RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi, li temenda d-Direttiva 2006/42/KE tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju
13.3.2009 - (COM(2008)0535 – C6‑0307/2008 – 2008/0172(COD)) - ***I
Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Leopold Józef Rutowicz
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi, li temenda d-Direttiva 2006/42/KE tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju
(COM(2008)0535 – C6‑0307/2008 – 2008/0172(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0535),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6 0307/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0137/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 4 a (ġdida) | |||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
|
|
(4a) Makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċida jinkludi makkinarju li jaħdem waħdu, jew li jkun irmunkat, immuntat ma’ vettura, parzjalment immuntat, makkinarju maqtugħ mill-art, kif ukoll makkinarju wieqaf maħsub għall-applikazzjoni tal-pestiċida, kemm għall-użu professjonali kif ukoll għall-użu tal-konsumatur. Jinkludi wkoll makkinarju tal-elettriku, jew makkinarju li jitħaddem bl-idejn, li jista’ jinġarr u jinżamm fl-idejn b’kompartiment taħt pressjoni. Meta titqies din l-għażla vasta u diversifikata tal-prodotti, ċerti rekwiżiti ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw għal tipi speċifiċi ta' makkinarju. | ||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 4 b (ġdida) | |||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
|
|
(4b) Din id-Direttiva hija limitata għar-rekwiżiti essenzjali li l-makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi għandu jkun konformi magħhom qabel jitqiegħed fis-suq u/jew jintuża, filwaqt li l-organizzazzjonijiet ta’ standardizzazzjoni Ewropej huma responsabbli għat-tfassil ta’ standards tekniċi li jipprovdu speċifikazzjonijiet dettaljati għal numru ta' kategoriji ta' makkinarju sabiex jippermettu lill-produtturi biex jikkonformaw ma’ dawk ir-rekwiżiti. Huwa essenzjali wkoll li l-partijiet kollha interessati, inklużi l-industrija, il-bdiewa u l-organizzazzjonijiet ambjentali, jkunu involuti b'mod ugwali fl-istabbiliment tal-istandards armonizzati, sabiex ikun żgurat li l-istandards jiġu adottati fuq bażi ta' qbil unanimu fost il-partijiet kollha interessati. | ||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 4 c (ġdida) | |||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
|
|
(4c) Meta jiġu stabbiliti r-rekwiżiti ambjentali u tas-saħħa għall-applikazzjoni tal-pestiċida bil-makkinarju, għandu japplika l-prinċipju prekwazjonarju, f'konformità mad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Kommunitajiet Ewropej u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Frar 2000 dwar il-prinċipju prekawzjonarju (COM(2000)0001). | ||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
L-inkorporazzjoni ta' referenza fil-prinċipju prekawzjonarju fit-test tad-direttiva huwa konsisteni mal-bżonn tal-ħarsien ambjentali u, b'hekk, jaqdi l-għan tad-direttiva | |||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 - punt 1 Direttiva 2006/42/KE Artikolu 2 - punt m | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
Jeħtieġ li tiżdied definizzjoni ġdida ta' 'rekwiżiti essenzjali ta' saħħa u sikurezza', li tinkludi referenza għall-ħarsien tal-ambjent, sabiex tkun evitata l-ħtieġa li jiġu emendati ħafna referenzi għal dan it-terminu fid-Direttiva dwar il-Makkinarju. Din l-emenda tikkjarifika wkoll l-iskop tal-applikazzjoni tal-protezzjoni tal-ambjent. | |||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 - punt 2 Direttiva 2006/42/KE Article 4 - paragrafu 1 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
Kjarifikazzjoni tal-iskop tal-applikazzjoni tal-protezzjoni ambjentali fid-Direttiva dwar il-Makkinarju. | |||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Direttiva 2006/42/KE Artikolu 9 – paragrafu 3 – l-ewwel subparagrafu | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
Kjarifikazzjoni tal-iskop tal-applikazzjoni tal-protezzjoni ambjentali fid-Direttiva dwar il-Makkinarju. | |||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Direttiva 2006/42/KE Artikolu 11 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
Kjarifikazzjoni tal-iskop tal-applikazzjoni tal-protezzjoni ambjentali fid-Direttiva dwar il-Makkinarju. | |||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 - punt 5 - punt a Direttiva 2006/42/KE Anness I - Prinċipji Ġenerali - Punt 1 - paragrafu 2 - inċiż 3 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
