RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 717/2007 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u d-Direttiva 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi
3.4.2009 - (COM(2008)0580 – C6‑0333/2008 – 2008/0187(COD)) - ***I
Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Adina-Ioana Vălean
Rapporteur għall-opinjoni (*):
Syed Kamall, Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
(*) Kumitati Assoċjati - Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 717/2007 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u d-Direttiva 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi
(COM(2008)0580 – C6‑0333/2008 – 2008/0187(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0580),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema Artikoli il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0333/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6‑0138/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li titbiegħed mit-test b'mod sostanzjali jew li tibdlu b'test ieħor;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
AMENDMENTS BY PARLIAMENT[1]*
to the Proposal for a
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 717/2007 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u d-Direttiva 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[2],
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[3],
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[4],
Billi:
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 717/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2007 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u li jemenda d-Direttiva 2002/21/KE stipula, fuq bażi eċċezzjonali u temporanja, limiti fuq it-tariffi li jistgħu jintalbu minn operaturi tal-mowbajl, fuq livelli tal-ingrossa u tal-imnut, għal forniment ta’ servizzi roaming internazzjonali għal sejħiet tal-vuċi li joriġinaw u jitterminaw fi ħdan il-Komunità. Dak ir-Regolament stabbilixxa wkoll regoli mmirati sabiex tiżdied it-trasparenza tal-prezzijiet u tittejjeb l-għotja ta' informazzjoni dwar it-tariffi lill-utenti ta’ servizzi roaming madwar il-Komunità.
(2) Il-Kummissjoni għamlet analiżi skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 717/2007, fejn intalbet tevalwa jekk l-għanijiet tar-Regolament kienux intlaħqu, tanalizza l-iżviluppi fit-tariffi bl-ingrossa u bl-imnut għall-forniment lil klijenti roaming ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi u d-dejta, inklużi l-SMS u l-MMS, u jekk ikun xieraq, tinkludi rakkomandazzjonijiet dwar il-ħtieġa tar-regolamentazzjoni ta’ dawk is-servizzi. Fir-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fil-Komunikazzjoni tagħha ta’ [ ] 2008[5], il-Kummissjoni kkonkludiet li kien xieraq li l-validità tar-Regolament jiġi estiż aktar mit-30 ta’ Ġunju 2010.
(3) Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet illi l-għan tar-Regolament (KE) Nru 717/2007 għandu jiġi estiż biex ikopri l-forniment fi ħdan il-Komunità tas-servizzi roaming tal-SMS u d-dejta. Il-karatteristiċi speċjali esibiti mis-swieq roaming internazzjonali, li ġġustifikaw l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 717/2007 u l-impożizzjoni ta’ obbligi fuq operaturi tal-mowbajl fir-rigward tal-forniment madwar il-Komunità ta’ sejħiet roaming tal-vuċi, japplikaw ugwalment għall-forniment tas-servizzi roaming tal-SMS u d-dejta madwar il-Komunità. Bħas-servizzi roaming tal-vuċi, is-servizzi roaming tal-SMS u d-dejta ma jinxtrawx indipendentement fil-livell nazzjonali iżda jikkostitwixxu parti biss minn pakket usa' li jixtru l-klijenti bl-imnut mill-fornitur ta' pajjiżhom, allura b'hekk jillimitaw il-forzi kompetittivi involuti. Hekk ukoll, minħabba n-natura transkonfinali tas-servizzi kkonċernati, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li huma responsabbli għas-salvagwardja u l-promozzjoni tal-interessi tal-klijenti mobbli residenti fit-territorju tagħhom ma jistgħux jikkontrollaw l-imġieba tal-operaturi tan-netwerk miżjura, li tinstab fi Stati Membri oħra.
(3a) Għandu jkun aktar faċli biex il-problemi strutturali relatati mas-servizzi roaming jissolvew f'suq uniku ġenwin għas-servizzi ta' komunikazzjoni bil-mowbajl, li għadu mhux implimentat kompletament fil-preżent, imma li għandu jkun l-għan aħħari ta' kull qafas regolatorju.
(4) Għal din ir-raġuni l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, waqt li jaġixxu fi ħdan il-Grupp Ewropew tar-Regolaturi (ERG), fit-tweġiba tiegħu għall-konsultazzjoni pubblika dwar l-analiżi tar-Regolament (KE) Nru 717/2007, għal darb' oħra talbu lill-Kummissjoni biex taġixxi fuq livell Komunitarju, kemm fir-rigward ta' l-estensjoni tar-Regolament fiż-żmien u kif ukoll fir-rigward tar-regolamentazzjoni tas-servizzi roaming tal-SMS u d-dejta.
(5) Dejta dwar l-iżvilupp tal-prezzijiet għal servizzi roaming tal-vuċi madwar il-Komunità minn meta daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 717/2007, inkluż b’mod partikolari dawk miġbura mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u rrapurtati kull tliet xhur permezz tal-ERG, ma tipprovdix biżżejjed provi li jissuġġerixxu li l-kompetizzjoni fil-livelli bl-ingrossa u bl-imnut se tkun aktarx sostenibbli minn Ġunju 2010 ’l quddiem fin-nuqqas ta’ miżuri regolatorji. Din id-dejta tindika li prezzijiet bl-imnut u bl-ingrossa jaqgħu kollha fil-limiti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 717/2007, jew qribhom, b’kompetizzjoni limitata biss taħt dawk il-limiti.
(6) L-iskadenza f’Ġunju 2010 tas-salvagwardji regolatorji li japplikaw għal servizz roaming tal-vuċi madwar il-Komunità fil-livelli tal-ingrossa u tal-imnut permezz tar-Regolament (KE) Nru 717/2007 għandha għalhekk twassal għal riskju sinifikanti li n-nuqqas ta’ pressjoni kompetittiva involuta fis-suq tar-roaming tal-vuċi u l-inċentiv għall-operaturi tal-mowbajl biex jiksbu l-massimu tad-dħul tar-roaming tagħhom jistgħu jwasslu biex il-prezzijiet bl-imnut u bl-ingrossa għal roaming madwar il-Komunità jerġgħu lura għal dawk li ma jikkostitwixxux riflessjoni raġonevoli tal-ispejjeż involuti fil-forniment tas-servizz, u b’hekk jheddu l-kisba tal-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 717/2007. Ir-Regolament (KE) Nru 717/2007 għandu għalhekk jiġi estiż 'il hemm mit-30 ta' Ġunju 2010 għal perjodu ieħor ta' tliet snin sabiex il-funzjonament tajjeb tas-suq intern ikun żgurat billi jiggarantixxi li l-konsumaturi jibqgħu jibbenefikaw mill-assigurazzjoni li mhux se jħallsu prezz eċċessiv meta mqabbel ma' prezzijiet nazzjonali kompetittivi meta jagħmlu jew jirċievu sejħa roaming regolata filwaqt li fl-istess ħin jipprovdi żmien biżżejjed biex il-kompetizzjoni tiżviluppa.
(6a) L-obbligi stipulati f'dan ir-Regolament m'għandhomx joħolqu tgħawwiġ fil-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni fost operaturi tal-mowbajls fi ħdan il-Komunità u m'għandhomx jintroduċu xi tip ta' vantaġġ kompetittiv, b'mod partikolari fuq il-bażi ta' daqs, tip ta' traffiku tar-roaming jew tas-suq domestiku tal-fornitur tas-servizzi roaming
(7) Il-livelli tat-tariffi medji bl-ingrossa massimi għal sejħiet roaming regolati stipulati bir-Regolament (KE) Nru 717/2007 għandhom ikomplu jonqsu matul iż-żmien li bih ser jiġi estiż ir-Regolament biex jirriflettu l-ispejjeż li qed jonqsu, inkluż tnaqqis fir-rati ta’ terminazzjoni tas-sejħiet bil-mowbajl regolati fl-Istati Membri, sabiex ikun żgurat li s-suq intern jiffunzjona tajjeb filwaqt li fl-istess ħin jibqgħu jilħqu l-għanijiet doppji ta’ tnaqqis ta’ prezzijiet eċċessivi filwaqt li jħallu l-operaturi liberi li jikkompetu u jagħmlu innovazzjonijiet.
(7a) Sabiex titqanqal u tissaħħaħ il-kompetizzjoni sostenibbli fis-servizzi roaming varji, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitoraw jekk hemmx diskriminazzjoni bejn fornituri kbar u iżgħar, b'mod partikulari, f'dak li għandu x'jaqsam mal-ikkalkular tal-prezzijiet bl-ingrossa.
(8) Id-data stabbilita għat-tnaqqis fil-limiti tal-prezzijiet massimi għal sejħiet roaming regolati fil-livelli tal-ingrossa, kif ukoll tal-imnut fl-2009, għandha titressaq ’il quddiem mit-30 ta’ Awwissu għall-1 ta’ Lulju, sabiex tiżgura konsistenza mal-introduzzjoni tal-obbligi rigward prezzijiet ta’ messaġġi SMS regolati pprovduti minn dan ir-Regolament. B’dan il-mod, l-utenti kemm tas-servizzi roaming tal-vuċi u dawk tal-SMS se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn tariffi ġodda matul il-perjodu li l-aktar li jkun hemm domanda għal dawk is-servizzi.
(8a) Meta l-limiti tat-tariffi ma jkunux denominati f'EUR, il-limiti tat-tariffi applikabbli għal-limiti inizjali skont l-Artikoli 3, 4a, 4b, 6a u l-valuri riveduti tal-limiti skont l-Artikoli 3(2) u 4(2) għandhom jiġi stabbiliti skont il-munita relevanti billi jiġu applikati r-rati ta' skambju ta' referenza ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fid-dati speċifikati f'dan ir-Regolament. Meta ma jkun hemm l-ebda pubblikazzjoni fid-data speċifikata, ir-rati ta' skambju ta' referenza applikabbli għandhom ikunu dawk ippubblikati fl-ewwel Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara din id-data li jkun jinkludi dan it-tip ta' rati ta' skambju ta' referenza.
(9) Billi l-konformità mal-limitu tat-tariffa bl-ingrossa stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 717/2007 titkejjel b’referenza għall-prezz medju bl-ingrossa li jkun hemm bejn kwalunkwe żewġ operaturi matul perjodu ta’ 12-il xahar, huwa xieraq li jiġi ċċarat illi l-perjodu jista’ jkun iqsar, pereżempju meta d-data ta’ tnaqqis skedat fil-livell tat-tariffa medja bl-ingrossa massima tintervjeni qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ 12-il xahar.
(10) Il-prattika minn xi operaturi tan-netwerk mobbli li jitħallsu għall-forniment ta’ sejħiet roaming bl-ingrossa abbażi ta’ perjodi minimi ta’ ħlas sa 60 sekonda, kif oppost għal bażi ta’ kull sekonda li normalment tapplika għal tariffi bl-ingrossa ta’ interkonnessjoni oħrajn, toħloq tgħawwiġ tal-kompetizzjoni bejn dawn l-operaturi and dawk li japplikaw metodi ta’ ħlas differenti u tnaqqas mill-applikazzjoni konsistenti tal-limiti ta’ prezzijiet bl-ingrossa introdotti mir-Regolament (KE) Nru 717/2007. Barra minn hekk tirrapreżenta tariffa addizzjonali li, billi żżid l-ispejjeż bl-ingrossa, għandha konsegwenzi negattivi fuq l-ipprezzar tas-servizzi roaming tal-vuċi fil-livell tal-imnut. L-operaturi tal-mowbajl għandhom għalhekk jintalbu jitħallsu għall-forniment bl-ingrossa ta’ sejħiet roaming regolati abbażi ta’ kull sekonda.
(11) Il-livelli massimi tal-Eurotariffa (kemm għal sejħiet li jsiru u dawk riċevuti) għandhom ikomplu jonqsu kull sena matul il-perjodu estiż ta’ validità tar-Regolament (KE) Nru 717/2007 b’mod konsistenti mat-tnaqqisiet meħtieġa matul il-perjodu inizjali tal-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, biex jirriflettu t-tkomplija ta’ tnaqqisiet fi prezzijiet mobbli domestiċi b’mod ġenerali, kif ukoll it-tkomplija tat-tnaqqisiet fl-ispejjeż involuti fil-forniment ta’ sejħiet roaming regolati. B’dan il-mod, tinżamm il-kontinwità tal-effetti tar-Regolament.
(12) Il-marġini miżjuda bejn tariffi bl-ingrossa u bl-imnut massimi provduti b’dan ir-Regolament għandhom jippermettu aktar skop għal operaturi biex jikkompetu fuq prezz fil-livell tal-imnut, u b'hekk ikun hemm l-akbar probabbiltà li jinħoloq suq kompetittiv kif suppost.
(12a) Ċerti operaturi jiffaċċjaw spejjeż bl-ingross ogħla minn oħrajn minħabba ċirkostanzi ġeografiċi jew oħrajn, bħal topografija diffiċli, reġjuni b'densità tal-popolazzjoni baxxa u influssi kbar ta' turisti f'perjodi qosra ta' żmien.
(13) L-ERG stima li l-prattika ta’ operaturi tal-mowbajl li jużaw intervalli ta’ ħlas ta’ aktar minn sekonda waħda, meta jitolbu l-ħlas għal servizzi roaming fil-livell tal-imnut, żied 24% ma’ kont Eurotariffa tipiku għal sejħiet li saru u 19% għal sejħiet riċevuti. Stqarru wkoll li dawn iż-żidiet jirrapreżentaw forma ta' tariffa moħbija billi mhumiex trasparenti għal bosta konsumaturi. Għal din ir-raġuni, l-ERG irrakkomanda azzjoni urġenti li tindirizza l-prattiki ta’ ħlas differenti fil-livell tal-imnut li japplikaw għall-Eurotariffa.
