RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li temenda r-Regolament (KE) Nru 1081/2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew biex jestendi t-tipi ta' spejjeż eliġibbli għal kontribut mill-FSE

4.3.2009 - (COM(2008)0813 – C6‑0454/2008 – 2008/0232(COD)) - ***I

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Karin Jöns

Proċedura : 2008/0232(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0116/2009
Testi mressqa :
A6-0116/2009
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li temenda r-Regolament (KE) Nru 1081/2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew biex jestendi t-tipi ta' spejjeż eliġibbli għal kontribut mill-FSE

(COM(2008)0813 – C6‑0454/2008 – 2008/0232(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0813),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 148 tat-Trattat KE, skont liema l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0454/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġit u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0116/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-kriżi finanzjarja attwali u r-riċessjoni ekonomika għandhom impatt negattiv fuq il-baġits pubbliċi. F'għadd kbir ta’ Stati Membri, it-tkabbir naqas b'mod sinifikanti; f'uħud minnhom saħansitra waqaf. Iċ-ċifri tal-qgħad bdew jiżdiedu. F'dan il-kuntest huwa importanti b'mod kritiku li l-Fond Soċjali Ewropew jintuża bis-sħiħ biex jittaffew il-problemi tal-persuni qiegħda, b'mod partikolari dawk l-aktar vulnerabbli, fir-riċessjoni ekonomika.

L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni hu li jiżdied metodu ieħor eħfef għan-nefqa tal-Fond Soċjali Ewropew, sabiex il-kontribut tiegħu għall-indirizzar tal-isfidi ekonomiċi u soċjali li qiegħda tħabbat wiċċha magħhom l-Ewropa jsir b’mod iktar mgħaġġel u effettiv.

Fil-15 ta' Ġunju 2005 l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali adotta r-rapport fl-ewwel qari tiegħu dwar ir-Regolament tal-Fond Soċjali Ewropew KE Nru 1081/2006; ir-rapporteur kien is-Sur Silva Peneda. Sa minn dak il-waqt, bħala kwistjoni ewlenija, il-Kumitat identifika l-bżonn ta' aktar simplifikazzjoni b'mod ġenerali għall-Fondi Strutturali u b'mod partikulari għall-FSE. Din il-pożizzjoni tal-Kumitat ġiet ikkonfermata bil-vot fis-Sessjoni Plenarja fis-6 ta' Lulju 2005.

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri wkoll irrakkomandat simplifikazzjoni tal-"bażi tal-kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli, u jsir aktar użu mill-ħlasijiet ta' somom f'daqqa jew b'rata fissa minflok ir-rimborż tal-'ispejjeż reali'". Madankollu, il-ħlas ta' somom f'daqqa għadu mhux eliġibbli fi ħdan ir-regoli tal-FSE u l-ħlasijiet b'rata fissa huma possibbli biss għall-ispejjeż indiretti.

L-għanijiet tal-proposta tal-Kummissjoni huma li jiġi estiż l-iffinanzjar b'rata fissa (1) u li jkun jista' jsir użu mis-sistemi ta' ħlas ta' somom f'daqqa (2):

1)     Ir-rati fissi bbażati fuq l-ispejjeż unitarji standard:

         Fil-ġejjieni, ir-rati fissi mhux se japplikaw biss għall-ispejjeż indiretti iżda wkoll għall-ispejjeż diretti jew għal taħlita tat-tnejn.

         Ir-rati fissi jiġu kkalkolati u stabbiliti mill-Istati Membri. Ma ġie stabbilit l-ebda limitu massimu. Iżda l-kalkoli mogħtija għandhom ikunu "ġusti, ibbilanċjati u verifikabbli".

2)     Somom li jingħataw f’daqqa:

         Qed jiġu introdotti somom li jingħataw f'daqqa. Jistgħu jiġu applikati kemm għal spejjeż diretti kif ukoll għal spejjeż indiretti sa massimu ta' EUR 50,000.

         Iżda l-kalkoli msemmija, bħal fil-każ tar-rati fissi, għandhom ikunu "ġusti, ibbilanċjati u verifikabbli" u għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri bil-quddiem.

Il-Kummissjoni Ewropea qabel kollox għandha teżamina s-sistemi għar-rati fissi u għas-somom li jingħataw f'daqqa magħmula mill-Istati Membri - simili għall-proċedura prattikata rigward ir-rati fissi għall-ispejjeż indiretti.

