RAPPORT Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam.

2.3.2009 - (COM(2008)0644 – C6‑0373/2008 – 2008/0198(COD)) - ***I

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Caroline Lucas

Proċedura : 2008/0198(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0115/2009
Testi mressqa :
A6-0115/2009
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam

(COM(2008)0644 – C6‑0373/2008 – 2008/0198(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2008)0644),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0373/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6‑0115/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Il-foresti jipprovdu varjetà wiesgħa ta' benefiċċji ambjentali, ekonomiċi u soċjali inklużi prodotti tal-foresta mill-injam u mhux mill-injam u servizzi ambjentali.

(1) Il-foresti jipprovdu varjetà wiesgħa ta' benefiċċji ambjentali, ekonomiċi u soċjali inklużi prodotti tal-foresta mill-injam u mhux mill-injam u servizzi ambjentali u ħabitats għall-komunitajiet lokali.

Ġustifikazzjoni

In-nies huma involuti wkoll.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 1 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) L-ambjent tal-foresta huwa patrimonju prezzjuż li għandu jiġi mħares, ippreservat u, fejn dan ikun prattiku, iġġenerat mill-ġdid bil-għan aħħari li jinżammu l-bijodiversità u l-funzjonijiet tal-ekosistemi, filwaqt li titħares il-klima u jiġu salvagwardati d-drittijiet tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali u ta’ dawk li jiddependu mill-foresti.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 1 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b) Il-foresti huma sors ekonomiku, u l-kultivazzjoni tagħhom tipproduċi prosperità u impjiegi. Il-kultivazzjoni tal-foresti għandha wkoll effetti pożittivi fuq il-klima billi l-prodotti tagħhom jistgħu jissostitwixxu prodotti li jikkunsmaw aktar enerġija.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi enfasizzat il-fatt li l-forestrija għandha wkoll funzjonijiet soċjali u ekonomiċi pożittivi.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 1 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c) Huwa importanti ħafna, b’mod partikolari mill-aspett tal-klima, li subkuntratturi li joperaw fis-suq intern jagħmlu l-kummerċ biss f'injam maħsud b’mod legali billi injam bħal dan jiżgura li l-funzjoni importanti tal-foresti bħala bjar tad-dijossidu tal-karbonju ma tiġix imfixkla. Barra minn hekk, l-użu ta’ injam maħsud b’mod legali bħala materjal tal-bini, fi djar tal-injam, pereżempju, jgħin biex id-dijossidu tal-karbonju jinqabad kontinwament.

Ġustifikazzjoni

IMa tistax tkun enfasizzata biżżejjed il-funzjoni tal-foresta bħala bir tad-dijossidu tal-karbonju u l-potenzjal tal-prodotti tal-foresti li jaqbdu d-dijossidu tal-karbonju.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 1 d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1d) Il-forestrija tikkontribwixxi bil-kbir għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u hija s-sors primarju ta' dħul għal ħafna persuni f’dawn il-pajjiżi. Huwa għalhekk importanti li ma nrażżnux dan l-iżvilupp u s-sors ta’ dħul, iżda li niffukaw fuq kif nippromwovu l-iżvilupp aktar sostenibbli tal-forestrija f’dawn ir-reġjuni.

Ġustifikazzjoni

M’għandniex ninsew kemm mill-popolazzjoni tad-dinja tiddependi b'mod dirett mill-foresti bħala sors ta’ dħul. Il-konsegwenzi ta' strateġiji ħżiena fil-forestrija jġibu qerda fost l-abitanti tal-ifqar reġjuni tad-dinja. Wieħed għandu għalhekk jiffoka fuq l-iżvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli tal-forestrija.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 2 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Huwa evidenti li l-pressjoni fuq ir-riżorsi naturali tal-foresti u d-domanda għall-injam u l-prodotti tal-injam sikwit tkun qawwija u li l-Komunità teħtieġ li tnaqqas l-impatt tagħha fuq l-ekosistemi tal-foresti, indipendentement minn fejn jidhru l-effetti tagħhom.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-qtugħ illegali huwa problema ta' tħassib internazzjonali ewlieni. Huwa ta' theddida sinifikanti għall-foresti għax jikkontribwixxi għall-proċess ta' deforestazzjoni, li huwa responsabbli għal madwar 20% tal-emissjonijiet ta' CO2, jhedded il-bijodiversità, u jimmina l-ġestjoni u l-iżvilupp sostenibbli tal-foresti. Barra minn hekk, għandu wkoll implikazzjonijiet soċjali, politiċi u ekonomiċi.

(3) Il-qtugħ illegali, flimkien man-nuqqasijiet istituzzjonali u ta’ governanza fis-settur tal-foresti f’numru sinifikanti ta’ pajjiżi li jipproduċu l-injam, huwa problema ta’ tħassib internazzjonali ewlieni. Il-qtugħ illegali huwa ta’ theddida sinifikanti għall-foresti għax jikkontribwixxi għall-proċess ta’ deforestazzjoni u deġenerazzjoni tagħhom, li huwa responsabbli għal madwar 20% tal-emissjonijiet tas-CO2, jinfluwenza d-deżertifikazzjoni u l-proċess tal-formazzjoni tal-isteppi, iżid l-erożjoni tal-ħamrija u jħarrax il-fenomeni klimatiċi estremi u l-għargħar li jista' jsegwi, jhedded il-bijodiversità, jagħmel ħsara fil-ħabitats tal-popli indiġeni u jimmina l-ġestjoni u l-iżvilupp sostenibbli tal-foresti. Barra minn hekk, għandu wkoll implikazzjonijiet soċjali, politiċi u ekonomiċi, u sikwit ifixkel il-progress lejn l-għanijiet ta’ governanza tajba, u jhedded il-komunitajiet lokali li jiddependu mill-foresti, kif ukoll id-drittijiet tal-popli indiġeni.

Ġustifikazzjoni

Il-korruzzjoni tħaffef il-qerda ta’ riżorsi naturali, b’mod partikolari foresti primarji li jiddependu minnhom għall-għajxien ħafna komunitajiet. Pereżempju, il-gvern tal-Indoneżja għamel stima li d-dħul mitluf mill-foresti jiswa lin-nazzjon kważi US $4 biljun fis-sena, jew madwar ħames darbiet il-baġit annwali tad-dipartiment tas-saħħa.

Barra mill-protezzjoni tal-foresti primordjali, iż-żoni msaġġra, il-bijodiversità, l-ekosistema, l-ambjent u l-kummerċ ġust u l-ġlieda kontra l-bidla fil-klima, f’diversi direttivi tagħha l-UE kkommettiet ruħha wkoll għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, il-protezzjoni tal-wirt kulturali, l-iżvilupp reġjonali sostenibbli, l-iżvilupp rurali sostenibbli u l-ġlieda kontra l-faqar. Għalhekk, dan għandu jiġi rifless fil-leġiżlazzjoni u jintwera b'mod ċar.

L-emenda tirreferi għall-proċessi u t-theddid speċifiċi għan-natura li jiġu mid-deforestazzjoni.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 3 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jwaqqaf il-kummerċ tal-injam maħsud b’mod illegali u ta’ prodotti magħmula minnu fl-UE u li jikkontribwixxi għall-waqfien tad-deforestazzjoni u d-deġenerazzjoni tal-foresti u għall-emissjonijiet tal-karbonju u t-telfien fil-bijodiversità globali marbuta magħhom, filwaqt li jippromwovi t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-iżvilupp uman sostenibbli u r-rispett għall-popli indiġeni u tal-post. Dan ir-Regolament għandu jikkontribwixxi biex jiġu ssodisfati l-obbligi u l-impenji li hemm, fost l-oħrajn, fi:

 

(a) il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika tal-1992 (CBD);

 

(b) il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali tal-Ispeċi fil-Periklu ta’ Fawna u Flora Selvaġġi tal-1973 (CITES);

 

(c) il-Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali (ITTA) tal-1983, l-1994 u l-2006;

 

(d) il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima tal-2002 (UNFCCC);

 

(e) il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni tal-1994;

 

(f) id-Dikjarazzjoni ta’ Rio dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp tal-1992;

 

(g) id-Dikjarazzjoni ta’ Johannesburg u l-Pjan ta’ Implimentazzjoni kif adottati mis-Samit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fl-4 ta’ Settembru 2002;

 

(h) il-proposti għal azzjoni tal-Grupp Intergovernattiv dwar il-Foresti/il-Forum Internazzjonali dwar il-Foresti;

 

(i) l-istqarrija awtoritarja iżda mhux legalment vinkolanti tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp (UNCED) dwar il-prinċipji għall-Qbil Globali dwar il-Ġestjoni, il-Konservazzjoni u l-Iżvilupp Sostenibbli tat-Tipi Kollha ta' Foresti tal-1992;

 

(j) l-Aġenda 21 kif adottata mill-UNCED f'Ġunju 1992;

 

(k) ir-Riżoluzzjoni tas-Sessjoni Speċjali tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (Ungass) bl-isem ‘Programm għat-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-Aġenda 21’ tal-1997;

 

(l) id-Dikjarazzjoni tal-Millennju tal-2000;

 

(m) il-Karta Dinjija għan-Natura tal-1982;

 

(n) id-Dikjarazzjoni tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent Uman tal-1972;

 

(o) il-Pjan ta’ Azzjoni tal-1972 għall-Ambjent Uman, il-proposti tal-Grupp Intergovernattiv dwar il-Foresti, approvat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fis-Sessjoni Speċjali tagħha tal-1997;

 

(p) ir-Riżoluzzjoni 4/2 tal-Forum tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Foresti;

 

(r) il-Konvenzjoni dwar il-Ħajja Selvaġġa u l-Ħabitats Ewropej tal-1979;

 

(s) il-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni tal-2003 (UNCAC).

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 3 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. Id-Deċiżjoni tat-22 ta' Lulju 2002 Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill li tistabbilixxi s-Sitt Programm Komunitarju ta’ Azzjoni Ambjentali1 identifikat bħala attività ta’ prijorità l-eżami tal-possibiltà li jittieħdu miżuri attivi biex jiġi evitat u jingħeleb il-kummerċ fl-injam maħsud b’mod illegali, kif ukoll it-tkomplija tal-parteċipazzjoni attiva tal-Komunità u tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ riżoluzzjonijiet globali u reġjonali u ta' ftehimiet dwar kwistjonijiet marbuta mal-foresti.

 

1 ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-Infurzar tal-Liġi tal-Foresta, il-Governanza u l-Kummerċ (FLEGT) ipproponiet pakkett ta' miżuri biex jappoġġjaw l-isforzi internazzjonali biex tinstab soluzzjoni għall-problema tal-qtugħ illegali ta' siġar u l-kummerċ marbut miegħu.

(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-Infurzar tal-Liġi tal-Foresta, il-Governanza u l-Kummerċ (FLEGT) ipproponiet pakkett ta' miżuri biex jappoġġjaw l-isforzi internazzjonali biex tinstab soluzzjoni għall-problema tal-qtugħ illegali ta' siġar u l-kummerċ marbut miegħu u biex jagħtu kontribut għall-għan aktar wiesa' tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti.

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda tagħlaq it-test oriġinali tal-Pjan ta' Azzjoni FLEGT (COM(2003)251).

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew filwaqt li jagħrfu l-ħtieġa li l-Komunità tagħti sehemha fl-isforz globali biex tiġi indirizzata l-problema tal-qtugħ illegali laqgħu din il-Komunikazzjoni.

(5) Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, filwaqt li jagħrfu l-ħtieġa li l-Komunità tagħti sehemha fl-isforz globali biex tiġi indirizzata l-problema tal-qtugħ illegali u biex ikun appoġġjat il-qtugħ legali b'mod sostenibbli fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli, tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tat-tnaqqis tal-faqar, kif ukoll tal-ugwaljanza soċjali u s-sovranità nazzjonali, laqgħu din il-Komunikazzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-Unjoni Ewropea għandha d-dmir li tħares u tgħin produtturi responsabbli li jirrispettaw il-kriterji tal-legalità u tas-sostenibilità. Dan jikkomplementa l-azzjonijiet biex jitwaqqaf il-kummerċ ma' produtturi illegali fid-dinja.Din iż-żieda tirriferi għat-test oriġinali tal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Agrikoltura ta’ Ottubru 2003.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Il-Komunità għandha tagħmel pressjoni wkoll, f'taħditiet bilaterali ma' pajjiżi ewlenin li jikkunsmaw l-injam bħall-Istati Uniti, iċ-Ċina, ir-Russja u l-Ġappun, biex isiru diskussjonijiet marbuta mal-problema tal-qtugħ illegali, biex ikun hemm konverġenza dwar obbligi xierqa u armonizzati fuq l-operaturi fis-swieq tagħhom tal-injam, u biex tinħoloq sistema indipendenti ta' twissija kif ukoll reġistru globali tal-qtugħ illegali magħmula, pereżempju, mill-Interpol u minn korp xieraq tan-Nazzjonijiet Uniti, li tibbenefika mill-aħħar teknoloġiji għall-ittraċċar bis-sattelliti.

