RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-effiċjenza fl-enerġija u l-investimenti fl-enerġija rinovabbli fid-djar
13.3.2009 - (COM(2008)0838 – C6‑0473/2008 – 2008/0245(COD)) - ***I
Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
Rapporteur: Emmanouil Angelakas
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-effiċjenza fl-enerġija u l-investimenti fl-enerġija rinovabbli fid-djar
(COM(2008)0838 – C6‑0473/2008 – 2008/0245(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0838),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 162 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0473/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li ikkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6‑0134/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal regolament - att li jemenda Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Sabiex ikun żgur li l-għanijiet tal-koeżjoni ekonomika u soċjali kif stipulati fl-Artikolu 158 tat-Trattat tal-KE huma ssodisfati, l-interventi għandhom jimmiraw lejn familji bi dħul baxx, kif definit mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ. |
(4) Sabiex ikun żgurat li l-għanijiet tal-politika tal-koeżjoni kif stipulati fl-Artikolu 158 tat-Trattat tal-KE jiġu ssodisfati, l-interventi għandhom ikunu b’appoġġ għall-koeżjoni soċjali. |
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 4 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) Fir-rapport annwali tagħha għall-2007 l-Qorti Ewropea tal-Awdituri rrakkomandat li l-awtoritajiet leġiżlattivi u l-Kummissjoni għandhom ikunu lesti li jikkunsidraw mill-ġdid il-ħolqien tal-programmi ta' nfiq tal-ġejjieni billi tingħata l-kunsiderazzjoni xierqa biex il-bażi tal-kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli tiġi ssimplifikata u sabiex isir użu akbar tal-pagamenti ta' darba jew tal-pagamenti b'rata fissa minflok jiġu rrimburżati l-“ispejjeż reali". |
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 4 b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4b) Sabiex jiżgura li jkun hemm is-simplifikazzjoni meħtieġa fil-maniġment, l-amministrazzjoni u l-kontroll tal-operazzjonijiet li jirċievu għotja mill-ERDF, l-aktar meta jkunu marbuta ma' sistema ta' rimborż imsejsa fuq ir-riżultat, huwa xieraq li jiżdiedu tliet forom addizzjonali ta' spejjeż eliġibbli, jiġifieri, l-ispejjeż indiretti, il-pagamenti ta' darba u l-iskali standard tar-rata fissa ta' l-ispiża unitarja. |
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 4 c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4c) Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm ċertezza legali fir-rigward tal-eliġibilità tal-ispejjeż, dawn il-forom addizzjonali ta' spejjeż eliġibbli għandhom japplikaw għall-għotjiet kollha mogħtija mill-ERDF. Għaldaqstant, l-applikazzjoni retroattiva għandha tkun neċessarja b'effett mill-1 ta' Awwissu 2006, li hija d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006. |
Emenda 5 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1080/2006 Artikolu 7 – paragrafu 1a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1a. L-infiq fuq it-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija u fuq l-użu ta’ enerġija rinovabbli fi djar eżistenti favur familji bi dħul baxx għandu jkun eliġibbli għall-Istati Membri kollha. |
1a. F'kull Stat Membru, l-infiq fuq it-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija u fuq l-użu ta' enerġija rinnovabbli fi djar eżistenti għandu jkun eliġibbli sa ammont ta' 4% tal-allokazzjoni sħiħa mill-ERDF. |
|