(14) Filwaqt li r-Regolament (KE) Nru 717/2007 stabbilixxa approċċ komuni biex jiżgura li klijenti roaming ma jintalbux iħallsu prezzijiet eċċessivi għal sejħiet roaming regolati billi introduċa Eurotariffa fil-Komunità, il-prattiki differenti ta’ ħlas skont l-unità li l-operaturi tal-mowbajl jużaw inaqqsu serjament l-applikazzjoni konsistenti tiegħu. Dan ifisser ukoll li minkejja n-natura transkonfinali madwar il-Komunità ta’ servizzi roaming fil-Komunità, hemm approċċi differenti applikabbli għat-tariffi ta’ sejħiet roaming regolati li jgħawġu l-kundizzjonijiet kompetittivi fis-suq uniku.
(15) Għalhekk għandu jiġi introdott sett ta’ regoli komuni dwar il-ħlas Eurotariffa għal kull unità fil-livell tal-imnut sabiex ikompli jsaħħaħ is-suq uniku u jipprovdi livell komuni ta’ ħarsien lil konsumaturi tas-servizzi roaming fil-Komunità, madwar il-Komunità kollha.
(16) Fornituri ta’ sejħiet roaming regolati fil-livell tal-imnut għandhom għalhekk jiġu mitluba jitolbu ħlas abbażi ta’ kull sekonda lill-klijenti tagħhom għas-sejħiet kollha, suġġett għal Eurotariffa, suġġetta biss għall-possibbiltà li japplika perjodu minimu inizjali ta’ ħlas ta’ mhux aktar minn 30 sekonda għal sejħiet li jsiru. Dan għandu jippermetti lill-operaturi li jkopru kwalunkwe spiża raġonevoli ta’ tqabbid kif ukoll jipprovdi flessibbiltà għal kompetizzjoni billi joffri perjodi minimi ta’ ħlas iqsar. Madankollu, ebda perjodu minimu inizjali ta’ ħlas mhu ġustifikat fil-każ ta’ sejħiet riċevuti b’Eurotariffa, billi l-ispiża bl-ingrossa involuta titħallas abbażi ta’ kull sekonda u kwalunkwe spiża speċifika tat-tqabbid tkun diġà koperta mir-rati ta’ terminazzjoni tas-sejħiet bil-mowbajl.
(16a) Il-klijenti m'għandhomx ikollhom iħallsu biex jirċievu messaġġi ta' voice mail fuq netwerk li jkunu qed iżuru, peress li ma jistgħu jikkontrollaw it-tul ta' messaġġi ta' dan it-tip; dan għandu jkun bla ħsara għat-tariffi l-oħra applikabbli għall-voice mail, pereżempju, tariffi biex messaġġi ta' dan it-tip jinstemgħu.
(17) Fir-rigward tas-servizzi roaming tal-SMS, id-dejta tas-suq miġbura mill-ERG u l-Kummissjoni minn meta daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 717/2007 wriet li għad hemm sitwazzjoni fil-Komunità fejn it-tariffi bl-ingrossa għal dawn is-servizzi baqgħu pjuttost stabbli u mgħandhomx relazzjoni valida mal-ispejjeż involuti. Bħal fil-każ tas-servizzi roaming tal-vuċi, jidher li mhemmx pressjoni kompetittiva biżżejjed fuq l-operaturi biex inaqqsu l-prezzijiet bl-ingrossa. Il-prezzijiet bl-imnut għal servizzi roaming tal-SMS ukoll baqgħu pjuttost stabbli, suġġett għal marġini għoljin u prezzijiet sinifikament ogħla minn servizzi domestici tal-SMS ekwivalenti bla ebda ġustifikazzjoni ċara.
(18) Kif fil-każ tas-sejħiet roaming tal-vuċi, hemm riskju sinifikanti li obbligi imposti fuq prezzijiet bl-ingrossa biss ma għandhomx iwasslu awtomatikament għal rati aktar baxxi għal klijenti bl-imnut. Min-naħa l-oħra, l-azzjoni sabiex jitnaqqas il-livell tal-prezzijiet bl-imnut mingħajr ma jiġi indirizzat il-livell ta’ l-ispejjeż bl-ingrossa marbuta ma’ l-għoti ta’ dawn is-servizzi tista' tippreġudika l-pożizzjoni ta’ xi operaturi, b’mod partikolari dawk iżgħar, billi jiżdied ir-riskju ta’ għafsa fil-prezzijiet.
(19) Barra minn hekk, minħabba l-istruttura partikolari tas-suq tar-roaming u n-natura transkonfinali tiegħu il-qafas regolatorju tal-2002 ma pprovdiex l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali b’għodod adattati biex jindirizzaw effettivament il-problemi kompetittivi involuti fil-livell għoli ta’ prezzijiet bl-ingrossa u bl-imnut ta’ servizzi roaming tal-SMS regolati. Dan jonqos milli jiżgura li s-suq intern jiffunzjona tajjeb u għandu jitranġa.
(20) L-ERG stqarr ukoll fit-tweġiba tiegħu għall-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni dwar l-analiżi tal-operat tar-Regolament (KE) Nru 717/2007 li kien jikkunsidra r-regolamentazzjoni tal-SMS roaming bħala bżonn, kemm fil-livell tal-ingrossa u dak tal-imnut, sabiex il-prezzijiet jiġu pari passu mal-ispejjeż u l-prezzijiet domestiċi. Kien tal-fehma li arranġamenti analogi ma’ dawk tar-roaming tal-vuċi għandhom ikunu adattati. B’mod aktar speċifiku, l-ERG irrakkomanda l-introduzzjoni ta’ livell massimu fir-rata medja bl-ingrossa li jitlob kwalunkwe operatur lil kwalunkwe operatur ieħor għall-SMS roaming, kif ukoll l-emenda tal-obbligu Eurotariffa biex jinkludi offerta ta’ SMS roaming b’rata mhux ogħla mill-ogħla limitu massimu speċifikat.
(21) Għalhekk għandhom jiġu imposti obbligi regolatorji rigward servizzi roaming tal-SMS regolati fil-livell tal-ingrossa, sabiex tiġi stabbilita relazzjoni aktar raġonevoli bejn it-tariffi bl-ingrossa u l-ispejjeż tal-forniment involuti, u fil-livell tal-imnut biex jitħarsu l-interessi tal-klijenti roaming.
(22) Dawn l-obbligi regolatorji għandhom jidħlu fis-seħħ kemm jista' jkun malajr, filwaqt li jipprovdu lill-operaturi kkonċernati b'perjodu raġonevoli sabiex jadattaw il-prezzijiet u l-offerti ta' servizz tagħhom sabiex jiżguraw il-konformità.
(23) L-approċċ aktar effettiv u proporzjonat biex jiġi rregolat il-livell ta’ prezzijiet għal messaġġi SMS roaming regolati fil-livell bl-ingrossa huwa t-twaqqif ta’ tariffa medja massima fuq livell Komunitarju għal kull SMS mibgħut minn netwerk miżjur. It-tariffa medja bl-ingrossa ghandha tapplika bejn kwalunkwe żewġ operaturi tal-mowbajl fi ħdan il-Komunita matul perjodu speċifikat.
(24) Il-limitu tal-prezz bl-ingrossa għal SMS roaming regolat għandu jinkludi l-ispejjez kollha mġarrba mill-fornitur tas-servizz bl-ingrossa, inkluż interalia l-l-oriġini, it-transitu u l-ispiża mhux irkuprata ta’ terminazzjoni ta’ messaġġi SMS roaming fuq in-netwerk miżjur. Fornituri bl-ingrossa ta’ servizzi ta’ SMS roaming regolati għandhom għalhekk jiġu projbiti li jintroduċu ħlas separat għat-terminazzjoni ta’ messaġġi SMS roaming fuq in-netwerk tagħhom, sabiex jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli stabbiliti minn dan ir-Regolament.
(25) L-approċċ l-aktar effettiv u proporzjonat biex jiġi rregolat il-livell tal-prezzijiet ta’ messaġġi SMS roaming madwar il-Komunità fil-livell tal-imnut huwa l-introduzzjoni ta’ rekwiżit għal operaturi tal-mowbajl li joffru lil klijenti roaming tagħhom tariffa Euro-SMS li ma taqbiżx limitu massimu ta’ prezz speċifikat. It-tariffa Euro-SMS għandha tiġi stipulata f’livell li jiggarantixxi marġini suffiċjenti lil operaturi filwaqt li tirrifletti b’mod aktar raġonevoli l-ispejjeż bl-imnut involuti.
(26) Dan l-approċċ regolatorju għandu jiżgura li t-tariffi bl-imnut għal messaggi SMS roaming regolati jipprovdu riflessjoni aktar raġonevoli ta' l-ispejjeż involuti fl-għoti tas-servizz milli kien il-każ. Tariffa Euro-SMS massima li tista' tiġi offruta lill-klijenti roaming għandha għalhekk tirrifletti marġini raġonevoli fuq l-ispejjeż tal-għoti tas-servizz roaming tal-SMS regolat, filwaqt li l-operaturi jkollhom il-liberta li jikkompetu billi jvarjaw l-offerti tagħhom u jadattaw l-istrutturi tal-prezzijiet tagħhom għall-kundizzjonijiet tas-suq u għall-preferenzi tal-konsumaturi. Dan l-approċċ regolatorju m'għandux japplika għal servizzi tal-SMS b‘valur miżjud.
(27) Klijenti roaming ma għandhomx jintalbu jħallsu kwalunkwe tariffa addizzjonali meta jirċievu messaġġ SMS roaming regolat jew voicemail waqt li jkunu roaming fuq netwerk miżjur, billi dawn l-ispejjeż ta’ terminazzjoni huma diġà inklużi fit-tariffa bl-imnut li titħallas biex jintbagħat messaġġ SMS jew voicemail roaming.
(28) Tariffa Euro-SMS għandha tapplika awtomatikament għal kwalunkwe klijent roaming, ġdid jew eżistenti, li deliberatament ma għażilx jew ma jagħżilx deliberatament tariffa speċjali ta’ SMS roaming jew pakkett għal servizzi roaming inkluż servizzi roaming tal-SMS regolati.
(29) Sabiex ikunu żgurati konnessjoni minn tarf sa tarf u interoperabbiltà għal klijenti roaming tas-servizzi tal-SMS roaming regolati, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jintervjenu b’mod f’waqtu skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva ta' l-Aċċess)[6] u fuq bażi kordinat, kif ukoll skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 717/2007u l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru)[7], meta operatur ta’ netwerk mobbli terrestri stabbilita fi Stat Membru wieħed jilmenta lill-awtorità regolatorja nazzjonali tiegħu li l-abbonati tiegħu ma jistgħux jibagħtu jew jirċievu SMS roaming regolat lil jew minn abbonati ta’ netwerk mobbli terrestri li tinstab fi Stat Membru ieħor minħabba nuqqas ta’ ftehim bejn iż-żewġ operaturi konċernati.
(30) Messaġġ SMS huwa messaġġ b’test ta’ Servizz ta’ Messaġġ Qasir (Short Message Service), prinċipalment magħmul minn karattri alfabetiċi jew numeriċi iżda jista’ wkoll ikollu karattri ta’ stampa, li jista’ jintbagħat u jitwassal fuq telefown mobbli jew fiss jew apparat mobbli jew fiss ieħor bejn numri ta' mowbajl u/jew fissi assenjati skond pjan nazzjonali ta' numerar. Messaġġ SMS huwa distintament differenti minn messaġġi oħra bħal messaggi MMS jew emails. Sabiex ikun żgurat li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament jintlaħqu u li l-effettività tiegħu ma tinqeridx, għandu jkun projbit kwalunkwe tibdil fil-parametri tekniċi ta’ messaġġ SMS roaming li għandu jagħmlu differenti minn messaġġ SMS domestiku.
(31) Dejta miġbura minn awtoritajiet regolatorji nazzjonali tindika li tariffi medji bl-ingrossa għal servizzi roaming tad-dejta li jintalbu minn operaturi ta’ netwerks miżjura minn fornituri tal-pajjiżi tal-oriġini tal-klijenti roaming jidhru li qabdu xejra ta’ niżla, għalkemm għadhom jippersistu prezzijiet għoljin għal servizzi roaming tad-dejta bl-ingrossa.
(32) Għad hemm tħassib dwar il-livell għoli tal-prezzijiet bl-imnut għal servizzi roaming tad-dejta u dan jindika li għad ma hemmx kompetizzjoni biżżejjed f’dawn is-servizzi. Madankollu, kontra li jiġri fil-każ ta’ servizzi roaming tal-vuċi u tal-SMS, jeżisti xkiel fil-kompetizzjoni fil-livell tal-imnut, billi l-klijenti roaming għandhom mezz alternattiv ta' aċċess għal servizzi tad-dejta meta jsiefru, bħal aċċess wireless pubbliku għall-internet, mingħjar xkiel assoċjat ma’ numerar. Għalhekk ikun bikri wisq li f’dan l-istadju l-prezzijiet jiġu regolati fil-livell tal-imnut. Barra minn hekk, kwalunkwe konnessjoni ta' netwerk roaming għandha tiġi stabbilita bil-kunsens tal-utent. B'dan il-mod, m'għandux ikun hemm tniżżil ta' dejta roaming, inkluż għall-aġġornar ta' softwer jew it-tniżżil ta' emails, mingħajr il-kunsens jew it-talba minn qabel tal-utent, sakemm l-utent ma jkunx indika li ma jixtieqx igawdi minn protezzjoni ta' dan it-tip.
(32a) Il-fornituri domestiċi m'għandhomx jitolbu ħlas mill-klijent roaming għal kwalunkwe servizz ta' dejta roaming regolat, sakemm u sa meta il-klijent roaming ma jaċċettax il-forniment tas-servizz.
