress li jittratta lill-intrapriża kollha bl-istess mod, hu x'inhu d-daqs tagħhom. Finalment, jiċħad lill-Istati Membri minn sors ta' dħul li jista' jintuża għall-promozzjoni tal-Ekotikketta u għall-manteniment tal-iskema b'mod ġenerali. L-Istati Membri għandhom jitħallew liberi biex jadottaw livell ta' ħlas li jkun effiċjenti meta mqabbel mal-ispejjeż, jew anke biex jeżentaw kompletament lill-applikanti minn dan l-obbligu. | |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Fi żmien xahrejn mill-wasla ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, il-korp kompetenti kkonċernat għandu jivverifika d-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. |
4. Fi żmien xahrejn mill-wasla ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, il-korp kompetenti kkonċernat għandu jivverifika d-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, kif ukoll il-konformità tal-prodott mal-kriterji adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8. |
Sakemm id-dokumentazzjoni tkun sħiħa, il-korp kompetenti għandu jassenja numru ta’ reġistrazzjoni għal kull prodott. |
Sakemm id-dokumentazzjoni tkun approvata, il-prodott jikkonforma mal-kriterji u sakemm ir-reġistrazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti ta' evalwazzjoni u verifika, il-korp kompetenti għandu jassenja numru ta’ reġistrazzjoni għal kull prodott. Il-korp kompetenti għandu jikkonkludi l-proċedura tiegħu ta' approvazzjoni fi żmien erba’ xhur mid-data tal-applikazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Wieħed mill-vantaġġi ewlenin tar-regolament attwali huwa l-grad għoli ta' kredibilità li għandu, li m'għandux jiġi pperikolat billi, għal skopijiet ta' flessibilità, jitneħħew il-proċeduri ta' verifika u evalwazzjoni qabel ma tingħata l-Ekotikketta. S'issa dan kien garantit minn verifika minn terza persuna. | |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Il-korp kompetenti li jkun irreġistra prodott għandu jinnotifika kull reġistrazzjoni lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi reġistru komuni u taġġornah regolarment. Dak ir-reġistru għandu jkun pubblikament disponibbli. |
6. Il-korp kompetenti li jkun irreġistra prodott għandu jinnotifika kull reġistrazzjoni lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi reġistru komuni u taġġornah regolarment. Dak ir-reġistru għandu jkun pubblikament disponibbli f'portal tal-internet riservat għall-Ekotikketta. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għarfien tal-Ekotikketta jista' jikber permezz tat-trasparenza, il-viżibilità u d-disponibilità tat-tagħrif f'portal tal-internet li jkun faċli li jintuża. | |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. L-Ekotikketta tista’ tintuża fuq il-prodotti koperti mir-reġistrazzjoni fuq il-materjal promozzjonali assoċjat tagħhom. |
7. L-Ekotikketta tista’ tintuża fuq il-prodotti koperti mir-reġistrazzjoni fuq il-materjal promozzjonali assoċjat tagħhom. Il-post fejn titqiegħed l-Ekotikketta għandu jkun prominenti u għandu jiddefinixxi l-prodott ikkonċernat anke jekk ikun inxtara flimkien ma’ prodotti oħrajn. |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
10. Fejn l-Ekotikketa titqiegħed fuq ikel ipproċessat minbarra l-prodotti tal-akkwakultura li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, għandha tkun komplementata b’indikazzjoni fl-istess qasam viżiv bil-għan li t-tikketta tirrigwarda biss ir-rendiment ambjentali tal-ipproċessar, it-trasport jew l-ippakkjar tal-prodott |
imħassar |
L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għall-ikel ipproċessat b’tikketta skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. |
|
Ġustifikazzjoni | |
L-esklużjoni tal-ikel mir-Regolament eżistenti għandha l-għan li jiġu evitati l-konflitti mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar l-ikel, kif ukoll il-konfużjoni għall-konsumatur. L-esklużjoni hi konformi wkoll mal-prinċipju taċ-ċiklu tal-ħajja, parametru tal-ogħla importanza fir-Regolament attwali. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta' Ekotikketta għall-prestazzjoni ambjentali ta' prodotti tal-ikel proċessati u mhux, li tkopri ċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodott, li tqis l-elementi speċifiċi ta' dan il-grupp ta' prodotti. | |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-korp kompetenti li jkun irreġistra prodott għandu jagħmel verifiki, fuq bażi regolari, jew inkella mal-wasla ta’ lment, fir-rigward tar-reħistrazzjonijiet li jkun wettaq. Dawk il-verifiki jistgħu jieħdu l-forma ta’ kontrolli mhux sistematiċi fil-post. |
