RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, exposures kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet

17.3.2009 - (COM(2008)0602 – C6‑0339/2008 – 2008/0191(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Othmar Karas

Proċedura : 2008/0191(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0139/2009

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, exposures kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet

(COM(2008)0602 – C6‑0339/2008 – 2008/0191(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz tad-direttiva tal-Kummissjoni li temenda ċerti annessi tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet tekniċi relatati mal-ġestjoni tar-riskju,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0602),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 47(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0339/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

-    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0139/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Calls on the Commission to refer the matter to Parliament again if it intends to amend the proposal substantially or replace it with another text;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emendi         1

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

(1) L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tal-kummerċ tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu [titlu mhux uffiċjali] jippermetti lill-Istati Membri jipprovdu għal reġimi prudenzjali speċjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li ilhom affiljati fuq bażi permanenti ma’ entità ċentrali sa mill-15 ta’ Diċembru 1977, dejjem jekk dawk ir-reġimi jkunu ddaħħlu fil-liġijiet nazzjonali sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Diċembru 1979. Dawn l-iskadenzi ma jħallux lill-Istati Membri, speċjalment lil dawk li ssieħbu mal-Unjoni Ewropea mill-1980 ’l hawn, idaħħlu l-istess reġimi għal affiljazzjonijiet simili ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li twaqqfu aktar tard fit-territorju tagħhom. Għalhekk huwa xieraq li l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 3 jitneħħew sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet indaqs għall-kompetizzjoni bejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Istati Membri. Il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej għandu jipprovdi linji ta' gwida mhux vinkolanti sabiex tittejjeb il-konverġenza tal-prattiki superviżorji f'dan ir-rigward.

(1) L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tal-kummerċ tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu [titlu mhux uffiċjali] jippermetti lill-Istati Membri jipprovdu għal reġimi prudenzjali speċjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li ilhom affiljati fuq bażi permanenti ma’ entità ċentrali sa mill-15 ta’ Diċembru 1977, dejjem jekk dawk ir-reġimi jkunu ddaħħlu fil-liġijiet nazzjonali sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Diċembru 1979. Dawn l-iskadenzi ma jħallux lill-Istati Membri, speċjalment lil dawk li ssieħbu mal-Unjoni Ewropea mill-1980 ’l hawn, idaħħlu l-istess reġimi għal affiljazzjonijiet simili ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li twaqqfu aktar tard fit-territorju tagħhom. Għalhekk huwa xieraq li l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva jitneħħew sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet indaqs għall-kompetizzjoni bejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Istati Membri. Il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej għandu jipprovdi linji ta' gwida sabiex tittejjeb il-konverġenza tal-prattiki superviżorji f'dan ir-rigward.

Emendi         2

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

(3) Għalhekk, huwa importanti li jiġu stipulati kriterji għal dawk l-istrumenti kapitali biex ikunu eliġibbli għall-fondi proprji oriġinali tal-istituzzjonijiet tal-kreditu u li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/48/KE jkunu allinjati ma’ dak il-ftehim. L-emendi għall-Anness XII għad-Direttiva 2006/48/KE jirriżultaw direttament mill-ħolqien ta’ dawk il-kriterji. Il-kriterji tal-eliġibbiltà għandhom jirreferu għall-istrumenti l-aktar subordinati ta’ istituzzjoni ta’ kreditu li ma għandhiex proprjetarji jew azzjonisti taħt il-liġi nazzjonali, bħalma huma ċ-ċertifikati tal-banek kooperattivi ta’ ċerti membri, sakemm il-kapital rispettiv ikun tħallas u sakemm dan ikun ikklassifikat wara l-pretensjonijiet l-oħra kollha.

(3) Għalhekk, huwa importanti li jiġu stipulati kriterji għal dawk l-istrumenti kapitali biex ikunu eliġibbli għall-fondi proprji oriġinali tal-istituzzjonijiet tal-kreditu u li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/48/KE jkunu allinjati ma’ dak il-ftehim filwaqt li titqies l-importanza ta' bażi ta' kapital ewlieni b'saħħitha sabiex ikun jista' jiġi assorbit it-telf. L-emendi għall-Anness XII għad-Direttiva 2006/48/KE jirriżultaw direttament mill-ħolqien ta’ dawk il-kriterji. Il-fondi proprji oriġinali msemmija fl-Artikolu 57(a) tad-Direttiva 2006/48/KE jinkludu l-istrumenti li l-liġi nazzjonali tqis bħala kapital tal-ekwità, li huma subordinati għall-krediti l-oħra kollha f'każ ta' likwidazzjoni u li jassorbu għal kollox it-telf pari passu ma' ishma ordinarji. Dawn jistgħu jinkludu strumenti li jipprovdu drittijiet preferenzjali għal ħlas ta' dividend fuq bażi mhux kumulattiva, sakemm dawn ikunu inklużi fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 86/635/KEE, ikunu subordinati għall-krediti l-oħra kollha f'każ ta' likwidazzjoni u jassorbu għal kollox it-telf fuq bażi ta’ negozju avvjat pari passu ma' ishma ordinarji. Il-fondi proprji oriġinali msemmija fl-Artikolu 57(a) tad-Direttiva 2006/48/KE jinkludu wkoll kull strument ieħor taħt it-termini statutorji ta' istituzzjonijiet ta' kreditu billi titqies l-għamla speċifika tal-mutwali, tas-soċjetajiet koperattivi u ta' istituzzjonijiet oħra, u li jitqiesu b'mod vast bħala li huma ekwivalenti għall-ishma ordinarji f'termini tal-kwalitajiet ta' kapital tagħhom. L-istrumenti li ma jikklassifikawx wara l-krediti l-oħra kollha f'każ ta' likwidazzjoni jew li ma jassorbux it-telf fuq bażi tal-prinċipju tal-attività kurrenti pari passu mal-ishma ordinarji huma inklużi fil-kategorija tal-ibridi msemmija fl-Artikolu 57(ca) tad-Direttiva 2006/48/KE.

Emendi         3

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

(5) Bil-għan li jissaħħaħ il-qafas tal-ġestjoni tal-kriżijiet tal-Komunità, huwa essenzjali li l-awtoritajiet kompetenti jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom ma’ dawk ta’ awtoritajiet kompetenti oħrajn u, fejn ikun xieraq, mal-banek ċentrali, b’mod effiċjenti. Sabiex tissaħħaħ l-effiċjenza tas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet tal-kreditu prinċipali awtorizzati fil-Komunità u sabiex l-awtoritajiet kompetenti jitħallew iwettqu aħjar is-superviżjoni ta’ grupp bankarju fuq bażi konsolidata, l-attivitajiet superviżorji għandhom jiġu kkoordinati b'mod iżjed effettiv. Għaldaqstant, għandhom jitwaqqfu l-Kulleġġi tas-Superviżuri. Il-ħolqien ta’ dawn il-kulleġġi ma għandux jaffettwa d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2006/48/KE. Il-ħolqien tagħhom għandu jkun strument għal kooperazzjoni aktar b’saħħitha li permezz tagħha l-awtoritajiet kompetenti jiftehmu dwar ħidmiet superviżorji ewlenin. Il-kulleġġi għandhom jiffaċilitaw il-ġestjoni tas-superviżjoni ma taqta' xejn u tas-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Is-superviżur ta' konsolidazzjoni jista', b'rabta mal-membri l-oħra tal-kulleġġ, jiddeċiedi li jorganizza laqgħat jew attivitajiet li ma jkunux ta' interess ġenerali u għalhekk ikun hemm udjenza magħżula kif xieraq.