Ir-rapporteur kellha skambju intensiv ta' informazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, mal-Istati Membri u ma' għadd ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi fil-livell Ewropew u nazzjonali kif ukoll mal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew.

B'hekk setgħet taċċerta ruħha li l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea se tintlaqa' minn kull naħa bħala simplifikazzjoni amministrattiva. Id-dubji tar-rapporteur fil-bidu li jista' jsir abbuż mir-rati fissi minħabba n-nuqqas ta' limitu massimu setgħu jitneħħew.

L-erba' oqsma ta' azzjoni prijoritarji tal-Fond Soċjali Ewropew se jibqgħu mingħajr tibdil:

- Iż-żieda fl-adattabilità tal-ħaddiema u l-intrapriżi;

- Iż-żieda fl-aċċess għall-impjieg, il-prevenzjoni tal-qgħad, tittawwal il-ħajja attiva tal-ħaddiema u tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol;

- It-tisħiħ tal-inklużjoni soċjali permezz tal-promozzjoni tal-integrazzjoni fix-xogħol ta' nies żvantaġġjati u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni;

- il-promozzjoni ta' sħubija għal riforma fl-oqsma tal-qgħad u tal-inklużjoni.

Barra l-prijoritajiet imsemmija hawn fuq, l-FSE se jissokta jsostni l-azzjoni biex jitwessa' u jitjieb l-investiment fil-kapital tal-bniedem, b'mod partikolari bit-titjib tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u l-azzjoni mmirata għall-iżvilupp tal-kapaċità istituzzjonali u l-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet pubbliċi, fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

Il-proposta tal-Kummissjoni ma tbiddilx l-attenzjoni mogħtija lill-impenn tal-Unjoni lejn it-tneħħija tal-inuguwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel, u l-promozzjoni tal-governanza tajba. L-involviment tas-sħab soċjali jibqa' ta' importanza partikolari fl-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-Fond, fil-ħidmiet u fl-ipprogrammar parzjali mill-ġdid tal-programmi tal-Fond Soċjali Ewropew.

Il-Proposta tal-Kummissjoni tillimita ruħha għall-introduzzjoni u s-simplifikazzjoni tal-ħidmiet tal-Fond Soċjali Ewropew biex jiġi promoss l-użu effikaċi, effiċjenti u mgħaġġel tar-riżorsi disponibbli, mingħajr ma jiġu kompromessi l-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja soda.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (25.2.2009)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u Kunsill dwar l-emenda tar-Regolament (KE) Nru 1081/2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew biex jestendi t-tipi ta' spejjeż eliġibbli għal kontribut mill-FSE
(COM(2008)0813 – C6‑0454/2008 – 2008/0232(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Nathalie Griesbeck

app

ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR

Il-kriżi finanzjarja u ekonomika li qed taffaċja l-Ewropa kkawżat pressjoni kompetittiva dejjem tiżdied fuq l-impriżi u impatt negattiv fuq l-istat tal-finanzi pubbliċi. Il-kriżi waslet għal tnaqqis fit-tkabbir u għal riċessjoni, f'ċerti każi. Ukoll, ir-rata tal-qgħad żdiedet b'mod drastiku.

Sabiex taffaċja l-problemi serji marbuta mal-impjiegi, il-Kummissjoni tipproponi miżuri bil-għan li jinkoraġġixxu l-użu effikaċi u rapidu tar-riżorsi disponibbli tal-Fond Soċjali Ewropew. Hija tipproponi metodu ssimplifikat tal-użu tal-krediti tal-Fond Soċjali Ewropew, sabiex ikunu jistgħu jiġu affaċjati l-problemi ekonomiċi u soċjali eżistenti, b'mod partikulari l-problema tal-qgħad, biex jiġu solvuti b'mod aktar rapidu u effikaċi.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-rapporteur għal opinjoni tilqa' b'mod favorevoli l-proposta tal-Kummissjoni, filwaqt li enfasizzat il-bżonn li jkun hemm aġir favur is-simplifikazzjoni tal-proċeduri rigward il-ħidma u l-allokazzjoni tal-finanzjament li ġejjin mill-Fondi Strutturali ġew enfasizzati diversi drabi mill-Parlament.