2. Il-korp kompetenti li jkun irreġistra prodott għandu jagħmel verifiki, fuq bażi regolari, jew inkella mal-wasla ta’ lment, fir-rigward tar-reġistrazzjonijiet li jkun wettaq. Dawk il-verifiki jistgħu jieħdu l-forma ta’ kontrolli mhux sistematiċi fil-post. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-korpi kompetenti jwettqu kontrolli fuq il-post fuq bażi regolari. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-mezzi kollha li hemm bżonn biex il-korpi kompetenti jkunu jistgħu jwettqu dawn il-kontrolli. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-tħaddim tajjeb tal-korpi kompetenti jiddependi ħafna mir-riżorsi disponibbli mogħtija lilhom mill-Istati Membri. | |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 10 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 10a |
|
Intrapriżi żgħar u medji |
|
Sabiex jitħarsu l-intrapriżi żgħar u medji, il-Kummissjoni għandha: |
|
(a) tiżgura li l-uffiċċji tal-informazzjoni mwaqqfa skont l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar li se jsir fil-futur jingħatalhom ukoll il-kompitu li jagħtu tagħrif dwar l-iskema tal-ekotikketti; u |
|
(b) tippromwovi b'mod attiv it-tqarrib ta' skemi ta' ttikkettar differenti. |
Ġustifikazzjoni | |
Hu importanti li jitqies il-piż amministrattiv fuq l-SMEs u, għalhekk, li jsir sforz biex dan jitnaqqas kemm jista' jkun. | |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-koeżistenza tal-Ekotikketta Komunitarja mal-iskemi ta' Ekotikketti nazzjonali għandha tiġi żgurata permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki. Barra minn hekk, l-iskema tal-Ekotikketta Komunitarja tista' tippromwovi l-prodotti ekotikkettati fis-swieq nazzjonali rilevanti u għandha tiffaċilita d-dħul tal-prodotti ekotikkettati fis-swieq ta' Stati Membri oħra. |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri u l-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-EUEB, għandhom jippromwovu l-użu tal-Ekotikketta Komunitarja b’azzjonijiet li jqajmu kuxjenza u b’kampanji ta’ informazzjoni għall-konsumaturi, għall-produtturi, għax-xerrejja pubbliċi, għall-kummerċjanti, għall-bejjiegħa bl-imnut, u għall-pubbliku ġenerali, biex b’hekk isostnu l-iżvilupp tal-iskema. |
L-Istati Membri u l-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-EUEB, għandhom jippromwovu l-użu tal-Ekotikketta Komunitarja b’azzjonijiet li jqajmu kuxjenza, b’kampanji ta’ informazzjoni għall-konsumaturi, għall-produtturi, għax-xerrejja pubbliċi, għall-kummerċjanti, għall-bejjiegħa bl-imnut, u għall-pubbliku ġenerali u t-tixrid ta' informazzjoni mill-portal tal-internet iddedikat għall-Ekotikketta biex b’hekk isostnu l-iżvilupp tal-iskema. Waqt li r-reklamar tal-iskema tal-Ekotikketta għandu jibqa' kompetenza nazzjonali sabiex jirrifletti b'mod aħjar il-preferenzi tal-konsumatur ta' kull Stat Membru, għandu jiġi implimentat grupp ta' esperti komuni biex jipprovdi gwida u koordinazzjoni, promozzjoni tal-iskambju tal-aħjar prattiki u żvilupp ta' pjanijiet ta' azzjoni konkreti fil-livell Komunitarju. |
|
Is-settur pubbliku għandu jkun aktar involut fil-promozzjoni tal-iskema tal-Ekotikketta, kemm bħala mexxej biex iservi ta' eżempju biex jintlaħqu l-pjanijiet ambjentali tal-Komunità, u kemm bħala konsumatur. Għalhekk, meta l-istituzzjonijiet Komunitarji u l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali jixtru, permezz ta' proċedura ta' akkwist pubbliku prodotti, li għalihom jeżistu kriterji għal ekotikketta, dawk il-prodotti għandhom tal-anqas jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-iskema ta' Ekotikketta Komunitarja. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kampanji ta' reklamar għandhom jitfasslu skont il-bżonnijiet speċifiċi ta' kull suq, sabiex ikunu aktar effettivi. Il-proċeduri ta' akkwist pubbliku jistgħu jkunu għodda effettiva ħafna għall-promozzjoni ta' prodotti b'ekotikketta, mhux biss peress li jippermettu li l-Istati Membri jservu ta' eżempju għall-konsumatur, imma anke peress li jagħtu spinta deċiżiva għat-talba tas-suq għal prodotti li jirrispettaw l-ambjent. | |
Emenda 34 Proposta għal regolament Anness I – punt 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għandu jkun stabbilit manwal għall-utenti li jipprovdi gwida għall-użu tal-kriterji tal-Ekotikketta lill-awtoritajiet li jagħtu l-kuntratti pubbliċi. |
Għandu jkun stabbilit manwal għall-utenti, tradott fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità, li jipprovdi gwida għall-użu tal-kriterji tal-Ekotikketta lill-awtoritajiet li jagħtu l-kuntratti pubbliċi. |
Nota: Il-Kummissjoni se tipprovdi mudelli (it-templates) għall-manwal għall-utenti għall-applikanti u għall-korpi kompetenti u għall-manwal għall-utenti għall-awtoritajiet li jagħtu l-kuntratti pubbliċi. |
Nota: Il-Kummissjoni se tipprovdi mudelli (templates) tradotti fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità għall-manwal għall-utenti għall-applikanti u għall-korpi kompetenti u għall-manwal għall-utenti għall-awtoritajiet li jagħtu l-kuntratti pubbliċi. |
Ġustifikazzjoni | |