Ġustifikazzjoni

Il-pajjiżi ewlenin li jimpurtaw u jipproduċu l-injam fil-livell internazzjonali għandhom ir-responsabilità li jikkoperaw u jużaw kull mezz politiku, legali u teknoloġiku biex jiġġieldu l-qtugħ illegali. Inkella, fuq bażi volontarja u mingħajr koordinazzjoni internazzjonali, ftit pajjiżi jkunu lesti li jillimitaw il-possibilitajiet tagħhom li jesportaw jew jimpurtaw l-injam.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 6 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b) Operaturi minn pajjiżi b'foresti ta' importanza ekoloġika internazzjonali għandu jkollhom responsabilità partikulari għall-isfruttar sostenibbli tal-injam.

Ġustifikazzjoni

Għandhom jiġu imposti obbligi ta' kondotta xierqa, qabel xejn, fuq operaturi minn pajjiżi b'żoni kbar ta' foresti li jikkostitwixxu l-"Pulmuni Ħodor" tad-dinja u jikkontribwixxu sew għall-ġlieda kontra t-tisħin globali.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Minħabba l-kobor u l-urġenza tal-problema, jeħtieġ li tkun appoġġjata b'mod attiv il-ġlieda kontra l-qtugħ illegali u l-kummerċ marbut miegħu, tkun ikkomplementata u msaħħa l-inizjattiva tal-VPA u jittejbu s-sinerġiji bejn il-politika li għandha l-għan li tħares il-foresti u l-kisba ta' livell għoli ta' ħarsien tal-ambjent, inkluża l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u t-telfa tal-bijodiversità.

(7) Minħabba l-kobor u l-urġenza tal-problema, jeħtieġ li tkun appoġġjata b'mod attiv il-ġlieda kontra l-qtugħ illegali u l-kummerċ marbut miegħu, jitnaqqas l-impatt tal-Komunità fuq l-ekosistemi tal-foresti, tkun ikkomplementata u msaħħa l-inizjattiva tal-VPA u jittejbu s-sinerġiji bejn il-politika li għandha l-għan li tnaqqas il-faqar, tħares il-foresti u l-kisba ta' livell għoli ta' ħarsien tal-ambjent, inkluża l-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u t-telfien fil-bijodiversità.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 7 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Meta wieħed iqis il-prinċipju tal-azzjoni preventiva, il-parteċipanti kollha fil-katina tal-forniment għandhom jaqsmu r-responsabilità għat-tneħħija tar-riskju li jitqiegħed fis-suq injam maħsud illegalment u prodotti ġejjin minnu.

 

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) L-isforzi magħmula mill-pajjiżi li kkonkludew VPAs FLEGT mal-Komunità u l-prinċipji inkorporati fihom, b'mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni ta' njam prodott legalment, għandhom isibu għarfien. Jeħtieġ ukoll li jitqies li skont l-iskema ta’ liċenzjar tal-FLEGT l-injam u l-prodotti tal-injam biss maħsuda skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti jiġu esportati lejn il-Komunità. Għal dan il-għan, il-prodotti tal-injam imniżżla fl-Annessi II u III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar it-twaqqif ta’ skema ta’ liċenzjar tal-FLEGT għal importazzjonijiet ta’ njam fil-Komunità Ewropea, li joriġinaw fil-pajjiżi msieħba elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 għandhom jitqiesu li huma maħsuda b’mod legali sakemmm ikunu konformi ma’ dan ir-Regolament u kull dispożizzjoni ta’ implimentazzjoni.

 

(8) L-isforzi magħmula mill-pajjiżi li kkonkludew VPAs FLEGT mal-Komunità u l-prinċipji inkorporati fihom, b'mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni ta' injam prodott legalment, għandhom isibu għarfien. Jeħtieġ ukoll li jitqies li skont l-iskema ta’ liċenzjar tal-FLEGT l-injam u l-prodotti tal-injam biss maħsuda skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti jiġu esportati lejn il-Komunità. Għal dan il-għan, il-prodotti tal-injam imniżżla fl-Annessi II u III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar it-twaqqif ta’ skema ta’ liċenzjar tal-FLEGT għal importazzjonijiet ta’ injam fil-Komunità Ewropea, li joriġinaw fil-pajjiżi sħab elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 għandhom jitqiesu li huma maħsuda b’mod legali sakemmm ikunu konformi ma’ dan ir-Regolament u kull dispożizzjoni ta’ implimentazzjoni. Il-prinċipji stipulati fil-VPAs, b’mod partikolari rigward id-definizzjoni ta’ ‘injam prodott b’mod legali’ għandhom jinkludu u jiggarantixxu l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, iż-żamma tal-bijodiversità, il-ħarsien tal-komunitajiet lokali dipendenti mill-foresti u tal-popli indiġeni, kif ukoll is-salvagwardja tad-drittijiet ta’ dawn il-komunitajiet u l-popli.

Ġustifikazzjoni

Barra mill-protezzjoni tal-foresti primordjali, iż-żoni msaġġra, il-bijodiversità, l-ekosistema, l-ambjent u l-kummerċ ġust u l-ġlieda kontra l-bidla fil-klima, l-UE fid-direttivi diversi tagħha kkommettiet ruħha wkoll għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, il-protezzjoni tal-wirt kulturali, l-iżvilupp reġjonali sostenibbli, l-iżvilupp rurali sostenibbli u l-ġlieda kontra l-faqar. Għalhekk dan għandu jiġi rifless fil-leġiżlazzjoni u jintwera b’mod ċar.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Filwaqt li titqies il-komplessità tal-qtugħ illegali fir-rigward tal-fatturi ta' bażi u l-impatti, l-inċentivi għall-aġir illegali għandhom jitnaqqsu billi jiġi mmirat l-aġir tal-operaturi.

(10) Filwaqt li titqies il-komplessità tal-qtugħ illegali fir-rigward tal-fatturi ta' bażi u l-impatti, l-inċentivi għall-aġir illegali għandhom jitnaqqsu billi jiġi mmirat l-aġir tal-operaturi. It-tisħiħ tar-rekwiżiti u tal-obbligi kif ukoll it-titjib tal-mezzi legali biex issir prosekuzzjoni għall-pussess u l-bejgħ mill-operaturi li jqiegħdu l-injam u l-prodotti tal-injam illegali fis-suq tal-UE huma fost l-aktar soluzzjonijiet effikaċi biex l-operaturi ma jitħajrux jagħmlu kummerċ ma' fornituri illegali.

Ġustifikazzjoni

L-istrateġija tar-regolament trid tkun aktar ċara u speċifika fil-miżuri tagħha fir-rigward tal-miżuri maħsuba biex jintlaħaq l-għan li jiġi llimitat l-injam li jitqiegħed u jiġi kkumerċjalizzat b'mod illegali fis-suq. Hija biss taħlita ta' inċentivi u miżuri dissważivi li tista' verament twaqqaf operatur milli jagħżel fornitur illegali li jkun jinsab f'pajjiż terz.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Fin-nuqqas ta' definizzjoni bi qbil internazzjonali l-leġiżlazzjoni tal-pajjiż fejn l-injam jinħasad għandha tkun il-bażi biex jiġi ddefinit x'jikkostitwixxi qtugħ illegali.

(11) Fin-nuqqas ta' definizzjoni bi qbil internazzjonali l-leġiżlazzjoni tal-pajjiż fejn l-injam jinħasad għandha tkun il-bażi ewlenija biex jiġi ddefinit x'jikkostitwixxi qtugħ illegali. L-applikazzjoni tal-istandards ta’ legalità ġġib magħha l-konsiderazzjoni ta’ aktar standards internazzjonali li jinkludu, fost l-oħrajn, dawk tal-Organizzazzjoni Afrikana tal-Injam, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Injam Tropikali, il-Proċess ta’ Montreal dwar il-Kriterji u l-Indikaturi għall-Konservazzjoni u l-Ġestjoni Sostenibbli ta’ Foresti Temporali u Boreali, u l-Proċess Pan-Ewropew dwar il-Kriterji u l-Indikaturi għall-Ġestjoni Sostenibbli tal-Foresti. Għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ impenji, prinċipji u rakkomandazzjonijiet internazzjonali, inklużi dawk rigward il-mitigazzjoni tal-bidla fil-klima, it-tnaqqis tat-telfien tal-bijodiversità, it-taffija tal-faqar, it-tnaqqis tad-deżertifikazzjoni u l-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali u ta’ dawk li jiddependu mill-foresti. Il-pajjiż li jaħsad l-injam għandu jipprovdi inventarju tal-qtugħ legali kollu, b'dettalji dwar l-ispeċijiet tas-siġar u l-produzzjoni massima tal-injam.

Ġustifikazzjoni

Tissostitwixxi l-Emenda 5 tal-abbozz tar-rapport.

Li jkun hemm ċifri eżatti dwar il-qtugħ legali għandu jkun rekwiżit minimu għal kull pajjiż.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Ħafna prodotti tal-injam jgħaddu minn għadd ta' proċessi qabel u wara li jitqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba. Sabiex jiġi evitat li jkun hemm piż amministrattiv impost għalxejn dawk l-operaturi biss li jqiegħdu l-injam u prodotti tal-injam fis-suq għall-ewwel darba, aktar milli l-operaturi kollha involuti fil-katina ta' distribuzzjoni, għandhom jiġu soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(12) Ħafna prodotti tal-injam jgħaddu minn għadd ta' proċessi qabel u wara li jitqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba. Sabiex jiġi evitat li jkun hemm piż amministrattiv impost għalxejn dawk l-operaturi biss li jqiegħdu l-injam u prodotti tal-injam fis-suq għall-ewwel darba, aktar milli l-operaturi kollha involuti fil-katina ta’ distribuzzjoni, għandhom jiġu soġġetti għar-rekwiżit li jistabilixxu sistema sħiħa ta’ miżuri u proċeduri (is-sistema ta’ diliġenza meħtieġa) li tnaqqas ir-riskju li jitqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam maħsud b’mod illegali. Madankollu l-operaturi kollha fil-katina ta’ forniment għandhom ikunu marbuta mal-projbizzjoni prinċipali li l-injam jew prodotti tal-injam minn sorsi illegali ma jkunux disponibbli fis-suq, u għandhom joqogħdu attenti sew biex dan ma jsirx.

Ġustifikazzjoni

Tissostitwixxi l-Emenda 6 tal-abbozz tar-rapport. Kjarifika.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 12 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) L-operaturi kollha (kummerċjanti u produtturi) fil-katini ta’ forniment tal-injam u prodotti tal-injam fis-suq Ewropew għandhom jindikaw b’mod ċar fuq il-prodotti għall-bejgħ, is-sors jew il-fornitur minn fejn joriġina l-injam.

Ġustifikazzjoni

L-operaturi kollha fil-katina ta’ forniment huma marbuta mal-projbizzjoni tal-ikkummerċjar ta’ injam maqtugħ b’mod illegali u/jew b’mod irresponsabbli. Rigward it-traċċabiltà, irid ikun ċar min hu l-fornitur tal-injam, biex ikun jista' jiġi identifikat il-fatt li l-injam ikun ġej mill-prodotti tal-injam tagħhom.

Operaturi li jġibu l-prodotti fis-suq għall-ewwel darba jridu, madankollu, jikkonformaw ma’ regoli aktar dettaljati billi huma jiddeterminaw l-injam li jidħol fis-suq Ewropew.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) L-għan ġenerali li tinkiseb is-sostenibilità permezz li jinġiebu 'l quddiem kriterji ta' sostenibilità jibqa' prijorità għall-Komunità. Fid-dawl ta' dan il-għan u biex jonqos il-piż fuq l-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam li huma soġġetti għal kriterji ta' sostenibilità obbligatorji stabbiliti bid-Direttiva (KE) Nru XX/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal prodotti bħal dawn.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Dan ir-regolament għandu jkopri l-prodotti kollha li jista' jkollhom injam minn sorsi illegali. L-esklużjoni tal-prodotti li huma soġġetti għall-“kriterji ta’ sostenibilità” mir-rekwiżit li għandhom ikunu ġejjin minn sors legali timplika li l-legalità u s-sostenibilità jistgħu jkunu esklużivi b’mod reċiproku, iżda l-legalità għandha tkun rekwiżit bażiku minn qabel għas-sostenibilità.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 15 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw b’mod speċjali l-vulnerabilità partikolari u r-riżorsi limitati tal-intrapriżi żgħar u medji (SMEs). Huwa importanti ħafna li intrapriżi bħal dawn ma jitgħabbewx b’regoli kkumplikati li jfixklu l-iżvilupp tagħhom. Il-Kummissjoni għandha, għalhekk, sa fejn huwa possibbli u fuq il-bażi tal-mekkaniżmi u l-prinċipji stabbiliti fl-Att dwar in-Negozji Żgħar li għad irid jidħol fis-seħħ, toħloq sistemi simplifikati rigward l-obbligi tal-SMEs skont dan ir-Regolament, mingħajr ma tipperikola l-għanijiet u l-iskopijiet tiegħu, u toffri lil dawn l-intrapriżi alternattivi validi biex joperaw skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità.