Ir-rapporteur tqis li l-proposta bil-għan li tiġi mkabbra s-somma eliġibbli għall-interventi tal-Fond Soċjali Ewropew - b'mod partikulari l-ammonti u r-rati fissi bbażati fuq l-iskali standard tan-nefqa tal-unità - għandha l-karatteristika li tippermetti l-implimentazzjoni minnu fih tal-Fond, minħabba li hija tipprova fl-istess ħin tissimplifika l-ġestjoni, l-amministrazzjoni u l-kontroll tal-azzjonijiet li jibbenefikaw minn kofinanzjamenti tal-Fond Soċjali Ewropew.

Ir-rapporteur għal opinjoni ttenni li d-dewmien irreġistrat fit-twettieq tal-politika strutturali huwa dovut, fost l-oħrajn, għall-proċeduri li jorbtu wisq u li huwa importanti li wieħed jipproċedi għas-simplifikazzjoni tagħhom.

Rigward dan, wieħed jista' jfakkar li BR 6/2008 enfasizza d-dewmien asseġerat irreġistrat fl-adozzjoni ta' 9 PO, dan wassal għall-programmazzjoni mill-ġdid tal-ingaġġi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali kif ipprevist f'punt 48 tal-Ftehima Interistituzzjonali.

Din il-proposta ta' modifika leġiżlattiva, flimkien mal-proposta tal-Kummissjoni fil-qasam tas-simplifikazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja tal-fondi mmirata għar-regolament dwar id-dispożizzjoni ġenerali, tikkonstitwixxi risposta adattata fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja attwali u għandha tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni.

Ir-rapporteur tinsisti fuq l-importanza li lill-awtoritajiet tal-ġestjoni jiġu mogħtija, fil-qafas ta' din is-simplifikazzjoni, mezzi xierqa li jippermettu akkumpanjament effikaċi tal-promoturi ta' proġetti sabiex b'mod partikulari jiġu promossi l-effetti ta’ lieva mistennija fuq l-ekonomija u l-impjieg permezz tal-imsieħba pubbliċi u privati.

Minn perspettiva baġitarja aktar stretta, ir-rapporteur għall-opinjoni jitlob lill-Kummissjoni sabiex jiġu mibgħuta lill-Kummissjoni tal-Baġit dettallji rigward l-impatt ta' din il-proposta dwar il-ħlas u l-kumplament li għandu jiġi llikwidat, u b'mod aktar globali dwar l-implimentazzjoni ta' krediti disponibbli għas-sena baġitarja fis-seħħ u din ukoll fid-dawl tal-eżami f'nofs it-term tal-qafas finanzjarju pluriannwali.

Bħala konklużjoni, meta tiġi meqjusa l-urġenzja li hemm biex jiġu adottati dawn il-modifiki leġiżlattivi, ir-rapporteur għal opinjoni tistieden lill-membri tal-Kummissjoni tal-baġits biex tadotta l-proposta bħala tali mingħajr ma jkun hemm il-bżonn li tiġi emendata.

******

Il-Kummissjoni tal-baġit stiedenet lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-Kumitat responsabbli, biex jipproponi l-approvazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Tipi ġodda ta’ spejjeż eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FSE (emenda tar-Regolament (KE) Nru 1081/2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew)

Referenzi

COM(2008)0813 – C6-0454/2008 – 2008/0232(COD)

Kumitat responsabbli

EMPL

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

15.12.2008

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Nathalie Griesbeck

20.9.2004

 

 

Eżami fil-kumitat

11.2.2009

23.2.2009

 

 

Data tal-adozzjoni

23.2.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Richard James Ashworth, Reimer Böge, Costas Botopoulos, Göran Färm, Vicente Miguel Garcés Ramón, Nathalie Griesbeck, Catherine Guy-Quint, Jutta Haug, Anne E. Jensen, Janusz Lewandowski, Vladimír Maňka, Gérard Onesta, László Surján, Kyösti Virrankoski, Ralf Walter

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (13.2.2009)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emenda tar-Regolament (KE) Nru 1081/2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew biex jestendi t-tipi ta' spejjeż eliġibbli għal kontribut mill-FSE
(COM(2008)0813–C6‑0454/2008 – 2008/0232(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jamila Madeira

app

ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR

B'reazzjoni għall-kriżi finanzjarja globali, il-Kummissjoni ppreżentat pjan ta' rkupru ekonomiku Ewropew lill-Istati Membri. Wara li l-Kapijiet tal-Istat u l-Gvernijiet tal-UE kkonfermaw il-bżonn ta' reazzjoni koordinata, fis-26 ta' Novembru 2008 l-Kummissjoni ppubblikat komunikazzjoni bit-titlu 'Pjan ta' rkupru ekonomiku Ewropew'; dan jistqarr li l-politika ta' koeżjoni tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-investiment pubbliku mill-Istati Membri u r-reġjuni u għandu jopera bħala mezz ta' rkupru mill-kriżi preżenti.