Jekk kemm il-manwal għall-utenti u kemm il-mudelli jiġu tradotti, dan jiffaċilita l-proċedura ta' applikazzjoni li n-negozji jridu jgħaddu minnha sabiex jiksbu l-Ekotikketta. | |
Emenda 35 Proposta għal regolament Anness II - paragrafu 4 a (ġdid) (fi tmiem l-Anness II) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-kliem fuq l-Ekotikketta għandu jkun determinat mill-korpi kompetenti ta’ kull Stat Membru bl-użu tal-lingwa jew lingwi uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru b’mod li t-test ikun ekwivalenti għall-oriġinali bl-Ingliż. |
PROĊEDURA
Titolu |
Skema ta’ Ekotikketta Komunitarja |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0401 – C6-0279/2008 – 2008/0152(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
ENVI |
|||||||
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 2.9.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Nikolaos Vakalis 25.9.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
13.11.2008 |
11.12.2008 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
20.1.2009 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
47 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Šarūnas Birutis, Jan Březina, Jerzy Buzek, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Dragoş Florin David, Den Dover, Lena Ek, Nicole Fontaine, Adam Gierek, Norbert Glante, Fiona Hall, Erna Hennicot-Schoepges, Mary Honeyball, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Werner Langen, Anne Laperrouze, Pia Elda Locatelli, Patrick Louis, Eluned Morgan, Angelika Niebler, Atanas Paparizov, Aldo Patriciello, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Anni Podimata, Miloslav Ransdorf, Vladimír Remek, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Mechtild Rothe, Paul Rübig, Patrizia Toia, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Alejo Vidal-Quadras, Dominique Vlasto |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Pilar Ayuso, Juan Fraile Cantón, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Edit Herczog, Vittorio Prodi, Esko Seppänen, Silvia-Adriana Ţicău, Vladimir Urutchev |
|||||||
OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (23.1.2009)
għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skema ta’ Ekotikketta Komunitarja
(COM(2008)0401 – C6‑0279/2008 – 2008/0152(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Edit Herczog
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
L-objettiv ġenerali tar-Regolament dwar Skema ta’ Ekotikketta tal-Komunità huwa li jinkoraġġixxi produzzjoni sostenibbli u konsum ta’ prodotti kif ukoll dispożizzjoni sostenibbli u użu ta’ servizzi. Skema volontarja, l-Ekotikketta tipproċedi biex tiggwida l-klijenti lejn l-aqwa kumpaniji fis-suq. Ir-rapporteur tiegħek għal din l-opinjoni jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni biex tirrevedi l-iskema ta’ Ekotikketta u l-isforzi biex tindirizza nuqqasijiet tas-sistema attwali.
L-Ekotikketta hija parti mill-Pjan ta’ Azzjoni dwar Konsum u Produzzjoni Sostenibbli u Politika Industrijali Sostenibbli. B’enfasi għall-importanza ġenerali tal-Pjan ta’ Azzjoni, ir-rapporteur tiegħek jappoġġja b’mod sħiħ l-objettivi ġenerali tal-proposta dwar l-Ekotikketta. F’dan il-kuntest, jintlaqgħu sforzi biex tissaħħaħ l-iskema attwali billi tkun ta’ spiża inqas u inqas burokratika u aktar magħrufa. Huwa importanti wkoll li tkun inkoraġġuta l-arminizzazzjoni ma’ skemi ta' Ekotikketta oħrajn biex tkun żgurata l-konsistenza u tkun evitata frammentazzjoni fi ħdan is-Suq Intern.
Ir-rapporteur tiegħek jilqa’ t-tneħħija tal-miżati annwali, li hija partikularment importanti għal SMEs. L-introduzzjoni ta’ format għal dokumenti ta’ kriterji biex ikunu aktar faċli għall-użu mill-utenti huwa importanti wkoll, iżda r-rapporteur tiegħek jixtieq jenfasizza li mhux biżżejjed li tkun riveduta l-"forma" tal-kriterji mingħajr reviżjoni tal-kontenut attwali tagħhom.
Iżda r-reviżjoni tal-iskema Ekotikketta jidher li hija eżerċizzju prinċipalment amministrattiv u proċedurali, u ma tindirizzax in-nuqqasijiet fil-prinċipji li jistabbilixxu l-kriterji attwali tal-Ekotikketta għal prodotti. F’bosta każi, il-kriterji attwali ma jirriflettux approċċ ta’ ċiklu ta’ ħajja reali. Hija l-opinjoni tar-rapporteur tiegħek li l-kriterji għandhom jindirizzaw mhux biss il-prodotti finali iżda wkoll affarijiet bħall-proċess ta’ manifattura, tendenzi ta’ konsum, imġieba tal-konsumatur u bidla fil-klima. B’hekk, reviżjoni fundamentali tal-kriterji ta’ prodott attwali biex tirrifletti opinjoni aktar wiesgħa ta’ sostenibilità u ċiklu ta' ħajja reali hija meħtieġa. Huwa importanti wkoll li l-iskema tal-Ekotikketta hija konsistenti mal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE (REACH, Regolamenti ta’ Klassifikazzjoni u Tikkettar) u mhux biex tfittex li tadotta approċċi diverġenti. Minbarra dan, huwa ta’ importanza vitali li l-iżvilupp ta’ kriterji ikun ibbażat fuq evidenza xjentifika.