L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kategoriji tad-djar eliġibbli fir-regoli nazzjonali tagħhom, skont it-termini tal-Artikolu 56(4) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, biex tkun ta’ appoġġ għall-koeżjoni soċjali. |
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1080/2006 Artikolu 7 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) Għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej: "3a. L-ispejjeż li ġejjin għandhom jikkwalifikaw għal kontribut mill-ERDF kif definit fil-paragrafu sakemm dawn isiru skont it-termini tar-regoli nazzjonali, inklużi r-regoli tal-kontabilità, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi kif previst aktar ’l isfel: fil-każ ta' għotijiet: (i) l-ispejjeż indiretti ddikjarati fuq bażi ta' rata fissa, sa 20% tal-ispejjeż diretti ta' operazzjoni; (ii) l-ispejjeż b'rata fissa kkalkolati bl-applikazzjoni tal-iskali standard tal-ispiża unitarja, kif definit mill-Istat Membru; (iii) is-somom ta' darba biex ikopru l-ispejjeżi kollha, jew parti minnhom, ta' operazzjoni. L-għażliet possibbli msemmijin fil-punti (i), (ii) u (iii) jistgħu jiġu kkombinati biss meta kull waħda minnhom tkopri kategorija differenti ta' spejjeż eliġibbli jew fejn jintużaw għal proġetti differenti fl-istess operazzjoni. L-ispejjeż imsemmija fil-punti (i), (ii) u (iii) għandhom jiġu stabbiliti bil-quddiem fuq il-bażi ta' kalkolu ġust, ekwu u li jista’ jiġi vverifikat. Is-somma ta' darba msemmija fil-punt (iii) ma għandhiex taqbeż l-EUR 50,000.". |
Emenda 7 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. |
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. |
|
L-Artikolu 1(2a) ta' din ir-Regolament għandu japplika b'effett mill-1 ta' Awwissu 2006. |
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. |
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. |
NOTA SPJEGATTIVA
Nhar is-26 ta' Novembru, b'rispons għall-kriżi finanzjarja li għaddejja bħalissa u r-rallentament fl-ekonomija Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat Pjan għall-Irkupru Ekonomiku tal-Ewropa wiesa'.
Il-Politika ta' Koeżjoni tal-UE, bħala l-akbar sors ta' investimenti fl-ekonomija reali, tagħti kontribut importanti lil dan il-pjan. Aktar minn 65% tal-allokazzjoni totali tiegħu għall-perijodu 2007-2013 ġa ġie mgħellem għal investiment fl-erba' oqsma ta' prijorità tal-istrateġija ta' Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi. Għalhekk, xejn ma huwa tal-istagħġib li ttieħdu miżuri kemm leġiżlattiva u kemm non-leġiżlattivi biex jgħinu biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-proġett fejn qed jitwettqu u biex jinbnew il-fiduċja u d-dinamiżmu fl-ekonomija.
F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni ppreżentat proposti biex jiġu riveduti tlieta mir-Regolamenti tal-Fondi Strutturali tal-UE ta' bħalissa għall-perijodu 2007-2013: ir-Regolament Ġenerali, ir-Regolament għall-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali Ewropew (ERDF), u r-Regolament għall-Fond Soċjali Ewropew (ESF). F'termini ġenerali, l-iskop ta' dawn il-bidliet leġiżlsttivi huwa li jiżdied il-fluss tal-flus u tal-likwidità fl-Istati Membri, jiġi ffaċilitat l-użu tal-istrument għall-inġinerija finanzjarja, issemplifikat u mwessa' l-użu tar-rata fissa u l-kosti tas-somma ta' dabra, u jitwessgħu l-possibilitajiet ta' appoġġ għall-investiment fl-effiċjenza enerġetika u fl-enerġija rinnovabbli fid-djar.
Proposta tal-Kummissjoni - ir-Regolament ERDF
Il-Kummissjoni daħħlet emenda waħda għall-Artikolu 7 ("Eliġibilità tal-Infiq") tar-Regolament ERDF (1080/2006) bil-għand li jippermetti lill-Istati Membri tal-UE u lir-reġjuni kollha li jinvestu fl-effiċjenza enerġetika u fil-miżuri ta' enerġija rinnovabbli fid-djar bl-appoġġ tal-Fondi Strutturali tal-UE.