Il-pjan ta' rkupru ekonomiku Ewropew speċifikament jipproponi li jiġu adottati miżuri fl-oqsma ta' prijorità tal-Aġenda ta' Liżbona sabiex jinkisbu t-tkabbir u l-impjiegi. L-istrumenti kollha użati jfittxu li jilħqu dan l-objettiv u jiksbu r-riżultati aktar malajr. Għalhekk l-estensjoni tal-ambitu tal-Fond Ewropew tal-Aġġustament għall-Globalizzazzjoni u l-flessibilità akbar tal-Fond Soċjali Ewropew (ESF) huma intiżi partikularment biex jieħdu azzjoni għall-ħafna każijiet ta' emerġenza soċjali u ekonomika li għaliha tkun meħtieġa l-għajnuna. Nibqgħu konvinti li aktar ma l-azzjonijiet u l-ambitu jkunu kumplimentari, aktar ikunu effettivi.

Il-Fond Soċjali Ewropew jappoġġja l-politiki u l-prijoritajiet li jfittxu li jwettqu progress fil-kisba ta' impjieg għal kulħadd, titjib tal-kwalità u l-produttività tax-xogħol u l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-koeżjoni u għandu rwol fundamentali fit-twettiq tal-miżuri pprovduti f'dan il-pjan ta' rkupru ekonomiku Ewropew.

Meta jitqies li ma saret ebda dispożizzjoni għal fondi ġodda bies isiru disponibbli jew għal linji ta' azzjoni ġodda fuq il-post, huwa importanti ħafna li l-potenzjal sħiħ tal-Fond Soċjali Ewropew ikun sfruttut kemm jista' jkun biex jissolvew il-problemi fil-ġlieda kont il-qagħad u l-pressjoni tal-kompetittività li qed tiżdied b'mod rapidu fuq l-ekonomija Ewropea bħala riżultat tal-kriżi finanzjarja preżenti u r-riċessjoni ekonomika.

Huwa b'dan l-isfond li l-proposta tal-Kummissjoni tfittex li tissimplifika l-metodi li jirregolaw il-ġestjoni u l-użu tal-kofinanzjar tal-Fond Soċjali Ewropew sabiex tippromwovi użu aktar effettiv, effiċjenti u rapidu tar-riżorsi disponibbli biex jiġu megħjuna Stati Membri u reġjuni biex jiffarrontaw il-kriżi ekonomika.

Għandu jkun enfasizzat li l-Parlament Ewropew u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (REGI) bosta drabi sostnew li s-simplifikazzjoni hija fundamentali biex jitjiebu l-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali.

Huwa tajjeb li jitfakkar li l-Qorti tal-Awdituri fir-rapport annwali tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-2007 rrakkomandat ukoll li tkun issimplifikata 'il-bażi tal-kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli, u jsir aktar użu mill-ħlasijiet ta' somom f'daqqa jew b'rata fissa minflok ir-rimborż tal-"ispejjeż reali"'[1].

Il-ħlasijiet b'rata fissa mill-FSE ilhom possibbli mill-ispejjeż indiretti sa mill-2007; madankollu, il-ħlas ta' somom f'daqqa għadu mhux eliġibbli fi ħdan ir-regoli tal-FSE.

F'dan ir-rigward din il-proposta għandha l-għan li testendi l-iffinanzjar b'rata fissa għal spejjeż diretti, biex ikun estiż l-ambitu tagħha għal skali ta' unitajiet ta' spejjeż standardizzati u jkun possibbli li jintużaw sistemi ta' pagament ta' somma f'daqqa.

Il-proposta tal-Kummissjoni għalhekk issegwi l-proposti diġà formulati mill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali ladarba mfassla biex tilħaq l-interessi ta' dawk involuti fl-Istati Membri.