Il-proposta attwali jidher li tipprovdi prodotti li joriġinaw minn barra l-UE b’vantaġġ meta mqabbla ma’ prodotti tal-UE. Waqt li dawk ta’ qabel jistgħu jirreġistraw ma’ korp kompetenti fi kwalunkwe Stat Membru li fih il-prodott se jkun jew kien preżentat fis-suq, dawn tal-aħħar iridu jirreġistraw fl-Istat Membru li minnu joriġina l-prodott.
Ir-rapporteur tiegħek jiddispjaċih li l-Kummissjoni, fil-proposta biex testendi l-iskema tal-Ekotikketta għal frazzjoni limitata ta’ prodotti tal-ikel u tax-xorb, tixtieq biss li tqis ftit stadji restrittivi fiċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom, partikularment ipproċessar, trasport u ppakkjar. L-impatti ambjentali kritiċi fuq prodotti tal-ikel u tax-xorb jinbtu fl-istadju ta’ produzzjoni agrikola u fl-istadju tal-konsum, u mhux komprensibbli kif dawn iż-żewġ stadji sinifikattivi taċ-ċiklu tal-ħajja huma esklużi mill-analiżi mill-Kummissjoni. Mhux komprensibbli wkoll għaliex ikel proċessat għandu jaqa’ fi ħdan l-iskop tal-iskema tal-ekotikketta waqt li ikel frisk għandu jkun eskluż. Dan għalhekk ir-rapporteur jemmen li eżenzjoni attwali għal ikel u xorb kollu mir-Regolament għandha tinżamm.
Bħalissa hemm differenzi sinifikattivi f’approċċ u interpretazzjoni bejn l-awtoritajiet, li jwasslu għal frammentazzjoni tas-suq intern. B’hekk huwa importanti li tkun żgurata armonizzazzjoni tal-proċess u ħin tat-trattament ta' applikazzjonijiet għall-Ekotikketta permezz ta' korpi nazzjonali kompetenti.
Huwa importanti wkoll li jkun hemm mekkaniżmu li jqis it-titjib kontinwu ta’ prodotti. Bħalissa il-kriterji tal-prodott huma stabbiliti għal perjodi twal (eż. 3 snin) u m’humiex flessibbli. B’hekk, huwa diffiċli li jinbidlu formulazzjonijiet b’mod baxx biex jinkludu eż. ingredjenti ġodda aktar sostenibbli u biex jadattaw għal progress tekniku mingħajr il-ħtieġa li jkollhom jgħaddu mill-proċess kollu ta' applikazzjoni mill-ġdid għall-ekotikketta.
Fl-aħħar, huwa importanti li jiżdiedu l-isforzi biex tkun promossa l-Ekotikketta lejn konsumaturi, partikularment ukoll bit-twaqqif ta’ sit tal-internet uffiċjali Ewropew li jippreżenta informazzjoni u prattiki relevanti kollha.
Ir-rapporteur tiegħek jemmen b’mod qawwi li minħabba li l-konsumaturi għandhom is-setgħa li jibdlu tendenzi ta’ konsum u jitolbu għa¿liet aktar sostenibbli, huwa vitali li jkunu megħjuna biex je¿erċitaw din is-setgħa. Il-proposta attwali hija għodda importanti għal dan il-għan, u l-emendi suġġeriti għandhom isaħħuhom aktar.