Ġustifikazzjoni

Ir-riżorsi u l-abbiltajiet limitati ta’ intrapriżi żgħar u medji biex jieħdu sehem f’mekkaniżmi ta’ monitoraġġ estensivi u ħafna drabi kumplessi jridu jitqiesu meta l-Kummissjoni tfassal u tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ diliġenza meħtieġa. Sa fejn huwa possibbli, mingħajr ma jkun hemm ir-riskju li timmina l-għan u l-iskop tar-Regolament, il-Kummissjoni għandha, għalhekk, tikkonsidra b’mod partikolari l-pożizzjoni speċjali ta’ dawn l-intrapriżi u, għaldaqstant, toffri wkoll alternattivi simplifikati iżda daqstant validi.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Is-settur tal-injam huwa ta' importanza ewlenija għall-ekonomija tal-Komunità. L-organizzazzjonijiet tal-operaturi huma elementi importanti tas-settur billi jirrappreżentaw l-interessi ta' dan tal-aħħar fuq skala kbira u jinteraġixxu ma' medda wiesgħa ta' partijiet interessati. L-organizzazzjonijiet għandhom ukoll l-għarfien u l-kapaċità li janalizzaw il-leġiżlazzjoni rilevanti u jiffaċilitaw il-konformità tal-membri sakemm ma jużawx din il-kompetenza bil-ħsieb li jiddominaw fuq is-suq. Biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u jsir kontribut għall-iżvilupp ta' prassi tajba huwa xieraq li jkun hemm għarfien ta' organizzazzjonijiet li żviluppaw rekwiżiti għat-twettiq tas-sistemi tad-diliġenza meħtieġa. Lista ta' organizzazzjonijiet magħrufa bħal dawn se tiġi ppubblikata u se tippermetti l-għarfien tal-organizzazzjonijiet ta' monitoraġġ inklużi fiha mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

(16) Biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u jsir kontribut għall-iżvilupp ta' prattika tajba huwa xieraq li jkun hemm għarfien ta' organizzazzjonijiet li żviluppaw rekwiżiti adattati u effikaċi għat-twettiq tas-sistemi tad-diliġenza meħtieġa. Lista ta’ organizzazzjonijiet bħal dawn se tiġi ppubblikata.

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni (l-ewwel parti). L-isforzi tal-organizzazzjonijiet li ħadu l-miżuri kollha biex jiżguraw l-effikaċja u l-kredibilità tas-sistema ta' diliġenza meħtieġa għandhom jiġu rikonoxxuti.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 16 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u biex tagħti kontribut għall-iżvilupp ta’ prattika tajba, l-Unjoni Ewropea għandha tinkoraġġixxi l-organizzazzjonijiet imsemmija hawn fuq biex jikkoperaw mal-organizzazzjonijiet tal-ambjent u mal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem biex jappoġġjaw sistemi ta’ diliġenza u l-monitoraġġ tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Jekk ir-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament u dawk ta’ prattikai tajba jridu jintlaħqu b’mod kredibbli, l-NGOs rilevanti mhux kummerċjali (organizzazzjonijiet tal-ambjent u tad-drittijiet tal-bniedem) għandhom ikunu involuti fl-organizzazzjonijiet ta' monitoraġġ imsemmija hawn fuq.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaraw li l-operaturi jissodisfaw l-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament. Għal dan il-għan l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali u jeħtieġu mill-operaturi li jieħdu miżuri ta' korrezzjoni fejn meħtieġ.

(17) L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaraw li l-operaturi jissodisfaw l-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament. Għal dan il-għan l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali, fosthom kontrolli tad-dwana, u jeħtieġu mill-operaturi li jieħdu miżuri ta' korrezzjoni fejn meħtieġ.

Ġustifikazzjoni

In-natura transkonfinali tal-problema għandha tkun enfasizzata. Għandhom jittieħdu passi minn issa biex jiżguraw li l-injam maqtugħ b’mod illegali ma jkunx jista' jiddaħħal fis-suq interni tal-Unjoni.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Minħabba n-natura internazzjonali tal-qtugħ illegali u l-kummerċ marbut miegħu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw bejniethom u mal-awtoritajiet amministrattivi ta' pajjiżi terzi u/jew mal-Kummissjoni.

 

 

(19) Minħabba n-natura internazzjonali tal-qtugħ illegali u l-kummerċ marbut miegħu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw bejniethom u mal-organizzazzjonijiet tal-ambjent, mal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u mal-awtoritajiet amministrattivi ta' pajjiżi terzi u/jew mal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Jekk ir-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament u dawk ta’ prattika tajba jridu jintlaħqu b’mod kredibbli, l-NGOs rilevanti mhux kummerċjali (organizzazzjonijiet tal-ambjent u tad-drittijiet tal-bniedemi) għandhom ikunu involuti fl-organizzazzjonijiet ta' monitoraġġ imsemmija hawn fuq; barra minn hekk, hemm aktar partijiet interessati u mhux l-operaturi biss.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Sabiex l-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jħejju lilhom infushom biex jilħqu r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu japplika sentejn wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Il-kwistjoni biex jiġi rregolat il-qtugħ illegali ilha tiġi diskussa għal ħafna snin. Hemm urġenza biex il-leġiżlazzjoni tidħol fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun, biex ma jkunx hemm aktar dewmien għall-protezzjoni li hija meħtieġa b’mod urġenti għall-foresti li huma mhedda.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 23 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a) L-iżvilupp fil-forestrija sostenibbli huwa proċess ma jaqta’ xejn u dan ir-Regolament għandu, għalhekk, jiġi evalwat, aġġornat u emendat fuq bażi regolari skont ir-riżultati ta’ riċerka ġdida. Il-Kummissjoni għandha, għalhekk, tanalizza regolarment l-aħħar riċerka u żviluppi disponibbli u tippreżenta l-konklużjonijiet tal-analiżi tagħha kif ukoll l-emendi proposti minnha f’rapport lill-Parlament Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Jekk dan ir-Regolament għandu jibqa’ effettiv u jkompli jkun konsistenti mal-forestrija sostenibbli, irid jiġi evalwat u aġġornat fuq bażi kontinwa.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Premessa 23 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23b) Sabiex jiġi żgurat li s-suq intern tal-prodotti tal-foresti jopera bla xkiel, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-impatt ta’ dan ir-Regolament kontinwament. B’mod partikulari għandhom jitqiesu l-implikazzjonijiet tar-Regolament għall-SMEs li joperaw fis-suq intern tal-Komunità. Il-Kummissjoni għandha, għalhekk, kif jixraq u fuq bażi regolari, twettaq studju u analiżi tal-impatt tal-effetti tar-Regolament fuq is-suq intern, b’referenza partikolari għall-SMEs, barra mill-impatti tiegħu fuq il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti. Il-Kummissjoni għandha sussegwentement tippreżenta rapport tal-analiżi tagħha, tal-konklużjonijiet tagħha u l-proposti għal miżuri lill-Parlament Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Jekk dan ir-Regolament għandu jibqa’ effettiv u jkompli jkun konsistenti mal-forestrija sostenibbli, irid jiġi evalwat u aġġornat fuq bażi kontinwa.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Suġġett

Suġġett u għan

Ġustifikazzjoni

L-Emendi 9, 91, 92 (partijiet oħra tal-Emendi 91 u 92 koperti mill-Emendi ta' Kompromess 1, 2 u l-Emenda tar-Rapporteur 16).

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu jew jagħmlu disponibbli fis-suq injam u prodotti tal-injam.

 

L-operaturi għandhom jiżguraw li jitqiegħdu fis-suq biss injam u prodotti tal-injam maħsuda b’mod legali.

 

L-operaturi li jqiegħdu injam u prodotti tal-injam fis-suq għandhom jużaw is-sistema ta' diliġenza meħtieġa.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) 'injam u prodotti tal-injam' tfisser l-injam u l-prodotti tal-injam stabbiliti fl-Anness għajr għal injam jew prodotti tal-injam li huma soġġetti għall-kriterji obbligatorji ta' sostenibilità stabbiliti bid-Direttiva (KE) Nru XX/XX;

a) 'injam u prodotti tal-injam' tfisser l-injam u l-prodotti tal-injam stabbiliti fl-Anness mingħajr eċċezzjoni;

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt a a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) "jagħmlu disponibbli fis-suq" tfisser kwalunkwe provvista ta' injam u prodotti tal-injam fis-suq Komunitarju għad-distribuzzjoni jew l-użu waqt attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk bla ħlas;

Ġustifikazzjoni

Biex issir distinzjoni bejn l-operaturi li għandhom jimplimentaw sistema ta’ diliġenza meħtieġa u l-operaturi l-oħra kollha fil-katina tal-forniment, jeħtieġ ikun hemm definizzjonijiet separati għal “jqiegħdu fis-suq” u “jagħmlu disponibbli fis-suq.” Iż-żewġ kunċetti huma ddefiniti b’mod separat fil-qafas komuni għall-ikkummerċjalizzar tal-prodotti (Deċiżjoni 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008) u għalhekk, f'ġieħ il-konsistenza, qiegħed jintuża l-istess test.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) "jqiegħdu fis-suq" tfisser kwalunkwe provvista ta' injam u prodotti tal-injam għall-ewwel darba fis-suq Komunitarju għad-distribuzzjoni jew l-użu waqt attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas lura jew mingħajr ħlas;

(b) ‘jqiegħdu fis-suq’ tfisser it-tqegħid għall-ewwel darba fis-suq tal-Komunità injam jew prodotti tal-injam; l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-injam sussegwenti ma jikkostitwixxux ‘jqiegħdu fis-suq’;

Ġustifikazzjoni

Biex issir distinzjoni bejn l-operaturi li għandhom jimplimentaw sistema ta’ diliġenza meħtieġa u l-operaturi l-oħra kollha fil-katina tal-forniment, jeħtieġ ikun hemm definizzjonijiet separati għal “jqiegħdu fis-suq” u “jagħmlu disponibbli fis-suq.” Iż-żewġ kunċetti huma ddefiniti b’mod separat fil-qafas komuni għall-ikkummerċjalizzar tal-prodotti (Deċiżjoni 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008) u għalhekk, f'ġieħ il-konsistenza, qiegħed jintuża l-istess test.

La darba l-injam jitqiegħed fis-suq, flimkien ma’ biżżejjed assigurazzjonijiet li r-riskju ta’ qtugħ illegali jonqos kemm jista' jkun, ma jkunx hemm ħtieġa ta’ aktar assigurazzjonijiet aktar 'l isfel fis-settur.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) 'operatur' tfisser kull persuna naturali jew legali li tqiegħed fis-suq injam jew prodotti tal-injam;

(c) 'operatur' tfisser kull persuna naturali jew legali li tqiegħed jew tagħmel disponibbli fis-suq injam jew prodotti tal-injam;

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt d a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) ‘riskju’ tfisser funzjoni tal-probabilità li l-injam u l-prodotti tal-injam li jkunu ġejjin minn sors illegali jiġu importati, esportati jew ikkummerċjalizzati fit-territorju Komunitarju u l-gravità ta’ dik l-eventwalità;

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) 'ġestjoni tar-riskju' tfisser sett ta' miżuri u proċeduri mwettqa mill-operaturi biex jonqos kemm jista' jkun ir-riskju li jitqiegħed fis-suq injam u prodotti tal-injam maħsud illegalment;

(e) 'ġestjoni tar-riskju' tfisser l-identifikazzjoni sistematika tar-riskji u l-implimentazzjoni ta' sett ta' miżuri u proċeduri biex jonqos kemm jista' jkun ir-riskju li jitqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam maħsuda illegalment;

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) 'leġiżlazzjoni applikabbli' tfisser il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż ta' ħsadli jirregola l-konservazzjoni u l-ġestjoni ta' foresti u l-ħsad ta' injam kif ukoll leġiżlazzjoni dwar kummerċ fl-injam jew prodotti tal-injam marbuta mal-ġestjoni u l-konservazzjoni tal-foresti u mal-ħsad tal-injam;

(f) 'leġiżlazzjoni applikabbli' tfisser leġiżlazzjoni, kemm jekk nazzjonali, reġjonali jew internazzjonali, b’mod partikulari dik li tirrigwarda l-konservazzjoni tad-diversità bijoloġika, il-ġestjoni tal-foresti, id-drittijiet tal-użu tar-riżorsi u l-minimizzazzjoni tal-impatti ħżiena fuq l-ambjent; għandhom jitqiesu wkoll iż-żamma tal-proprjetà, id-drittijiet tal-popli indiġeni, il-leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol u l-benesseri tal-komunità, it-taxxi, id-dazji fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni, ir-royalties jew it-tariffi relatati mal-ħsad, it-trasportazzjoni u l-ikkummerċjalizzar;

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt f a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) ‘Ġestjoni sostenibbli tal-foresti’ tfisser il-ġestjoni u l-użu tal-foresti u tal-artijiet imsaġġra, b’mod u b’rata li jiġu ppreservati d-diversità bijoloġika, il-produttività, il-kapaċità riġenerattiva, il-vitalità u l-potenzjal tagħhom li jaqdu, kemm issa u kemm fil-ġejjieni, funzjonijiet ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali, fil-livelli lokali, nazzjonali u globali, mingħajr ma ssir l-ebda ħsara lil ekosistemi oħrajn;

Ġustifikazzjoni

Definizzjoni minn Regolament (KE) Nru 2494/2000, Artikolu 2(3).