Minħabba l-bżonn urġenti li jkunu implimentati l-proposti mressqa, il-Parlament Ewropew ġie mitlub jadotta il-pożizzjoni tiegħu kemm jista' jkun malajr. Il-Parlament Ewropew qatt ma naqas milli jerfa' r-responsabilitajiet politiċi tiegħu. F'dan il-kuntest, minkejja l-medda wiesgħa ta' opinjoniijiet li joħorġu minn din it-tema, sabiex ikun żgurat li l-proċedura twettaq progress rapidu u li ċ-ċittadini jgawdu benefiċċji reali kif mistqarr mill-proposta, il-Parlament Ewropew se jevita, għal issa, milli jressaq proposti u emendi ġodda. Madankollu, huwa konxju mill-bżonn li l-proċess ta' valutazzjoni ta' dan il-fond jibda f'dan l-istadju bikri flimkien mal-Kummissjoni bil-għan ta' reviżjoni supplimentari meħuda mal-ewwel opportunità possibbli.

Il-Kumitat dwar l-Iżvilupp Reġjonali għalhekk japprova din il-proposta tal-Kummissjoni.

******

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jipproponi l-approvazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Titolu

Tipi ġodda ta’ spejjeż eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FSE (emenda tar-Regolament (KE) Nru 1081/2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew)

Referenzi

COM(2008)0813 – C6-0454/2008 – 2008/0232(COD)

Kumitat responsabbli

EMPL

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

15.1.2009

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jamila Madeira

19.1.2009

 

 

Eżami fil-kumitat

19.1.2009

 

 

 

Data tal-adozzjoni

12.2.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Emmanouil Angelakas, Stavros Arnaoutakis, Elspeth Attwooll, Rolf Berend, Victor Boştinaru, Wolfgang Bulfon, Giorgio Carollo, Bairbre de Brún, Gerardo Galeote, Iratxe García Pérez, Monica Giuntini, Ambroise Guellec, Gábor Harangozó, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Mieczysław Edmund Janowski, Gisela Kallenbach, Evgeni Kirilov, Miloš Koterec, Constanze Angela Krehl, Florencio Luque Aguilar, Jamila Madeira, Iosif Matula, Miroslav Mikolášik, Jan Olbrycht, Maria Petre, Markus Pieper, Giovanni Robusti, Wojciech Roszkowski, Catherine Stihler, Margie Sudre, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Emanuel Jardim Fernandes, Zita Pleštinská, Samuli Pohjamo, Christa Prets, Flaviu Călin Rus, Richard Seeber, László Surján, Iuliu Winkler

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Sepp Kusstatscher, Toine Manders

  • [1]  Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea - C 286, volum 51, tal-10 ta' Novembru 2008, Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit rigward is-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet , Kapitolu 2, punt 42.

PROĊEDURA

Titolu

Tipi ġodda ta' spejjeż eliġibbli għal kontribut mill-EFS (emenda tar-Regolament (KE) Nru 1081/2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew)

Referenzi

COM(2008)0813 – C6-0454/2008 – 2008/0232(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

26.11.2008

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

15.12.2008

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

15.12.2008

CONT

15.12.2008

REGI

15.1.2009

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

Data tad-deċiżjoni

CONT

20.1.2009

 

 

 

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Karin Jöns

2.12.2008

 

 

Eżami fil-Kumitat

11.2.2009

2.3.2009

 

 

Data tal-adozzjoni

2.3.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Andersson, Edit Bauer, Iles Braghetto, Philip Bushill-Matthews, Milan Cabrnoch, Alejandro Cercas, Luigi Cocilovo, Jean Louis Cottigny, Jan Cremers, Richard Falbr, Joel Hasse Ferreira, Roger Helmer, Karin Jöns, Jean Lambert, Bernard Lehideux, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Siiri Oviir, Rovana Plumb, Bilyana Ilieva Raeva, Elisabeth Schroedter, Gabriele Stauner, Ewa Tomaszewska, Anne Van Lancker, Gabriele Zimmer

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Françoise Castex, Gabriela Creţu, Donata Gottardi, Anna Ibrisagic, Rumiana Jeleva, Sepp Kusstatscher, Jamila Madeira, Viktória Mohácsi, Georgios Toussas

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Glenn Bedingfield, Herbert Bösch, Maddalena Calia, Ljudmila Novak, Gianluca Susta, Silvia-Adriana Ţicău