EMENDI
Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) L-iskema tal-Ekotikketta Komunitarja hija parti mill-politika dwar konsum u produzzjoni sostenibbli tal-Komunità, li għandha l-għan li tnaqqas l-impatt negattiv tal-konsum u tal-produzzjoni fuq l-ambjent, is-saħħa u r-riżorsi naturali. L-iskema hija maħsuba biex tippromwovi dawk il-prodotti li jkollhom livell għoli ta’ rendiment ambjentali permezz tal-użu tal-Ekotikketta. Għal dan il-għan, huwa xieraq li jinħtieġ li l-kriterji li l-prodotti jridu jkunu konformi magħhom sabiex ikollhom fuqhom l-Ekotikketta jkunu bbażati fuq l-aqwa rendiment ambjentali miksub mill-prodotti fis-suq Komunitarju. Dawk il-kriterji għandhom ikunu sempliċi biex jinftiehmu u biex jintużaw u għalhekk għandhom ikunu limitati għall-aktar impatti ambjentali sinifikanti tal-prodotti. |
(4) L-iskema tal-Ekotikketta Komunitarja hija parti mill-politika dwar konsum u produzzjoni sostenibbli tal-Komunità, li għandha l-għan li tnaqqas l-impatt negattiv tal-konsum u tal-produzzjoni fuq l-ambjent, is-saħħa u r-riżorsi naturali. L-iskema hija maħsuba biex tippromwovi dawk il-prodotti li jkollhom livell għoli ta’ rendiment ambjentali permezz tal-użu tal-Ekotikketta. Għal dan il-għan, huwa xieraq li jinħtieġ li l-kriterji li l-prodotti jridu jkunu konformi magħhom sabiex ikollhom fuqhom l-Ekotikketta jkunu bbażati fuq l-aqwa rendiment ambjentali miksub mill-prodotti fis-suq Komunitarju. Dawk il-kriterji għandhom ikunu sempliċi biex jinftiehmu u biex jintużaw u għalhekk għandhom ikunu limitati għall-aktar impatti ambjentali sinifikanti tal-prodotti waqt iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom, inklużi l-fażijiet kemm tal-manifattura u kemm tal-użu. |
Ġustifikazzjoni | |
Iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodotti jeħtieġ li jitqiesu meta jitwaqqfu l-kriterji tal-Ekotikketta. | |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 4 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) L-iskema tal-Ekotikketta għandha tqis leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti biex ikunu evitati approċċi diverġenti lejn l-evalwazzjoni ta’ sikurezza. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-Regolament tal-Ekotikketta m’għandux iwassal lill-Komunità Ewropea biex tadotta approċċi differenti għall-evalwazzjoni tas-sikurezza, l-immaniġġjar u l-użu tal-kimiki, li bħalissa huma koperti mir-REACH u mid-Direttiva dwar il-Klassifikazzjoni u l-Ittikkettar. Il-leġiżlazzjoni attwali għandha tirbaħ. | |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 7 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7a) Biex jiżdied l-użu tas-sistema tal-Ekotikketta Komunitarja f’reviżjonijiet futuri ta’ dan ir-Regolament, se jkun hemm il-ħtieġa ta’ ċaqlieqa definita mill-kriterji tal-10% tal-prodotti bl-aqwa prestazzjoni għall-introduzzjoni ta’ sistema ta’ gradazzjoni f’kull kategorija ta’ prodott biex il-konsumaturi jkunu megħjuna jagħmlu għażliet sostenibbli ta’ konsum u biex jinħolqu inċentivi għall- produtturi biex b’mod kostanti jtejbu dak li għandhom x’joffru. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex jinfirex tassew l-użu tal-Ekotikketta tal-Komunità, is-“sistema tal-aqwa 10%” titqies li mhix effettiva biżżejjed. Kull prodott mill-gruppi ta’ prodotti kollha għandu jkollu l-possibilità li japplika għat-tikketta u li din tkun fuq il-prodott skont sistema ta’ klassifikazzjoni, grad ‘A’ jew ‘B’ jew ‘C’, li għandu jindika l-prestazzjoni ambjentali tiegħu. | |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Jeħtieġ li titqajjem kuxjenza pubblika mill-Ekotikketta Komunitarja billi jiġu promossi azzjonijiet sabiex il-konsumaturi jsiru konxji mit-tifsira tat-tikketta u jkunu jistgħu jagħmlu għażliet informati. |
(9) Jeħtieġ li titqajjem kuxjenza pubblika dwar l-Ekotikketta Komunitarja permezz ta’ azzjonijiet ta’ promozzjoni, kampanji ta’ informazzjoni u ta’ edukazzjoni, sabiex il-konsumaturi jsiru konxji mit-tifsira tat-tikketta u jkunu jistgħu jagħmlu għażliet informati. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kampanji ta' informazzjoni u ta' edukazzjoni huma mezz importanti ta' komunikazzjoni sabiex il-konsumaturi jsiru jafu aktar dwar l-Ekotikketta fil-ġejjieni immedjat. | |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Sabiex tkun iffaċilitata l-kummerċjalizzazzjoni fuq il-livell nazzjonali u Komunitarju tal-prodotti li jkollhom fuqhom tikketti ambjentali u sabiex ikun evitat li l-konsumaturi jiġu konfużi, jeħtieġ ukoll li titkabbar il-koerenza bejn l-iskema tal-Ekotikketta Komunitarja u l-iskemi tal-Ekotikketti nazzjonali fil-Komunità. |