(5) Bil-għan li jissaħħaħ il-qafas tal-ġestjoni tal-kriżijiet tal-Komunità, huwa essenzjali li l-awtoritajiet kompetenti jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom ma’ dawk ta’ awtoritajiet kompetenti oħrajn u, fejn ikun xieraq, mal-banek ċentrali, b’mod effiċjenti. Sabiex tissaħħaħ l-effiċjenza tas-superviżjoni prudenzjali ta’ grupp bankarju fuq bażi konsolidata, l-attivitajiet superviżorji għandhom jiġu kkoordinati b'mod iżjed effettiv. Għaldaqstant, għandhom jitwaqqfu l-Kulleġġi tas-Superviżuri. Il-ħolqien ta’ dawn il-kulleġġi ma għandux jaffettwa d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2006/48/KE. Il-ħolqien tagħhom għandu jkun strument għal kooperazzjoni aktar b’saħħitha li permezz tagħha l-awtoritajiet kompetenti jiftehmu dwar ħidmiet superviżorji ewlenin. Il-kulleġġi għandhom jiffaċilitaw il-ġestjoni tas-superviżjoni ma taqta' xejn u tas-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Is-superviżur ta' konsolidazzjoni jista', b'rabta mal-membri l-oħra tal-kulleġġ, jiddeċiedi li jorganizza laqgħat jew attivitajiet li ma jkunux ta' interess ġenerali u għalhekk ikun hemm udjenza magħżula kif xieraq.

Emendi         4

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

(7) L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jieħdu sehem f'kulleġġi mwaqqfin għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet tal-kreditu li l-istituzzjoni prinċipali tagħhom tkun qiegħda f’pajjiż terz. Il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej għandu jipprovdi, fejn ikun meħtieġ, linji ta' gwida u rakkomandazzjonijiet li ma jorbtux sabiex tissaħħaħ il-konverġenza tal-prattiki superviżorji skont id-Direttiva 2006/48/KE.

(7) L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jieħdu sehem f'kulleġġi mwaqqfin għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet tal-kreditu li l-istituzzjoni prinċipali tagħhom tkun qiegħda f’pajjiż terz. Il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej għandu jipprovdi, fejn ikun meħtieġ, linji ta' gwida u rakkomandazzjonijiet li ma jorbtux sabiex tissaħħaħ il-konverġenza tal-prattiki superviżorji skont id-Direttiva 2006/48/KE. Sabiex jiġu evitati inkosistenzi u arbitraġġ regolatorju, li jistgħu' jirriżultaw minn differenzi fl-approċi u fir-regoli applikati mill-bosta kulleġġi u mill-applikazzjoni tad-diskrezzjoni tal-Istati Membri, il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej (CEBS) għandu jiżviluppa linji gwida dwar il-proċeduri tar-regoli li jirregolaw il-kulleġġi.

Emendi         5

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 8 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

 

(8a) L-arranġamenti ta' superviżjoni kurrenti għandhom ikunu temporanji. Il-kulleġġi tas-superviżuri jikkostitiwxxu pass konsiderevoli 'l quddiem fis-simplifikazzjoni tal-koperazzjoni superviżorja u tal-konverġenza tal-UE. Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji fil-kulleġġi, li jittrattaw gruppi u impriżi u s-sussidjarji u l-fergħat tagħhom, hija fażi fl-iżvilupp lejn aktar konverġenza regolatorja u integrazzjoni superviżorja. Huwa essenzjali li jkun hemm fiduċja bejn is-superviżuri u rispett għar-responsabilitajiet rispettivi tagħhom. Fil-każ ta' kunflitt bejn il-membri ta' kulleġġ dwar ir-responsabilitajiet differenti, jeħtieġ li jkun hemm pariri newtrali u indipendenti, medjazzjoni u mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni ta' kunflitti fuq i-livell Komunitarju.

 

Il-kriżi fis-swieq finanzjarji internazzjonali wriet li huwa f'loku li tiġi eżaminata ulterjorment il-ħtieġa ta' riforma tal-mudell regolatorju u superviżorju tas-settur finanzjarju tal-UE. B'mod partikulari, il-Kummissjoni ħabbret, fil-Komunikazzjoni tagħha tad-29 ta' Ottubru 2008 intitolata 'Minn kriżi finanzjarja għal irkupru: Qafas Ewropew għall-azzjoni', li kienet waqqfet grupp ta' esperti, b'Jacques de Larosière bħala Chairman, biex jikkunsidra l-organizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej sabiex tkun żgurata s-sodezza prudenzjali, it-tħaddim ordinat tas-swieq u kooperazzjoni Ewropea isħaħ fis-superviżjoni tal-istabbilità finanzjarja, mekkaniżmu ta' twissija bikrija u mmaniġġjar ta' kriżijiet, li jinkludi l-immaniġġjar tar-riskji transkonfinali u transsettorjali, kif ukoll biex tingħata ħarsa lejn il-kooperazzjoni bejn l-UE u ġurisdizzjonijiet maġġuri oħrajn bil-għan li titħares l-istabbilità finanzjarja fuq il-livell globali. Sabiex jinkiseb il-livell neċessarju ta' konverġenza u kooperazzjoni superviżorja tal-UE, u sabiex tissaħħaħ l-istabilità tas-sistema finanzjarja, għandha tkompli l-ħidma ħalli sseħħ l-integrazzjoni superviżorja. Din l-integrazzjoni għandha twassal għal Sistema Ewropea ta' Superviżuri Bankarji mibnija fuq il-mudell tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali.

 

Il-Kummissjoni għandha kemm jista' jkun malajar, imma f'kull każ mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kulma ssib f'dan is-sens u tressaq kull proposta leġiżlattiva meħtieġa biex jiġu ttrattati n-nuqqasijiet identifikati f'dak li għandu x'jaqsam mad-dispożizzjonijiet relattivi għall-arranġament ta' kooperazzjoni superviżorja filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar is-superviżjoni finanzjarja, filwaqt li jinżamm amment li għandu jinkiseb rwol isħaħ għal sistema superviżorja f'livell ta' UE sal-31 ta' Diċembru 2011.

Emenda        6

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Minħabba li telf li jinħoloq minn skopertura għal istituzzjonijiet tal-kreditu jew għal impriża tal-investiment jista’ jkun aħrax daqs telf minn kwalunkwe skopertura oħra, it-tali skoperturi għandhom jiġu ġestiti u rrappurtati bħal kwalunkwe skopertura oħra.

(14) Minħabba li telf li jinħoloq minn skopertura għal istituzzjonijiet tal-kreditu jew għal impriża tal-investiment jista’ jkun aħrax daqs telf minn kwalunkwe skopertura oħra, it-tali skoperturi għandhom jiġu ġestiti u rrappurtati bħal kwalunkwe skopertura oħra. Barra minn hekk, espożissjonijiet fuq żmien qasir marbuta ma' pagamenti, approvazzjonijiet, ħlas finali u servizzi ta' kustodja għall-klijienti huma eżenti sabiex ikun faċilitat it-tħaddim tajjeb tas-swieq finanzjarji u tal-infrastruttura marbuta magħhom. Dawk is-servizzi jkopru, pereżempju, l-eżekuzzjoni tal-ikklerjar tal-flus kontanti u l-ħlas finali, l-ipproċessar tal-attivitajiet ta' kumpaniji kif ukoll is-self ta' sigurtajiet u attivitajiet simili bil-għan li l-ħlas finali jkun faċilitat. L-espożizzjonijiet relatati jinkludu, inter alia, bilanċi fuq kontijiet interbankarji li jirriżultaw minn ħlasijiet ta' klijenti, iklużi tariffi u interessi kreditati jew debitata, u ħlasijiet oħra għas-servizzi għall-klijenti, kif ukoll il-garanziji mogħtija jew irċevuti.