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) 'organizzazzjoni li tissorvelja' tfisser entità ġuridika jew assoċjazzjoni fuq bażi ta' sħubija jew federazzjoni li għandha l-kapaċità legali li tissorvelja u tiżgura l-applikazzjoni tas-sistemi ta' diliġenza meħtieġa mill-operaturi ċċertifikati bħala li qed jagħmlu użu minn dawn is-sistemi.

(h) 'organizzazzjoni ta' monitoraġġ' tfisser entità ġuridika jew assoċjazzjoni fuq bażi ta' sħubija li għandha l-kapaċità legali u l-kompetenza xierqa li tissorvelja u tiżgura l-applikazzjoni tas-sistemi ta' diliġenza meħtieġa mill-operaturi ċċertifikati bħala li qed jagħmlu użu minn dawn is-sistemi, u li tkun indipendenti legalment mill-operaturi li tiċċertifika.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt h a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha) 'traċċabilità’ tfisser l-abilità li jiġu traċċati u segwiti l-injam u l-prodotti tal-injam fil-fażijiet kollha tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni;

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 3 paragrafi 1, 2 u 2 a (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-operaturi għandhom jeżerċitaw id-diliġenza meħtieġa biex inaqqsu kemm jista' jkun ir-riskju li jitqiegħed fis-suq injam maħsud b'mod illegali u prodotti tal-injam. Għal dan il-għan, għandhom jużaw qafas ta' proċeduri u miżuri, minn issa 'l quddiem imsejħa 'sistema ta' diliġenza meħtieġa'.

1. L-operaturi għandhom jiżguraw li jqiegħdu jew jagħmlu disponibbli fis-suq biss injam u prodotti tal-injam maħsuda b’mod legali.

2. L-operaturi għandhom jistabbilixxu sistema ta' diliġenza meħtieġa li jkun fiha l-elementi msemmija fl-Artikolu 4(1) jew jagħmlu użu minn sistema ta' diliġenza meħtieġa ta' organizzazzjoni ta' monitoraġġ magħrufa kif imsemmi fl-Artikolu 5(1).

2. L-operaturi li jqiegħdu injam u prodotti tal-injam fis-suq għandhom jistabbilixxu sistema ta’ diliġenza meħtieġa li jkun fiha l-elementi msemmija fl-Artikolu 4(1) jew jagħmlu użu minn sistema ta’ diliġenza meħtieġa ta’ organizzazzjoni ta' monitoraġġ magħrufa kif imsemmi fl-Artikolu 5(1).

 

Superviżjoni nazzjonali leġiżlattiva eżistenti u kull katina volontarja ta’ mekkaniżmu ta’ kustodja li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jistgħu jintużaw bħala bażi għal sistema ta' diliġenza meħtieġa.

 

2a. Operaturi li jagħmlu injam u prodotti tal-injam disponibbli fis-suq għandhom, matul il-katina ta’ forniment, ikunu jistgħu:

 

(i) jidentifikaw l-operatur li jkun fornixxa l-injam u l-prodotti tal-injam, u l-operatur li jkun ġie fornut bl-injam u l-prodotti tal-injam;

 

(ii) jipprovdu, meta jintalbu, informazzjoni dwar l-isem tal-ispeċi, il-pajjiż/i fejn ikun inħasad u, fejn ikun possibbli, il-konċessjoni tal-oriġini;

 

(iii) jiċċekkja, fejn ikun meħtieġ, li l-operatur li jkun qiegħed l-injam u l-prodotti tal-injam fis-suq ikun issodisfa l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a) jiżguraw li fis-suq jitqiegħdu biss l-injam u l-prodotti tal-injam maħsuda b’mod legali, permezz ta’ sistema ta’ traċċabilità u ta’ verifika minn parti terza mill-organizzazzjoni ta' monitoraġġ;

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) tipprovdi aċċess għall-informazzjoni li ġejja dwar l-injam u l-prodotti tal-injam li jitqiegħdu fis-suq mill-operatur:

(a) Jinkludu miżuri biex jaċċertaw:

(i) deskrizzjoni;

(i) il-pajjiż tal-oriġini, il-foresta tal-oriġini u, fejn ikun fattibbli, il-konċessjoni tal-ħsad;

(ii) pajjiż ta' ħsad;

(ii) l-isem tal-ispeċi, inkluż l-isem xjentifiku;

(iii) volum u/jew piż;

(iii) il-valur;

(iv) fejn applikabbli, isem u indirizz tal-operatur li jkun għamel kunsinna ta' injam jew prodotti tal-injam;

(iv) il-volum u/jew il-piż;

(v) informazzjoni dwar konformità mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni applikabbli;

(v) li l-injam jew l-injam imqiegħed fil-prodotti tal-injam ikun inħasad b’mod legali;

 

(vi) l-isem u l-indirizz tal-operatur li jkun fornixxa l-injam u l-prodotti tal-injam;

 

(vii) il-persuna naturali jew legali responsabbli mill-ħsad;

 

(viii) l-operatur li jkunu ġie fornut bl-injam jew bil-prodotti tal-injam;

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dawn il-miżuri għandhom ikunu appoġġjati b’dokumentazzjoni adegwata li għandha tinżamm f’bażi tad-data mill-operatur jew mill-organizzazzjoni tal-monitoraġġ.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tinkludi proċedura ta' ġestjoni tar-riskju u

(b) tinkludi proċedura ta' ġestjoni tar-riskju li għandha tkun magħmula minn dawn li ġejjin:

 

(i) identifikazzjoni sistematika tar-riskji, fost l-oħrajn, permezz tal-ġbir tad-data u tal-informazzjoni kif ukoll tal-użu tas-sorsi internazzjonali, Komunitarji u nazzjonali;

 

(ii) l-implimentazzjoni tal-miżuri kollha meħtieġa għal-limitazzjoni tal-espożizzjoni għar-riskji;

 

(iii) l-istipular ta’ proċeduri li għandhom isiru regolarment biex issir verifika li l-miżuri msemmija fil-punti (i) u (ii) ikunu qed jaħdmu b’mod effikaċi u biex jiġu riveduti fejn ikun hemm bżonn;

 

(iv) l-istipular ta’ dokumentazzjoni li turi l-applikazzjoni effikaċi tal-miżuri msemmija mill-punti (i) sa (iii).

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tistabbilixxi kriterji biex jiġi evalwat jekk hemmx riskju li jitqiegħed fis-suq injam maħsud b'mod illegali u prodotti tal-injam.

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu bil-ħsieb li tiġi żgurata l-uniformità tal-interpretazzjoni tar-regoli u l-konformità effettiva mill-operaturi. Il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tistabbilixxi kriterji biex jiġi evalwat jekk hemmx riskju li jitqiegħed fis-suq injam maħsud b'mod illegali u prodotti tal-injam. Meta tagħmel hekk, il-Kummissjoni għandha tikkonsidra b’mod partikolari l-pożizzjoni u l-kapaċità speċjali tal-SMEs u, sa fejn huwa possibbli, toffri lil dawn l-intrapriżi alternattivi adattati u simplifikati għal sistemi ta’ rrappurtar u kontrolli biex dawn is-sistemi ma jkunux ta’ piż kbir.

 

Ibbażati fuq fatturi marbuta mat-tip ta' prodott, is-sors jew il-kumplessità tal-katina tal-forniment, ċerti kategoriji ta' injam u ta' prodotti tal-injam jew fornituri għandhom jitqiesu "ta' riskju kbir" u jkunu jeħtieġu obbligi ta' diliġenza meħtieġa addizzjonali mill-operaturi.

 

L-obbligi ta' diliġenza meħtieġa addizzjonali jistgħu, fost l-oħrajn, jinkludu:

- il-ħtieġa ta’ dokumenti, data jew informazzjoni addizzjonali;

- il-ħtieġa ta’ verifiki minn parti terza.

 

Injam u prodotti tal-injam minn

 

- żoni ta' kunflitt, jew pajjiżi/reġjuni koperti minn projbizzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-esportazzjoni tal-injam,

 

- pajjiżi fejn ikun hemm informazzjoni konsistenti u affidabbli dwar in-nuqqasijiet sinifikattivi tal-governanza tal-foresti, livell baxx ta' infurzar tal-liġi forestali jew livell għoli ta' korruzzjoni,

 

- pajjiżi li l-istatistika uffiċjali tal-Għaqda tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) turi li jkollhom tnaqqis fiż-żona tal-foresti,

 

- provvisti, meta l-informazzjoni dwar xi irregolaritajiet potenzjali appoġġjati minn evidenza affidabbli, li ma tkunx ġiet konfutata bl-investigazzjoni, tkun tpoġġiet għad-dispożizzjoni minn klijenti jew partijiet esterni,

 

għandhom jitqiesu "ta' riskju kbir" mill-operaturi skont dan ir-Regolament.

 

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi reġistru ta' sorsi ta' riskju kbir tal-injam u tal-prodotti tal-injam jew fornituri.

Ġustifikazzjoni

Id-diliġenzi dovuti li l-operaturi jridu jikkonformaw magħhom jistgħu biss jiġu implimentati b'mod effettiv jekk l-operaturi, speċjalment dawk li jagħmlu kummerċ ma' fornituri li jinsabu 'l bogħod u barra mill-UE, jifhmu l-obbligi tagħhom b'mod ċar u jistgħu fil-fatt jikkonformaw magħhom fil-ħin u b'mod prattiku.

Ir-riżorsi u l-abbiltajiet limitati ta’ intrapriżi żgħar u medji biex jieħdu sehem f’mekkaniżmi ta’ monitoraġġ estensivi u, ħafna drabi, kumplessi jridu jitqiesu meta l-Kummissjoni tfassal u tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ diliġenza meħtieġa. Sa fejn huwa possibbli, mingħajr ma jkun hemm ir-riskju li timmina l-għan u l-iskop tar-Regolament, il-Kummissjoni għandha, għalhekk, tikkonsidra b’mod partikolari l-pożizzjoni speċjali ta’ dawn l-intrapriżi u, għaldaqstant, toffri wkoll alternattivi simplifikati iżda daqstant validi.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-partijiet interessati rilevanti għandhom ikunu kkonsultati qabel l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni addizzjonali.

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu huwa miżjud biex jiġi żgurat li l-partijiet interessati jkunu kkonsultati f’kull proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Stati Membri individwali ma jistgħux ma jitħallewx, fir-rigward ta’ aċċess għas-suq tal-injam u prodotti tal-injam, jistipulaw rekwiżiti aktar stretti għall-ħsad u l-oriġini tal-injam minn dawk stipulati f’dan ir-Regolament, rigward is-sostenibilità, il-protezzjoni tal-ambjent, il-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-ekosistema, il-ħarsien tal-ħabitats ta’ komunitajiet lokali, il-protezzjoni tal-komunitajiet dipendenti mill-foresti, il-ħarsien u d-drittijiet tal-popli indiġeni u tad-drittijiet tal-bniedem.

Ġustifikazzjoni

Barra mill-ħarsien tal-foresti primordjali, iż-żoni msaġġra, il-bijodiversità, l-ekosistema u l-ambjent, il-promozzjoni tal-kummerċ ġust u l-ġlieda kontra l-bidla fil-klima, l-UE, fid-direttivi varji tagħha, impenjat ruħha wkoll għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, il-ħarsien tal-patrimonju kulturali, l-iżvilupp reġjonali sostenibbli, l-iżvilupp rurali sostenibbli u l-ġlieda kontra l-faqar. Għalhekk dan għandu jiġi rifless fil-leġiżlazzjoni u jintwera b’mod ċar.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

 

L-Ittikkettar

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament l-injam kollu u l-prodotti tal-injam kollha li jitqiegħdu u jkunu disponibbli fis-suq għandhom ikunu ttikkettati, kif jixraq, bit-tagħrif speċifikat fl-Artikolu 3(2a).

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħrfu organizzazzjonijiet ta' monitoraġġ li japplikaw għal dan l-għarfien, jekk l-organizzazzjoni ta' monitoraġġ tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

1. Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 11(2a), tagħraf lill-entità privata jew pubblika li tkun stabbiliet sistema ta’ diliġenza meħtieġa li jkun fiha l-elementi msemmija fl-Artikolu 4(1) bħala organizzazzjoni ta' monitoraġġ.