B'konsegwenza ta' dan, l-ERDF jista' jintuża biex jikkofinanzja l-iskemi tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali biex jiġu installati, ngħidu aħna, il-ħġieġ double-glazed, l-iżolament tal-ħitan, u l-pannelli solari fid-djar, jew jiġu rimpjazzati d-dwiegħ il-qodma biex flokhom jintużaw oħrajn aktar effiċjenti enerġetikament. Din il-miżura se tapplika għall-UE-27 kollha kemm huma, u kienet oriġinarjament intiżi biex tittratta biss lill-menages domestiċi bi dħul baxx.
Għandu jiġi mfakkar li, skont ir-Regolament ta' bħalissa, l-ERDF ġa jappoġġja l-interventi fis-settur tad-djar, inkluża l-effiċjenza enerġetika, imma biss għall-Istati Membri l-ġodda (UE-12) u soġġett għal bosta kondizzjonijiet. F'termini prattiċi, l-ERDF seta' jintuża biss għall-partijiet komuni ta' bini (jew il-bini kollu kemm hu fil-każ tal-akkomodazzjoni soċjali) f'zoni urbani bin-nuqqasijiet.
Din il-proposta ma żżidx il-finanzjament u ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit komunitarju. Sempliċement tippermetti lill-Istati Membri, jekk hekk jixtiequ, li jċaqilqu l-prijoritajiet tagħhom u jirriprogrammaw il-Programmi Operazzjonali tagħhom b'mod li jiffinanzjaw l-azzjonijiet f'dan il-qasam.
Il-kompromess tal-Kunsill dwar ir-Regolament ERDF
Il-Kunsill irnexxielu jsib kompromess fl-ewwel qari tar-reviżjoni tar-Regolament ERDF fi żmien limitat ħafna. Il-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar il-Miżuri Strutturali nnegozja għadd ta' bidliet għall-proposta tal-Kummissjoni dwar il-djar, u ċoè:
· L-eliminazzjoni tar-referenza għall-"menages domestiċi bi dħul baxx", li kienet problematika mhux lanqas minħabba d-definizzjonijiet differenti ta' dan it-terminu skont ir-regoli nazzjonali. Minflok, qiegħed jingħad li l-interventi fil-qasam tad-djar għandhom jappoġġjaw il-koeżjoni soċjali, u jħallu fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri li jiddeterminaw il-kategoriji eżatti ta' djar eliġibbli.
· Ġie impost limitu ta' 4% tal-allokazzjoni ERDF totali għal kull Stat Membru dwar l-infiq fuq it-titjib tal-effiċjenza enerġetika u dwar l-użu tal-enerġija rinnovabbli fid-djar eżistenti.
Il-Kunsill żamm l-għażla li hemm fil-proposta tal-Kummissjoni, jiġifieri li dan it-tip il-ġdid ta' interventi fis-settur tad-djar għandu jkun disponibbi fl-Istati Membri kollha tal-UE, filwaqt li l-Istati Membri l-"ġodda" (UE-12) xorta jkunu jistgħu jiffinanzjaw tipi oħrajn ta' nfiq għad-djar skont ir-regoli ERDF uxxenti (u għal ammont massimu ta' 3% tal-allokazzjoni ERDF għall-programmi operazzjonali konċernati jew 2% tal-allokazzjoni ERDF totali fuq livell nazzjonali). L-infiq totali fuq id-djar f'kull wieħed mill-Istati Membri l-ġodda, li jaġixxu skont regoli u dispożizzjonijiet differenti, jista' jlaħħaq is-6% tal-allokazzjoni ERDF totali.
Il-Kunsill iddeċieda li jintegra fir-Regolament ERDF paragrafu ġdid sabiex jiżgura s-semplikazzjoni amministrattiva neċessarju għall-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-kontroll tal-operazzjonijiet. Dan il-paragrafu l-ġdid, oriġinarjament propost mill-Kummissjoni Ewropea biss għar-Regolament ESF (1081/2006), ġie wkoll inkluż mill-Kunsill fir-Regolament ERDF biex jiżgura l-uniformità tar-regoli bejn il-Fondi Strutturali.