Emenda        7

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 14 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Id-dispożizzjonijiet marbuta mal-Istituzzjonijiet Esterni tal-Evalwazzjoni tal-Kreditu (ECAIs) skont din id-Direttiva għandhom ikunu konsistenti mar-Regolament (KE) Nru. .../2009 dwar l-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Krediti. B'mod partikulari, il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej għandu jirrevedi l-linji gwida tiegħu dwar ir-rikonoxximent tal-ECAIs sabiex ikun evitat l-iddupplikar tax-xogħol u jitnaqqas il-piż tal-proċess ta' rikonoxximent meta ECAI tkun reġistrata bħala Aġenzija tal-Klassifikazzjoni tal-Krediti (CRA) fuq il-livell Komunitarju.

Emenda        8

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

(15) Huwa importanti li jitneħħa n-nuqqas ta' allinjament bejn l-interessi tal-kumpaniji li "jerġgħu jippakkjaw" is-self f'titolizzazzjonijiet li jistgħu jinbiegħu u fi strumenti finanzjarji oħrajn (l-oriġinaturi) u dawk tal-kumpaniji li jinvestu f'dawn it-titolizzazzjonijiet jew l-istrumenti (l-investituri). Għaldaqstant huwa importanti għall-oriġinaturi li jżommu skopertura għar-riskju tas-self konċernat. B'mod partikulari f'każ fejn ikun hemm trasferiment tar-riskju tal-kreditu permezz tat-titolizzazzjoni, l-investituri għandhom jiddeċiedu biss wara li jkunu wettqu d-diliġenza dovuta b'mod sħiħ, ħaġa li għaliha jeħtieġu tagħrif adegwat dwar it-titolizzazzjonijiet.

(15) Huwa importanti li jitneħħa n-nuqqas ta' allinjament bejn l-interessi tal-kumpaniji li "jerġgħu jippakkjaw" is-self f'titolizzazzjonijiet li jistgħu jinbiegħu u fi strumenti finanzjarji oħrajn (l-oriġinaturi jew sponsors) u dawk tal-kumpaniji li jinvestu f'dawn it-titolizzazzjonijiet jew l-istrumenti (l-investituri). Huwa wkoll importanti li wieħed jiddistingwi bejn it-titolizzazzjonijiet fejn l-interessi tal-oriġinatur jew tal-isponsor u l-interessi tal-investituri jkunu allinjati, għaliex ngħidu aħna l-oriġinatur jew l-isponsors jirriżervaw interess relevanti f'beni sottostanti, u dawk fejn l-istess interessi ma jkunux allinjati. Inoltre, il-penali għan-non-ottemperanza mal-obbligi tad-due diligence jeħtieġ li jkunu proporzjonati. Għaldaqstant huwa importanti għall-oriġinaturi jew l-isponsors li jżommu skopertura għar-riskju tas-self konċernat. Għalhekk, ir-ritenzjoni għandha tkun applikabbli għal trasferimenti ta' riskju ta' kreditu bħalma huma x-xiri ta self minn żewġ banek differenti jew credit default swaps sakemm is-sustanza ekonomika tagħhom ma tissodisfax id-definizzjoni ta' titolizzazzjoni skont din id-Direttiva. B'mod partikulari f'każ fejn ikun hemm trasferiment tar-riskju tal-kreditu permezz tat-titolizzazzjoni, l-investituri għandhom jiddeċiedu biss wara li jkunu wettqu d-diliġenza dovuta b'mod sħiħ, ħaġa li għaliha jeħtieġu tagħrif adegwat dwar it-titolizzazzjonijiet. Il-miżuri biex jiġi indirizzat il-misallinjament potenzjali ta' dawn l-istrutturi għandhom ikunu konsistenti u koerenti fir-regolamenti kollha rilevanti tas-settur finanzjarju. Il-Kummissjoni għandha tressaq proposti leġiżlattivi adegwati sabiex tiżgura din il-konsistenza u l-koerenza.

Emenda        9

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 15 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Proċeduri ta' diliġenza xierqa għandhom aktar potenzjal ta' bini ta' fiduċja u ta' kontroeżami meta jkunu msejsa fuq prinċipju miftuħ. Għalhekk, filwaqt li jkun hemm rispett tal-ħarsien tad-data u tal-privatezza, id-diliġenza xierqa min-naħa jew f'isem l-oriġinaturi, l-isponsors jew l-investituri għandha tkun bil-miftuħ mhux kunfidenzjali.

Emenda        10

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 15 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15b) L-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li r-regolaturi nazzjonali jkollhom biżżejjed persunal u riżorsi biex jikkonformaw mal-obbligi superviżorji skont l-Artikolu 122a u li l-impjegati involuti fis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu skont l-Artikou 122a jkollhom l-għarfien u l-esperjenza xierqa għat-twettiq tad-dmirijiet mogħtija lilhom.

Emenda        11

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) B’mod partikulari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/48/KE sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji jew fl-istandards tal-kontabilità, jew ir-rekwiżiti li jqisu l-leġiżlazzjoni Komunitarja, jew li jirrigwardaw il-konverġenza tal-prattiki superviżorji u kif ukoll li tibdel il-perċentwal speċifikat fl-Artikolu 111(1) ta’ dik id-Direttiva sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji. Billi dawn il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2006/48/KE, iridu jiġu adottati f'konformità mal-proċedura regolatorja marbuta mal-iskrutinju li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(19) B’mod partikulari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/48/KE sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji jew fl-istandards tal-kontabilità, jew ir-rekwiżiti li jqisu l-leġiżlazzjoni Komunitarja, jew li jirrigwardaw il-konverġenza tal-prattiki superviżorji. Billi dawn il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2006/48/KE, iridu jiġu adottati f'konformità mal-proċedura regolatorja marbuta mal-iskrutinju li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Emenda        12

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 19 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) Il-kriżi żvelat il-ħtieġa għal analiżi aħjar tal-problemi makroprudenzjali u għal rispons għalihom - liema problemi jinsabu fl-interfaċċa bejn il-politika makroekonomika u r-regolamentazzjoni tas-sistema finanzjarja. Din se tkun tinkludi l-ħtieġa li jiġu eżaminati:

 

- il-politiki li jħarrxu t-tlugħ u l-inżul taċ-ċiklu kummerċjali (inkluż, possibilment, it-tiħrix tal-kriżijiet finanzjarji meta jkun rikjest kapital eċċessiv fir-rabassi u kapital inadegwat fir-ripriżi), u jekk il-banek għandhom jibnu kuxxini kapitali f'saħħithom u jilqgħu matul iċ-ċiklu b'modi li jistgħu jintużaw matul rabass,

 

- assunzjonijiet dwar il-korrelazzjonijiet li fuqhom huma mibnija l-metodoloġiji biex jiġi kkalkolati il-kapital regolatorju, u

 

- l-introduzzjoni ta' rapport ta' lieva finanzjarja għall-banek.

 

Sal-31 ta' Diċembru 2009, il-Kummissjoni għalhekk għandha tkun irrevediet din id-Direttiva fl-intjier tagħha biex tindirizza dwar il-kwestjonijiet u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' proposti approprijati, jekk ikun hemm.