 

1a. Entità pubblika li tapplika għall-għarfien previst skont il-paragrafu 1 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) għandha personalità ġuridika;

(a) ikollha personalità ġuridika;

 

(aa) tkun irregolata bil-liġi pubblika;

(b) stabbiliet sistema ta' diliġenza meħtieġa li fiha l-elementi kollha stabbiliti fl-Artikolu 4(1);

(b) tkun ġiet stabbilita biex twettaq funzjonijiet partikolari rigward is-settur tal-foresti;

 

(ba) fil-parti l-kbira, tkun iffinanzjata mill-Istat, mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew minn korpi oħra rregolati mil-liġi pubblika;

(c) iġġiegħel lill-operaturi li tiċċertfika li jużaw is-sistemi ta' diliġenza meħtieġa tagħħa;

(c) iġġiegħel lill-operaturi li tiċċertifika li jużaw is-sistema ta' diliġenza meħtieġa tagħħa;

(d) għandha mekkaniżmu ta' monitoraġġ stabbilit biex jiżgura l-użu tas-sistemi ta' diliġenza meħtieġa mill-operaturi li tkun iċċertfikat li jagħmlu użu mis-sistema ta' diliġenza meħtieġa tagħha;

(d) ikollha mekkaniżmu ta' monitoraġġ stabbilit biex jiżgura l-użu tas-sistema ta' diliġenza meħtieġa mill-operaturi li tkun iċċertifikat li jagħmlu użu mis-sistema ta' diliġenza meħtieġa tagħha;

(e) tieħu miżuri dixxiplinarji xierqa kontra kwalunkwe operatur iċċertifikat li jonqos milli jkun konformi mas-sistema ta' diliġenza meħtieġa tal-organizzazzjoni ta' monitoraġġ.

(e) tieħu l-miżuri dixxiplinarji meħtieġa kontra kull operatur iċċertifikat li ma jikkonformax mas-sistema tad-diliġenza meħtieġa tagħha; il-miżuri dixxiplinarji għandhom jinkludu r-rappurtar tal-kwistjoni lill-awtorità nazzjonali rilevanti kompetenti;

 

(ea) ma jkollhiex konflitti ta’ interess mal-awtoritajiet kompetenti.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Entità privata li tapplika għall-għarfien previst fil-paragrafu 1 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

 

(a) ikollha personalità ġuridika;

 

(b) tkun irregolata bil-liġi privata;

 

(c) ikollha l-kompetenza xierqa;

 

(d) tkun indipendenti legalment mill-operaturi li tiċċertifika;

 

(e) l-operaturi li tiċċertifika jkunu marbuta bl-artikoli ta’ assoċjazzjoni tal-entità biex jużaw is-sistemi ta' diliġenza meħtieġa tagħha;

 

(f) ikollha mekkaniżmu ta' monitoraġġ stabbilit biex jiżgura l-użu tas-sistemi ta' diliġenza meħtieġa mill-operaturi li tkun iċċertifikat li jagħmlu użu mis-sistema ta' diliġenza meħtieġa tagħha;

 

(g) tieħu l-miżuri dixxiplinarji xierqa kontra kull operatur iċċertifikat li ma jikkonformax mas-sistema ta' diliġenza meħtieġa tagħha; il-miżuri dixxiplinarji għandhom jinkludu r-rappurtar tal-kwistjoni lill-awtorità nazzjonali rilevanti kompetenti.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-organizzazzjoni ta' monitoraġġ għandha tibgħat lil awtorità kompetenti l-informazzjoni li ġejja flimkien mal-applikazzjoni tagħha għal għarfien:

2. L-organizzazzjoni ta' monitoraġġ għandha tibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja flimkien mal-applikazzjoni tagħha għal għarfien:

(a) l-istatut tagħha;

(a) l-istatut tagħha;

(b) l-ismijiet tal-persuni awtorizzati li jaġixxu f'isimha;

(b) l-ismijiet tal-persuni awtorizzati li jaġixxu f'isimha;

 

(ba) dokumentazzjoni li turi l-kompetenza xierqa tagħha;

(c) deskrizzjoni fid-dettall tas-sistema ta' diliġenza tagħha.

(c) deskrizzjoni dettaljata tas-sistema ta' diliġenza meħtieġa tagħha.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu jekk jagħtux għarfien lil organizzazzjoni ta' monitoraġġ fi żmien tliet xhur minn meta tintbagħat applikazzjoni mill-organizzazzjoni ta' monitoraġġ.

3. Skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 11(2a), il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tagħtix għarfien lil organizzazzjoni ta' monitoraġġ fi żmien tliet xhur minn meta tintbagħat applikazzjoni mill-organizzazzjoni ta' monitoraġġ jew rakkomandazzjoni mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru li tkun qiegħda tirrakkomanda lill-organizzazzjoni għall-għarfien.

 

Id-deċiżjoni biex jingħata għarfien lill-organizzazzjoni ta' monitoraġġ għandha tkun ikkomunikata mill-Kummissjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru b’ġurisdizzjoni fuq dik l-organizzazzjoni, flimkien ma’ kopja tal-applikazzjoni, fi żmien 15-il ġurnata mid-data tad-deċiżjoni.

Għandhom iwettqu kontrolli f'intervalli regolari biex jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ta' monitoraġġ ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli, inklużi verifiki fuq il-post, f’intervalli regolari, jew fuq il-bażi ta’ tħassib issostanzjat minn partijiet terzi, biex jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ta' monitoraġġ ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1. Ir-rapporti ta' kontroll għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

 

Jekk, wara dawn il-kontrolli, l-awtoritajiet kompetenti jkunu ċerti li l-organizzazzjonijiet ta' monitoraġġ ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni u jikkomunikawlha kull evidenza rilevanti f’dan ir-rigward.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Awtorità kompetenti għandha tirtira l-għarfien ta' organizzazzjoni ta' monitoraġġ jekk jiġi stabbilit li r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 mhumiex aktar sodisfatti.

4. Skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 11(2a), il-Kummissjoni għandha tirtira l-għarfien ta' organizzazzjoni ta' monitoraġġ jekk jiġi stabbilit li r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u 1a jew il-paragrafu 1 u 1b mhumiex aktar sodisfatti.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn b'kull deċiżjoni li jingħata, jiġi miċħud jew irtirat għarfien lil organizzazzjoni ta' monitoraġġ.

5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn b'kull deċiżjoni li tirrakkomanda l-għotja, iċ-ċaħda jew l-irtirar tal-għarfien ta’ kull organizzazzjoni ta' monitioraġġ.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-organizzazzjonijiet ta' monitoraġġ li għandhom għarfien mill-awtoritajiet kompetenti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C, u għandha tagħmilha disponibbli fuq il-websajt tagħha. Il-lista għandha tkun aġġornata regolarment.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-organizzazzjonijiet ta' monitoraġġ li għandhom għarfien f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C, u għandha tagħmilha disponibbli fuq il-websajt tagħha. Il-lista għandha tkun aġġornata regolarment.

Ġustifikazzjoni

It-teħid tad-deċiżjoni permezz tal-proċedura tal-komitoloġija minflok minn Stati Membri differenti għandu jiżgura standards komuni biex jiġu rikonoxxuti organizzazzjonijiet ta' monitoraġġ fl-UE.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miżuri ta' monitoraġġ

Miżuri ta’ monitoraġġ u kontroll

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu testijiet biex jivverifikaw jekk l-operaturi humiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1) u (2) u l-Artikolu 4(1).

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli biex jivverifikaw jekk l-operaturi humiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1), (2) u (2a) u l-Artikolu 4(1).

 

1a. Il-kontrolli għandhom isiru skont pjan annwali u/jew fuq il-bażi ta’ tħassib issostanjzjat ipprovdut minn partijiet terzi; jew f'kull każ fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tkun fil-pussess ta’ informazzjoni li titfa’ dubju dwar il-konformità tal-operatur mar-rekwiżiti tas-sistemi ta' diliġenza meħtieġa stabbiliti f’dan ir-Regolament.

 

1b. Il-kontrolli jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn:

 

(a) l-eżami tas-sistemi tekniċi u maniġerjali u tal-proċeduri tad-diliġenza meħtieġa u tal-evalwazzjoni tar-riskji li jużaw l-operaturi.

 

(b) l-eżami ta’ dokumentazzjoni u rekords li juru t-tħaddim kif suppost tas-sistemi u l-proċeduri.

 

(c) kontrolli għall-għarrieda, inklużi verifiki fuq il-post.

 

1c. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu mgħammra b'sistema ta' traċċabilità affidabbli biex jittraċċaw prodotti tal-injam ikkummerċjalizzat b'mod internazzjonali u b'sistemi ta' monitoraġġ pubbliċi biex jevalwaw ir-riżultati tal-konformità tal-operaturi mal-obbligi tagħhom u biex jgħinu lill-operaturi jidentifikaw fornituri ta' injam u prodotti tal-injam ta' riskju kbir.

2. L-operaturi għandhom joffru kull għajnuna meħtieġa biex jiffaċilitaw it-twettiq tal-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1.

2. L-operaturi għandhom joffru kull għajnuna meħtieġa biex jiffaċilitaw it-twettiq tal-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1, b'mod partikolari rigward l-aċċess għall-post u l-preżentazzjoni ta' dokumenti jew rekords.

3. Wara l-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-operatur iwettaq miżuri korrettivi.

3. Jekk, wara l-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1, l-operatur jitqies li jkun kiser ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 3, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, f'konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, jibdew investigazzjoni sħiħa dwar il-ksur u, f'konformità mal-liġi nazzjonali u skont il-gravità tal-ksur, jieħdu miżuri minnufih li jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn:

 

a) il-waqfien immedjat tal-attivitajiet kummerċjali; kif ukoll

 

b) il-konfiska tal-injam u l-prodotti tal-injam.

 

3a. Kull miżura li tittieħed minnufih mill-awtoritajiet kompetenti għandha tkun tali li twaqqaf it-tkomplija tal-ksur ikkonċernat u tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti li jtemmu l-investigazzjoni tagħhom.

 

3b. Meta l-awtoritajiet kompetenti jsibu li s-sistemi tekniċi u maniġerjali, il-proċeduri ta' diliġenza meħtieġa u l-evalwazzjoni tar-riskju ma jkunux biżżejjed, għandhom jesiġu li l-operatur jieħu miżuri korrettivi.

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament ma jipprevedix kriterji li jippermettu b'mod effettiv lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli biex jittrattaw it-talbiet ta' kontroll għal kull operatur. Il-mezzi tagħhom għall-kontroll u l-monitoraġġ tal-kummerċ tal-injam iridu jissaħħu.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dokumentazzjoni ta' kontrolli

Rekords tal-kontrolli

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu dokumentazzjoni tal-kontrolli msemmija fl-Artikolu 7(1), filwaqt li juru b'mod partikolari n-natura u riżultati tagħhom, inklużi xi miżuri korrettivi meħtieġa li jittieħdu. Id-dokumentazzjoni tal-kontrolli kollha għandha tinżamm sa mill-inqas 10 snin.

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu rekords tal-kontrolli msemmija fl-Artikolu 7(1), filwaqt li juru b'mod partikolari n-natura u riżultati tagħhom, inklużi xi miżuri korrettivi meħtieġa li jittieħdu. Ir-rekords tal-kontrolli kollha għandhom jinżammu sa mill-inqas 10 snin.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Taqsira tad-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli għall-pubbliku skont id-Direttiva 2003/4/KE.

2. Ir-rekords msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fl-Internet skont id-Direttiva 2003/4/KE.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tispeċifika kif l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-disponibilità tal-pubbliku.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ipartu l-informazzjoni dwar ir-riżultati tal-kontrolli msemmija fl-Artikolu 7(1) mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra u mal-Kummissjoni.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ipartu l-informazzjoni dwar ir-riżultati tal-kontrolli msemmija fl-Artikolu 7(1) mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra u mal-Kummissjoni.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 10 - paragrafu 1 - subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti tiegħu li jkunu responsabbli għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti tiegħu li jkunu responsabbli għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dawn l-awtoritajiet iridu jingħataw biżżejjed setgħat biex jinfurzaw dan ir-Regolament billi jimmonitorjaw l-applikazzjoni tiegħu, jinvestigaw allegazzjonijiet ta' ksur f'koperazzjoni mal-awtoritajiet tad-dwana, u jirrapportaw ir-reati lill-awtorità ta' prosekuzzjoni fil-ħin.

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet nazzjonali, biex jimplimentaw l-aspetti kollha ta' dan ir-regolament, irid ikollhom is-setgħat biex jissorveljaw il-proċess kollu biex jitwaqqaf l-injam li jkun ġej mill-qtugħ u mill-ħsad illegali milli jidħol fis-suq tal-UE. Dan jinkludi wkoll il-koperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tad-dwana, tal-pulizija u tal-ġustizzja.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-disponibilità tal-pubbliku l-lista tal-awtoritajiet kompetenti.

2. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-disponibilità tal-pubbliku fl-Internet il-lista tal-awtoritajiet kompetenti. Din il-lista għandha tinżamm aġġornata.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tispeċifika kif l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-disponibilità tal-pubbliku.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Ġustifikazzjoni

L-Emenda 45 (biex tkun konsistenti mal-approvazzjoni tal-Kummissjoni tal-organizzazzjonijiet ta' monitoraġġ).