Kjarifikazzjoni tal-iskop tal-applikazzjoni tal-protezzjoni ambjentali fid-Direttiva dwar il-Makkinarju. | |||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 - punt 5 - punt a a (ġdid) Direttiva 2006/42/KE Anness I – Prinċipji Ġenerali – Punt 4 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
Kjarifikazzjoni tal-iskop tal-applikazzjoni tal-protezzjoni ambjentali fid-Direttiva dwar il-Makkinarju. | |||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 - punt 5 - punt a b (ġdid) Direttiva 2006/42/KE Anness I – punt 1.1.1 – punt a | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
Kjarifikazzjoni tal-iskop tal-applikazzjoni tal-protezzjoni ambjentali fid-Direttiva dwar il-Makkinarju. | |||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 - punt 5 - punt a c (ġdid) Direttiva 2006/42/KE Anness I – Punt 1.1.1 – punt e | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
Kjarifikazzjoni tal-iskop tal-applikazzjoni tal-protezzjoni ambjentali fid-Direttiva dwar il-Makkinarju. | |||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 - punt 5 - punt a d (ġdid) Direttiva 2006/42/KE Anness I – Punt 1.1.2 – punt a | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
Kjarifikazzjoni tal-iskop tal-applikazzjoni tal-protezzjoni ambjentali fid-Direttiva dwar il-Makkinarju. | |||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 - punt 5 - punt a e (ġdid) Direttiva 2006/42/KE Annes I – Punt 1.1.3 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
Kjarifikazzjoni tal-iskop tal-applikazzjoni tal-protezzjoni ambjentali fid-Direttiva dwar il-Makkinarju. | |||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 – punt b – punt ii Direttiva 2006/42/KE Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.1 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
L-għan ta' din l-emenda hu biex fl-iskop tad-direttiva jiġi inkluż makkinarju użat biex tinżera' żerriegħa miksija bil-pestiċida. Materjal bil-pestiċida kkawża ammont sinifikanti ta' mwiet fost in-naħal f'għadd ta' pajjiżi Ewropej, filwaqt li l-makkinarju użat biex jiżra' bi pressjoni qawwija jaf iwassal ukoll għal ammont għoli ta' trab tal-pestiċidi mitfugħ fl-ambjent. Għalhekk, id-disinn u l-kostruzzjoni tajba ta' dan il-makkinarju jista' jkollhom irwol sinifikattiv fit-tnaqqis tal-impatti kuntrarji tal-materjal li jkollu l-pestiċida. | |||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 - punt 5 - punt b - punt ii Direttiva 2006/42/KE Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.2 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 2 - punt 5 - punt b - punt ii Direttiva 2006/42/KE Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.3 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 – punt b – punt ii Direttiva 2006/42/KE Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.3.1 (ġdid) | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 – punt b – punt ii Direttiva 2006/42/KE Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.3.2 (ġdid) | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 – punt b – punt ii Direttiva 2006/42/KE Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.4 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 – punt b – punt ii Direttiva 2006/42/KE Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.5.2 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
Jeżistu mezzi tekniċi li jevitaw il-ħsara għall-ambjent. Madankollu, għandhom jintużaw b'mod sistematiku jekk għandu jintlaħaq l-għan ta' din id-direttiva. | |||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 – punt b – punt ii Direttiva 2006/42/KE Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.5.2 a (ġdid) | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 – punt b – punt ii Direttiva 2006/42/KE Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.5.2 b (ġdid) | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 – punt b – punt ii Direttiva 2006/42/KE Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.5.2 c (ġdid) | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 - punt 5 - punt b - punt ii Direttiva 2006/42/KE Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.6.1 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 - punt 5 - punt b - punt ii Direttiva 2006/42/KE Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.6.2 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 - punt 5 - punt b - punt ii Direttiva 2006/42/KE Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.6.2 a (ġdid) | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 - punt 5 - punt b - punt ii Direttiva 2006/42/KE Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.7.2 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