(33) Madankollu, għandhom jiġu introdotti miżuri biex itejbu t-trasparenza ta’ prezzijiet bl-imnut għal servizzi roaming tad-dejta, b’mod partikolari biex jeliminaw il-fenomenu ta’ “kont li jaħsdek” li huwa ostaklu għal funzjonament tajjeb tas-suq intern u biex jipprovdu l-klijenti roaming bl-għodod li jeħtieġu għal monitoraġġ u kontroll tan-nefqa tagħhom fuq servizzi roaming tad-dejta. Bl-istess mod, m'għandu jkun hemm l-ebda xkiel biex jinħarġu applikazzjonijiet jew teknoloġiji li jistgħu jkunu sostitut jew alternattiva għas-servizzi roaming, bħall-WiFi, il-VoIP u s-servizzi ta' Instant Messaging. Il-konsumatur għandu jiġi pprovdut b'din l-informazzjoni, biex b'hekk ikun jista' jagħmel għażla informata.
(34) B’mod partikolari, operaturi tal-mowbajl għandhom jipprovdu lill-klijenti roaming tagħhom b’informazzjoni personalizzata dwar it-tariffi applikabbli għalihom għal servizzi roaming tad-dejta kull darba li jibdew ▌servizz roaming tad-dejta hekk kif jaslu fi Stat Membru ieħor. Din l-informazzjoni għandha tinbagħat lit-telefown mobbli tagħhom jew apparat mobbli ieħor b’mod l-aktar adattat biex jirċevuh u jifhmuh malajr.
(34a) Sabiex jiġi ffaċilitat il-fehim tal-klijenti tal-konsegwenzi finanzjarji tal-użu ta' servizzi ta' dejta roaming regolati u sabiex ikunu jistgħu jimmonitoraw u jikkontrollaw l-infiq tagħhom, il-fornitur domestiku għandu jagħti eżempji għall-applikazzjonijiet ta' dejta roaming, bħall-email, stampi, ibbrawżjar fuq l-internet, billi jindika d-daqs approssimattiv tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam mal-użu tad-dejta.
(35) Barra minn hekk, biex jiġu evitati kontijiet li jaħsdu, l-operaturi tal-mowbajl għandhom jiddefinixxu limitu finanzjarju u/jew tal-volum massimu jew aktar għal kull xahar għat-tariffi mhux imħallsa tagħhom għas-servizzi ta' dejta roaming (espressi fil-munita li biha jintbagħtu l-kontijiet lill-klijent roaming) u li għandhom joffru lill-klijenti roaming tagħhom kollha, mingħajr ħlas▌, b’messaġġ adattat ta’ twissija meta dan il-limitu jkun se jintlaħaq. Meta jintlaħaq dan il-limitu massimu, il-klijent m'għanux ikompli jirċievi u jintalab iħallas għal dawk is-servizzi sakemm ║ma jitlobx speċifikament li dawk is-servizzi jkomplu jiġu pprovduti bi qbil mat-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fin-notifika. Il-klijenti roaming għandhom jingħataw l-opportunità biex jagħżlu kwalunkwe waħda minn dawn il-limiti finanzjarji jew tal-volum massimi għal kull xahar fi żmien perjodu raġonevoli jew biex jagħżlu li ma jkollhomx limitu ta' dan it-tip. Sakemm il-klijenti ma jiddikjarawx mod ieħor, għandhom jitpoġġew f'sistema ta' limitar default.
(36) Dawn il-miżuri ta’ trasparenza għandhom jitqiesu bħala salvagwardji minimi għal klijenti roaming, u ma għandhomx iwaqqfu l-operaturi tal-mowbajl milli joffru l-klijenti tagħhom firxa ta’ faċilitajiet oħra li jgħinuhom biex ikunu jafu minn qabel u jikkontrollaw in-nefqa tagħhom f'servizzi roaming tad-dejta. Pereżempju, bosta operaturi qed jiżviluppaw offerti ta’ rata fissa bl-imnut ġdida li jippermettu roaming tad-dejta għal prezz speċifiku matul perjodu speċifiku sa limitu ta’ volum ta’ “użu ġust”. Bl-istess mod l-operaturi qed jiżviluppaw sistemi biex jippermettu li l-klijenti roaming tagħhom ikun aġġornati fuq bażi ta’ ħin reali dwar it-tariffi pendenti akkumulati tagħhom tad-roaming tad-dejta. Biex ikun żgurat li s-suq intern jiffunzjona tajjeb, dawn l-iżviluppi fis-swieq domestiċi għandhom ikunu riflessi fir-regoli armonizzati.
(37) Barra minn hekk, il-persistenza ta’ tariffi bl-ingrossa għoljin għas-servizz roaming tad-dejta hija prinċipalment il-kawża ta’ prezzijiet bl-ingrossa għoljin mitluba mill-operaturi ta’ netwerks mhux preferuti. Dawn it-tariffi jirriżultaw minn limitazzjonijiet tat-tmexxija tat-traffiku li ma jħallu ebda inċentiv min-naħa tal-operaturi biex inaqqsu l-prezzijiet standard bl-ingrossa tagħhom, billi t-traffiku jasal irrispettivament tal-prezz li jitħallas. Dan jirriżulta f’varjazzjoni estrema fl-ispejjeż bl-ingrossa. F’xi każijiet il-prezzijiet bl-ingrossa tar-roaming tad-dejta applikabbli għal netwerks mhux preferuti huma 30 darba akbar minn dawk li japplikaw għan-netwerk preferuta. Dawn it-tariffi bl-ingrossa eċċessivament għoljin għas-servizzi roaming tad-dejta jwasslu għal tgħawwiġ konsiderevoli tal-kundizzjonijiet kompetittivi bejn operaturi tal-mowbajl fi ħdan il-Komunità li jtellfu milli s-suq intern jiffunzjona tajjeb. Ixxekkel wkoll l-ħila tal-fornituri domestiċi li jbassru l-ispejjeż bl-ingrossa tagħhom u għalhekk li jipprovdu lill-klijenti tagħhom b’pakketti ta’ prezzijiet bl-imnut trasparenti u kompetittivi. Minħabba n-nuqqasijiet fuq is-setgħa tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex isolvu dawn il-problemi b’mod effettiv fuq livell nazzjonali, għandu japplika limitu ta’ prezz bl-ingrossa fuq servizzi roaming tad-dejta. Il-limitu tal-prezz bl-ingrossa għandu jiġi stabbilit f’livell ta’ salvagwardja, 'il fuq sew mill-anqas prezzijiet bl-ingrossa li bħalissa jinsabu fis-suq, biex isaħħu l-kundizzjonijiet kompetittivi u jippermettu l-iżvilupp ta' tendenza kompetittiva fis-suq filwaqt li jiżguraw li s-suq intern jiffunzjona aħjar għall-benefiċċju tal-konsumaturi. Permezz tal-eliminazzjoni tat-tariffi bl-ingrossa eċċessivament għoljin li għadhom jeżistu f'ċerti każi fis-suq, dan il-livell ta' salvagwardja għandu jevita, matul il-perjodu kollu ta' applikazzjoni, li jkun hemm distorzjonijiet u restrizzjonijiet għall-kompetizzjoni fost l-operaturi tal-mowbajl.
(38) Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-suq u l-qafas regolatorju applikabbli għal komunikazzjonijiet elettroniċi, jeħtieġ nirreferu għal “netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet” minflok “netwerks pubbliċi tat-telefonija”. F’ġieħ il-konsistenza, l-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru) għandu jiġi emendat skont dan.
(39) Billi l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li r-Regolament (KE) Nru 717/2007 u d-Direttiva 2002/21/KE jiġu emendati sabiex jinżamm u jibqa’ jiġi żviluppat sett komuni ta’ regoli li jiżguraw li l-utenti ta’ netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet mobbli waqt ivvjaġġar fi ħdan il-Komunità ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għal servizzi roaming madwar il-Komunità (sew għal sejħiet tal-vuċi, messaġġ SMS jew trasmissjonijiet ta’ dejta), sabiex b’hekk jintlaħaq funzjonament tajjeb tas-suq intern, filwaqt li jinkiseb livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur u tiġi ssalvagwardjata l-kompetizzjoni bejn l-operaturi tal-mowbajl, ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri b'mod sigur, armonizzat u f'waqtu u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri meħtieġa għall-emendi, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu adattat u meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.
(40) Għaldaqstant dan l-approċċ komuni għandu jinżamm għal perjodu limitat ta’ żmien, iżda jista’, fid-dawl ta’ analiżi li se ssir mill-Kummissjoni, ikompli jiġi estiż jew emendat jew jiġi sostitwit minn għażliet regolatorji alternattivi, fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijet xierqa mill-Kummissjoni.
(40a) Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-effettività tar-Regolament (KE) Nru 717/2007 kif emendat minn dan ir-Regolament fid-dawl tal-objettivi tiegħu u l-kontribut għall-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju u l-iffunzjonar kif suppost tas-suq intern. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-impatt fuq il-pożizzjoni kompetittiva tal-fornituri tal-komunikazzjonijiet bil-mowbajl ta' daqsijiet differenti u minn inħawi differenti tal-Komunità, l-iżviluppi, ix-xejriet u t-trasparenza fit-tariffi għall-imnut u l-ingrossa, ir-relazzjoni tagħhom mal-ispejjeż innifishom, il-punt sa kemm il-preżunzjonijiet li saru fl-evalwazzjoni tal-impatt li akkumpanjat dan ir-Regolament (SEC (2008) 2489) ikunu ġew ikkonfermati u l-ispejjeż għall-konformità tal-operaturi u l-impatt fuq l-investimenti. Il-Kummissjoni għandha wkoll, fid-dawl tal-iżviluppi tekonoloġiċi, tikkunsidra d-disponibilità u l-kwalità tas-servizzi li huma alternattiva għar-roaming (bħall-Voice over Internet Protocol).
(40b) Qabel ir-reviżjoni msemmija hawn fuq, u sabiex jiġi żgurat il-monitoraġġ kontinwu tas-servizzi roaming fil-Komunità, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport interim għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jkun jinkludi sommarju ġenerali tal-aktar tendenzi reċenti fis-servizzi roaming u evalwazzjoni intermedja tal-progress lejn il-ksib tal-objettivi ta' dan ir-Regolament u tal-għażliet ta' alternattiva possibbli biex jinkisbu dawn l-objettivi.
(40c) Qabel ma tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet xierqa, il-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll jekk ir-regolament ta’ servizzi roaming jistax ikun kopert kif meħtieġ fil-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Għandha tevalwa bir-reqqa kollha lill-metodi alternattivi biex jinkisbu l-objettivi ta' dan ir-Regolament, bħal:
- l-affrontar tal-problemi fil-livell tal-ingrossa, billi jiġi introdott obbligu biex jiġi pprovdut aċċess raġonevoli u ġust fuq bażi nondiskriminatorja u/jew kundizzjonijiet reċiproċi ekwitabbli;
- approċċ ibbażat fuq il-kisba ta' prezzijiet u kundizzjonijiet għall-klijenti roaming li jkunu simili għall-prezzijiet u l-kundizzjonijiet kompetittivi fis-seħħ fis-suq tan-netwerk miżjur, inkluża l-possibilità li l-klijent jikseb prezzjiet differenti minn operaturi differenti fis-suq tan-netwerk miżjur;
- l-indirizzar tal-problemi fil-qafas tal-liġi dwar il-kompetizzjoni Komunitarja.
B'mod partikulari, il-Kummissjoni [b'konsultazzjoni mal-BEREC][8] għandha tinvestiga u tevalwa l-istruttura kompetittiva tal-suq tal-mowbajls li twassal għal prezzijiet ta' roaming mhux kompetittivi u għandha tirraporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-konklużjonijiet u l-proposti tagħha biex jiġu indirizzati l-problemi stutturali fis-swieq tal-mowbajls, b'mod partikulari x-xkiel għad-dħul fis-suq u l-espansjoni.
(41) Ir-Regolamenti (KE) Nru 717/2007 u d-Direttiva 2002/21/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 717/2007/KE
Ir-Regolament (KE) Nru 717/2007/KE huwa emendat kif ġej:
1. Fit-titolu “netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli" tinbidel bi "netwerks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet mobbli".
2. L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
(a) Il-Paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
"1. Dan ir-Regolament jintroduċi approċċ komuni sabiex jiġi żgurat li l-utenti tan-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet mobbli li jkunu msiefra fi ħdan il-Komunità ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għas-servizzi tar-roaming madwar il-Komunità meta mqabbla mal-prezzijiet nazzjonali kompetittivi, meta jagħmlu u jirċievu sejħiet, meta jibagħtu u jirċievu messaġġi SMS u meta jużaw servizzi ta’ pakkett ta’ komunikazzjoni ta’ dejta trasmessa, sabiex b’hekk isir kontribut għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern waqt li jintlaħaq livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur, filwaqt li jitrawmu l-kompetizzjoni u t-trasparenza fis-suq u jiġu offerti kemm l-inċentivi għall-innovazzjoni kif ukoll l-għażla tal-konsumatur.
Jistipula regoli fuq it-tariffi li jistgħu jintalbu minn operaturi tal-mowbajl għall-forniment fil-Komunità kollha ta’ servizzi roaming internazzjonali għal sejħiet tal-vuċi u messaġġi SMS li joriġinaw u jitterminaw fi ħdan il-Komunità u għal servizzi ta’ pakkett ta’ komunikazzjoni ta’ dejta trasmessa użati minn klijenti msiefra waqt roaming fuq netwerk ta' komunikazzjonijiet mobbli fi Stat Membru ieħor. Japplika kemm għal tariffi mħallsa bejn operaturi ta’ netwerks fil-livell bl-ingrossa u kif ukoll, fejn xieraq, għal tariffi mħallsa minn fornituri domestiċi fil-livell tal-imnut.”