Emenda        13

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 19 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19b) Sabiex tiġi żgurata l-istabilità finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tkun irrevediet u jirrappurtat dwar miżuri biex ittejjeb it-trasparenza tas-swieq over-the-counter, billi ngħidu aħna tirrikjedi l-ipproċessar ta' credit default swaps peremzz ta' kontroparti clearinghouse ċentrali, stabbiliti, irregolati, u superviżjonati fl-Unjoni Ewropea, ħalli jiġu mmitigati r-riskji tal-kontroparti u, b'mod aktar ġenerali, biex jitnaqqsu r-riskji globali, u tiġi żgurata s-superviżjoni effettiva ta' dawk l-entitajiet. Il-Kummissjoni għandha tressaq dan ir-rapport quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill flimkien ma' proposti leġiżlattivi kif jixraq.

Emenda        14

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 19 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19c) Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kemm hu xieraq u kif inhu mistenni li jkun l-impatt tar-rekwiżit li l-istituzzjonijiet jirriżervaw interess eknomiku materjali nett fit-titolizzazzjonijiet tagħhom, fid-dawl tal-iżviluppi fis-suq internazzjonali u fil-politika.

Emenda        15

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 19 d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19d) Il-karatteristiċi speċifiċi tal-istituzzjonijiet tal-mikrokreditu għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni tar-riskju. Barra minn hekk, peress li l-mikrokrediti żviluppaw ftit, għandu jkun imħeġġeġ l-iżvilupp ta' sistemi ta' klassifikar xierqa. L-iżvilupp tal-mikrokreditu għandu preferibbilment ikun promoss. Ir-regolamentazzjoni prudenzjali u s-superviżjoni marbutin mal-mikrokreditu għandhom preferibbilment ikunu proporzjonati għall-attivitajiet ta' mikrokreditu. Tali superviżjoni għandha tkun adattata għall-iżvilupp ta' sistema ta' rating standard u għar-realtà u r-riskji tal-attivitajiet ta' mikrokreditu.

Emenda        16

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 a (ġdid)

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 41 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 41 qed jitbiddel b'dan li ġej:

 

"L-Istati Membri ospitanti għandhom, sa ma jkun hemm aktar koordinazzjoni, iżommu r-responsabbilità b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru oriġinarju għas-superviżjoni tal-likwidità tal-fergħat tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, billi jiżguraw li l-fergħat ikollhom biżżejjed likwidità.

Emenda        17

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 42a – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-impatt li aktarx ikollhom is-sospensjoni jew l-għeluq tal-operazzjonijiet tal-istituzzjoni tal-kreditu fuq is-sistemi tal-ħlasijiet, tal-ikklerjar u tas-sald fl-Istat Membru ospitanti;

(b) l-impatt li aktarx ikollhom is-sospensjoni jew l-għeluq tal-operazzjonijiet tal-istituzzjoni tal-kreditu fuq il-likwidità u s-sistemi tal-ħlasijiet, tal-ikklerjar u tas-saldu fl-Istat Membru ospitanti;

Emenda        18

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 2006/48/KE

L-Artikolu 42b – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-konverġenza fir-rigward tal-istrumenti u l-prattiki superviżorji fl-applikazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u r-rekwiżiti amministrattivi adottati skont din id-Direttiva. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u li dawn iqisu l-linji ta' gwida u r-rakkomandazzjonijiet li ma jorbtux li jipprovdi dan il-Kumitat.

1. Waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-konverġenza fir-rigward tal-istrumenti u l-prattiki superviżorji fl-applikazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u r-rekwiżiti amministrattivi adottati skont din id-Direttiva. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u li dawn jew jottemperaw ruħhom mal-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu jew jispjega kwalunkwe nuqqas ta' ottemperanza, u li l-mandati nazzjonali konferiti fuq is-superviżuri ma jinibixxux il-prestazzjoni tagħhom ta' dmirijiethom bħala membri ta' dak il-Kumitat jew skont it-termini ta' din id-Direttiva u li d-deċiżjonijiet magħmulin mill-awtoritajiet kompetenti fid-dawl tal-Artikolu 40(3) jew wara r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ma jwasslux għal responsabilità skont il-mandat nazzjonali tagħhom.

Emenda        19

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 2006/48/KE

L-Artikolu 42b – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull tliet snin mill-31 ta’ Diċembru 2010 'il quddiem, il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej għandu jirrapporta lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni Ewropea xi progress ikun sar lejn il-kisba tal-konverġenza superviżorja.”

2. Il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej għandu jirrapporta lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni Ewropea dwar il-progress magħmul biex ikun hemm konverġenza superviżorja kull sena b'bidu fl-1 ta' Jannar 2011.

Emenda        20

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6 – punt a

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"(a) “(a) il-banek ċentrali u entitajiet oħra li għandhom funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji meta dan it-tagħrif ikun rilevanti għat-twettiq tal-ħidmiet statutorji rispettivi tagħhom, inkluż l-imġiba tal-politika monetarja, is-sorveljanza tas-sistemi ta’ pagamenti u ta' sald tat-titolizzazzjonijiet, u l-ħarsien tal-istabbiltà finanzjarja; kif ukoll

(a) il-Bank Ċentrali Ewropew, il-banek ċentrali u entitajiet oħra li għandhom funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji meta dan it-tagħrif ikun rilevanti għat-twettiq tal-ħidmiet statutorji rispettivi tagħhom, inkluż l-imġiba tal-politika monetarja, is-sorveljanza tas-sistemi ta’ pagamenti likwidi u ta' sald tat-titolizzazzjonijiet, ir-riskji tas-sistema u l-ħarsien tal-istabbiltà finanzjarja; kif ukoll

Emenda        21

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6 – punt b

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 49 – paragrafu 3 a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“F’sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 130(1), l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jikkomunikaw tagħrif lill-banek ċentrali fil-Komunità f'każ fejn din l-informazzjoni tkun rilevanti għat-twettiq tal-ħidmiet statutorji rispettivi tagħhom, inkluż l-imġiba tal-politika monetarja, is-sorveljanza tas-sistemi ta’ pagamenti u ta' sald tat-titolizzazzjonijiet, u l-ħarsien tal-istabbiltà finanzjarja.”

F’sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 130(1), l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jikkomunikaw tagħrif lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-banek ċentrali fil-Komunità f'każ fejn din l-informazzjoni tkun rilevanti għat-twettiq tal-ħidmiet statutorji rispettivi tagħhom, inkluż l-imġiba tal-politika monetarja, is-sorveljanza tas-sistemi ta’ pagamenti likwidi u ta' sald tat-titolizzazzjonijiet, ir-riskji tas-sistema u l-ħarsien tal-istabbiltà finanzjarja.”

Emenda        22

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 7

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 50 – paragrafu 2 a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“F’sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 130(1), l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jiżvelaw tagħrif lid-dipartimenti msemmija fl-ewwel paragrafu fl-Istati Membri kollha konċernati.”

F’sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 130(1), l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jiżvelaw tagħrif relevanti kollu lid-dipartimenti msemmija fl-ewwel paragrafu fl-Istati Membri kollha konċernati għall-fini tal-kompitu tagħhom.

Emenda        23

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 8 – punt b a (ġdid)

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 57 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) Fl-Artikolu 57, it-tielet subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

 

"Fir-rigward tal-punt (b), l-Istati Membri għandhom jippermettu l-inklużjoni ta' profitti interim jew tal-aħħar tas-sena qabel ma deċiżjoni formali tkun ittieħdet biss jekk dawn il-profitti jkunu ġew ivverifikati minn persuni responsabbli għall-verifika tal-kontijiet u jekk ikun ġie ppruvat għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti li l-ammont tagħhom ikun ġie evalwat bi qbil mal-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 86/635/KEE u jkun nett minn xi imposti jew dividendi previsti;"

Emenda        24

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 11

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 63a – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Id-dispożizzjonijiet statutorji jew kuntrattwali li jirregolaw l-istrument għandhom jipprovdu għal kapital prinċipali, interess mhux imħallas jew dividend li jkunu tali li jassorbu t-telf u li ma jkunux ta’ tfixkil għall-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-istituzzjoni tal-kreditu.