Din ir-regola l-ġdida ssegwi r-rakkomandazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri[1] li tkun issemplifikata l-bażi tal-kalkolu tal-kosti eliġibbli u li jsir użu akbar tas-somma ta' darba jew tal-pagamenti b'rata fissa minflok rimborż tal-"kosti reali". Dan huwa intiż biex tiġi ssemplifikata d-dikjarazzjoni tal-infiq u tiddaħħal sistema ta' rimborż aktar imsejsa fuq ir-riżultati. Għandu jkun partikolarment ta' benefiċju għall-infiq operazzjonali u għandu jippermettu lill-awtoritajiet pubbliċi li jħejju l-proġetti u l-miżuri aktar malajr u effiċjentement.
Skont id-dispożizzjoni l-ġdida, it-tliet forom addizzjonali ta' kosti eliġibbli ġew introdotti għall-għotijiet ERDF kollha u skont it-termini tar-regoli nazzjonali: il-kosti indiretti (sa 20% tal-kosti diretti ta' operazzjoni), somom ta' darba (sa massimu ta' EUR 50,000) u skaletta standard b'rata fissa ta' unità ta' kosti.
Valutazzjoni tar-reviżjoni proposta għar-Regolament ERDF
Ir-rapporteur jara b'mod favorevoli ħafna l-bidla proposta għar-Regolament ERDF, f'dak li għandu x'jaqsam mal-investimenti għall-effiċjenza enerġetika u l-użu tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tad-djar u fl-Istati Membri kollha tal-UE.
Din il-miżuri l-ġdid ma hijiex se tikkontribwixxi biss għall-promozzjoni tal-kompetittività tal-UE u l-ħolqien tal-impjiegi fl-UE, imma se jkollha wkoll impatt fuq il-ksib tal-objettivi tal-Istrateġija għall-Enerġija u l-Bidla Klimatika tal-UE, peress li huwa stmat li biss biss il-bini huwa sors ta' 40% tal-emissjonijiet tal-gassijiet tas-serra fl-UE, filwaqt li wisq enerġija tinħela fil-bini minħabba tisħin, sistemi ta' arja kkundizzjonata u ta' tidwil ineffiċjenti. Il-Kummissjoni tqis li l-iffrankar tal-enerġija li żżomm l-ekwilibrija bejn il-kost u l-effett fil-qasam tal-kostruzzjoni jista' jlaħħaq it-28% sal-2020.
Jeħtieġ li jiġi sottolineat li d-deċiżjoni biex jiġu appoġġjati l-investimenti fl-enerġija fil-bini hija kompetenza esklussiva tal-Istati Membri, billi ma hemm l-ebda kompetenza UE f'dan il-qasam. B'danakollu, din il-miżura l-ġdida, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, jista' jagħti lill-Istati Membri l-possibilità li jagħmlu dan it-tip ta' investimenti bl-appoġġ tal-fondi strutturali tal-UE, filwaqt li d-deċiżjoni dwar l-użu tagħhom tibqa' fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri.
It-twessigħ tal-ambitu tar-regoli għall-eliġibilità ERDF dwar id-djar biex tinkludi wkoll l-azzjonijiet fl-Istati Membri l-"qodma" kienet waħda mit-talba tal-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2007 dwar il-politika għad-djar u l-politika reġjonali. Għall-ewwel il-Kummissjoni kienet kontra din l-estensjoni. Huwa għajb li ħtiġna l-"impetu" tal-kriżi finanzjarja biex indaħħlu tali miżura għall-Unjoni kollha.