(b) Il-Paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:
"4. Il-limiti tat-tariffi stabbiliti f’dan ir-Regolament huma espressi f’Euro. Meta tariffi rregolati bl-Artikoli 3, 4, 4a, 4b u 6a(4) huma denominati f’muniti differenti, il-limiti tal-bidu skont dawk l-Artikoli jkunu determinati f’dawk il-muniti, fil-każ tal-Artikoli 3 u 4 billi japplikaw ir-rati referenzjali tal-kambju tat-30 ta' Ġunju 2007, u fil-każ tal-Artikoli 4a, 4b u 6a(4) r-rati referenzjali tal-kambju tal-[1 ta’ Mejju] 2009 billi japplikaw ir-rati referenzjali tal-kambju ppubblikati fis-6 ta' Mejju 2009 mill-Bank Ċentrali Ewropew fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għall-finijiet tat-tnaqqis sussegwenti fil-limiti previsti fl-Artikolu 3(2), fl-Artikolu 4(2) u fl-Artikolu 6a(4), il-valuri riveduti għandhom jiġu determinati billi jiġu applikati r-rati referenzjali tal-kambju hekk kif ippubblikati xahar qabel id-data li minnha japplikaw il-valuri riveduti.”
3. Il-Paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
(a) Fil-punt (b) it-terminu “telefonija” jinbidel bi "komunikazzjonijiet”.
(b) Fil-punt (c) it-termini "telefown” u “telefonija” jinbidlu bi "komunikazzjonijiet”.
(c) Il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:
"(d) ‘roaming madwar il-Komunità’ tfisser l-użu ta' telefown mobbli jew apparat ieħor minn klijent roaming sabiex jagħmel jew jirċievi sejħiet intrakomunitarji, jew biex jibgħat jew jirċievi messaġġi SMS jew juża komunikazzjonijiet ta’ pakkett ta’ dejta trasmessa, waqt li jkun fi Stat Membru li mhuwiex dak li fih jinsab in-netwerk domestiku, permezz ta’ arranġamenti bejn l-operatur tan-netwerk tal-pajjiż ta' l-oriġini u l-operatur tan-netwerk miżjur;”
(d) Fil-punt (e) it-terminu “telefonija” jinbidel bi "komunikazzjonijiet”.
(e) Il-punt (f) jinbidel b'dan li ġej:
"(f) “klijent roaming” tfisser klijent ta’ fornitur ta’ servizzi pubbliċi ta' komunikazzjonijiet mobbli terrestri, permezz ta’ netwerk pubbliku mobbli terrestri li jinsab fil-Komunità, li l-kuntratt jew l-arranġament tiegħu mal-fornitur domestiku jippermetti l-użu ta’ telefown mobbli jew apparat ieħor sabiex jagħmel jew jirċievi sejħiet jew biex jibgħat jew jirċievi messaġġi SMS jew biex juża pakkett ta’ komunikazzjonijiet ta’ dejta trasmessa fuq netwerk użat waqt vjaġġar permezz ta’ arranġamenti bejn l-operatur tan-netwerk domestiku u l-operatur tan-netwerk miżjur;”
(f) Il-punt (g) jinbidel b'dan li ġej:
"(g) “netwerk miżjur” tfisser netwerk pubbliku ta’ komunikazzjonijiet mobbli terrestri li jinsab fi Stat Membru li mhuwiex dak tan-netwerk domestiku u li jippermetti klijent roaming li jagħmel jew jirċievi sejħiet, jew li jibgħat jew jirċievi messaġġi SMS jew li jibgħat jew jirċievi pakkett ta’ komunikazzjonijiet ta’ dejta trasmessa, permezz ta’ arranġamenti ma’ l-operatur tan-netwerk domestiku;”
(g) Jiżdiedu l-punti li ġejjin (h), (i), (j) u (k):
"(h) ‘Tariffa Euro-SMS’ tfisser kwalunkwe tariffa li ma taqbizx it-tariffa massima, prevista fl-Artikolu 4b, li fornitur domestiku jista’ jitlob għall-forniment ta’ messaġġi SMS roaming regolati b’konformità ma’ dak l-Artikolu;
(i) ‘Messaġġ SMS’ huwa messaġġ b’test ta’ Servizz ta’ Messaġġ Qasir (Short Message Service), prinċipalment magħmul minn karattri alfabetiċi u/jew numeriċi, li jista’ jintbagħat bejn numri ta' mowbajl u/jew fissi assenjati skond pjan nazzjonali ta' numerar;
(j) ‘messaġġ SMS roaming regolat’ tfisser messaġġ SMS mibgħut minn klijent roaming, li joriġina fuq netwerk miżjur u li jittermina fuq netwerk pubbliku ta’ komunikazzjonijiet fi ħdan il-Komunità jew irċevut minn klijent roaming, li joriġina fuq netwerk pubbliku ta’ komunikazzjonijiet fi ħdan il-Komunità u jittermina fuq netwerk miżjur;
(k) ‘servizz tar-roaming tad-dejta regolat’ tfisser servizz roaming li jippermetti t-trasmissjoni jew it-teħid ta’ pakkett ta’ komunikazzjonijiet ta’ dejta trasmessa minn klijent roaming permezz tat-telefown mobbli tiegħu jew apparat mobbli ieħor waqt li jkun ikkonnettjat ma' netwerk miżjur. Servizz tar-roaming tad-dejta regolat ma jinkludix it-trasmissjoni jew it-teħid ta’ sejħiet roaming jew messaġġi SMS regolati, iżda jinkludi t-trasmissjoni u t-teħid ta’ messaġġi (MMS) tas-Servizz ta’ Messaġġi Multimidja.”
4. L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
(a) Il-Paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:
"2. Din it-tariffa medja bl-ingrossa għandha tapplika bejn kwalunkwe żewġ operaturi u għandha tiġi kkalkolata fuq perjodu ta’ tnax-il xhar jew kwalunkwe perjodu iqsar bħal dan li jifdal qabel tmiem il-perjodu tal-applikazzjoni ta’ tariffa medja bl-ingrossa massima kif previst f’dan il-paragrafu jew l-iskadenza ta' dan ir-Regolament. It-tariffa medja bl-ingrossa massima għandha tonqos għal EUR 0.28, u EUR 0.26, fit-30 ta' Awwissu 2008 u fl-1 ta' Lulju 2009 rispettivament u għandha tibqa' tonqos għal EUR 0.22 u EUR 0.18 ║, fl-1 ta’ Lulju 2010 u fl-1 ta’ Lulju 2011 ▌rispettivament.”
(b) Fil-paragrafu 3 jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Madankollu, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009, it-tariffa medja bl-ingrossa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata billi d-dħul bl-ingrossa totali tar-roaming, jiġi diviż bl-għadd totali ta’ minuti roaming bl-ingrossa fil-fatt utilizzati għall-forniment ta’ sejħiet roaming bl-ingrossa fi ħdan il-Komunità mill-operatur rilevanti matul il-perjodu rilevanti, aggregata abbażi ta’ kull sekonda, b'mod aġġustat biex titqies il-possibilità għall-operatur tan-netwerk miżjur biex japplika perjodu inizjali ta' tariffa minima li ma jaqbiżx it-30 sekonda.”
5. L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
(a) Il-Paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:
"2. It-tariffa bl-imnut (eskluża l-VAT) ta’ Eurotariffa, li l-fornitur tal-pajjiż ta' oriġini jista' jitlob lill-klijent roaming tiegħu għall-forniment ta' sejħa roaming regolata, tista’ tvarja għal kull sejħa roaming iżda m'għandiex taqbeż EUR 0.49 kull minuta għal kull sejħa magħmula jew EUR 0.24 kull minuta għal kull sejħa riċevuta. Il-limitu fil-prezz għal sejħiet magħmula għandu jonqos għal EUR 0.46 u EUR 0.43, u għal sejħiet riċevuti għal EUR 0.22 u EUR 0.19, fit-30 ta’ Awwissu 2008 u fl-1 ta’ Lulju 2009 rispettivament. Il-limitu fil-prezz għal sejħiet magħmula għandu jibqa' jonqos għal EUR 0.39 u EUR 0.35, u għal sejħiet riċevuti għal EUR 0.15 u EUR 0.11, fl-1 ta’ Lulju 2010 u fl-1 ta’ Lulju 2011 ║rispettivament.
Sal-1 ta' Lulju 2010, il-fornituri domestiċi m'għandhom jitolbu l-ebda tariffa mill-klijenti roaming tagħhom meta jirċievu messaġġ 'voice mail' roaming . Dan għandu jkun bla ħsara għat-tariffi applikabbli l-oħra bħal dawk biex messaġġi ta' dan it-tip jinstemgħu.
B'effett mill-1 ta' Lulju 2009 kull fornitur domestiku għandu jitlob ħlas lil klijenti roaming tiegħu għall-forniment ta’ kwalunkwe sejħa roaming regolata li għaliha tapplika Eurotariffa, kemm jekk magħmula kif ukoll irċevuta, abbażi ta’ kull sekonda.
B’deroga mit-tieni subparagrafu, il-fornitur domestiku jista’ japplika perjodu minimu ta’ ħlas tal-bidu li ma jaqbiżx 30 sekonda għal sejħiet magħmula li huma suġġetti għal Eurotariffa.”
(b) Il-Paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:
"4. Kwalunkwe klijent roaming jista' jitlob, fi kwalunkwe punt wara li jkun tlesta l-proċess stabbilit fil-paragrafu 3, li jibdel għal jew minn Eurotariffa. Kwalunkwe bidla għandha ssir fi żmien ġurnata ta’ xogħol minn meta tintlaqa’ t-talba u għandha tkun bla ħlas u ma għandux ikollha kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' elementi oħra ta' l-abbonament, għajr dak meta klijent roaming li huwa abbonat ma' pakkett roaming speċjali li jinkludi aktar minn servizz roaming wieħed (i.e. vuċi, SMS u/jew dejta) jixtieq jibdel għal Eurotariffa, il-fornitur domestiku jista’ jeħtieġ lil klijent li qed jibdel li jitlef il-benefiċċji tal-elementi l-oħra ta’ dak il-pakkett. Fornitur domestiku jista’ jdewwem bidla sa meta t-tariffa roaming preċedenti tkun effettiva għal perjodu minimu speċifikat li ma jaqbiżx tliet xhur.”
6. Jiddaħħal l-Artikolu 4a li ġej:
"Artikolu 4a
Tariffi bl-ingrossa għal messaġġi SMS roaming regolati
1. B’seħħ mill-1 ta’ Lulju 2009, it-tariffa medja bl-ingrossa li l-operatur ta’ netwerk miżjur jista’ jitlob lill-operatur ta’ netwerk domestiku ta' klijent roaming għall-forniment ta' messaġġ SMS roaming regolat li joriġina fuq dak in-netwerk miżjur, ma għandhiex taqbeż EUR 0.04 għal kull messaġġ SMS.
2. Din it-tariffa medja bl-ingrossa għandha tapplika bejn kwalunkwe żewġ operaturi u għandha tiġi kkalkulata fuq perjodu ta’ tnax-il xahar jew kwalunkwe perjodu iqsar li jista' jkun fadal qabel ma jiskadi dan ir-Regolament.
3. It-tariffa medja bl-ingrossa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata billi jiġi diviż id-dħul bl-ingrossa totali li jirċievi l-operatur tan-netwerk miżjur minn kull operatur ta’ netwerk domestiku għall-oriġinar u t-trasmissjoni ta' messaġġi SMS roaming regolati fi ħdan il-Komunità matul il-perjodu rilevanti bl-għadd totali ta’ messaġġi SMS bħal dawn li joriġinaw u jiġu trasmessi f’isem l-operatur rilevanti ta’ netwerk domestiku matul dak il-perjodu.
4. L-operatur ta’ netwerk miżjur ma għandu jitlob ebda tariffa lill-operatur ta' netwek domestiku ta' klijent roaming, separata mit-tariffa msemmija fil-paragrafu 1, għat-terminazzjoni ta’ messaġġ SMS roaming regolat mibgħut lil klijent roaming waqt li jkun roaming fuq in-netwerk tiegħu miżjur.”
7. Jiddaħħal l-Artikolu 4b li ġej:
"Artikolu 4b
Tariffi bl-imnut għal messaġġi SMS roaming regolati
1. Il-fornituri domestiċi għandhom jagħmlu disponibbli lill-klijenti roaming kollha tagħhom, b’mod ċar u trasparenti, tariffa Euro-SMS kif prevista fil-paragrafu 2. It-tariffa Euro-SMS ma għandha titlob ebda abbonament assoċjat jew tariffi oħra fissi jew rikurrenti u tista' tingħaqad ma' kwalunkwe tariffa bl-imnut, suġġett għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Artikolu.
2. B’seħħ mill-1 ta’ Lulju 2009, it-tariffa bl-imnut (eskluża l-VAT) ta’ tariffa Euro-SMS li fornitur domestiku jista’ jitlob lil klijient roaming tiegħu għal messaġġ SMS roaming regolat mibgħut minn dak il-klijent roaming tista’ tvarja għal kull messaġġ SMS roaming iżda m’għandhiex taqbeż EUR 0.11.
3. Il-fornituri domestiċi m'għandhom jitolbu ebda tariffa mill-klijenti roaming tagħhom meta jirċievu messaġġ SMS roaming regolat.