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 11 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

L-iżvilupp tar-rekwiżiti tas-sostenibilità

 

Fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar standard Komunitarju għall-injam u l-prodotti tal-injam kollha ġejjin minn foresti naturali bil-għan li jiksbu l-ogħla rekwiżiti ta’ sostenibilità.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 11 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11 b

 

Grupp Konsultattiv

 

1. Għandu jiġi stabbilit Grupp Konsultattiv, li jkun jikkonsisti f’rappreżentanti tal-partijiet interessati inklużi, fost l-oħrajn, rappreżentanti tal-industrija bbażata fuq il-forestrija, sidien tal-foresti, NGOs u gruppi tal-konsumaturi, u li jkollu bħala chairman rappreżentant tal-Kummissjoni.

 

2. Rappreżentanti tal-Istati Membri jistgħu jipparteċipaw fil-laqgħat jew bl-inizjattiva tagħhom stess jew permezz ta’ stedina mill-Grupp Konsultattiv.

 

3. Il-Grupp Konsultattiv għandu jistabbilixxi r-regoli tal-proċedura tiegħu li jsiru pubbliċi fuq il-websajt tal-Kummissjoni.

 

4. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-appoġġ tekniku u loġistiku meħtieġ għall-Grupp Konsultattiv kif ukoll tipprovdi s-Segretarjat għal-laqgħat tiegħu.

 

5. Il-Grupp Konsultattiv għandu jeżamina u joħrog opinjonijiet dwar kwistjonijiet relatati mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, imqajma miċ-chairman, jew bl-inizjattiva tiegħu stess jew b'talba mill-membri tal-Grupp Konsultattiv jew tal-Kumitat.

 

6. Il-Kummissjoni għandha twassal l-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv lill-Kumitat.

Ġustifikazzjoni

Biex tippermetti implimentazzjoni effiċjenti tar-regolament u biex tiżgura komunikazzjoni tajba bejn il-partijiet interessati, irid jiġi stabbilit Grupp Konsultattiv li jista’ jiġi kkonsultat mill-Kumitat dwar l-Injam.

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 12 paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' temenda l-lista ta' njam u prodotti tal-injam stabbilita fl-Anness filwaqt li tqis il-karatteristiċi tekniċi, l-użu aħħari u l-proċessi ta' produzzjoni.

Il-Kummissjoni tista' żżid mal-lista ta' injam u prodotti tal-injam stabbilita fl-Anness filwaqt li tqis il-karatteristiċi tekniċi, l-użu aħħari u l-proċessi ta' produzzjoni.

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penalitajiet stipulati jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penalitajiet stipulati jistgħu jkunu kriminali jew amministrattivi, iridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u, skont il-każ, għandhom jinkludu fost l-oħrajn:

 

(i) penalitajiet finanzjarji li jirriflettu:

 

- il-livell tal-ħsara ambjentali;

 

- il-valur tal-prodotti tal-injam milquta mill-ksur;

 

- it-telf fit-taxxi u l-ħsara ekonomika magħmula mill-ksur;

 

(ii) il-konfiska tal-injam u tal-prodotti tal-injam;

 

(iii) il-projbizzjoni temporanja tal-ikkummerċjalizzar tal-injam u tal-prodotti tal-injam.

Fejn il-proċeduri legali jkunu pendenti, l-operaturi għandhom jissospendu x-xiri tal-injam u l-prodotti tal-injam minn dawk iż-żoni.

 

Penalitajiet finanzjarji għandhom jirrappreżentaw mill-inqas ħames darbiet il-valur tal-prodotti tal-injam miksuba bis-saħħa ta’ ksur serju. Fil-każ ta’ ksur serju ripetut f’perjodu ta’ ħames snin, il-penalitajiet finanzjarji għandhom jiżdiedu gradwalment sa mill-inqas tmien darbiet il-valur tal-prodotti tal-injam miksuba permezz ta’ ksur serju.

 

Bla ħsara għal dispożizzjonijiet oħra stipulati fil-liġi Komunitarja li jirrigwardaw fondi pubbliċi, l-Istati Membri m’għandhomx jagħtu għajnuna pubblika minn sistemi nazzjonali ta’ għajnuna jew minn fondi Komunitarji lil operaturi ħatja ta’ ksur serju ta’ dan ir-Regolament, sakemm jittieħdu miżuri korrettivi u jiġu applikati penalitajiet effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 20XX u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 20XX u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Ġustifikazzjoni

L-Emendi 46, 193-197, 132 (minbarra l-parti tal-Emenda 132 li hi diġà koperta bid-definizzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli fl-Emenda 16 tar-Rapporteur).

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Fit-tħejjija tar-rapport li hemm referenza għalih fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tikkonsidra l-progress li sar rigward il-konklużjoni u l-operazzjoni tal-Ftehimiet ta’ Sħubija Volontarji FLEGT adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 2173/2005. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk jinħtiġux xi reviżjonijiet għal dan ir-Regolament fid-dawl tal-esperjenza tal-operat tal-VPAs FLEGT u l-effikaċja tagħhom fl-indirizzar tal-problema tal-injam illegali.

Ġustifikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jiżgura li l-konformità mal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet hija definita b’mod ċar. Għalkemm il-VPAs huma għodda importanti biex jindirizzaw il-kawżi vera tal-qtugħ illegali u l-problemi relatati, dan ir-regolament jeħtieġ jikkunsidra li l-ebda miżura ma kienet żviluppata mill-KE sa issa biex tittratta n-nuqqas ta’ konformità mar-Regolament tal-Kunsill tal-UE dwar l-iskema ta’ liċenzjar.

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 14 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14a

 

Emenda għad-Direttiva 2008/99/KE

 

Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-ħarsien tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali1 għandha tiġi emendata, b'effett mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, kif ġej:

 

1. Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 3:

 

'(ia) jagħmlu disponibbli fis-suq injam jew prodotti tal-injam maħsud b’mod illegali.'

 

2. L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-Anness A:

 

- 'Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' [...] li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam'.

 

1 ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28.

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 14 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14b

 

Reviżjoni

 

Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u kull ħames snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni tal-operat ta’ dan ir-Regolament rigward l-għan u l-iskop tiegħu u tirrapporta l-konklużjonijiet tagħha u, fuq il-bażi tagħhom, il-proposti tagħha għal emendi lill-Parlament Ewropew.

 

Ir-reviżjoni għandha tiffoka fuq dan li-ġej:

 

- analiżi dettaljata u bir-reqqa tar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tal-forestrija sostenibbli;

 

- l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq is-suq intern, b’referenza partikolari għas-sitwazzjoni tal-kompetittività u l-abilità ta’ parteċipanti ġodda li jistabbilixxu lilhom infushom fis-suq;

 

- is-sitwazzjoni tal-SMEs fis-suq u kif dan ir-Regolament ikun laqat l-attivatjiet tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Jekk dan ir-Regolament se jibqa’ effettiv u jkompli jkun konsistenti mal-forestrija sostenibbli, għandu jiġi evalwat u aġġornat fuq bażi kontinwa.

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu japplika minn […]1

Għandu japplika minn […]1

1 Nota lill-ĠU: sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament

1 Nota lill-ĠU: sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament

Ġustifikazzjoni

Il-kunċett tal-leġiżlazzjoni biex jindirizza l-legalità u s-sostenibiltà tal-injam u prodotti tal-injam ilu jiġi diskuss għal ħafna snin, u dan ir-Regolament huwa riżultat ta’ proċess li nbeda fl-2003. Partijiet sinifikanti tal-industrija diġà għandhom sistemi stabbiliti li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, u dan jipprovdi materjal u esperjenza għad-dispożizzjoni ta' oħrajn. Id-dewmien għal sentejn oħra qabel tidħol fis-seħħ il-leġiżlazzjoni ma jirriflettix l-urġenza tal-problema tal-bidla fil-klima u t-telfien fil-bijodiversità, li huma indirizzati b'mod espliċitu f'dan ir-Regolament.

Emenda  74

Proposta għal regolament

Anness – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Polpa u karta tal-Kapitoli 47 u 48 tan-Nomenklatura Magħquda, għajr għal prodotti li għandhom bażi ta' bambù u rkuprati (rimi u skart);

2. Polpa u karta tal-Kapitoli 47, 48 u 49 tan-Nomenklatura Magħquda, għajr għal prodotti li għandhom bażi ta' bambù u prodotti rkuprati (rimi u skart);

Ġustifikazzjoni

L-injam u l-prodotti kollha tal-injam, irrispettivament mill-użu aħħari tagħhom, għandhom ikunu suġġetti għal dan ir-Regolament.

Emenda  75

Proposta għal regolament

Anness – punt 12 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

12a. Prodotti oħra tal-injam inklużi fil-kategoriji CN 94 u 95, fosthom ġugarelli tal-injam u aċċessorji tal-isports.

Ġustifikazzjoni

L-injam u l-prodotti kollha tal-injam, irrispettivament mill-użu aħħari tagħhom, għandhom ikunu suġġetti għal dan ir-Regolament.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-foresti qegħdin jinqerdu bir-rata ta' madwar 13-il miljun ettaru fis-sena, u dan hu kaġun ta’ kważi 20% tal-emissjonijiet globali tal-karbonju u jikkontribwixxi bil-kbir għat-telfien fil-bijodiversità. Dan qiegħed jikkawża wkoll problemi serji għad-drittijiet tal-bniedem, minħabba li f’bosta pajjiżi l-foresti għandhom sinifikat kulturali u soċjali kbir, kemm għal dawk il-popli li huma dipendenti minnhom u kemm għall-popli indiġeni.

Il-qtugħ illegali huwa wieħed mill-kawżi prinċipali tad-deforestazzjoni, u huwa stmat li l-volum ta’ injam industrijali li ġej minn sorsi illegali huwa bejn 350 u 650 miljun m3 fis-sena, li jirrappreżenta bejn 20% u 40% tal-produzzjoni industrijali tal-injam[1]. Dan iraħħas il-prezzijiet tal-injam, inaqqas ir-riżorsi naturali u d-dħul fiskali, u jżid il-faqar fost il-popli li huma dipendenti mill-foresti.

Bħala konsumatur prinċipali tal-injam u tal-prodotti tal-injam, l-UE għandha l-obbligu li tieħu azzjoni effikaċi kontra d-deforestazzjoni u l-qtugħ illegali tal-injam, li għandha tinkludi b’mod ċar il-waqfien tal-provvista ta’ suq għal injam u għal prodotti tal-injam illegali. L-UE diġà rnexxielha ma tibqax suq ta' prodotti illegali oħrajn, meta dan l-aħħar daħħlet fis-seħħ Regolament dwar Sajd Illegali, Mhux Irregolat u Mhux Irrapportat. Issa wasal iż-żmien li ddaħħal leġiżlazzjoni dwar l-injam u l-prodotti tal-injam illegali, biex turi:-

- lill-konsumaturi, li l-prodotti li jixtru ma jkunux ġejjin minn sorsi illegali

- lill-kumpaniji responsabbli, li mhumiex se jkunu żvantaġġati minħabba dawk li jieħdu sehem fi prattiki distruttivi

- lill-kumpaniji irresponsabbli, li mhumiex se jibqgħu jsibu suq għalihom fl-UE

- lill-komunità internazzjonali, li qegħdin nieħdu bis-serjetà r-responsabilitajiet tagħna f’dak li għandu x’jaqsam mal-bidla fil-klima, mal-bijodiversità u mad-drittijiet tal-bniedem.

L-istrateġija tal-Ftehimiet ta' Sħubija Volontarja (VPAs) li għandha l-UE permezz tal-Pjan ta' Azzjoni tal-2003 għall-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti, il-Governanza u l-Kummerċ (FLEGT) mhijiex biżżejjed biex tittratta l-qtugħ illegali tal-injam. Għalkemm il-VPAs għandhom il-potenzjal li jġibu bidla pożittiva ħafna, s’issa ġiet iffirmata waħda biss, u n-natura volontarja tagħhom tfisser li hemm riskji kbar li jkun hemm evażjoni u qerq. Billi l-konsultazzjoni tal-Kummissjoni dwar miżuri li jikkomplementaw l-istrateġija tal-VPAs intemmet, jeħtieġ li jkun hemm leġiżlazzjoni soda li taċċerta li jitneħħew mis-suq tal-UE l-injam u l-prodotti tal-injam maħsuda b’mod illegali.

Għalhekk ir-Rapporteur tilqa’ r-Regolament propost, filwaqt li tesprimi dispjaċir li dan wasal kważi ħames snin wara l-approvazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni FLEGT. Hija tqis ukoll li f’ċerti aspetti dan għandu jiġi msaħħaħ u żviluppat iżjed.

Projbizzjoni

Fis-sew, ir-Regolament propost ma jipprojbixxix l-importazzjoni u l-bejgħ tal-injam maqtugħ b’mod illegali – u għalhekk jonqos milli jittratta “ir-regoli dgħajfa li jevitaw in-negozju tal-injam maħsud b’mod illegali”[2] li l-proposta stess tikkwota bħala l-punt tat-tluq dwar għaliex il-prattika tal-qtugħ illegali tal-injam rabbiet għeruq daqstant sodi. Il-verżjoni riveduta tal-Att Lacey tal-Istati Uniti, li ġiet adottata f’Mejju 2008, daħħlet fis-seħħ projbizzjoni bħal din, u għaldaqstant issa ġie stabbilit preċedent. M’hemm l-ebda raġuni valida għaliex l-UE ma tistax tieħu dan l-eżempju u tmur ukoll lil hinn minn hekk.