4. Id-dispożizzjonijiet statutorji jew kuntrattwali li jirregolaw l-istrument għandhom jipprevedu għal kapital prinċipali, interess jew dividend mhux imħallsa li jkunu b'mod li jassorbu t-telf u li ma jfixklux ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni tal-kreditu permezz ta' mekkaniżmi adatti, kif elaborat mill-Kumitat Ewropew għas-Sorveljanza tal-Banek taħt il-paragrafu 6.

Emenda        25

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 11

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 63a – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej għandu jfassal linji ta' gwida għall-konverġenza tal-prattiċi superviżorji fir-rigward tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 1 u għandu jimmonitorja l-applikazzjoni tagħhom. Sa Jannar 2012, il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu u għandha tirrapporta lill-Parlament u lill-Kunsill."

6. Il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej għandu jfassal linji ta' gwida għall-konverġenza tal-prattiċi superviżorji fir-rigward tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 1 u fl-Artikolul 57(a) u għandu jimmonitorja l-applikazzjoni tagħhom. Sal-31 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tagħmel kwalunkwe proposta adatta biex tiżgura l-kwalità tal-fondi proprji.

Emenda        26

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 13 a (ġdid)

Direttiva 2006/48/KE

TITOLU V –Kapitolu 2 – Taqsima 2 – Sottotaqsima 2 – Titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Fit-TITOLU V, Kapitolu 2, Taqsima 2, Sottotaqsima 2, it-titolu qabel l-Artikolu 74 għandu jinbidel b'li ġej:

 

''Kalkolu tar-rekwiżiti u rekwiżiti ta' rappurtar''

Emenda        27

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 13 a (ġdid)

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 74 - paragrafu 2 - subparagrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

13a. Fl-Artikolu 74(2), qed jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

"Għall-komunikazzjoni ta' dawn il-kalkoli minn istituzzjonijiet ta' kreditu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2013, formati, frekwenzi u dati ta' rrappurtar uniformi. Sabiex dan ikun iffaċilitat, il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej għandu jfassal linji gwida sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011, biex jintroduċi fil-Komunità format uniformi għall-irrappurtar. Il-formati għall-irrappurtar għandhom ikunu proporzjonati man-natura, l-iskala u l-komplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet ta' kreditu."

Emenda        28

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 13 b (ġdid)

Direttiva 2006/48/KE

Article 81 - paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

13b. L-Artikolu 81(2) jinbidel b'dan li ġej:

 

"2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikoxxu li ECAI hija eliġibbli għall-iskop tal-Artikolu 80 biss jekk ikun hemm sodisfazzjon li l-metodi ta' evalwazzjoni tagħha huma konformi mar-rekwiżiti tal-objettività, indipendenza, reviżjoni kontinwa u trasparenza, u li l-evalwazzjonijiet ta' kreditu li jirriżultaw jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' kredibilità u trasparenza. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-kriterji tekniċi stipulati fl-Anness VI, it-tieni parti. Meta ECAI tkun reġistrata bħala CRA skont ir-Regolament (KE) Nru .../2009 ta' ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni ta' Kreditu * *, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu li ġew sodisfatti r-rekwiżiti ta' objettività, indipendenza, reviżjoni kontinwa u trasparenza fir-rigward tal-metodoloġija tal-evalwazzjoni tagħha."

 

*ĠU jekk jogħġbok daħħal in-numru u d-data

** ĠU L... "

Emenda        29

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14 – punt a

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 87 – paragrafu 11 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11. F'każ fejn skoperturi fil-forma ta’ impriża għall-investiment kollettiv (CIU) jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-punti 77 u 78 tal-Parti 1 tal-Anness VI, u l-istituzzjoni tal-kreditu tkun konxja tal-iskoperturi kollha li fuqhom tissejjes is-CIU jew ta' partijiet minnhom, l-istituzzjoni tal-kreditu għandha tirreferi direttament għal dawn l-iskoperturi li fuqhom tissejjes is-CIU sabiex tikkalkula l-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija f'konformità mal-metodi stabbiliti f'din is-Sottosezzjoni. Il-paragrafu 12 għandu japplika għall-parti tal-iskoperturi li fuqhom tissejjes is-CIU li l-istituzzjoni tal-kreditu ma tkunx konxja tagħha u li tagħha ma tistax tkun konxja b'mod raġonevoli.

11. F'każ fejn skoperturi fil-forma ta’ impriża għall-investiment kollettiv (CIU) jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-punti 77 u 78 tal-Parti 1 tal-Anness VI, u l-istituzzjoni tal-kreditu tkun konxja tal-iskoperturi kollha li fuqhom tissejjes is-CIU jew ta' partijiet minnhom, l-istituzzjoni tal-kreditu għandha tirreferi direttament għal dawn l-iskoperturi li fuqhom tissejjes is-CIU sabiex tikkalkula l-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija f'konformità mal-metodi stabbiliti f'din is-Sottosezzjoni. Il-paragrafu 12 għandu japplika għall-parti tal-iskoperturi li fuqhom tissejjes is-CIU li l-istituzzjoni tal-kreditu ma tkunx konxja tagħha jew li tagħha ma tistax tkun konxja b'mod raġonevoli. B'mod partikolari, il-paragrafu 12 għandu japplika fejn ikun ta' piż mhux dovut għall-istituzzjoni ta' kreditu li tirreferi direttament għall-iskoperturi sottostanti sabiex tikkalkula l-ammonti ppeżati għar-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija f'konformità mal-metodi mniżżla f'din it-taqsima.

Emenda        30

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14 – punt a

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 87 – paragrafu 11 – subparagrafu 2 – punt b – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) għal skoperturi suġġetti għal piż għar-riskju speċifiku għal skoperturi li ma ngħataw l-ebda rata jew li huma suġġetti għall-ogħla grad ta' kwalità tal-kreditu għal klassi ta’ skoperturi partikulari, il-piż għar-riskju għandu jiġi mmultiplikat b’fattur ta’ 2 imma ma jistax ikun iktar minn 1,250 %;

(i) għal skoperturi soġġetti għal piż tar-riskju speċifiku għal skoperturi li ma ngħataw l-ebda rata jew li huma soġġetti għall-pass tal-kwalità tal-kreditu li jrodd l-ogħla piż ta' riskju għal klassi partikolari ta' skopertura, il-piż tar-riskju għandu jiġi mmultiplikat b’fattur ta’ 2 imma ma jistax ikun ogħla minn 1,250 %;

Emenda        31

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14 – punt a

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 87 – paragrafu 11 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk, għall-fini tal-punt (a), l-istituzzjoni tal-kreditu ma tkunx tista’ tagħmel differenza bejn ekwità privata, innegozjata fuq il-bażi ta’ skambju, u skoperturi oħra tal-ekwità, għandha tittratta l-iskoperturi konċernati bħalma tittratta l-iskoperturi tal-ekwità l-oħrajn. F'każ fejn dawn l-iskoperturi, meħuda flimkien mal-iskoperturi diretti tal-istituzzjoni tal-kreditu f’din il-klassi ta’ skoperturi, ma jkunux skoperturi materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 89(2), jista’ jiġi applikat il-Paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu suġġett għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti.”