4. Mill-1 ta’ Lulju 2009 il-fornituri domestiċi għandhom japplikaw awtomatikament tariffa Euro-SMS lil klijenti roaming kollha eżistenti, bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-klijenti roaming li diġa għażlu deliberament tariffa jew pakkett roaming speċifiku li permezz tiegħu jibbenefikaw minn tariffa differenti għal messaġġ SMS roaming regolat milli kieku kienu jieħdu mingħajr din l-għażla.
5. Mill-1 ta’ Lulju 2009 il-fornituri domestiċi għandhom japplikaw tariffa Euro-SMS lil klijenti roaming ġodda kollha li ma jagħżlux deliberatament tariffa SMS roaming differenti jew pakket ta’ tariffi għal servizzi roaming li jinkludi tariffa differenti għal messaġġi SMS roaming regolati.
6. Kwalunkwe klijent roaming jista’ jitlob fi kwalunkwe ħin li jibdel għal jew minn tariffa Euro-SMS. Kwalunkwe bidla għandha ssir fi żmien ġurnata ta’ xogħol mit-teħid tat-talba u tkun mingħajr ħlas u ma għandhiex tinvolvi kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet relatati ma’ elementi oħrajn ta’ l-abbonament ħlief dak roaming. Fornitur domestiku jista’ jdewwem tali bidla sa meta t-tariffa roaming preċedenti tkun effettiva għal perjodu minimu speċifikat li ma jaqbiżx tliet xhur. Tariffa Euro-SMS dejjem tista' tingħaqad ma' Eurotariffa.
7. Mhux aktar tard minn ▌, fornituri domestiċi għandhom jinfurmaw lil klijenti roaming kollha tagħhom individwalment dwar it-tariffa Euro-SMS, dwar il-fatt li se tapplika mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2009 għal klijenti roaming kollha li ma għażlux deliberatament tariffa speċjali jew pakkett applikabbli għal messaġġi SMS regolati, u dwar id-dritt tagħhom li jibdlu għal u mit-tariffa skont il-paragrafu 6 preċedenti.”
8. Jiddaħħal l-Artikolu 4c li ġej:
”Artikolu 4c
Karatteristiċi tekniċi ta’ messaġġi SMS roaming regolati
Ebda fornitur domestiku jew operatur ta' netwerk miżjur ma għandu jibdel il-karatteristiċi tekniċi ta' messaġġi SMS roaming regolati b'tali mod li jagħmilhom differenti mill-karatteristiċi tekniċi ta’ messaġġi SMS disponibbli fi ħdan is-suq domestiku tiegħu.”
9. L-Artikolu 5 jitħassar.
10. L-Artikolu 6 jinbidel b'dan li ġej:
“Artikolu 6
Trasparenza ta’ tariffi bl-imnut ta’ sejħiet u messaġġi SMS roaming regolati
1. Sabiex klijent roaming jiġi notifikat dwar il-fatt li jkun suġġett għal tariffi tar-roaming meta jagħmel jew jirċievi telefonata jew meta jibgħat messaġġ SMS, kull fornitur domestiku għandu, ħlief meta l-klijent ikun innotifika lill-fornitur domestiku tiegħu li ma jeħtieġx dan is-servizz, jipprovdi lill-klijent, b'mod awtomatiku, permezz ta’ Servizz ta’ Messaġġi, mingħajr dewmien żejjed u mingħajr ħlas, meta jidħol fi Stat Membru ieħor li mhuwiex dak tan-netwerk domestiku tiegħu, b’informazzjoni personalizzata bażika tal-prezzijiet dwar it-tariffi roaming (inkluża l-VAT) li japplikaw għal dak il-klijent biex jagħmel u jirċievi sejħiet u biex jibgħat messaġġi SMS fl-Istat Membru miżjur.
Din l-informazzjoni personalizzata bażika tal-prezzijiet għandha tinkludi t-tariffi massimi li huwa suġġett għalihom il-klijent skont l-iskema ta’ tariffa tiegħu għal:
(a) sejħiet li jagħmel fil-pajjiż miżjur u lejn l-Istat Membru tan-netwerk domestiku tiegħu, kif ukoll għal sejħiet li jirċievi; u
(b) messaġġi SMS roaming regolati li jibgħat waqt li jkun fl-Istat Membru miżjur.
Għandha tinkludi wkoll in-numru mingħajr ħlas imsemmi fil-paragrafu 2 għall-aċċess għal informazzjoni aktar dettaljata u informazzjoni dwar il-possibilità ta' aċċess għas-servizzi ta' emerġenza billi wieħed iċempel in-numru ta' emerġenza Ewropew 112 bla ħlas.
Klijent li jkun avża li huwa m’għandux bżonn is-Servizz ta’ Messaġġ awtomatiku għandu jkollu d-dritt fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas li jitlob lill-fornitur domestiku sabiex jerġa’ jipprovdi s-servizz.
Il-fornituri domestiċi għandhom jipprovdu din l-informazzjoni personalizzata bażika dwar prezzijiet lill-klijenti neqsin mid-dawl jew li jkollhom vista parzjali b’mod awtomatiku, permezz ta’ sejħa bil-vuċi, mingħajr ħlas, jekk huma jitolbu dan.
2. Addizzjonalment għall-paragrafu 1, klijenti għandhom ikollhom id-dritt li jitolbu u jirċievu, mingħajr ħlas, ikunu fejn ikunu fil-Komunità, aktar informazzjoni personalizzata dettaljata dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli fin-netwerk miżjur għal sejħiet tal-vuċi, SMS, MMS u servizzi oħrajn ta’ komunikazzjoni ta’ dejta, kif ukoll informazzjoni dwar il-miżuri ta' trasparenza applikabbli permezz ta' dan ir-Regolament, permezz ta’ sejħa vil-vuċi mobbli tal-vuċi jew SMS. Talba bħal din għandha ssir mingħajr ħlas fuq numru assenjat għal dan il-għan mill-fornitur domestiku.
3. Il-fornituri domestiċi għandhom jagħtu lill-utenti kollha informazzjoni sħiħa dwar it-tariffi roaming applikabbli, b’mod partikolari dwar l-Eurotariffa u t-tariffa Euro-SMS, meta jsiru l-abbonamenti. Huma għandhom ukoll jipprovdu lill-klijenti roaming tagħhom aġġornamenti dwar it-tariffi roaming applikabbli mingħajr dewmien bla bżonn kull darba li jkun hemm bidla f’dawn it-tariffi.
Il-fornituri domestiċi għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw li l-klijenti roaming kollha tagħhom isiru jafu dwar id-disponibbiltà tal-Eurotariffa u t-tariffa Euro-SMS. Għandhom jikkomunikaw, b’mod partikolari, lill-klijenti roaming kollha sat-30 ta’ Lulju 2007, il-kundizzjonijiet relatati mal-Eurotariffa u sal-1 ta’ Ġunju 2009, il-kundizzjonijiet relatati mat-tariffa Euro-SMS, f’kull każ b’mod ċar u oġġettiv. Huma għandhom wara dan ifakkru, f’intervalli raġonevoli, permezz ta' messaġġ lill-klijenti kollha li jkunu għażlu tariffa oħra.”
11. Jiddaħħal l-Artikolu 6a li ġej:
"Artikolu 6a
Mekkaniżmi ta’ salvagwardja u trasparenza għal servizzi roaming tad-dejta regolati
1. Fornituri domestiċi għandhom jiżguraw li l-klijenti roaming tagħhom, kemm qabel u kemm wara l-konklużjoni ta' kuntratt, ikunu infurmati adegwatament bit-tariffi li japplikaw għall-użu tagħhom ta' servizzi roaming tad-dejta regolati, b’mod li jiffaċilitaw lil klijenti biex jifhmu l-konsegwenzi finanzjarji ta’ dan l-użu u jippermettihom jimmonitoraw u jikkontrollaw n-nefqa tagħhom fuq servizzi roaming tad-dejta regolati skont il-paragrafi 2 u 3.
Meta jkun xieraq, il-fornituri domestiċi għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom, qabel il-konklużjoni ta' kuntratt u fuq bażi regolari wara, dwar ir-riskju ta' konnessjoni u tniżżil b'dejta roaming awtomatiku u bla kontroll. Barra minn hekk, il-fornituri domestiċi għandhom jispjegaw lill-klijenti tagħhom b'mod ċar u li jinftiehem faċilment, kif dawn il-konnessjonijiet ta' dejta roaming awtomatiċi jintfew sabiex jiġi evitat il-konsum bla kontroll ta' servizzi ta' dejta roaming.
2. Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2009, messaġġ awtomatiku mill-fornitur domestiku li jinforma lil klijent roaming li huwa qiegħed roaming u li jipprovdi informazzjoni tariffarja bażika personalizzata fuq it-tariffi applikabbli għall-forniment ta' servizzi roaming tad-dejta regolati lil dak il-klijent roaming fl-Istat Membru kkonċernat, ħlief meta l-klijent ikun avża lill-fornitur domestiku tiegħu li ma għandux bżonn din l-informazzjoni.
Informazzjoni tariffarja personalizzata bħal din għandha tintbagħat lit-telefown mobbli tal-klijent roaming jew apparat ieħor, pereżempju permezz ta' SMS, email, jew pop up fuq il-kompjuter, kull darba li l-klijent roaming jidħol fi Stat Membru apparti dak tan-netwerk domestiku tiegħu u jibda għall-ewwel darba servizz roaming tad-dejta regolat fi Stat Membru partikolari║. Din għandha tintbagħat fil-mument li l-klijent roaming jibda servizz regolat ta’ roaming ta’ dejta ▌bla ħlas, b’mod adattat u adegwat biex jiffaċilita li jittieħed u jiftihem malajr.
Klijent li jkun avża lil fornitur domestiku tiegħu li huwa m’għandux bżonn l-informazzjoni tariffarja awtomatika għandu jkollu d-dritt fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas li jitlob lill-fornitur domestiku biex jerġa’ jipprovdi dan is-servizz.
3. Sal-1 ta' Marzu 2010, kull fornitur domestiku għandu jipprovdi l-opportunità għall-klijenti roaming kollha tagħhom biex, intenzjonalment u mingħajr ħlas, jagħżlu faċilità li tipprovdi informazzjoni dwar il-konsum akkumulat, espressa bħala volum jew fil-munita li biha jħallas il-klijent roaming, tas-servizzi roaming tad-dejta regolati u li tiggarantixxi li, mingħajr il-kunsens espliċitu tal-klijent, in-nefqa akkumulata għal servizzi roaming ta' dejta regolati fuq perjodu speċifikat ta' użu ma taqbiżx limitu finanzjarju speċifikat.
Għal dan il-għan il-fornitur domestiku għandhom jagħmel disponibbli limitu finanzjarju massimu jew aktar għal perjodi ta' użu speċifikati, sakemm il-klijent ikun informat minn qabel dwar l-ammonti ta' volum korrispondenti. Wieħed minn dawn il-limiti (il-limitu finanzjarju default) għandu jkun viċin iżda m’għandux jaqbeż il-50 EUR ta' tariffi pendenti għal kull perjodu ta’ ħlas ta’ kull xahar (eskluża l-VAT).
Alternattivament, il-fornitur domestiku jista' jistabbilixxi limiti espressi f'volum sakemm il-klijent ikun informat minn qabel dwar l-ammonti finanzjarji korrispondenti. Wieħed minn dawn il-limiti (il-limitu ta' volum default) għandu jkollu ammont finanzjarju korrispondenti li ma jaqbiżx il-50 EUR ta' tariffi pendenti għal kull perjodu ta’ ħlas ta’ kull xahar (eskluża l-VAT).
Barra minn hekk, il-fornitur domestiku jista’ joffri lill-klijenti roaming tiegħu limiti oħra b’limiti massimi finanzjarji differenti fix-xahar, iġifieri, ogħla jew iktar baxxi.
Sal-1 ta' Lulju 2010, il-limitu default fit-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom ikunu applikabbli għall-klijenti kollha li ma għażlux limitu ieħor.
Kull fornitur domestiku għandu wkoll jiżgura li l-avviż adattat jintbagħat lit-telefown mobbli jew apparat ieħor tal-klijent roaming, pereżempju permezz ta' SMS, email, jew pop-up fuq il-kompjuter, meta s-servizzi roaming ta' dejta jkunu laħqu 80% tal-limitu finanzjarju jew tal-volum miftiehem. Il-klijenti għandu jkollhom id-dritt li jitolbu lill-operaturi tagħhom li ma jibqgħux jibagħtu avviżi ta' dan it-tip u għandu jkollhom id-dritt fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas li jitolbu lill-fornitur domestiku biex jerġa’ jforni s-servizz.
Meta dan il-limitu finanzjarju jew ta' volum ikun altrimenti nqabeż, għandu jintbagħat avviż lill-mowbajl jew apparat ieħor tal-klijent roaming. Dan l-avviż għandu jindika l-proċedura li għandha tkun segwita jekk il-klijent jixtieq li jkompli l-forniment ta' dawn is-servizzi u l-ispiża assoċjata ma’ kull unità addizzjonali li tkun se tiġi kkunsmata. Jekk il-klijent roaming ma jirrispondix kif mitlub mill-avviżi li jirċievi, il-fornitur domestiku għandu jwaqqaf immedjatament is-servizzi roaming tad-dejta regolati lill-klijent roaming u ma jżommx aktar flus tagħhom, sakemm u sa meta l-klijent roaming ma jitlobx li l-forniment ta’ dawn is-servizzi jitkompla jew jiġġedded.
Sa mill-1 ta’ Novembru 2010, kull meta klijent roaming jitlob li jagħżel jew ineħħi faċilità ta’ "limitu finanzjarju jew ta' volum", il-bidla trid issir fi żmien ġurnata ta’ xogħol waħda minn meta tasal it-talba, mingħajr ħlas, u ma għandhiex tinvolvi kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet li għandhom x'jaqsma ma elementi oħra tal-kuntratt.