Għalhekk ir-Rapporteur qiegħda tipproponi stqarrija espliċita dwar ir-rekwiżit li l-operaturi għandhom iqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam li ġejjin minn sorsi legali biss, u li dan għandu japplika għall-operaturi kollha fil-katina tal-forniment.

L-ambitu tad-diliġenza meħtieġa u r-rekwiżiti ta’ legalità

Ir-Rapporteur qiegħda tagħmel distinzjoni ġdida bejn l-operaturi li jqiegħdu fis-suq” injam jew prodotti tal-injam (li tirreferi għal dawk li jagħmluhom disponibbli fis-suq għall-ewwel darba), u dawk li "jagħmlu disponibbli fis-suq" (li tirreferi għall-operaturi kollha fil-katina tal-forniment).

Ir-rekwiżit li wieħed jeżerċita diliġenza meħtieġa għandu jħeġġeġ il-prattika tajba, u idealment, l-operaturi kollha fil-katina tal-forniment għandhom jimplimentaw sistema sħiħa ta' diliġenza meħtieġa. Madankollu, ir-Rapporteur tirrikonoxxi li dan jista’ ma jkunx realistiku għall-operaturi ż-żgħar, u għalhekk qiegħda tillimita r-rekwiżit sħiħ, kif hemm fil-proposta, għall-operaturi li “jqiegħdu” prodotti fis-suq – li jidher biċ-ċar li għandhom l-ikbar influwenza dwar x'jidħol fl-UE, u li għalhekk għandhom l-ikbar sehem mir-responsabilità.

Fl-istess waqt, l-operaturi kollha fil-katina ta’ forniment għandhom ikunu marbuta bil-projbizzjoni kontra t-tqegħid fis-suq ta’ injam jew ta’ prodotti ta’ injam li jkunu ġejjin minn sorsi illegali, u f’dan ir-rigward l-operaturi għandhom jeżerċitaw viġilanza xierqa. Bl-istess mod li r-rekwiżit tad-diliġenza meħtieġa se jobbliga l-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam jew prodotti tal-injam "biex juru prudenza, ġudizzju u azzjoni pożittiva fl-aċċertar tal-legalità tal-injam u tal-prodotti tal-injam li jidħlu fil-katina tal-forniment"[3], u bl-istess mod li dan "għandu t-tendenza li jiffavorixxi s-sorsi minn pajjiżi li għandhom prattiki affidabbli tal-ġestjoni tal-foresti"[4] il-possibilità ta’ prosekuzzjoni minħabba n-negozju ta’ injam illegali kif inhi applikata fil-katina kollha tal-forniment għandha tħeġġiġhom biex jiffavorixxu s-sorsi ta’ operaturi affidabbli u ta’ reputazzjoni tajba – jiġifieri dawk li jeżerċitaw l-obbligi meħtieġa tagħhom ta’ diliġenza bl-iżjed mod effettiv.Dan għandu jqassam ukoll il-piż tar-responsabilità bejn l-operaturi b’mod iżjed ekwu.

Biex tgħin it-traċċabilità, ir-Rapporteur tqis ukoll li l-operaturi kollha għandhom jieħdu nota u jipprovdu tagħrif bażiku dwar il-prodotti u s-sorsi tagħhom u dwar lil min ifornu.

Leġiżlazzjoni applikabbli

Il-Pjan ta' Azzjoni FLEGT jgħid li “l-objettiv wiesa’ tal-UE huwa li tħeġġeġ il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti”[5], u jimpenja lill-UE biex tikkunsidra l-problema tal-qtugħ illegali tas-siġar b'mod integrat. Minbarra l-ittrattar tal-qtugħ illegali tal-injam mill-perspettiva diretta tas-suq, dan ir-Regolament għandu jagħti kontribut ukoll favur l-għan aktar wiesa' tal-iżvilupp sostenibbli bħala mod kif għandna nittrattaw il-kawżi l-iżjed bażiċi.

It-twessigħ tal-ambitu tal-leġiżlazzjoni applikabbli, li miegħu qiegħda tiġi ddefinita l-“legalità”, għandu jgħin fil-kisba ta’ dan l-objettiv.Bħala partijiet kontraenti f’diversi ftehimiet internazzjonali u reġjonali, l-UE u l-Istati Membri diġà impenjaw ruħhom b’mod legali u politiku favur il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, it-trażżin tal-

faqar u l-ħarsien tad-drittijiet ta' komunitajiet indiġeni u ta' komunitajiet li jiddependu mill-foresti. Dan ir-Regolament jista’ jkun mezz ta’ għajnuna biex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tagħhom.

Sistemi ta' diliġenza meħtieġa

Il-proposta ma tantx tidħol fid-dettalji dwar fiex tikkonsisti s-sistema ta’ diliġenza meħtieġa jew is-sistema tal-ġestjoni tar-riskju li hemm fiha, li jista’ jwassal biex ikun hemm varjetà kbira bejn l-Istati Membri u l-operaturi, b'implikazzjonijiet kemm fuq il-kumplessità amministrattiva (għal operaturi li jaħdmu f’diversi pajjiżi) u kemm fuq l-effikaċja aħħarija tal-kunċett. Għalhekk ir-Rapporteur qiegħda telabora diversi elementi kruċjali. B’mod partikulari, huwa importanti li jkun ċar li t-tagħrif meħtieġ dwar l-injam u dwar il-prodotti tal-injam għandu jkun issostanzjat bid-dokumentazzjoni; u li s-sistema tal-ġestjoni tar-riskji għandha sservi bħala mezz biex issir evalwazzjoni ta' dawk il-każi, li jkun meħtieġ li tingħatalhom attenzjoni partikulari – possibilment bit-teħid ta’ miżuri supplimentari sabiex inkunu diliġenti kemm meħtieġ u biex innaqqsu kemm jista’ jkun it-tqegħid fis-suq ta’ injam illegali.

L-organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ u l-akkreditazzjoni tagħhom

Sabiex ikollok standards armonizzati fl-UE kollha għall-organizzazzjonijiet li jimmonitorjaw is-sistema ta’ diliġenza meħtieġa, ir-Rapporteur qiegħda tipproponi li d-deċiżjoni dwar jekk organizzazzjoni ta’ monitoraġġ tiġix rikonoxxuta jew le għandha ssir fil-livell tal-UE iżjed milli f'dak nazzjonali. Hija telabora fuq il-kriterji li għandhom jissodisfaw dawn l-organizzazzjonijiet, kif ukoll fuq l-informazzjoni li għandhom iressqu fl-applikazzjoni tagħhom għal rikonoxximent. Il-preżenza ta’ akkreditazzjoni ċentralizzata u ta’ kriterji ċari fir-Regolament għandhom jgħinu biex jiġu evitati ħoloq dgħajfa fis-sistema ta’ sorveljanza, u jnaqqsu l-kumplessità amministrattiva għal organizzazzjonijiet li joperaw f’iżjed minn Stat Membru wieħed.

Verifiki u kontrolli minn awtoritajiet kompetenti

Minkejja li r-Rapporteur qiegħda tipproponi li l-organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ għandhom ikunu akkreditati fil-livell tal-UE, l-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri għandhom sehem importanti fis-sorveljanza tas-sistema. Dan ifisser li kemm l-organizzazzjonijiet ta’ verifika u kemm dawk ta’ monitoraġġ għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament, filwaqt li jagħmlu kontrolli fuq il-katina tal-forniment. Ir-Rapporteur hija tal-fehma li għandu jkun possibbli li ż-żewġ livelli jiġu attivati, kemm abbażi ta' tħassib issostanzjat minn partijiet terzi kif ukoll abbażi ta' pjan maħsub minn qabel. Hija qiegħda telabora dwar fiex jistgħu jikkonsistu l-verifiki u l-kontrolli, fosthom anke verifiki fuq il-post fiż-żewġ każijiet.

Minħabba li l-qtugħ illegali tal-injam jikkawża ħsara ambjentali serja, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li japplikaw miżuri korrettivi immedjati, li jistgħu jinkludu l-konfiska ta’ injam jew ta' prodotti tal-injam illegali, u l-waqfien tal-attività kummerċjali, jekk dan jitqies neċessarju, sabiex tieqaf kemm jista’ jkun malajr il-ħsara kkawżata mill-ħsad illegali tal-prodotti msemmija (minflok ma joqogħdu jistennew il-proċess kollu tal-prosekuzzjoni). L-ittraċċar tas-sors tal-injam għandu jkun megħjun mill-fatt li l-operaturi kollha fil-katina tal-forniment għandhom l-obbligu li jkunu jafu mingħand min akkwistaw l-injam u l-prodotti tal-injam kollha, u lil min fornewhom.

L-eżenzjoni tal-bijomassa

Ir-Rapporteur tqis li l-eżenzjoni tal-“injam tal-enerġija” u tal-bijomassa, minħabba li dawn se jkunu suġġetti għall-kriterji ta’ sostenibilità mandatorji tal-UE fil-ġejjieni, għandha titħassar. Dan ir-Regolament għandu jkopri l-prodotti kollha li jista' jkollhom injam minn sorsi illegali. L-esklużjoni tal-prodotti li huma soġġetti għall-“kriterji ta’ sostenibilità” mir-rekwiżit li għandhom ikunu ġejjin minn sors legali timplika li l-legalità u s-sostenibilità jistgħu jkunu esklużivi b’mod reċiproku, iżda l-legalità għandha tkun rekwiżit bażiku minn qabel għas-sostenibilità.

  • [1]  UNECE/FAO 2007: Forest Products Annual Market review, 2006-7
  • [2]  Proposta għal Regolament li tistipula l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (COM(2008) 644/3) p.2
  • [3]  idem p.9
  • [4]  idem p.7
  • [5]  Pjan ta' Azzjoni tal-UE FLEGT (COM(2003)251)

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (26.1.2009)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq tal-Komunità l-injam u prodotti tal-injam
(COM(2008)0644 – C6‑0373/2008 – 2008/0198(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Glyn Ford

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Minħabba d-domanda li qed tikber mad-dinja kollha, il-kummerċ internazzjonali tal-injam u tal-prodotti tal-injam qed jiżdied b'rata mgħaġġla. Konsegwentament, f'ħafna pajjiżi li jipproduċu l-injam, il-kummerċ tal-injam ibbażat fuq il-qtugħ illegali jirrappreżenta sehem sinifikanti ħafna tal-kummerċ totali tal-injam. Azzjonijiet bħal dawn għandhom impatt ta' ħsara sinifikanti fuq l-ambjent, is-soċjetà u l-ekonomija, speċjalment f'pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. L-UE trid tiġġieled kontra l-qtugħ illegali tas-siġar u tippromwovi l-qtugħ legali.

Il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti, it-Tmexxija u l-Kummerċ (FLEGT) ippropona pakkett ta' miżuri biex jiġu appoġġjati l-isforzi internazzjonali biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni. L-UE innegozjat Ftehimiet ta' Sħubija Volontarji (VPAs) mal-pajjiżi li jipproduċu l-injam, li obbligaw lill-partijiet b'mod li jorbot legalment biex jimplimentaw skema ta' liċenzjar u biex jirregolaw il-kummerċ tal-injam u tal-prodotti tal-injam. L-Unjoni Ewropea għadha wkoll tibda u tappoġġja inizjattivi internazzjonali u tinvolvi ruħha f'diskussjonijiet bilaterali u multilaterali ma' pajjiżi terzi fil-forum tan-NU dwar il-Foresti u fl-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Injam Tropikali u f'taħdidiet bilaterali ma' pajjiżi ewlenin li jikkunsmaw l-injam bħall-Istati Uniti, iċ-Ċina, ir-Russja u l-Ġappun. L-UE trid, f'dawn l-areni internazzjonali, tagħmel enfażi fuq l-obbligi tal-operaturi u fuq il-ħtieġa li jintuża kull mezz disponibbli, inklużi l-aħħar teknoloġiji, biex jiġi identifikat, irrintraċċat, irreġistrat u miġġieled il-qtugħ illegali u wkoll li jiġi promoss il-qtugħ legali.

B'dan ir-regolament, l-UE fl-aħħar qed timxi 'l quddiem billi tenfasizza r-responsabilitajiet tal-operaturi li jpoġġu l-injam fis-suq tal-UE. Din il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea hija meħtieġa biex jiġu miġġielda d-deforestazzjoni u l-qtugħ u l-ħsad illegali permezz tad-definizzjoni ta' standard ta' legalità strett għall-injam u għall-prodotti derivati mill-injam, biex tingħata għajnuna biex jitħarsu l-foresti u l-biodiversità, tittaffa l-bidla fil-klima u jiġu rrispettati d-drittijiet tal-popli li jiddependu fuq il-foresti.