Jekk, għall-fini tal-punt (a), l-istituzzjoni tal-kreditu ma tkunx tista’ tagħmel differenza bejn ekwità privata, innegozjata fuq il-bażi ta’ skambju, u skoperturi oħra tal-ekwità, għandha tittratta l-iskoperturi konċernati bħalma tittratta l-iskoperturi tal-ekwità l-oħrajn. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 154(6), fejn dawn l-exposures, meħuda flimkien mal-exposures diretti tal-istituzzjoni ta' kreditu f’din il-klassi ta’ exposures, ma jkunux materjali fit-tifsira tal-Artikolu 89(2), jista’ jiġi applikat il-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu soġġett għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti.

Emenda        32

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 15 a (ġdid)

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 97 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

15a. L-Artikolu 97(2) jinbidel b'dan li ġej:

 

"2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikonoxxu l-ECAI bħala eliġibli skont il-paragrafu 1 biss jekk ikun hemm sodisfazzjon li tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 81, billi jitqiesu wkoll il-kriterji tekniċi stipulati fl-Anness VI, it-Tieni Parti, u tkun wriet kapaċità fil-qasam tat-titolizzazzjoni, li tista' jkun enfasizzata minn aċċettazzjoni kbira fis-suq. Meta ECAI tkun reġistrata bħala CRA skont ir-Regolament (KE) Nru.../2009 tal-...* tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni ta' Kreditu**, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu r-rekwiżiti ta' oġġettività, indipendenza, reviżjoni kontinwa u trasparenza fir-rigward tal-metodoloġija ta' evalwazzjoni li trid tkun sodisfatta.

 

* ĠU jekk jogħġbok daħħal in-numru u d-data

** ĠU L... "

 

 

Emenda        33

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 16 – punt a

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 106 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) fil-każ ta’ tranżazzjonijiet ta’ skambju barrani, skoperturi mġarrbin waqt operazzjoni normali tas-sald matul it-48 siegħa ta' wara l-pagament;

(a) fil-każ ta’ tranżazzjonijiet ta' kambju tal-munita, skoperturi mġarrbin waqt operazzjoni normali ta' ħlas finali matul il-jumejn tax-xogħol wara l-pagament;

Emenda        34

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 16 – punt a

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 106 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) fil-każ tal-forniment ta’ servizzi ta' trasferiment ta’ flus jew ta' servizzi ta' kklerjar u sald tat-titolizzazzjonijiet lill-klijenti, irċevuti tard f’każ ta’ finazjament u skoperturi oħrajn li jinbtu minn attività min-naħa tal-klijent, li ma jdumux aktar mill-jum tan-negozju li jkun imiss”.

(c) fil-każ tal-forniment ta’ trasferiment ta’ flus inkluż l-eżekuzzjoni ta' servizzi ta' ħlas, kklerjar u sald fi kwalunkwe munita u servizzi bankarji korrispondenti jew kklerjar ta' strumenti finanzjarji, u servizzi ta' ħlas finali u ta' żamma għall-klijenti, irċevuti tard fir-rigward ta' dawk is-servizzi jew attivitajiet lill-klijenti jew espożizzjonijiet lill-fornituri ta' dawk is-servizzi li ma jdumux aktar mill-jum tax-xogħol li jkun imiss

Emenda        35

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 16 – punt b

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 106 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sabiex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ grupp ta’ klijenti relatati, fir-rigward tal-iskoperturi msemmija fil-punti (m), (o) u (p) tal-Artikolu 79(1), f'każ fejn ikun hemm skopertura għal assi sottostanti, istituzzjoni tal-kreditu għandha tivvaluta l-iskema u l-iskoperturi li fuqhom hija msejsa. Għal dan il-għan, istituzzjoni tal-kreditu għandha tevalwa s-sustanza ekonomika u r-riskji li hemm fl-istruttura tat-tranżazzjoni.”

3. Sabiex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ grupp ta’ klijenti relatati, fir-rigward tal-iskoperturi msemmija fil-punti (m), (o) u (p) tal-Artikolu 79(1), f'każ fejn ikun hemm skopertura għal assi sottostanti, istituzzjoni tal-kreditu għandha tivvaluta l-iskema jew l-iskoperturi li fuqhom hija msejsa, jew it-tnejn li huma. Għal dan il-għan, istituzzjoni tal-kreditu għandha tevalwa s-sustanza ekonomika u r-riskji li hemm fl-istruttura tat-tranżazzjoni.”

Emenda        36

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 18

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 110 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li r-rappurtar għandu jsir mill-inqas darbtejn fis-sena.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li r-rappurtar għandu jsir mill-inqas darbtejn fis-sena. L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw, mill-1 ta' Jannar 2013, formati, frekwenzi u dati ta' rapportaġġ uniformi. Sabiex dan ikun iffaċilitat, il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej għandu jfassal linji gwida sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011, biex jintroduċi fil-Komunità format uniformi għall-irrappurtar. Il-formati għall-irrappurtar għandhom ikunu proporzjonati man-natura, l-iskala u l-komplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet ta' kreditu."

Emenda        37

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 21 – punt d

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 113 – paragrafu 4 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) minkejja l-punt (f) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, skoperturi mġarrba minn istituzzjoni tal-kreditu għall-impriża prinċipali tagħha, għal sussidjarji oħrajn ta’ dik l-impriża prinċipali jew għas-sussidjarji tagħha stess, sakemm dawn l-impriżi jkunu koperti mis-supervżjoni fuq bażi konsolidata li għaliha hija suġġetta l-istituzzjoni tal-kreditu nnifisha, skont din id-Direttiva jew skont l-istandards ekwivalenti fis-seħħ f'pajjiż terz; l-iskoperturi li ma jissodisfawx dawn il-kriterji għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għal parti terza, kemm jekk ikunu eżentati mill-Artikolu 111(1) u kemm jekk le;

(c) minkejja l-punt (f) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, skoperturi inklużi l-parteċipanti jew tipi oħrajn ta' impriżi, mġarrba minn istituzzjoni tal-kreditu għall-impriża prinċipali tagħha, għal sussidjarji oħrajn ta’ dik l-impriża prinċipali jew għas-sussidjarji tagħha stess, sakemm dawn l-impriżi jkunu koperti mis-supervżjoni fuq bażi konsolidata li għaliha hija suġġetta l-istituzzjoni tal-kreditu nnifisha, skont din id-Direttiva jew skont l-istandards ekwivalenti fis-seħħ f'pajjiż terz; l-iskoperturi li ma jissodisfawx dawn il-kriterji għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għal parti terza, kemm jekk ikunu eżentati mill-Artikolu 111(1) u kemm jekk le.”

Emenda        38

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 21 – punt d

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 113 – paragrafu 4 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) elementi tal-assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq istituzzjonijiet, u skoperturi oħra għal istituzzjonijiet, dejjem jekk dawk l-iskoperturi ma jikkostitwixxux il-fondi proprji tat-tali istituzzjonijiet, ma jdumux aktar mill-jum tan-negozju li jkun imiss u jkunu fil-munita tal-Istat Membru li jkun qed jeżerċita din l-għażla, dejjem jekk din il-munita ma tkunx l-euro."

(f) elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq istituzzjonijiet, u skoperturi oħra għal istituzzjonijiet, dejjem jekk dawk l-iskoperturi ma jikkostitwixxux il-fondi proprji ta' istituzzjonijiet bħal dawn, ma jdumux aktar mill-jum tax-xogħol ta' wara u ma jkunux f'munita maġġura kambjabbli.