Ir-referenza għad-daqs tax-xiba għandha titneħħa minħabba li x-xibka, li hija l-ħaġa l-aktar użata b'mod komuni għall-filtri, mhix xierqa għall-bexxiexa fejn l-għażla t-tajba hija passaġġ ħieles bejn il-filamenti. Ix-xibka, definita bħala għadd ta' filamenti kull pulzier, ma tqisx id-dijametru tal-filamenti, jiġifieri filtri li għandhom l-istess daqs ta' xibka jista' jkollhom valur ta' passaġġ liberu differenti. L-ISO 19732 huwa msejjes fuq dan il-prinċipju ta' passaġġ liberu. Għalhekk, it-terminu "xibka" għandu jitneħħa u jeħtieġ li jkun hemm referenza għall-klassifikazzjoni ISO 19732 fir-reviżjoni tal-EN 12761. | |||||||||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 - punt 5 - punt b - punt ii Direttiva 2006/42/KE Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.7.2 a (ġdid) | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
Din l-informazzjoni għandha tkun utli għall-istaff mediku jekk il-ħaddiem jesperjenza problemi tas-saħħa jew għall-awtoritajiet pubbliċi fil-każ ta' inċident li jirriżulta mit-tixrid tal-pestiċida. | |||||||||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 - punt 5 - punt b - punt ii Direttiva 2006/42/KE Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.8 – punt a | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 - punt 5 - punt b - punt ii Direttiva 2006/42/KE Anness I - Taqsima 2.4 - Punt 2.4.8 - punt b | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 - punt 5 - punt b - punt ii Direttiva 2006/42/KE Anness I - Taqsima 2.4 - Punt 2.4.8 - punt b a (ġdid) | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 – punt b – punt ii Direttiva 2006/42/KE Anness I - Taqsima 2.4 - Punt 2.4.8 - punt b b (ġdid) | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 - punt 5 - punt b - punt ii Direttiva 2006/42/KE Anness I - Taqsima 2.4 - Punt 2.4.8 - punt d | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 - punt 5 - punt b - punt ii Direttiva 2006/42/KE Anness I - Taqsima 2.4 - Punt 2.4.8 - punt e | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 - punt 5 - punt b - punt ii Direttiva 2006/42/KE Anness I - Taqsima 2.4 - Punt 2.4.8 - punt g | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 – punt b – punt ii Direttiva 2006/42/KE Anness I – Taqsima 2.4 – Punt 2.4.8 – punt g a (ġdid) | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 37 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 - punt 5 - punt b - punt ii Direttiva 2006/42/KE Anness I - Taqsima 2.4 - Punt 2.4.8 - punt h | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 38 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafi 1 u 2 | |||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
|
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [DATA…]. Dawn għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b’dan. |
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa ...*. Dawn għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b’dan. | ||||||||||||||||||
|
Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet b’effett minn [DATA…]. |
Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet b’effett minn ...**. | ||||||||||||||||||
|
|
___________ * 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. ** 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. | ||||||||||||||||||
NOTA SPJEGATTIVA
Sfond għall-proposta preżenti
Nhar it-12 ta' Lulju 2006, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat Strateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi mmirata lejn it-tnaqqis tar-riskji u impatti negattivi globali tal-pestiċidi f'dak li għandu x'jaqsam ma' saħħet il-bniedem u mal-ambjent. L-Istrateġija Tematika kienet ikkomplementata minn proposta għal Direttiva li tistabbilixxi qafas għal azzjoni komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (hawn aktar ’l isfel, id-Direttiva tal-Qafas) u proposta għal Regolament dwar it-tqegħid tal-prodotti għall-protezzjoni tax-xitel fis-suq.
Wieħed mill-objettivi tad-Direttiva tal-Qafas huwa li jiddaħħalu r-rekwiżiti għall-Istati Membri biex iwaqqfu sistema għaż-żamma regolari u l-ispezzjoni perjodika tat-tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi li diġà qed jintuża professjonalment. Madanakollu, il-miżuri leġiżlattivi komplimentari huma neċessarji biex jiddaħħlu rekwiżiti ambjentali għad-disinn u l-kostruzzjoni tat-tagħmir il-ġdid. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni qiegħda issa tipproponi Direttiva dwar il-makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi, li temenda d-Direttiva 2006/42/KE (hawn aktar ’l isfel imsejħa d-Direttiva tal-Makkinarju).