4. B’effett mill-1 ta’ Lulju 2009:
(a) It-tariffa medja bl-ingrossa li l-operatur ta’ netwerk miżjura jista’ jitlob lill-operatur ta’ netwerk domestiku ta' klijent roaming għall-forniment ta' servizzi roaming tad-dejta regolati fuq dak in-netwerk miżjur, ma għandhiex taqbeż limitu ta’ salvagwardja ta’ EUR 1.00 fl-1 ta' Lulju 2009, EUR 0.80 fl-1 ta' Lulju 2010 u EUR 0.50 fl-1 ta' Lulju 2011 għal kull megabyte ta’ dejta trasmessa. L-applikazzjoni ta' dan il-limitu ta' salvagwardja m'għandux iwassal għal xi tgħawwiġ jew restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq bl-ingrossa tar-tad-dejta roaming skont l-Artikolu 8(2)(b) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas).
(b) Din it-tariffa medja bl-ingrossa għandha tapplika bejn kwalunkwe żewġ operaturi u għandha tiġi kkalkulata fuq perjodu ta’ tnax-il xahar jew kwalunkwe perjodu iqsar li jista' jkun fadal qabel ma jiskadi dan ir-Regolament.
(c) It-tariffa medja bl-ingrossa msemmija fil-punt a għandha tiġi kkalkulata billi d-dħul bl-ingrossa totali li jdaħħal l-operatur tan-netwerk miżjura minn kull operatur ta’ netwerk domestiku għall-forniment ta’ servizzi roaming tad-dejta regolati fil-perjodu rilevanti jiġi diviż bl-għadd totali ta’ megabytes ta’ dejta użati fil-verità mill-forniment ta’ dawk is-servizzi matul dak il-perjodu, aggregat fuq il-bażi ta' kull kilobyte.
12. L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
(a) Il-Paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:
"2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jagħmlu pubblikament disponibbli informazzjoni aġġornata dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-Artikoli 3, 4, 4a, 4b u 6a, b’mod li jippermetti li l-partijiet interessati jkollhom aċċess faċli għaliha.”
(b) Il-Paragrafu 5 jinbidel b’dan li ġej:
"5. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jintervjenu fuq inizjattiva tagħhom stess sabiex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament. Għandhom, b’mod partikolari, fejn meħtieġ, jużaw il-poteri skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Aċċess biex jiżguraw aċċess u interkonnessjoni adegwati li jiggarantixxu konnettività minn tarf sa tarf u interoperabiltà ta’ servizzi roaming, pereżempju fejn abbonati ma jistgħux jagħmlu skambju ta’ messaġġi SMS roaming ma’ abbonati ta’ netwerk mobbli terrestri fi Stat Membru ieħor minħabba n-nuqqas ta’ ftehim li jippermetti li jaslu dawk il-messaġġi.”
13. L-Artikolu 9 jinbidel b'dan li ġej:
“Artikolu 9
Penali
L-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali pprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u jwaqqfu l-ksur. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Marzu 2008 jew, fil-każ tar-rekwiżiti addizzjonali introdotti bir-Regolament [XXXX/YYYY], sa mhux aktar tard mid-data li taħbat disa’ xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament u għandhom mingħajr dewmien jinnotifikawha b’kull emenda sussegwenti li teffetwahom.”
14. L-Artikolu 11 jinbidel b'dan li ġej:
“Artikolu 11
Analiżi
1. Il-Kummissjoni għandha tanalizza kif qed jiffunzjona dan ir-Regolament u, wara konsultazzjoni pubblika, għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar mit-30 ta’ Ġunju 2011. Il-Kummissjoni se tevalwa b’mod partikulari jekk l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament intlaħqux. Waqt li tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tirrevedi, inter alia:
– l-iżviluppi fit-tariffi bl-ingrossa u bl-imnut għall-forniment lil klijenti roaming ta’ servizzi ▌tal-vuċi, ta' SMS u tad-dejta, u l-iżvilupp korrispondenti fis-servizz ta' komunikazzjonijiet mobbli fil-livell domestiku fl-Istati Membri għall-klijenti li jħallsu minn qabel ('pre-paid') u li jħallsu wara ('post-paid') separatament; u fil-kwalità u l-ħeffa ta' dawn is-servizzi;
– id-disponibilità u l-kwalità tas-servizzi inklużi dawk li huma alternattiva għar-roaming (vuċi, SMS u dejta), b'mod partikulari meta wieħed iqis l-iżviluppi teknoloġiċi;
– il-livell sa fejn il-konsumatur ikun ibbenfika permezz tat-tnaqqis ta' vera fil-prezz għas-servizzi tar-roaming jew f'modi oħrajn mit-tnaqqis fl-ispejjeż tal-forniment tas-servizzi roaming u l-varjetà ta' tariffi u prodotti li huma disponibbli lill-konsumaturi b'tendenzi ta' telefonati differenti;
– il-grad ta' kompetizzjoni kemm fis-suq bl-imnut u kemm f'dak bl-ingrossa, b'mod partikulari, is-sitwazzjoni kompetittiva ta' operaturi iżgħar, indipendenti jew li għadhom kemm bdew, inklużi l-effetti fuq il-kompetizzjoni ta' ftehimiet kummerċjali u l-grad ta' interkonnessjoni bejn operaturi;
Il-Kummissjoni għandha wkoll tevalwa metodi apparti r-regolament tal-prezzjoni li jkunu jistgħu' jintużaw biex jinħoloq suq intern kompetittiv għar-roaming u meta tkun qed tagħmel dan għandha tqis analażi mwettqa b'mod indipendenti mill-BEREC. Fuq il-bażi ta' din l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet xierqa.
1a. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2010, tipprepara rapport interim lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li għandu jinkludi sommarju tal-monitoraġġ tal-forniment ta' servizzi roaming fil-Komunità u evalwazzjoni tal-progress li jkun sar lejn il-kisba tal-objettivi ta' dan ir-Regolament, inkluż permezz ta' referenza għall-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1."
15. Fl-Artikolu 12 jitħassar il-kliem “mhux aktar tard minn 30 ta’ Awwissu 2007”.
16. Fl-Artikolu 13, "2010" tinbidel b' "2013".
Artikolu 2
Emenda tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru)
Fl-Artikolu 1(5) tad-Directive 2002/21/KE (Direttiva Kwadru) "netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli" tinbidel bi "netwerks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet mobbli".
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada li jiġi ppubblikat fuq il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Għandu jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
- [1] * Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌. Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi tas-servizzi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva rqiqa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ║.
- [2] ĠU C , , p. .
- [3] ĠU C , , p. .
- [4] ĠU C , , p. .
- [5] [ ]
- [6] ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7.
- [7] ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.
- [8] Suġġetta għal qbil dwar il-pakkett ta' Reviżjoni.
NOTA SPJEGATTIVA
I. Sfond
Fis- 27 ta' Ġunju 2007 il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw Regolament (KE) Nru 717/2007 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u d-Direttiva 2002/21/KE li temenda . Dan ir-regolament kien b'risposta għan-nuqqas ta' kompetizzjoni fis-suq tal-komunikazzjonijiet bil-mowbajl fir-rigward tas-servizzi tar-roaming internazzjonali, li wasslet għal prezzijiet eċċessivi għall-konsumaturi Ewropej u ostakolat il-kapaċità taċ-ċittadini Ewropej li jużaw is-servizzi tar-roaming huma u jivjaġġaw fid-diversi Stati Membri, u b'hekk effettivament il-libertà tal-moviment.
Wara li rrevediet l-applikazzjoni tar-regolament imsemmi hawn fuq u l-iffunzjonar tas-suq fl-2008 il-Kummissjoni ressqet proposta li testendi r-regolament għar-roaming bil-vuċi u li twessa' l-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament sabiex jinkludi SMSs u servizzi ta' roaming tad-data kif ukoll miżuri aktar trasparenti. It-tul tar-regolament jiġi estiż ukoll sal-2013.
II. Vuċi u SMS
Ir-Rapporteur tappoġġa l-estensjoni tar-regolazzjoni tal-prezz tal-vuċi f'dan il-waqt. Sfortunatament, mill-introduzzjoni tar-Regolament (KE) Nru 717/2007 'l hawn il-prezzijiet roaming ma naqsux sinifikament, minflok inġabru eżatt taħt il-limiti massimi ffissati mir-regolament.
Hi taqbel ukoll li l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament tinkludi l-SMSs. Minħabba li l-prezzijiet eċċessivi li l-konsumaturi għandhom iħallsu, ir-regolazzjoni tal-prezzijiet bl-imnut u bl-ingrossa tal-SMSs tidher li sfortunatament hija meħtieġa f'dan il-punt
Madanakollu ir-Rapporteur temmen li r-regolazzjoni tal-prezzijiet roaming għall-vuċi u l-SMSs għandha tkun ta' natura eċċezzjonali u li r-regolazzjoni tal-prezzijiet fit-tul tkun ta' dannu għas-suq.
II. Data u trasparenza
Il-prezzijiet bl-imnut u bl-ingrossa tar-roaming tad-data ukoll kienu għoljin ħafna. Filwaqt li limitu ta' salvagwardja għat-tariffi bl-ingrossa għas-servizzi roaming tad-data huwa xieraq, ir-Rapporteur temmen li ma jkunx prudenti li f'dan il-mument jiġu introdotti limiti massimi fil-livell ta' bejgħ bl-imnut. Ir-roaming tad-data huwa suq ġdid u l-iżvilupp xieraq tiegħu ikun ostakolat b'regolazzjoni tal-prezz ta' dan it-tip. Ir-regolazzjoni tal-prezzijiet bl-ingrossa għad-data tidher xierqa, għaliex intrapriżi żgħar li jidħlu fis-suq qed jaffaċċjaw prezzijiet f'livell ta' ingrossa eċċessivi minn operaturi kbar u dan mhux tajjeb għall-iżvilupp tas-servizzi roaming tad-data.
Ir-Rapporteur tappoġġja l-idea ta' miżuri ta' trasparenza u slavagwardja li huma maħsuba sabiex iħarsu lill-konsumaturi u jevitaw "xokk bil-kont". Dawn il-miżuri jeħtieġu li jkunu konvenjenti u flessibbli għaliex hemm varjetà ta' konsumaturi għar-roaming tad-data, bi ħtiġijiet differenti. Ir-regolament għandu jipprovdi kemm livell suffiċjenti ta' ħarsien għall-konsumatur kif ukoll għandu jippermetti lil dawk il-konsumaturi li jużaw sew is-servizzi tar-roaming tad-data. Kwalunkwe miżura ta' trasparenza għandha tkun teknoloġikament fattibbli u m'għandhiex timponi piżijiet mhux raġjonevoli fuq l-operaturi tat-telekomunikazzjoni.
IV. Reviżjoni u regolazzjoni futura għas-servizzi roaming
Filwaqt li regolazzjoni temporanja tal-prezz hija soluzzjoni għal żmien qasir għall-prezzijiet eċċessivi u għan-nuqqasijiet tas-suq, ir-Rapporteur għadha temmen li, fl-aħħar mill-aħħar, market roaming kompetittiv mhux ser jirnexxi b'regolazzjoni tal-prezzijiet fit-tul.Għalhekk, huwa kruċjali li l-iffunzjonar tajjeb ta' dan ir-regolament jiġi analizzat u li tingħata ħarsa lejn l-alternattivi l-oħra tar-regolazzjoni tas-suq, sabiex jinkisbu l-istess objettivi.Huwa importanti li dan ir-regolament jispeċifika lista ta' aspetti li għandhom jiġu analizzati fid-dettal, sabiex ikun indikazzjonijiet aktar preċiżi dwar jekk l-objettivi tar-regolament ikunux inkisbu.L-ispeċifikazzjoni ta' fatturi simili tfisser ukoll indikazzjonijiet ta' x'inhu mistenni mis-suq sabiex tiġi evitata l-estensjoni tar-regolazzjoni tal-prezzijiet. Analiżi dettaljata ta' dawn il-fatturi hija wkoll importanti fid-dawl ta' approċċ regolatorju futur għal dan is-settur.
Barra minn dan, jeħtieġ rapport intermedjarju sabiex jingħataw aktar indikazzjonijiet dwar il-progress lejn il-kisba tal-objettivi tar-regolament u l-atteġġjament tal-parteċipanti tas-suq.
V. Konklużjoni
Ir-Rapporteur kienet involuta f'diversi laqgħat bilaterali mal-partijiet ewlenin interessati kollha affettwati minn dan ir-regolament u l-Kumitat ITRE organizza Seduta ta' Smigħ Żgħira dwar din il-kwistjoni. Waħda mill-konklużjonijiet li waslet għaliha hija li dan ir-regolament huwa newtrali u bbilanċjat kemm jista' jkun, filwaqt li jiżgura li ma jipprovdix vantaġġi inġusti lil ċerti partijiet fuq oħrajn.
Ir-Rapporteur tappoġġja dan ir-regolament propost iżda ttenni li r-regolazzjoni tal-prezzijiet tar-roaming għandha tkun ta' natura eċċezzjonali u li regolazzjoni tal-prezzijiet fit-tul tkun ta' ħsara għas-suq tal-komunikazzjoni bil-mowbajl.
OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (13.3.2009)
għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 717/2007 dwar roaming fuq networks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u d-Direttiva 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi
(COM(2008)0580 – C6‑0333/2008 – 2008/0187(COD))
Rapporteur għal opinjoni(*): Syed Kamall(*) Proċedura b'kumitati assoċjati - Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
1. INTRODUZZJONI
L-abbozz ta' opinjoni jagħmel li r-Regolament isir strument li jipprovdi għat-trasparenza fil-prezzijiet u għall-monitoraġġ tas-servizzi roaming sat-30 ta' Ġunju 2013, iżda jħalli li l-limiti attwali tal-prezzijiet jiskadu fit-30 ta' Ġunju 2010. Ma tkun introdotta l-ebda regolamentazzjoni tal-prezzijiet.