Emenda        39

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 21 – punt d

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 113 – paragrafu 4 – punt f a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

 

(fa) assi magħmula minn pretensjonijiet fuq banek ċentrali taħt forma ta' riservi minimi rikjesti miżmuma f'dawn il-banek ċentrali, u assi magħmula minn pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali taħt forma ta' rekwiżiti statutorji ta' likwidità miżmuma f'bonds tat-gvern u li huma denominati u ffinanzjati bil-munita nazzjonali ta' min jissellef;

Emenda        40

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 21 – punt d

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 113 – paragrafu 4 – punt f b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fb) 50 % tal-krediti dokumentarji li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ b'riskju medju/baxx u l-faċilitajiet ta' kreditu mhux utilizzati li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ b'riskju medju/baxx imsemmija fl-Anness II u soġġetti għall-qbil tal-awtoritajiet kompetenti, 80 % tal-garanziji barra mill-garanziji fuq self li għandhom bażi ġuridika jew regolatorja u jingħataw għall-membri tagħhom bi skemi ta' garanzija reċiproka li għandhom status ta' istituzzjoni ta' kreditu.

Emenda        41

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 21 – punt d

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 113 – paragrafu 4 – punt f c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fc) il-garanziji rikjesti legalment użati meta jkun hemm mutwu ipotekarju ffinanzjat b'titoli ta' ipoteki tad-debituri qabel l-iskrizzjoni finali tal-mutwu fir-reġistru tal-artijiet, basta l-garanzija ma tintużax biex tnaqqas ir-riskju fil-kalkolu tal-beni mgħobbijin bir-riskju."

Emenda        42

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 23

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 115 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-valur tal-proprjetà għandu jiġi kkalkulat, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, fuq il-bażi ta’ standards tal-valutazzjoni riġidi stipulati mil-liġi, mir-regolamentazzjoni jew minn dispożizzjonijiet amministrattivi. Għandha ssir valutazzjoni mill-inqas darba fis-sena.

Il-valur tal-proprjetà għandu jiġi kkalkulat, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, fuq il-bażi ta’ standards tal-valutazzjoni riġidi stipulati mil-liġi, mir-regolamentazzjoni jew minn dispożizzjonijiet amministrattivi. Għandha ssir stima mill-inqas darba kull tliet snin fir-rigward ta' proprjetà residenzjali.

Emenda        43

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 27

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 122a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Istituzzjoni tal-kreditu għandha tkun esposta għar-riskju tal-kreditu ta' obbligazzjoni jew ta' obbligazzjoni potenzjali jew ta' ġabra ta' obbligazzjonijiet jew ta' obbligazzjonijiet potenzjali f'każ fejn ma kenitx involuta direttament fin-negozjar, l-istrutturar u d-dokumentazzjoni tal-ftehim oriġinali li ħoloq l-obbligazzjonijiet jew l-obbligazzjonijiet potenzjali jekk:

1. Istituzzjoni tal-kreditu, barra l-oriġinatur, il-finanzjatur jew is-sellief oriġinali, għandha tkun esposta għar-riskju tal-kreditu ta’ pożizzjoni titolizzata fil-kotba tal-kummerċ u mhux tal-kummerċ tagħha biss jekk l-oriġinatur, il-finanzjatur jew is-sellief oriġinali jkun indika b'mod espliċitu lill-istituzzjoni tal-kreditu li se jżomm, fuq bażi kontinwa, interess ekonomiku materjali nett li, fi kwalunkwe każ m'għandux ikun inqas minn 5 fil-mija jew imgħax ekwivalenti fil-prestazzjoni tal-espożizzjonijiet li għandhom garanzija.

(a) il-persuni jew l-entitajiet li nnegozjaw, strutturaw u ddokumentaw direttament il-ftehim oriġinali mal-obbligatur jew mal-obbligatur potenzjali; jew b'mod alternattiv u fejn applikabbli,

 

(b) il-persuni jew l-entitajiet li jmexxu u jixtru t-tali obbligazzjonijiet jew obbligazzjonijiet potenzjali direttament jew indirettament f'isem l-istituzzjoni tal-kreditu

 

jkunu ħarġu impenn espliċitu lill-istituzzjoni tal-kreditu li jżommu, fuq bażi kontinwa, interess ekonomiku materjali nett u fi kwalunkwe każ li ma jkunx inqas minn 5 fil-mija f'pożizzjonijiet li jkollhom l-istess profil tar-riskju bħal dak li hija esposta għalih l-istituzzjoni tal-kreditu.

 

 

Għall-għan tal-Artikolu 122a,, ir-ritenzjoni ta' interess ekonomiku nett għandha tfisser:

 

(a) ritenzjoni ta' mhux inqas minn 5 % tal-valur nominali ta' kull wieħed mill-porzjonijiet mibjugħa jew ittrasferiti lill-investituri;

 

(b) fil-każ ta' titolizzazzjonijiet ta' skoperturi rivolventi, ritenzjoni tal-interess tal-oriġinatur ta' mhux inqas minn 5 % tal-valur nominali tal-iskoperturi ttitolizzati;

 

(c) ir-ritenzjoni ta' skoperturi rappreżnetattivi, ekwivalenti għal mhux inqas minn 5 % tal-ammont nominali tal-iskoperturi titolizzati, fejn dawn inkella jkunu titolizzati fit-titolizzazzjoni sakemm in-numru ta' skoperturi potenzjalment titolizzati ma jkunx inqas minn 100 fid-data tat-titolizzazzjoni;

 

(d) ir-ritenzjoni tal-ewwel porzjon tat-telf u, jekk meħtieġ, porzjonijiet oħra li għandhom l-istess profil ta' riskju jew profil ta' riskju aktar sever u li ma jimmaturawx qabel dawk ittrasferiti jew mibjugħa lill-investituri, sabiex ir-ritenzjoni fit-total ma tkunx inqas minn 5 % tal-valur nominali tal-exposures titolizzati. jew inkella

 

(e) garanzija espliċita u inkondizzjonata tal-oriġinatur, sponsor jew sellief oriġinarju, skont il-każ, li tindika li l-espożizzjonijiet iggarantiti u min jobbliga ruħu jissodisfa l-kriterji tal-beni ipotekat u tal-obbligu fid-dokumentazzjoni tat-transazzjoni, jew jikxef xi varjazzjonijiet mill-istess, u li d-due diligence tkun saret mill-oriġinatur, l-isponsor, jew is-sellief oriġinarju f'das-sens, inklużi l-profili tar-riskju tagħhom.

 

L-interess ekonomiku net jitkejjel mad-data tal-garanzija, u għandu jinżamm fuq bażi kontinwata. M'għandux ikun soġġett għal kwalunkwe tnaqqis tar-riskju tal-kreditu jew kwalunkwe pożizzjonijiet qosra jew kwalunkwe hedge ieħor. L-interess ekonomiku nett għandu jkun iddeterminat mill-valur nozzjonali għal elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ.

 

Għall-fini ta' dan l-Artikolu, "bażi kontinwa" għandha tfisser li l-pożizzjonijiet, interess jew exposures miżmuma m'għandhomx ikunu hedged jew mibjugħa.

 

M’għandu jkun hemm ebda applikazzjoni multipla tar-rekwiżiti ta’ ritenzjoni.