Proposta tal-Kummissjoni
Id-Direttiva tal-Makkinarju 2006/42/KE, li se tibda tapplika mid-29 ta' Diċembru 2009 (sa dakinhar li d-Direttiva tal-Makkinarju attwali 98/37/KE tibqa' tapplika) telenka r-rekwiżiti essenzjali għas-saħħa u s-sikurezza li l-makkinarju li jitqiegħed fis-suq intern għandu jissodisfa jekk għandhom jibbenefikaw mill-moviment liberu fi ħdan il-Komunità. Id-Direttiva tal-Makkinarju tapplika diġa għall-makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċida għal dak li għandu x'jaqsam mal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-operaturi u persuni oħrajn esposti. L-iskop tal-proposta preżenti huwa li temenda d-Direttiva tal-Makkinarju biex jiddaħħlu rekwiżiti essenzjali speċifiċi għall-protezzjoni tal-ambjent.
Miżuri nazzjonali u l-ħtieġa għall-armonizzazzjoni
Minkejja li l-leġiżlazzjoni komunitarja fil-preżenti ma tinkludi ebda rekwiżit għall-protezzjoni tal-ambjent għall-makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċida, bosta Stati Membri daħħlu miżuri nazzjonali (rekwiżiti tekniċi u proċeduri ta' ċertifikazzjoni) li għandhom jiġu segwiti meta jitqiegħed makkinarju ġdid fis-swieq tagħhom, filwaqt Stati Membri oħra ħabbru abbozzi ta' regolamenti f'dan il-qasam.
Jekk il-għemil tar-rekwiżiti ambjentali jitħalla f'idejn l-Istati Membri, għal dak li għandu x'jaqsam mal-makkinarju ta' dan it-tip, l-effett ikun li jiġu pperpetwati jew saħansitra mkattrin id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri nazzjonali diverġenti li għandhom għanijiet simili. Dan ikun jikkostitwixxi ostakolu għall-moviment ħieles tal-oġġetti fil-Komunità u jiġġenera żvantaġġi u spejjeż żejda għall-industrija u b'mod partikolari għall-kumpaniji ż-żgħar u ta' daqs medju li huma l-manifatturi tipiċi tal-apparat għall-bexx.
Għalhekk, sabiex jinkiseb l-istess livell ta' ħarsien ambjentali fl-UE, huwa neċessarju li jkun hemm armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tal-ħarsien ambjentali u tal-proċeduri tal-evalwazzjoni tal-konformità għall-makkinarju użat fl-applikazzjoni tal-pestiċidi, barra minn hekk, dan huwa wkoll meħtieġ biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta bejn il-manifatturi u jiġi ffaċilitat il-moviment ta' dawn il-prodotti fil-Komunità.
Standards Armonizzati
Peress li hija Direttiva b'"Approċċ Ġdid", id-Direttiva tal-Makkinarju tippromwovi l-armonizzazzjoni permezz ta' kombinazzjoni ta' rekwiżiti tas-saħħa u tas-sikurezza u standards armonizzati volontarji, imħejjijin mill-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropej, li jipprovdu l-ispeċifikazzjonijiet iddettaljati li jippermettu lill-manifatturi li jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali tad-direttiva. Minkejja li l-applikazzjoni tal-istandards hija volontarja, xorta waħda għandhom l-għamla ta' linji-gwida, u għalhekk għandu jkollhom ċerta influwenza fuq id-disinn u l-bini tal-makkinarju.
Għal dak li għandu x'jaqsam mal-makkinarju użat fl-applikazzjoni tal-pestiċida, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) żviluppa standards armonizzati marbutin mas-saħħa u s-sikurezza tal-operaturi. Sa mill-2001, adotta ukoll standard (EN 12761) li jagħti l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati biex jiġu mminimizzati r-riskji għall-ambejnt li ġejjin mill-użu ta' dan il-makkinarju.