Madankollu l-proposta trid tissaħħaħ u tittejjeb biex tkun effettiva b'mod sħiħ. Biex verament ikun dissważiv, ir-regolament irid jenfasizza l-kunċett tar-reat ħalli l-ebda operatur li jimporta u jżomm injam illegali fit-territorju tal-UE ma jħossu immuni mit-theddida ta' penali serji. F'dan is-sens, it-test m'għandux ikun fih lakuni, li jkunu jistgħu jintużaw mill-operaturi biex iduru mar-regolament. Barra minn hekk, id-diliġenza dovuta, b'mod partikolari l-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju, previsti fit-test, iridu jiġu definiti b'mod aktar ċar u effettiv. Ir-regolament irid jantiċipa aħjar l-prattiċità tal-implimentazzjoni tiegħu mill-operaturi biex tiġi żgurata l-effikaċja. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jingħataw biżżejjed setgħat doganali biex jikkontrollaw il-kummerċ internazzjonali tal-prodotti tal-injam, anke billi jitilgħu fuq bastimenti tal-merkanzija, biex jinvestigaw id-delitti u l-allegazzjonijiet ta' ksur, biex iwissu lill-prosekuturi dwar każijiet ta' reati, u biex jirreġistraw prattiki illegali.

Fl-aħħarnett, l-Unjoni Ewropea għandha tikkunsidra l-miżuri li ttieħdu mill-gvern tal-Istati Uniti, jiġifieri l-Att Lacey tal-Istati Uniti, fejn il-kummerċ ta' pjanti miksuba b'mod illegali u l-prodotti tagħhom - inkluż l-injam u l-prodotti tal-injam - huma pprojbiti bil-liġi. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-possibilità ta' obbligi speċifiċi għall-bejjiegħa bl-imnut ukoll, li jkunu jikkumplimentaw l-obbligi fuq il-pajjiżi msieħba u l-importaturi.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew filwaqt li jagħrfu l-ħtieġa li l-Komunità tagħti sehemha fl-isforz globali biex tiġi indirizzata l-problema tal-qtugħ illegali laqgħu din il-Komunikazzjoni.

(5) Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, filwaqt li jagħrfu l-ħtieġa li l-Komunità tagħti sehemha fl-isforz globali biex tiġi indirizzata l-problema tal-qtugħ illegali tas-siġar, u biex ikun appoġġjat qtugħ ta' injam b'mod sostenibbli fi ħdan il-qafas tal-iżvilupp sostenibbli, tal-ġestjoni tal-foresti u tat-tnaqqis tal-faqar, kif ukoll l-ugwaljanza soċjali u s-sovranità nazzjonali, laqgħu din il-Komunikazzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-Unjoni Ewropea għandha d-dmir li tħares u tgħin produtturi responsabbli li jirrispettaw il-kriterji tal-legalità u tas-sostenibilità. Dan jikkumplimenta azzjonijiet biex jitwaqqaf il-kummerċ ma' produtturi illegali madwar id-dinja.

Din iż-żieda tirriferi għat-test oriġinali tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Agrikolu ta’ Ottubru 2003.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Il-Komunità għandha tagħmel pressjoni wkoll, f'taħdidiet bilaterali ma' pajjiżi ewlenin li jikkunsmaw l-injam bħall-Istati Uniti, iċ-Ċina, ir-Russja u l-Ġappun, biex tiġi diskussa l-problema, biex ikun hemm konverġenza lejn obbligi xierqa armonizzati fuq l-operaturi fis-swieq tagħhom tal-injam, u biex jinħolqu sistema indipendenti ta' twissija u reġistru globali u tal-qtugħ illegali li jkunu kostitwit pereżempju mill-Interpol u minn korp xieraq tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), li jkunu jibbenefikaw mill-aħħar teknoloġiji ta' sejba bis-sattelliti.

Ġustifikazzjoni

Il-pajjiżi ewlenin li jimpurtaw u jipproduċu l-injam fil-livell internazzjonali għandhom ir-responsabilità li jikkoperaw u jużaw kull mezz politiku, legali u teknoloġiku biex jiġġieldu l-qtugħ illegali. Inkella, fuq bażi volontarja u mingħajr koordinazzjoni internazzjonali, ftit pajjiżi jkunu lesti li jillimitaw il-possibilitajiet tagħhom li jesportaw jew jimpurtaw l-injam.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 6 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b) Operaturi minn pajjiżi b'foresti ta' importanza ekoloġika internazzjonali għandu jkollhom responsabilità partikulari għall-isfruttar sostenibbli tal-injam.

Ġustifikazzjoni

Obbligi ta' kondotta xierqa għandhom jiġu imposti, qabel xejn, fuq operaturi minn pajjiżi b'zoni forestali kbar li jikkostitwixxu "l-pulmuni ħodor" tad-dinja u jikkontribwixxu sew għall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Filwaqt li titqies il-komplessità tal-qtugħ illegali fir-rigward tal-fatturi ta' bażi u l-impatti, l-inċentivi għall-aġir illegali għandhom jitnaqqsu billi jiġi mmirat l-aġir tal-operaturi.

(10) Filwaqt li titqies il-komplessità tal-qtugħ illegali fir-rigward tal-fatturi ta' bażi u l-impatti, l-inċentivi għall-aġir illegali għandhom jitnaqqsu billi jiġi mmirat l-aġir tal-operaturi. It-tisħiħ tar-rekwiżiti u l-obbligi kif ukoll it-titjib tal-mezzi legali biex ikun hemm prosekuzzjoni tal-pussess u l-bejgħ mill-operaturi li jqiegħdu l-injam u l-prodotti tal-injam illegali fis-suq tal-UE huma fost l-aktar soluzzjonijiet effettivi biex l-operaturi jaqtgħu qalbhom milli jagħmlu kummerċ ma' fornituri illegali.

Ġustifikazzjoni

L-istrateġija tar-regolament trid tkun aktar ċara u speċifika fil-miżuri tagħha fir-rigward tal-miżuri maħsuba biex jintlaħaq l-għan li jiġi llimitat l-injam li jitqiegħed u jiġi kkumerċjalizzat b'mod illegali fis-suq. Hija biss taħlita ta' inċentivi u miżuri dissważivi li tista' verament twaqqaf operatur milli jagħżel fornitur illegali li jkun jinsab f'pajjiż terz.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) L-għan ġenerali li tinkiseb is-sostenibilità permezz li jinġiebu 'l quddiem kriterji ta' sostenibilità jibqa' prijorità għall-Komunità. Fid-dawl ta' dan il-għan u biex jonqos il-piż fuq l-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam li huma soġġetti għal kriterji ta' sostenibilità obbligatorji stabbiliti bid-Direttiva (KE) Nru XX/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal prodotti bħal dawn.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament m'għandux ikun fih lakuni li jkunu jistgħu jintużaw biex jiddaħħal injam maqtugħ b'mod illegali.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1- punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a) jiżguraw li fis-suq jitqiegħdu biss l-injam u l-prodotti tal-injam maħsuda b’mod legali permezz ta’ sistema ta’ traċċabilità u ta’ verifika minn parti terza,

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1- punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tinkludi proċedura ta' ġestjoni tar-riskju u

(b) tinkludi proċedura ta' ġestjoni tar-riskju effettiva u ċara li tikkonċentra l-kontrolli u l-mezzi finanzjarji tal-operaturi fuq każijiet ta' riskju għoli u li għandha tikkonsisti f'dan li ġej:

(i) identifikazzjoni sistematika tar-riskji;

(ii) implimentazzjoni tal-miżuri kollha meħtieġa biex tiġi limitata l-espożizzjoni għar-riskji;

(iii) l-istipular ta’ proċeduri u rekords li għandhom isiru b’mod regolari biex issir verifika li l-miżuri msemmija fil-punti (i) u (ii) ikunu qed jaħdmu b’mod effettiv u biex jiġu riveduti fejn ikun hemm bżonn;

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament għandu jiċċara x'inhu mistenni mill-operaturi fil-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju u jikkunsidra l-ispejjeż, speċjalment għall-kumpaniji li jagħmlu l-kummerċ barra, biex jiċċekkjaw il-prattiki tajba tal-fornituri tagħhom.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tistabbilixxi kriterji biex jiġi evalwat jekk hemmx riskju li jitqiegħed fis-suq injam maħsud b'mod illegali u prodotti tal-injam.

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu bil-ħsieb li tiġi żgurata l-uniformità tal-interpretazzjoni tar-regoli u l-konformità effettiva mill-operaturi. Il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tistabbilixxi kriterji biex jiġi evalwat jekk hemmx riskju li jitqiegħed fis-suq injam maħsud b'mod illegali u prodotti tal-injam.

Ġustifikazzjoni

Id-diliġenza dovuta li l-operaturi jridu jikkonformaw magħhom jistgħu biss jiġu implimentati b'mod effettiv jekk l-operaturi, speċjalment dawk li jagħmlu kummerċ ma' fornituri li jinsabu 'l bogħod barra mill-UE, jifhmu l-obbligi tagħhom b'mod ċar u jistgħu fil-fatt jikkonformaw magħhom fil-ħin u b'mod prattiku.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet għall-ksur ta' dan ir-regolament.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu mgħammra b'sistema ta' traċċabilità affidabbli biex jirrintraċċaw prodotti tal-injam ikkummerċjalizzat internazzjonalment u b'sistemi ta' monitoraġġ pubbliċi biex jevalwaw ir-riżultati tal-konformità tal-operaturi mal-obbligi tagħhom u biex jgħinu lill-operaturi jidentifikaw fornituri ta' injam u prodotti tal-injam li jinvolvu riskju għoli.

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament ma jipprevedix kriterji li jippermettu b'mod effettiv lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli biex jittrattaw it-talbiet ta' kontroll għal kull operatur. Il-mezzi tagħhom biex jikkontrollaw u jimmoniterjaw il-kummerċ tal-injam iridu jissaħħu.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti tiegħu li jkunu responsabbli għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti tiegħu li jkunu responsabbli għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dawn l-awtoritajiet iridu jingħataw biżżejjed setgħat biex jinfurzaw dan ir-Regolament billi jimmoniterjaw l-applikazzjoni tiegħu, jinvestigaw allegazzjonijiet ta' ksur f'koperazzjoni mad-dwana, u jirrapportaw ir-reati lill-awtorità ta' prosekuzzjoni fil-ħin.

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet nazzjonali, biex jimplimentaw l-aspetti kollha ta' dan ir-regolament, irid ikollhom is-setgħat biex jissorveljaw il-proċess kollu biex jitwaqqaf l-injam li ġej mill-qtugħ u mill-ħsad illegali milli jidħol fis-suq tal-UE. Dan jinkludi wkoll il-koperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tad-dwana, tal-pulizija u tal-ġustizzja.

PROĊEDURA

Titolu

L-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq tal-Komunità l-injam u prodotti tal-injam

Referenzi

COM(2008)0644 – C6-0373/2008 – 2008/0198(COD)

Kumitat responsabbli

ENVI

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

17.11.2008

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Glyn Ford

4.12.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

19.1.2009

 

 

 

Data tal-adozzjoni

20.1.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Kader Arif, Francisco Assis, Carlos Carnero González, Daniel Caspary, Glyn Ford, Béla Glattfelder, Syed Kamall, Alain Lipietz, Caroline Lucas, Marusya Ivanova Lyubcheva, Erika Mann, Helmuth Markov, David Martin, Vural Öger, Georgios Papastamkos, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Peter Šťastný, Gianluca Susta, Iuliu Winkler, Corien Wortmann-Kool

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Ole Christensen, Zbigniew Zaleski

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jürgen Schröder

PROĊEDURA

Titolu

L-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq tal-Komunità l-injam u prodotti tal-injam

Referenzi

COM(2008)0644 – C6-0373/2008 – 2008/0198(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

17.10.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

17.11.2008

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

17.11.2008

INTA

17.11.2008

 

 

Opinjoni mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

DEVE

21.1.2009

 

 

 

Rapporteur

       Data tal-ħatra

Caroline Lucas

24.11.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

21.1.2009

10.2.2009

 

 

Data tal-adozzjoni

17.2.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

54

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Adamos Adamou, Margrete Auken, Liam Aylward, Irena Belohorská, Maria Berger, Johannes Blokland, John Bowis, Hiltrud Breyer, Martin Callanan, Dorette Corbey, Magor Imre Csibi, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Jill Evans, Elisabetta Gardini, Matthias Groote, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Christa Klaß, Holger Krahmer, Urszula Krupa, Aldis Kušķis, Marie-Noëlle Lienemann, Peter Liese, Marios Matsakis, Linda McAvan, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Vittorio Prodi, Dagmar Roth-Behrendt, Guido Sacconi, Daciana Octavia Sârbu, Richard Seeber, María Sornosa Martínez, Salvatore Tatarella, Evangelia Tzampazi, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Anders Wijkman, Glenis Willmott

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Kathalijne Maria Buitenweg, Philip Bushill-Matthews, Bairbre de Brún, Christofer Fjellner, Jutta Haug, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Johannes Lebech, Caroline Lucas, Miroslav Mikolášik, Hartmut Nassauer, Justas Vincas Paleckis, Alojz Peterle, Renate Sommer, Lambert van Nistelrooij

Data tat-tressiq

3.3.2009