F'dan l-istadju, l-intenzjoni hija li jiġi mħeġġeġ dibattitu adegwat kemm dwar il-merti tal-proposta tal-Kummissjoni kif ukoll dwar il-bżonn li jiġu evalwati alternattivi raġonevoli għall-istrument mhux wisq effikaċi tal-limiti tal-prezzijiet, filwaqt li jinżamm livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur.
2. IL-PROBLEMA
2.1 Il-proposta tal-Kummissjoni hija maħsuba biex issolvi l-problema dovuta għal nuqqas ta' kompetizzjoni fis-servizzi roaming u għall-fatt li l-prezzijiet ma jirriflettux b'mod raġonevoli l-ispejjeż eżistenti fil-provvista tas-servizz.
Madankollu, fl-istudju indipendenti mwettaq mill-Europe Economics (EE) u ordnat mill-IMCO u mill-ITRE, instab illi:
· it-tnaqqis fil-prezzijiet tas-sejħiet bil-vuċi imponut mir-Regolament eżistenti ma wassalx għal żieda sinifikanti fil-volum, u dan jindika li l-problema allegata dwar prezzijiet ''inġustifikabbli'' kienet ineżistenti. (Iċ-ċifri preliminari tal-ERG stess juru li għall-Q3 2008, mingħajr limiti tal-prezzijiet, l-ammont ta' SMS żdied iktar milli għamel dak għas-sejħiet bil-vuċi. Dan idgħajjef wieħed mill-argumenti favur il-limiti tal-prezzijiet tal-SMS bl-imnut)
· fl-evalwazzjoni tal-impatt imwettqa mill-Kummissjoni ma ġiex stabbilit li l-effett tal-estensjoni tar-Regolament ikun li jiżdied il-benessri ġenerali. (F'ċerti pajjiżi tal-UE, l-ifqar klijenti tal-pre-pay qed iħallsu, għal ċerti sejħiet bil-vuċi nazzjonali, iktar milli klijenti roaming b'iktar flus iħallsu għal sejħiet internazzjonali)
Iktar minn hekk, l-istudju tal-EE jikkonkludi li l-iktar effetti probabbli, jekk ma jiġix estiż ir-Regolament, ikunu:
· stabbilizzazzjoni tal-prezzijiet tas-sejħiet bil-vuċi madwar il-livell propost għall-2010 - u mhux żieda,
· varjetà iktar wiesgħa ta' tariffi u kompetizzjoni iktar qawwija - li jwasslu għal għażla mtejba u iktar benefiċċji għall-konsumaturi,
· li jiġi evitat l-effett ''waterbed'', eż. tariffi baxxi għal sejħiet bil-vuċi, SMS u dejta, iżda prezzijiet ħafna ogħla għax-xiri tal-mowbajls jew dewmien fit-tnaqqis tal-prezzijiet f'servizzi mobbli oħra - għad-detriment tal-konsumatur b'mod ġenerali.
Fatt importanti huwa li l-istudju tal-EE juri wkoll li r-roaming m'għandux jitqies bħala suq separat, iżda bħala parti integrali mis-suq tat-telefonija mobbli b'mod ġenerali, li huwa kompetittiv ferm.
Dawn is-sejbiet, flimkien mal-inċertezza inerenti għat-twaqqif ta' prezzijiet b'mod politiku għal perjodu ta' ħames snin, jikkostitwixxu argumenti b'saħħithom kemm kontra l-estensjoni tal-metodu ta' regolamentazzjoni tal-prezzijiet attwali għas-sejħiet bil-vuċi kif ukoll kontra l-imponiment ta' regolamentazzjoni ulterjuri tal-prezzijiet.
2.2 Ir-Rapporteur jemmen li ntlaħaq kunsens dwar il-bżonn li jiġi indirizzat in-nuqqas ta' trasparenza fil-kontijiet, kif ukoll il-kwistjoni ta' ''kont li jaħsdek'' (bill shock) għal servizzi roaming ta' dejta, fejn il-konsumaturi jirċievu kont ħafna ogħla minn dak li jkunu qed jistennew. Il-miżuri attwali għat-trasparenza fir-rigward tas-sejħiet bil-vuċi jistgħu jinżammu u wkoll jiġu estiżi għall-SMS.
3. IS-SOLUZZJONI
3.1 Il-provi jindikaw li l-prezzijiet iktar baxxi imponuti b'mod ġenerali ma rriżultawx f'żieda ġenerali tal-benessri jew f'użu ogħla tas-servizzi regolati ta' roaming. Fin-nuqqas ta' prova ta' benessri ġenerali dovut għall-estensjoni tar-Regolament, u meta jitqiesu l-inċertezzi relatati mad-definizzjoni tas-suq u l-problema tat-twaqqif tal-prezzijiet għal ħames snin mingħajr l-ebda bażi stabbilita għad-determinazzjoni tad-differenza bejn ''ġustifikat'' u ''inġustifikat'', jista' jagħti l-każ li l-estensjoni tar-Regolament f'dan l-istadju tkun inadegwata.
3.2 Hemm qbil dwar il-fatt li n-nuqqas ta' trasparenza fil-prezzijiet għandu jiġi indirizzat, li għandu jkun hemm monitoraġġ tas-suq. Dawn l-aspetti għandhom ukoll ikunu limitati fiż-żmien, bil-għan li eventwalment jiġu integrati fil-qafas regolatorju ġenerali għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Mhuwiex sodisfaċenti li jkun hemm Regolament separat li jindirizza biss il-parti żgħira tas-suq li tikkonsisti fis-servizzi roaming. B'mod partikolari, Id-Direttiva ta' Servizz Universali fiha numru ta' miżuri għat-trasparenza, u ladarba jkun hemm biżżejjed esperjenza relatata mal-applikazzjoni ta' dawk il-miżuri u tal-miżuri speċifiċi għat-trasparenza tar-roaming, il-Kummissjoni tista' tqis xi emendi adegwati għad-Direttiva ta' Servizz Universali, billi tippermetti li r-regolamentazzjoni separata tar-roaming tintemm darba għal dejjem.
3.3 F'dokument ta' ħidma separat, ir-Rapporteur ipprova jiddeskrivi xi alternattivi għall-istrument mhux wisq effikaċi għal-limitu tal-prezzijiet, inkluż:
· Li ma jkunx hemm estensjoni tar-regolamentazzjoni
· Li d-deċiżjoni titħalla f'idejn ir-regolaturi - għalkemm hemm tħassib rigward l-indipendenza tal-ERG
· Klawsoli ta' non-diskriminazzjoni
· Azzjoni kontra operaturi individwali jew swieq abbużivi
· Twaqqif ta' skambju ta' sejħiet bil-vuċi, SMS u dejta bl-ingrossa
Hemm tama li l-merti ta' dawn l-alternattivi jkunu jistgħu jiġu meqjusa f'dibattitu fil-parlament.
4. KONKLUŻJONI
Sabiex ikun hemm id-diskussjonijiet xierqa dwar il-merti relattivi tal-proposta tal-Kummissjoni u l-alternattivi possibbli, ir-Rapporteur, f'dan l-istadju, ċaħad il-proposti dwar il-limiti tal-prezzijiet, filwaqt li ffoka mill-banda l-oħra fuq it-trasparenza għall-konsumaturi u l-monitoraġġ kontinwu tas-suq. Ejjew ħa nibdew id-dibattitu!
EMENDI
Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 4 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(4a) Id-differenzi fit-topografija, fid-densità tal-popolazzjoni u fil-varjazzjonijiet staġjonali f’reġjuni turistiċi jirriżultaw f’mudelli differenti ta’ negozju għall-operaturi tal-mowbajl, li għalhekk iwasslu għal spejjeż ogħla. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 7 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(7) Il-livelli tat-tariffi medji bl-ingrossa massimi għal sejħiet roaming regolati stipulati bir-Regolament (KE) Nru 717/2007 għandhom ikomplu jonqsu matul iż-żmien li bih ser jiġi estiż ir-Regolament biex jirriflettu l-ispejjeż li qed jonqsu, inkluż tnaqqis fir-rati ta’ terminazzjoni tas-sejħiet bil-mowbajl regolati fl-Istati Membri, sabiex ikun żgurat li s-suq intern jiffunzjona tajjeb filwaqt li fl-istess ħin jibqgħu jilħqu l-għanijiet doppji ta’ tnaqqis ta’ prezzijiet eċċessivi filwaqt li jħallu l-operaturi liberi li jikkompetu u jagħmlu innovazzjonijiet. |
(7) Il-livelli tat-tariffi medji bl-ingrossa massimi għal sejħiet roaming regolati stipulati bir-Regolament (KE) Nru 717/2007 għandhom ikomplu jonqsu matul iż-żmien li bih ser jiġi estiż ir-Regolament biex jirriflettu l-ispejjeż li qed jonqsu, inkluż tnaqqis fir-rati ta’ terminazzjoni tas-sejħiet bil-mowbajl regolati fl-Istati Membri, sabiex ikun żgurat li s-suq intern jiffunzjona tajjeb filwaqt li fl-istess ħin jibqgħu jilħqu l-għanijiet doppji ta’ tnaqqis ta’ prezzijiet eċċessivi filwaqt li jħallu l-operaturi liberi li jikkompetu u jagħmlu innovazzjonijiet. Il-livelli tat-tariffi massimi bl-ingrossa m’għandhom għall-ebda raġuni jkunu orjentati lejn spiża, biex jiffaċilitaw it-tneħħija futura tar-regolament u jipprovdu lill-operaturi b’marġini fejn jikkompetu. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikażżjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Il-prezzijiet massimi mressqa mir-Regolament ma kinux u ma għandhomx ikunu orjentati lejn spiża. L-iffissar ta’ prezzijiet massimi orjentati lejn spiża jkun inkompatibbli mat-trawwim tal-kompetizzjoni u jagħmilha iktar diffiċli li jitneħħa regolament. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 16 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(16) Fornituri ta’ sejħiet roaming regolati fil-livell tal-imnut għandhom għalhekk jiġu mitluba jitolbu ħlas abbażi ta’ kull sekonda lill-klijenti tagħhom għas-sejħiet kollha, suġġett għal Eurotariffa, suġġetta biss għall-possibbiltà li japplika perjodu minimu inizjali ta’ ħlas ta’ mhux aktar minn 30 sekonda għal sejħiet li jsiru. Dan għandu jippermetti lill-operaturi li jkopru kwalunkwe spiża raġonevoli ta’ tqabbid kif ukoll jipprovdi flessibbiltà għal kompetizzjoni billi joffri perjodi minimi ta’ ħlas iqsar. Madankollu, ebda perjodu minimu inizjali ta’ ħlas mhu ġustifikat fil-każ ta’ sejħiet riċevuti b’Eurotariffa, billi l-ispiża bl-ingrossa involuta titħallas abbażi ta’ kull sekonda u kwalunkwe spiża speċifika tat-tqabbid tkun diġà koperta mir-rati ta’ terminazzjoni tas-sejħiet bil-mowbajl. |
(16) Il-fornituri ta’ sejħiet roaming regolati fil-livell tal-imnut għandhom għalhekk jiġu mitluba jitolbu ħlas abbażi ta’ kull sekonda lill-klijenti tagħhom u m’għandhomx japplikaw perjodu minimu inizjali ta’ ħlas għas-sejħiet li huma suġġetti għal Eurotariffa. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 27 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(27) Klijenti roaming ma għandhomx jintalbu jħallsu kwalunkwe tariffa addizzjonali meta jirċievu messaġġ SMS roaming regolat waqt li jkunu roaming fuq netwerk miżjur, billi dawn l-ispejjeż ta’ terminazzjoni huma diġà inklużi fit-tariffa bl-imnut li titħallas biex jintbagħat messaġġ SMS roaming. |
(27) Il-klijenti li jkunu qegħdin roaming m’għandhom jintalbu jħallsu ebda tariffa addizzjonali meta jirċievu messaġġ SMS jew voicemail roaming regolat waqt li jkunu roaming fuq netwerk ospitant, billi dawn l-ispejjeż ta’ terminazzjoni huma diġà inklużi fit-tariffa bl-imnut li titħallas biex jintbagħat messaġġ SMS jew voicemail roaming. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 33 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(33) Madankollu, għandhom jiġu introdotti miżuri biex itejbu t-trasparenza ta’ prezzijiet bl-imnut għal servizzi roaming tad-dejta, b’mod partikolari biex jeliminaw il-fenomenu ta’ “kont li jaħsdek” li huwa ostaklu għal funzjonament tajjeb tas-suq intern u biex jipprovdu l-klijenti roaming bl-għodod li jeħtieġu għal monitoraġġ u kontroll tan-nefqa tagħhom fuq servizzi roaming tad-dejta. |
(33) Madankollu, għandhom jiġu introdotti miżuri biex itejbu t-trasparenza ta’ prezzijiet bl-imnut għal servizzi roaming tad-dejta, b’mod partikolari biex jeliminaw il-fenomenu ta’ “kont li jaħsdek” li huwa ostaklu għal funzjonament tajjeb tas-suq intern u biex jipprovdu l-klijenti roaming bl-għodod li jeħtieġu għal monitoraġġ u kontroll tan-nefqa tagħhom fuq servizzi roaming tad-dejta. Bl-istess mod, għandhom jiġu introdotti miżuri biex jassiguraw li operaturi tal-mowbajl li jimblukkaw applikazzjonijiet jew teknoloġiji li jistgħu jkunu sostituti, jew alternattiva, għal servizzi ta’ raoming, bħall-WiFi, VoIP u servizzi ta’ Instant Messaging, jipprovdu lill-klijent b’din l-informazzjoni, u għalhekk jippermettu lill-klijent biex jagħmel għażla informata. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikażżjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Il-klijenti jistgħu jkunu jridu jużaw teknoloġiji alternattivi bħall-WiFi u servizzi alternattivi bħall-VoIP. Jekk l-operatur jiddeċiedi li jimblokka l-aċċess għal dawn it-teknoloġiji u servizzi, allura l-klijenti għandhom jiġu mgħarrfa u jippermettu lill-klijent biex jagħmel għażla jekk jaqlibx jew le għal operatur ieħor. Dan huwa bi qbil ma’ proposti biex jemendaw id-Direttiva dwar is-Servizz Universali bħalissa fid-diskussjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 34 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(34) B’mod partikolari, operaturi tal-mowbajl għandhom jipprovdu lill-klijenti roaming tagħhom b’informazzjoni personalizzata dwar it-tariffi applikabbli għalihom għal servizzi roaming tad-dejta meta jibdew għall-ewwel darba servizz roaming tad-dejta hekk kif jaslu fi Stat Membru ieħor. Din l-informazzjoni għandha tinbagħat lit-telefown mobbli tagħhom jew apparat mobbli ieħor b’mod l-aktar adattat biex jirċevuh u jifhmuh malajr. |