Ir-rapporteur iqis ukoll li l-kompromess milħuq fil-Kunsill jirrappreżenta titjib fuq il-proposta oriġinarja tal-Kummissjoni. L-eliminazzjoni tar-referenza għall-"menages domestiċi bi dħul baxx", fejn dawn l-investimenti kienu oriġinarjament intiżi li jilħqu, hija miżura korretta. L-Istati Membri għandu jkollhom il-poter jiddeċiedu l-kategoriji tad-djar eliġibbli skont ir-regoli nazjzonali, u b'hekk iwaqqfu l-kriterji tagħhom (fuq il-bażi, ngħidu aħna, tal-karatteristiċi ġeografiċi tal-inħawi fejn se jsiru l-investimenti, eż. fi gżejjer jew reġjuni muntanjużi).
In oltre, il-limitu ta' 4% għal dan it-tip ta' nfiq ukoll ġus ukoll, għax iżomm lill-Istati Membri milli jabbużaw mir-regola l-ġdida billi jirriorjentaw ammont sproporzjonat tal-portafoll ERDF nazzjonali tagħhom għal dat-tip ta' investimenti. B'danakollu, huwa importanti li jiġi nnutat li d-dejta reċenti dwar l-Istati Membri l-ġodda (li setgħu jibbenefikaw mill-investimenti fis-settur tad-djar sa mill-bidu tal-perijodu kurrenti ta' programmazzjoni) turi li f'bosta każi dawn l-investimenti ma laħqux lanqas il-1% tal-allokazzjoni ERDF totali fuq livell nazzjonali, u żgur li ma laħqux il-limitu ta' 2%.
Għal dak li għandu x'jaqsam mad-dispożizzjoni l-ġdida dwar it-twessigħ tal-użu tar-rati fissi u s-somom ta' darba, ir-rapporteur jemmen li huwa mistenni li għandu jkollhom impatt pożittiv ħafna fuq il-ġestjoni ta' kuljum tal-Fondi Strutturali. Għal din ir-raġuni, u wkoll jekk proposta biss f'mument ta' kriżi, dawn ir-regoli jimmeritaw l-appoġġ sħiħ tal-Parlament Ewropew, li ripetutament tkellem favur tali semplifikazzjoni u kien partikolarment attiv f'dawn l-aħħar sentejn biex jindika l-ħtieġa ta' aktar semplifikazzjoni u tenna t-talbiet tiegħu lill-Kummissjoni biex tieħu passi urġenti għal dan il-għan.
Iżda l-Parlament Ewropew għandu jara lil dan bħala l-ewwel pass importanti f'sensiela ta' miżuri li jeħtieġ jittieħdu biex jiġu ssemplifikati l-mekkaniżmi ta' tħaddim tal-politika tal-koeżjoni tal-UE. Il-Kummissjoni stabbilit task force bil-għan li tirrevedi r-Regolamenti tal-Fondi Strutturali 2007-2013 kurrenti, kif ukoll ir-Regolamenti tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta' dawn ir-Regolamenti. Il-Parlament, għalhekk, qed jistenna b'ħerqa aktar proposti ta' semplifikazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni fix-xhur li ġejjin. Jekk dawn isirux emendi leġiżlattivi konkreti tar-Regolamenti, jeħtieġ li jiġi analizzat ulterjorment. Ir-rapporteur jilqa' tali żvilupp, jekk tali proposti jistgħu ġa jiġu implimentati matul it-tieni nofs tal-perijodu ta' programmazzjoni kurrenti.
Ir-rapport tal-Parlament Ewropew
Ir-reviżjoni ta' dan ir-Regolament issir skont il-proċedura tal-ko-deċiżjoni, li tagħti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jeddijiet u setgħat indaqs biex jemenda l-proposta tal-Kummissjoni.