L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) żviluppat ukoll għadd ta' standards biex tiżgura grad għoli ta' integrazzjoni tal-aħħar teknoloġija fil-makkinarju użat għall-applikazzjoni tal-pestiċidi u biex tiżgura kriterji uniformi għall-evalwazzjoni tas-sistema ta' bexx f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwalità tax-xogħol, is-sikurezza tal-ħaddiem, u l-ħarsien tal-ambjent.
Ladarba jintlaħaq qbil politiku dwar din id-direttiva, il-Kummissjoni tagħti l-mandat neċessarju lis-CEN biex jadotta l-EN 12761 u jiżviluppa l-istandards ġodda li jistgħu jkunu neċessarji biex jiġu appoġġjati r-rekwiżiti essenzjali tad-direttiva l-ġdida għall-kategoriji varji ta' makkinarju użat fl-applikazzjoni tal-pestiċidi.
Il-pożizzjoni ġenerali tar-rapporteur
Ir-Rapporteur jappoġġja b'mod sħiħ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva dwar il-Makkinarju biex tarmonizza r-rekwiżiti ambjentali għall-makkinarju użat fl-applikazzjoni tal-pestiċidi. Id-disinn u l-kostruzzjoni tajba ta' dan il-makkinarju għandhom rwol sinifikattiv fit-tnaqqis tal-impatti kuntrarji tal-pestiċidi fuq saħħet il-bniedem u fuq l-ambjent. Il-bexxiexa li jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda huma mistennija jikkonsmaw inqas pestiċidi u jnaqqsu l-ħela kkawżata mill-immaniġġjar tal-prodotti matul it-taħlit, il-mili, il-bexx u t-tindif.
L-ispejjeż li jistgħu jiġġarrbu minn dawk il-manifatturi li jkunu għollew l-istandards tal-prodott tagħhom b'mod sinifikattiv x'aktarx se jwasslu għal żidiet fil-prezzijiet għall-utenti, dejjem fil-limiti imposti mill-kundizzjonijiet tas-suq. Madankollu, it-tnaqqis medju annwali li jirriżulta fl-użu tal-pestiċidi indubjament iwassal biex l-utenti jiffrankaw u dan x'aktarx iwassal biex tiġi kkumpensata ż-żieda possibbli fl-ispejjeż ta' ċertu tagħmir tal-bexx. Mill-banda l-oħra, il-possibilità ta' spejjeż marbutin mal-applikazzjoni tar-rekwiżiti armonizzati l-ġodda jintgħelbu mit-tnaqqis fl-ispejjeż li jirriżultaw min-non-armonizzazzjoni, jiġifieri l-piż amministrattiv imġarrab mill-manifatturi meta jridu japplikaw regolamenti u proċeduri nazzjonali diverġenti.
Għalhekk, id-Direttiva proposta tilħaq l-għan tagħha li tiżgura livell komuni ta' ħarsien tal-ambjent u fl-istess waqt tevita qafas regolatorju fframmentat fil-Komunità li jista' joħloq spejjeż sinifikattivi għall-impriżi li jkunu jixtiequ jwettqu attivitajiet kummerċjali transkonfinali.
Madankollu, ir-Rapporteur iqis li l-preċiżjoni u l-kjarifika huma meħtieġa fuq għadd ta' punti sabiex jinkiseb l-objettiv prefiss tal-ħarsien tal-ambjent u ta' saħħet il-bniedem, filwaqt li jiġi żgurat li ma jkunx hemm diskriminazzjoni bejn il-manifatturi u li jkun hemm kompetizzjoni ġusta fis-suq intern. Għaldaqstant, ippropona għadd ta' emendi, bl-għan wiesa' li jissemplifika, jikkjarifika, u jsaħħaħ id-dispożizzjonijiet suġġeriti mill-Kummissjoni.
Ir-Rapporteur qies it-taħditiet li saru matul il-Workshop organizzat mill-Kummissjoni dwar is-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur nhar il-11 ta' Diċembru 2008 kif ukoll l-input li daħal minn bosta partijiet interessati, minn istituzzjonijiet u mid-dinja akkademika, bħalma huma s-CEN (il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni), is-CEMA (il-Kumitat Ewropew għall-Assoċjazzjonijiet tal-Manifatturi tal-Makkinarju Agrikolu), in-Netwerk ta' Azzjoni dwar il-Pestiċidi tal-Ewropa, l-Orgalime (l-Assoċjazzjoni tal-Industriji tal-Inġinerija Ewropej), iċ-Ċentru Federali ta' Riċerki Istitut Julius Kühn għax-Xitel Ikkultivat (JKI-Ġermanja), u d-Dipartiment tal-Inġinerija tal-Biedja u l-Informatika tal-Università tal-Biedja ta' Krakovja.