(34) B’mod partikolari, l-operaturi tal-mowbajl għandhom jipprovdu lill-klijenti roaming tagħhom b’informazzjoni personalizzata dwar it-tariffi applikabbli għalihom għal servizzi roaming tad-dejta meta il-klijent tar-roaming jibda servizz roaming tad-dejta fi Stat Membru partikolari jew jasal fi Stat Membru ieħor. Din l-informazzjoni għandha tintbagħat permezz ta’ messaġġ lit-telefown mobbli tagħhom, email jew pop-up window fuq il-kompjuter tagħhom b’mod l-aktar adattat biex jirċevuh u jifhmuh malajr. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 35 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(35) Barra minn hekk, biex jiġu evitati kontijiet jaħsdu, l-operaturi tal-mowbajl għandhom joffru l-klijenti roaming tagħhom kollha, mingħajr ħlas, opportunità biex jispeċifikaw minn qabal limitu massimu finanzjarju għat-tariffi pendenti tagħhom għal servizzi roaming tad-dejta, b’messaġġ adattat ta’ twissija meta dan il-limitu jkun se jintlaħaq. Meta jintlaħaq dan il-limitu massimu, is-servizz roaming tad-dejta għandu jiġi tterminat sakemm il-klijent ma jitlobx speċifikament li jibqa’ jużah. |
(35) Barra minn hekk, biex jiġu evitati kontijiet li jaħsdu, l-operaturi tal-mowbajl għandhom jipprovdu mingħajr ħlas lill-klijenti roaming tagħhom kollha, informazzjoni dwar il-konsum akkumulat espress f’volum jew fil-munita mniżżla fil-kont li l-klijent raoming jirċievi, kif ukoll joffrulhom biex jispeċifikawlhom minn qabel, diversi limiti massimi ta’ użu għat-tariffi pendenti tagħhom għal servizzi roaming tad-dejta, b’messaġġi adattati ta’ avviż meta l-limitu speċifikat ikun qed jintlaħaq. Meta jintlaħaq dan il-limitu massimu ta’ użu, is-servizz roaming tad-dejta għandu jiġi tterminat sakemm il-klijent ma jitlobx speċifikament li jibqa’ jużah skont it-termini u l-kundizzjonijiet kif spjegati fil-messaġġ ta’ avviż. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 40 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(40) Għaldaqstant dan l-approċċ komuni għandu jinżamm għal perjodu limitat ta’ żmien, iżda jista’, fid-dawl ta’ analiżi li se ssir mill-Kummissjoni, ikompli jiġi estiż jew emendat. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-effettività tar-Regolament (KE) Nru 717/2007 kif emendat b’dan ir-Regolament u l-kontribut li jagħmel lejn l-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern, kif ukoll tqies l-impatt tiegħu fuq fornituri iżgħar tal-komunikazzjonijiet mobbli fil-Komunità u l-pożizzjoni tagħhom fis-suq tar-roaming madwar il-Komunità kollha. |
(40) Għaldaqstant dan l-approċċ komuni għandu jinżamm għal perjodu limitat ta’ żmien, iżda jista’, fid-dawl ta’ analiżi li se ssir mill-Kummissjoni, ikompli jiġi estiż jew emendat. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-effettività tar-Regolament (KE) Nru 717/2007 kif emendat b’dan ir-Regolament fid-dawl tal-għanijiet tiegħu li jneħħi l-prezzijiet eċċessivi għal servizzi roaming madwar il-Komunità, jikseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-klijent, irawwem kompetizzjoni bejn operaturi tal-mowbajl, u joffri inċentivi għall-innovazzjoni u l-għażla lill-klijent. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll il-kontribut li jagħmel lejn l-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Il-Kummissjoni għandha tqis l-impatt fuq il-pożizzjoni kompetittiva ta’ fornituri tal- komunikazzjonijiet mobbli ta’ qisien differenti u minn partijiet differenti tal-Komunità u l-pożizzjoni tagħhom fis-suq tar-roaming madwar il-Komunità kollha. F’dak il-kuntest il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-iżviluppi u tendenzi fit-tariffi bl-ingrossa għal servizzi roaming tad-dejta b’rabta mal-limitu ta’ salvagwardja għall-prezzijiet bl-ingrossa msemmi f’dan ir-Regolament, filwaqt li tagħti attenzjoni speċjali lir-riskji tal-għoli ta’ prezzijiet bl-ingrossa jekk u meta r-regolament jintemm, minħabba li dan ikun ta’ piż inġust fuq il-fornituri domestiċi minħabba li huma ma jkunux jistgħu jew ma jkunux iridu jgħollu l-prezzijiet lill-klijenti kif meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha tevalwa kemm il-kompetizzjoni żviluppat għall-forniment ta’ servizzi roaming, tqis inter alia, l-iżviluppi fit-tariffi għal servizzi ta’ roaming tal-mowbajl, il-prodotti u l-offerti disponibbli għal servizzi roaming, il-kwalità ta’ servizz ipprovdut u l-impatt tal-iżviluppi teknoloġiċi fuq il-forniment ta’ servizzi roaming, inkluż li jinbidlu b’servizzi ġodda bħall-VoIP. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk il-prezzijiet tar-roaming humiex jew jistgħux ikunu eċċessivi fid-dawl ta’ strutturi ta’ għoti ta’ prezzijiet għal servizzi tal-mowbajl b’mod ġenerali. Il-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll jekk ir-regolament ta’ servizzi roaming jistax ikun kopert kif meħtieġ fil-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Qabel ir-reviżjoni msemmija hawn fuq, u biex jiġi assigurat monitoraġġ kontinwu tas-servizzi roaming fil-Komunità, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport interim lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jinkludi analiżi ġenerali tal-aħħar informazzjoni dwar tendenzi ta’ prezzijiet bl-ingrossa u bl-imnut għal servizzi ta’ roaming tal-vuċi, SMS u tad-dejta, li tkun maqsuma separatament għall-klijenti post-paid u dawk pre-paid. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikażżjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Biex jiġi assigurat regolament kif meħtieġ tas-suq fuq terminu twil, huwa meħtieġ li l-Kummissjoni Ewropea tanalizza fid-dettall sensiela ta’ aspetti relevanti tas-suq. Rapport intermedjarju huwa wkoll meħtieġ biex ikollna iktar indikazzjonijiet dwar il-progress lejn il-kisba tal-oġġettivi tar-regolament u l-imġiba tal-parteċipanti tas-suq. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 – punt (a) Regolament (KE) Nru 717/2007 Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikażżjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Il-klijenti jistgħu jkunu jridu jużaw teknoloġiji alternattivi bħall-WiFi u servizzi alternattivi bħall-VoIP. Jekk l-operatur jiddeċiedi li jimblokka l-aċċess għal dawn it-teknoloġiji u servizzi, allura l-klijenti għandhom jiġu mgħarrfa u jippermettu lill-klijent biex jagħmel għażla jekk jaqlibx jew le għal operatur ieħor. Dan huwa bi qbil ma’ proposti biex jemendaw id-Direttiva dwar is-Servizz Universali bħalissa fid-diskussjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 – punt (a) Regolament (KE) Nru 717/2007 Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 – punt (a a) (ġdid) Regolament (KE) Nru 717/2007 Artikolu 4 – paragrafu 2 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikażżjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
B’referenza għal Artikolu 4b paragrafu 3 ta’ dan ir-Regolament, fejn l-irċevuta ta’ messaġġ SMS roaming għandu jkun bla ħlas. Biex jipproteġi l-klijenti minn spejjeż għolja bla bżonn li jiġu minn messaġġi bil-vuċi roaming li t-tul tagħhom ma jistax jiġi kkontrollat mill-klijent, l-istess dispożizzjoni kif stipulata f’Artikolu 4b paragrafu 3 għandu japplika wkoll għal messaġġi bil-vuċi roaming. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 11 Regolament (KE) Nru 717/2007 Artikolu 6a – paragrafi 1 sa 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 11 Regolament (KE) Nru 717/2007 Artikolu 6a – paragrafu 4 – punt (a) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 11 Regolament (KE) Nru 717/2007 Artikolu 6a – paragrafu 4 – punt (c) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikażżjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Huwa importanti li tispeċifika li l-kont għandu jkun abbażi ta’ kilobyte. Inkella l-operaturi jistgħu jkunu inċitati biex jitolbu ħlas abbażi ta’ kull megabyte, li jwassal għal tariffi bl-imnut ogħla kif għamel fir-rigward ta’ servizzi tal-vuċi. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 11 a (new) Regolament (KE) Nru 717/2007 Artikolu 6 b (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikażżjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Ħafna drabi, il-klijenti mhumiex ħielsa biex jagħżlu n-netwerk barrani. Saħansitra, l-għodod huma iktar u iktar effiċjenti biex imexxu t-traffiku tar-roaming u huma użati b’mod wiesa’ minn Alliances. F’ħafna każijiet, il-klijenti lanqas biss huma konxji ta’ din il-prattika. Għalhekk, ma hemm l-ebda benefiċċju reali għall-klijent, speċjalment minħabba li l-klijenti huma sistematikament mmexxija minn membri ta’ Alliances lejn is-sieħeb u mhux lejn l-iktar netwerk effiċjenti jew l-inqas għoli. Fl-aħħar, minħabba li l-klijenti mhumiex dawk li qed jagħżlu n-netwerk barrani, ma hemm l-ebda pressjoni fuq prezzijiet bl-ingrossa tar-roaming u għalhekk l-eba kompetizzjoni fil-prezzijiet. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 12 – punt (a a) (ġdid) Regolament (KE) Nru 717/2007 Artikolu 7 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
|
PROĊEDURA
Titolu |
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 717/2007 (netwerks tat-telefonija mobbli) u tad-Direttiva 2002/21/KE (komunikazzjonijiet elettroniċi) |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0580 – C6-0333/2008 – 2008/0187(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
ITRE |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 9.10.2008 |
|
|
|
||||
Kumitat assoċjat - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
20.11.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Syed Kamall 10.11.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
2.12.2008 |
21.1.2009 |
10.2.2009 |
|
||||
Data tal-adozzjoni |
2.3.2009 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
18 0 14 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Gabriela Creţu, Mia De Vits, Janelly Fourtou, Evelyne Gebhardt, Hélène Goudin, Martí Grau i Segú, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Edit Herczog, Pierre Jonckheer, Alexander Graf Lambsdorff, Kurt Lechner, Toine Manders, Catiuscia Marini, Arlene McCarthy, Nickolay Mladenov, Bill Newton Dunn, Karin Riis-Jørgensen, Giovanni Rivera, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Marianne Thyssen, Jacques Toubon |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jan Cremers, Benoît Hamon, Syed Kamall, Manuel Medina Ortega, Diana Wallis |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Richard Corbett, Ingeborg Gräßle, Jörg Leichtfried, Véronique Mathieu, Peter Skinner |
|||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 717/2007 (telefonija mobbli) u tad-Direttiva 2002/21/KE (komunikazzjonijiet elettroniċi) |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0580 – C6-0333/2008 – 2008/0187(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
23.9.2008 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 9.10.2008 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 9.10.2008 |
IMCO 9.10.2008 |
CULT 9.10.2008 |
|
||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ECON 22.10.2008 |
|
|
|
||||
Kumitat(i) assoċjat(i) Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 20.11.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Adina-Ioana Vălean 15.10.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
4.11.2008 |
2.12.2008 |
20.1.2009 |
9.3.2009 |
||||
Data tal-adozzjoni |
31.3.2009 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
35 2 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Šarūnas Birutis, Jan Březina, Jerzy Buzek, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Pilar del Castillo Vera, Den Dover, Norbert Glante, Mary Honeyball, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Werner Langen, Pia Elda Locatelli, Eluned Morgan, Antonio Mussa, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Atanas Paparizov, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Anni Podimata, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Paul Rübig, Amalia Sartori, Andres Tarand, Catherine Trautmann, Nikolaos Vakalis, Adina-Ioana Vălean, Alejo Vidal-Quadras |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Ivo Belet, Danutė Budreikaitė, Avril Doyle, Edit Herczog, Marie-Noëlle Lienemann, Vittorio Prodi, Bernhard Rapkay, Esko Seppänen |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Willem Schuth |
|||||||