Fi skambju ta' opinjonijiet mal-Presidenza Ċeka, rappreżentata mill-Viċi-Prim Ministru s-Sur Jiří Čunek, u l-Kummissarju responsabbli mill-Politika Reġjonali Danuta Hübner, fil-Kumitat REGI nhar id-19 ta' Jannar 2009, il-ħtieġa li l-Parlament jilħaq ftehima malajr ġiet aċċentwata kjarament, l-aktar minħabba fil-fatt li l-Grupp ta' Ħidma rispettiv tal-Kunsill irnexxielu jilħaq konsensus fi tliet laqgħat konsekuttivi biss. L-argument il-prinċipali ppreżentat kien li d-dispożizzjonijiet il-ġodda introdotti fir-Regolamenti emendati ħtieġ li jiġu implimentati mingħajr dewmien, għall-benefiċċju taċ-ċittadini Ewropej, l-aktar minħabba li r-reviżjoni tal-pakkett leġiżlattiv timmira li tgħin lill-Istati Membri jegħlbu - fost ostakli oħrajn - il-problemi eżistenti tagħhom ta' likwidità.
Ir-rapporteur jagħraf kompletament l-urġenza tal-kwestjoni u l-ħtieġa li l-proċedur ta' kodeċiżjoni tiġi konkluża mal-ewwel qari, minħabba f'dan li ġej:
· dawn huma ċirkostanzi eċċezzjonali li jitolbu miżuri eċċezzjonali, u r-rispons tal-UE għall-kriżi finanzjarja għandha tkun kemm effiċjenti kif ukoll f'waqtha;
· il-proposta tal-Kummissjoni kif emendata mill-Kunsill tirrappreżenta kompromess tajjeb ħafna li jista' jkollu effett pożittiv ħafna fejn titwettaq il-politika,
· il-proposti addizzjonali qed jiġu ppreparati mill-Kummissjoni għal aktar semplifikazzjoni tar-regoli eżistenti għall-ġestjoni tal-Fondi Strutturali.
Ir-rapporteur għalhekk iddeċieda li ma jippreżentax emendi, proposti jew addizzjonijiet ġodda għat-test tal-kompromess tal-Kunsill, li jirrikjedi sensiela ta' trilogi informi u possibilment tieni qari għall-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. Għalhekk, l-abbozz tar-rapport jinkludi emendi li jikkorrispondu biss mal-pożizzjoni tal-Kunsill, minħabba fl-urġenza tal-kwestjoni u l-ħtieġa innegabbli li liċ-ċittadini Ewropej tingħatalhom rispons malajr għall-kriżi.
Qabel l-adozzjoni ta' dan il-pakkett leġiżlattiv fil-plenarja, il-Parlament talab lill-Kummissjoni Ewropea tiddikjara pubblikament l-intenzjoni tagħha li tikkonduċi valutazzjoni fl-2010 tar-riformi intrapriżi wara l-adozzjoni tat-tliet Regolament revisti.
- [1] ara r-rapport 2007 tal-Qorti tal-Awdituri
PROĊEDURA
Titolu |
Investimenti fl-effiċjenza enerġetika u fl-enerġiji li jiġġeddu marbuta mal-alloġġ (emenda tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali) |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0838 – C6-0473/2008 – 2008/0245(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
3.12.2008 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
REGI 13.1.2009 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 13.1.2009 |
|
|
|
||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ITRE 19.1.2009 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Emmanouil Angelakas 19.1.2009 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
19.1.2009 |
12.2.2009 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
9.3.2009 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
36 0 1 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Emmanouil Angelakas, Stavros Arnaoutakis, Elspeth Attwooll, Jean Marie Beaupuy, Rolf Berend, Jana Bobošíková, Victor Boştinaru, Gerardo Galeote, Iratxe García Pérez, Monica Giuntini, Ambroise Guellec, Pedro Guerreiro, Marian Harkin, Jim Higgins, Mieczysław Edmund Janowski, Evgeni Kirilov, Constanze Angela Krehl, Florencio Luque Aguilar, Jamila Madeira, Sérgio Marques, Yiannakis Matsis, Iosif Matula, Markus Pieper, Wojciech Roszkowski, Elisabeth Schroedter, Catherine Stihler, Margie Sudre, Kyriacos Triantaphyllides, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Domenico Antonio Basile, Jan Březina, Den Dover, Ramona Nicole Mănescu, Samuli Pohjamo, Christa Prets, László Surján |
|||||||