(10) Sabiex tkun iffaċilitata l-kummerċjalizzazzjoni fuq il-livell nazzjonali u Komunitarju tal-prodotti li jkollhom fuqhom tikketti ambjentali u sabiex ikun evitat li l-konsumaturi jiġu konfużi, jeħtieġ ukoll li titkabbar koerenza bejn l-iskema tal-Ekotikketta Komunitarja u l-iskemi tal-Ekotikketti nazzjonali fil-Komunità, kif ukoll li jinħoloq sit tal-internet uffiċjali tal-UE li jiġbor flimkien l-informazzjoni u l-prattiki tal-ekotikkettar kollha tal-UE għall-informazzjoni tal-konsumaturi u li jkun disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità. Barra minn hekk, il-prodotti li jkollhom l-Ekotikketta Komunitarja jew nazzjonali għandhom ikunu promossi fis-swieq nazzjonali. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 10 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10a) Għandu jkun rikonoxxut li, għalkemm l-ekotikketti nazzjonali wrew li jistgħu jqajmu kuxjenza fost il-konsumaturi, l-objettiv ta' dan ir-Regolament hu li maż-żmien tiġi stabbilita Ekotikketta Komunitarja li se tieħu post l-ekotikketti nazzjonali u reġjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Ekotikketta hija l-unika skema formali għas-suq intern kollu kemm hu. L-iskemi tal-ekotikketti attwali nazzjonali jew reġjonali jgħoddu biss għal biċċa mis-suq intern. Ir-Regolament il-ġdid għandu l-intenzjoni li jwessa' l-użu tal-Ekotikketta biex jiġi evitat it-tixrid bla rażan ta' skemi ambjentali tal-ittikkettar. | |
Emenda 7 Proposta għal regolament Artikolu 6 - paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Ir-rendiment ambjentali tal-prodotti għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tal-prodotti bl-aqwa rendiment fis-suq Komunitarju. Għal dan il-għan, għandhom jitqiesu l-aktar impatti ambjentali sinifikanti matul iċ-ċiklu ta’ ħajja tal-prodotti, b’mod partikolari l-impatt fuq itl-tibdil fil-klima, l-impatt fuq in-natura u l-bijodiversità, il-konsum tal-enerġija u tar-riżorsi, il-ġenerazzjoni tal-iskart, l-emissjonijiet lill-mezzi ambjentali kollha, it-tniġġis permezz ta’ effetti fiżiċi u l-użu u r-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi. |
2. Ir-rendiment ambjentali tal-prodotti għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tal-prodotti bl-aqwa rendiment fis-suq Komunitarju. Għal dan il-għan, għandhom jitqiesu l-aktar impatti ambjentali sinifikanti u ppruvati xjentifikament ta’ matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodotti, li jistgħu jinkludu l-impatt fuq itl-tibdil fil-klima, l-impatt fuq in-natura u l-bijodiversità, il-konsum tal-enerġija u tar-riżorsi, il-ġenerazzjoni tal-iskart, l-emissjonijiet lill-mezzi ambjentali kollha, it-tniġġis permezz ta’ effetti fiżiċi u l-użu u r-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi. Sa ...*, il-kriterji eżistenti tal-Ekotikketta għall-gruppi ta’ prodotti differenti għandhom ikunu riveduti biex tkun żgurata l-konformità sħiħa tagħhom mal-approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja spjegat f’dan l-Artikolu. |
|
___________ *18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
F’bosta każi, il-kriterji attwali tal-Ekotikketta għal gruppi ta’ prodotti ma jirriflettux approċċ ta’ ċiklu tal-ħajja reali kif deskritt f’dan l-Artikolu. Barra minn hekk, il-Premessa 4 teħtieġ li l-kriterji għandhom ikunu limitati għall-aktar aspetti ambjentali sinifikattivi tal-prodotti. Għalhekk il-Kummissjoni trid tirrevedi b’mod urġenti l-kriterji attwali għall-gruppi kollha ta’ prodotti biex tiżgura li jaqblu ma’ dawn l-approċċi u l-prinċipji. | |
Il-leġiżlazzjoni attwali bħal REACH tkopri b’mod adegwat l-immaniġġjar tar-riskju tal-kimiki u, fost l-oħrajn, għandha l-għan li tnaqqas l-impatt ambjentali tagħhom. | |
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 8 - paragrafu 2 – punti b u c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) fejn ikun xieraq, tinidika t-tliet karatteristiċi ambjentali ewlenin li għandhom jitqiegħdu fuq l-Ekotikketta; |
(b) fejn ikun xieraq, tinidika t-tliet karatteristiċi ambjentali ewlenin li jistgħu jitqiegħdu fuq l-Ekotikketta; |
(c) tispeċifika l-perjodu ta’ validità tal-kriterji u tar-rekwiżiti tal-valutazzjoni. |
(c) tispeċifika l-perjodu ta’ validità tal-kriterji u tar-rekwiżiti tal-valutazzjoni, li m’għandux jaqbeż is-sentejn; |
|
(ca) tispeċifika l-grad tal-varjabilità tal-prodott li hu permess waqt il-perjodu ta’ validità. |
Ġustifikazzjoni | |
Hija ta’ importanza kbira li jkun maħsub mekkaniżmu li jqis it-titjib kontinwu tal-prodotti, ukoll fil-perjodu ta’ validità tal-kriterji tal-Ekotikketta. Bħalissa l-kriterji tal-prodotti huma stabbiliti għal perjodi twal (eż. 3 snin) u mhumiex flessibbli; huwa diffiċli li jsir tibdil żgħir fil- formulazzjonijiet biex jinkludu ingredjenti ġodda aktar sostenibbli u biex jadattaw ruħhom għall-progress tekniku mingħajr il-ħtieġa li jkollhom jgħaddu mill-proċess kollu ta' applikazzjoni mill-ġdid għall-Ekotikketta. | |