Il-proposti tar-Rapporteur jiffokaw fuq il-kwestjonijiet li ġejjin:
1. Kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva
Ir-Rapporteur huwa konxju li r-referenza ġenerali għall-ħarsien tal-ambjent fil-proposta tal-Kummissjoni wasslet għal tħassib min-naħa tal-industrija u ta' bosta Stati Membri dwar il-possibbli estensjoni mhux intenzjonata tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-ħarsien tal-ambjent għal tipi oħra ta' makkinarju koperti bid-Direttiva tal-Makkinarju. Ir-Rapportuer jikkunsidra li din ir-referenza ġenerali għall-ħarsien tal-ambjent għandha tinżamm fit-test tad-direttiva. Rekwiżiti għal tipi oħra ta' makkinarju jistgħu possibilment jiġu ntrodotti fil-futur wara valutazzjoni ta' impatt mill-Kummissjoni.
2. Ir-rekwiżiti għall-ħarsien tal-ambjent għall-makkinarju użat fl-applikazzjoni tal-pestiċidi (Anness I, Taqsima 2.4)
Ir-rapporteur ressaq wkoll għadd ta' emendi dwar punti individwali fit-Taqsima 2.4 biex isaħħaħ ir-rekwiżiti ambjentali applikabbli għall-makkinarju użat fl-applikazzjoni tal-pestiċida, bil-għan li jiżgura li jkun iddisinjat u mibni b'mod li jiggarantixxi standard għoli ta' protezzjoni għal saħħet il-bniedem u għall-ambjent (Emendi 9-25). Iddaħħlu wkoll xi dispożizzjonijiet għat-titjib tal-istruzzjonijiet mogħtija mill-manifattur ta' dan il-makkinarju.
3. Riferiment konsistenti għall-ħarsien tal-ambjent
Fl-aħħar nett, iddaħħlu set ta' emendi għal artikoli differenti tad-Direttiva dwar il-Makkinarju bil-għan wiesa' li jiġi żgurat riferiment konsistenti għall-ħarsien tal-annimali domestiċi, tal-proprjetà u tal-ambjent.
PROĊEDURA
|
Titolu |
Magni għall-applikazzjoni ta’ pestiċida |
|||||||
|
Referenzi |
COM(2008)0535 – C6-0307/2008 – 2008/0172(COD) |
|||||||
|
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
5.9.2008 |
|||||||
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 23.9.2008 |
|||||||
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 23.9.2008 |
AGRI 23.9.2008 |
|
|
||||
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ENVI 7.10.2008 |
AGRI 9.9.2008 |
|
|
||||
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Leopold Józef Rutowicz 7.10.2008 |
|
|
|||||
|
Eżami fil-kumitat |
10.11.2008 |
11.2.2009 |
9.3.2009 |
|
||||
|
Data tal-adozzjoni |
9.3.2009 |
|
|
|
||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
32 0 0 |
||||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Gabriela Creţu, Janelly Fourtou, Evelyne Gebhardt, Ioan Lucian Hămbăşan, Malcolm Harbour, Pierre Jonckheer, Eija-Riitta Korhola, Lasse Lehtinen, Nickolay Mladenov, Catherine Neris, Bill Newton Dunn, Zita Pleštinská, Karin Riis-Jørgensen, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Christel Schaldemose, Eva-Britt Svensson, Marianne Thyssen, Jacques Toubon, Bernadette Vergnaud |
|||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Emmanouil Angelakas, Wolfgang Bulfon, Colm Burke, Jan Cremers, Magor Imre Csibi, José Ribeiro e Castro, Søren Bo Søndergaard, Anja Weisgerber |
|||||||
|
Sostitut(i) skont l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali |
Christofer Fjellner, Jim Higgins, Maria Grazia Pagano |
|||||||
|
Data tat-tressiq |
16.3.2009 |
|||||||