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 9 - paragrafu 1 - subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Sabiex jużaw l-Ekotikketta, il-manifatturi, l-importaturi, il-fornituri tas-servizzi, il-kummerċjanti bl-ingrossa jew il-bejjiegħa bl-imnut għandhom jirreġistraw ma’ wieħed mill-korpi kompetenti li jissemmew fl-Artikolu 4 skont ir-regoli li ġejjin: |
1. Sabiex jużaw l-Ekotikketta, il-manifatturi, l-importaturi, il-fornituri tas-servizzi, il-kummerċjanti bl-ingrossa jew il-bejjiegħa bl-imnut li jixtiequ jużaw l-Ekotikketta għandhom jirreġistraw ma’ wieħed mill-korpi kompetenti li jissemmew fl-Artikolu 4 fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri li fih il-prodott ikun sejjer jitpoġġa jew ikun tqiegħed fis-suq. |
(a) meta prodott joriġina fi Stat Membri wieħed, l-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-korp kompetenti ta' dak l-Istat Membru; |
|
(b) meta prodott joriġina fl-istess għamla fdiversi Stati Membri, l-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-korp kompetenti ta' wieħed minn dawk l-Istati Membri; |
|
(c) meta prodott joriġina minn barra l-Komunità, l-applikazzjoni tista' tiġi ppreżentata lill-korp kompetenti fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri li fih il-prodott ikun sejjer jitpoġġa jew ikun tqiegħed fis-suq. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda għandha l-għan li tissimplifika r-reġistrazzjoni billi tindika li r-reġistrazzjoni (hi x'inhi l-oriġini tal-prodott) għandha ssir ma' korp kompetenti fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri fejn il-prodott ikun se jitqiegħed jew ikun tqiegħed fis-suq. | |
Il-proposta tal-Kummissjoni tagħti lill-prodotti li joriġinaw minn barra l-UE vantaġġ fuq il-prodotti tal-UE: dawk tal-ewwel jistgħu jirreġistraw ma’ korp kompetenti fi kwalunkwe Stat Membru li fih il-prodott se jkun jew kien imqiegħed fis-suq, filwaqt li dawn tal-aħħar iridu jirreġistraw fl-Istat Membru li minnu joriġina l-prodott. Din l-emenda tkun tikkoreġi din l-anomalija u tittratta l-prodotti kollha bl-istess mod. | |
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 9 - paragrafu 4 - subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Sakemm id-dokumentazzjoni tkun sħiħa, il-korp kompetenti għandu jassenja numru ta’ reġistrazzjoni għal kull prodott. |
Sakemm id-dokumentazzjoni tkun approvata, il-korp kompetenti għandu jassenja numru ta’ reġistrazzjoni għal kull prodott. Il-korp kompetenti għandu jikkonkludi l-proċedura tiegħu fi żmien erba’ xhur mid-data tal-applikazzjoni. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
il-korp kompetenti li tkun saritlu applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jista’ jitlob ħlas sa €200 biex tiġi pproċessata r-reġistrazzjoni. Jekk jintalab ħlas, l-użu tal-Ekotikketta għandu jkun b’kundizzjoni li l-ħlas ikun ingħata fi żmien xieraq. |
Il-korp kompetenti li tkun saritlu applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jista’ jitlob ħlas sa EUR 1000, b'mod proporzjonat mad-daqs tal-intrapriża, biex tiġi pproċessata r-reġistrazzjoni. Din il-miżata għandha tkun ibbażata fuq: (a) spejjeż li jkunu saru marbuta mal-forniment tal-informazzjoni u l-assistenza għall-intrapriżi mill-korp kompetenti; (b) l-ispiża għall-amministrazzjoni tal-proċess ta' reġistrazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li, bħala mezz ta' promozzjoni tal-iskema, ma jitolbux miżata. Jekk jintalab ħlas, l-użu tal-Ekotikketta għandu jkun b’kundizzjoni li l-ħlas ikun ingħata fi żmien xieraq. |
Ġustifikazzjoni | |
S'issa hemm biss 26 grupp ta' prodotti stabbiliti u madwar 500 kumpanija li jipproduċu prodotti bl-Ekotikketta fl-UE. L-iskema attwali tbati min-nuqqas ta' għarfien tat-tikketta u min-nuqqas ta' użu min-naħa tal-industrija. Sabiex il-kumpaniji jitħajru, u b'mod speċjali l-SMEs, l-ispiża ta' reġstrazzjoni m'għandhiex tkun ta' aktar minn EUR 100. | |
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 9 - paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. L-Ekotikketta tista’ tintuża fuq il-prodotti koperti mir-reġistrazzjoni fuq il-materjal promozzjonali assoċjat tagħhom. |
7. L-Ekotikketta tista’ tintuża fuq il-prodotti koperti mir-reġistrazzjoni fuq il-materjal promozzjonali assoċjat tagħhom. Il-post fejn titqiegħed l-Ekotikketta għandu jkun prominenti u għandu jiddefinixxi l-prodott ikkonċernat anke jekk ikun inxtara flimkien ma’ prodotti oħrajn. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri u l-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-EUEB, għandhom jippromwovu l-użu tal-Ekotikketta Komunitarja b’azzjonijiet li jqajmu kuxjenza u b’kampanji ta’ informazzjoni għall-konsumaturi, għall-produtturi, għax-xerrejja pubbliċi, għall-kummerċjanti, għall-bejjiegħa bl-imnut, u għall-pubbliku ġenerali, biex b’hekk isostnu l-iżvilupp tal-iskema. |
L-Istati Membri u l-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-EUEB, għandhom jippromwovu l-użu tal-Ekotikketta Komunitarja b’azzjonijiet li jqajmu kuxjenza u b’kampanji ta’ informazzjoni għall-konsumaturi, għall-produtturi, għax-xerrejja pubbliċi, għall-kummerċjanti, għall-bejjiegħa bl-imnut, u għall-pubbliku ġenerali, biex b’hekk isostnu l-iżvilupp tal-iskema, u, barra minn hekk, jippromwovu aktar miżuri edukattivi ambjentali ġenerali għall-pubbliku kollu sabiex tkun tista’ tinħoloq kuxjenza ambjentali fost il-konsumaturi u jissaħħaħ it-tixrid u l-għarfien tal-Ekotikketta Komunitarja. |
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni tista’ tgħolli l-ħlas massimu stipulat fl-Artikolu 9(3) u temenda l-Annessi. |
Il-Kummissjoni tista’ tgħolli l-ħlas massimu stipulat fl-Artikolu 9(3) u temenda l-Annessi biss kemm-il darba ż-żieda tkun biex tkopri l-ispejjeż tar-reġistrazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Mhuwiex ċar kemm il-Kummissjoni tista' tgħolli l-massimu u f'liema ċirkostanzi. Biex tiġi evitata kull inċertezza, il-ħlas massimu jista' jiżdied biss biex ikopri l-ispejjeż effettivi għall-ipproċessar tar-reġistrazzjoni. | |
Emenda 15 Proposta għal regolament Anness II - paragrafu 4 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
It-tipi tal-ittri li jidhru fuq l-Ekotikketta għandhom ikunu determinati mill-korpi kompetenti ta’ kull Stat Membru bl-użu tal-lingwa jew lingwi uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru b’mod li t-test ikun ekwivalenti għall-oriġinali bl-Ingliż. |
PROĊEDURA
Titolu |
Skema ta’ Ekotikketta Komunitarja |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0401 – C6-0279/2008 – 2008/0152(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
ENVI |
|||||||
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 2.9.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Edit Herczog 10.9.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
6.11.2008 |
2.12.2008 |
22.1.2009 |
|
||||
Data tal-adozzjoni |
22.1.2009 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
34 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Cristian Silviu Buşoi, Charlotte Cederschiöld, Janelly Fourtou, Evelyne Gebhardt, Martí Grau i Segú, Malcolm Harbour, Christopher Heaton-Harris, Iliana Malinova Iotova, Alexander Graf Lambsdorff, Kurt Lechner, Toine Manders, Nickolay Mladenov, Catherine Neris, Zita Pleštinská, Karin Riis-Jørgensen, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Eva-Britt Svensson, Marianne Thyssen, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Emmanouil Angelakas, Wolfgang Bulfon, Colm Burke, Giovanna Corda, Brigitte Fouré, Joel Hasse Ferreira, Filip Kaczmarek, Olle Schmidt |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean-Pierre Audy, Michel Teychenné |
|||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Skema ta’ Ekotikketta Komunitarja |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0401 – C6-0279/2008 – 2008/0152(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
16.7.2008 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 2.9.2008 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 2.9.2008 |
IMCO 2.9.2008 |
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Salvatore Tatarella 17.9.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
21.1.2009 |
|
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
17.2.2009 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
51 0 2 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Adamos Adamou, Margrete Auken, Liam Aylward, Irena Belohorská, Maria Berger, Johannes Blokland, John Bowis, Hiltrud Breyer, Martin Callanan, Dorette Corbey, Magor Imre Csibi, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Jill Evans, Matthias Groote, Satu Hassi, Christa Klaß, Holger Krahmer, Urszula Krupa, Aldis Kušķis, Marie-Noëlle Lienemann, Peter Liese, Marios Matsakis, Linda McAvan, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Vittorio Prodi, Dagmar Roth-Behrendt, Guido Sacconi, Daciana Octavia Sârbu, Carl Schlyter, Richard Seeber, María Sornosa Martínez, Salvatore Tatarella, Antonios Trakatellis, Evangelia Tzampazi, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Anders Wijkman, Glenis Willmott |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Philip Bushill-Matthews, Bairbre de Brún, Jutta Haug, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Johannes Lebech, Caroline Lucas, Miroslav Mikolášik, Hartmut Nassauer, Justas Vincas Paleckis, Alojz Peterle, Renate Sommer |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Domenico Antonio Basile |
|||||||
Data tat-tressiq |
25.2.2009 |
|||||||