Emenda        44

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 27

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 122a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-obbligazzjonijiet jew obbligazzjonijiet potenzjali li jikkostitwixxu pretensjonijiet jew pretensjonijiet kontinġenti fuq jew iggarantiti minn:

2. Il-paragrafu 1 m'għandux japplika meta l-iskoperturi titolizzati jkunu jikkostitwixxu pretensjonijiet jew pretensjonijiet kontinġenti fuq jew iggarantiti minn:

(a) gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali;

(a) gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali;

 

(b) gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku tal-Istati Membri;

(b) istituzzjonijiet li għalihom japplika grad ta' kwalità tal-kreditu bin-numru 3 jew aħjar skont il-punt 29 tal-Parti 1 tal-Anness VI; kif ukoll

(c) istituzzjonijiet li huma assenjati piż ta' riskju ta' 50 % jew inqas taħt l-Artikoli 78 sa 83; kif ukoll

(c) banek għall-iżvilupp multilaterali.

(d) banek għall-iżvilupp multilaterali.

 

 

Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għas-self issindikat jew għal tibdil tan-nuqqasijiet tal-obbligi tal-kreditu ("credit default swaps") f'każ fejn dawn l-istrumenti ma jkunux użati bħala pakkett u/jew kopertura għal obbligazzjoni li hija koperta mill-paragrafu 1.

Il-paragrafu 1 ma japplikax għal:

 

(a) transazzjonijiet ibbażati fuq indiċi, fejn l-entitajiet ta' referenza sottostanti jkunu identiċi għal dawk li jikkostitwixxu indiċi ta' entitajiet li hu kkumerċjat ħafna, jew li jkunu titoli negozjabbli oħra barra minn pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni;

 

(b) self issindikat, riċevibbli mixtrija jew credit default swaps f'każ fejn dawn l-istrumenti ma jkunux użati bħala pakkett u/jew hedge għal titolizzazzjoni li hija koperta mill-paragrafu 1.

Emenda        45

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 27

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 122a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw għal skoperturi mġarrba mill-istituzzjonijiet tal-kreditu wara l-1 ta' Jannar 2011. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jwaqqfu b'mod temporanju r-rekwiżiti waqt perjodi ta' stress ġenerali fil-likwidità tas-suq.

imħassar

Emenda        46

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 27

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 122a – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Qabel ma jinvestu u fuq bażi kontinwa, l-istituzzjonijiet tal-kreditu għandhom dejjem ikunu kapaċi juru lill-awtoritajiet kompetenti, għal kull waħda mill-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni tagħhom, li huma fehmu b'mod komprensiv u sewwa, u implimentaw il-politiki u l-proċeduri formali għall-analiżi u ż-żamma tar-rekords bil-miktub ta':

4. L-istituzzjonijiet ta' kreditu, barra minn oriġinaturi jew finanzjaturi jew dawk li oriġinarjament isellfu, għandhom ikunu kapaċi juru, mill-mument li jinvestu 'l quddiem jew wara, skont il-każ, lill-awtoritajiet kompetenti għajr l-oriġinaturi jew l-isponsors jew is-selliefa oriġinarji, għal kull waħda mill-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni, li huma fehmu b'mod komprensiv u sewwa, u implimentaw il-politiki u l-proċeduri formali adatti għall-kotba tal-kummerċ u għall-kotba mhux tal-kummerċ tagħhom u proporzjonati mal-profil tar-riskju tal-investimenti tagħhom f'pożizzjonijiet ittitolizzati għall-analiżi u ż-żamma tar-rekords ta’:

(a) l-impenn, skont il-paragrafu 1, tal-oriġinaturi u/jew tal-finanzjaturi li jżommu interess ekonomiku nett fit-titolizzazzjoni u l-perjodu għal meta ngħata dan l-impenn;

(a) informazzjoni żvelata skont il-paragrafu 1, minn oriġinaturi jew finanzjaturi li tispeċifika l-interess ekonomiku nett li jżommu, fuq bażi kontinwa, fit-titolizzazzjoni;

(b) il-karatteristiki tar-riskju tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni individwali;

(b) il-karatteristiki tar-riskju tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni individwali;

(c) il-karatteristiki tar-riskju tal-iskoperturi li fuqhom tissejjes il-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni;

(c) il-karatteristiki tar-riskju tal-iskoperturi li fuqhom tissejjes il-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni;

(d) l-isem u l-esperjenza tat-telf f'titolizzazzjonijiet iktar bikrin tal-oriġinaturi fil-klassijiet tal-iskopertura rilevanti li fuqhom tissejjes il-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni;

(d) l-isem u l-esperjenza tat-telf f'titolizzazzjonijiet iktar bikrin tal-oriġinaturi jew sponsors fil-klassijiet tal-iskopertura rilevanti li fuqhom tissejjes il-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni;

(e) id-dikjarazzjonijiet magħmula mill-oriġinaturi u l-finanzjaturi dwar id-diliġenza dovuta li wettqu dwar l-obbligaturi u, fejn applikabbli, dwar il-kwalità kollaterali tal-iskopreturi li fuqhom tissejjes il-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni;

(e) id-dikjarazzjonijiet magħmula mill-oriġinaturi jew il-finanzjaturi, jew l-aġenti jew il-konsulenti tagħhom, dwar id-diliġenza dovuta tagħhom dwar l-espożizzjonijiet iggarntiti u, fejn applikabbli, dwar il-kwalità ta' garanzija in sostenn tal-espożizzjonijiet iggarantiti, id-due diligence mill-oriġinaturi jew l-isponsors jew għan-nom tagħhom għandha tkun disponibbli skont il-prinċipju tad-due diligence miftuħa;

(f) fejn applikabbli, il-metodoloġiji u l-kunċetti li fuqhom hija bbażata l-valwazzjoni tal-kollateral li jkun qed jappoġġa l-iskoperturi li fuqhom tissejjes il-pożizzzjoni tat-titolizzazzjoni u l-politiki adottati mill-oriġinaturi sabiex tiġi żgurata l-indipendenza ta' min iwettaq il-valwazzjoni; kif ukoll

(f) fejn applikabbli, il-metodoloġiji u l-kunċetti li fuqhom hija bbażata l-valutazzjoni tal-kollateral li jappoġġa l-iskoperturi titolizzati li fuqhom hi bbażata u l-politiki adottati mill-oriġinatur jew finanzjatur biex jiżguraw l-indipendenza ta' min iwettaq il-valutazzjoni; kif ukoll

(g) Il-karatteristiċi strutturali kollha tat-titolizzazzjoni li jista' jkollhom impatt materjali fuq il-prestazzjoni tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni tal-istituzzjoni tal-kreditu. Għal dan il-għan, qabel ma jinvestu u b'mod regolari wara li jagħmlu dan, l-istituzzjonijiet tal-kreditu għandhom iwettqu u jżommu rekord tat-testijiet xierqa dwar l-istress, li għandhom jitwettqu b'mod indipendenti mill-ECAI jew ECAIs li taw grad lit-titolizzazzjoni u li għandhom jibbażaw fuq it-tagġrif rilevanti kollu mogħti mill-oriġinatur għal dan il-għan.

(g) Il-karatteristiċi strutturali kollha tat-titolizzazzjoni li jista' jkollhom impatt materjali fuq il-prestazzjoni tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni tal-istituzzjoni tal-kreditu.

 

L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom regolarment iwettqu t-testijiet ta' stress proprji tagħhom adatti għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni tagħhom. Għal dan l-għan, l-istituzzjonijiet tal-kreditu jistgħu jafdaw fuq it-testijiet ta' stress imwettqa minn ECAI sakemm l-istituzzjonijiet tal-kreditu jkunu jistgħu juru, meta mitluba, li jifhmu l-metodoloġija, l-ipoteżi u r-riżultati.

Emenda        47

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 27

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 122a – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-istituzzjonijiet tal-kreditu għandhom jistabbilixxu proċeduri formali sabiex jimmonitorjaw tagħrif dwar il-prestazzjoni tal-iskoperturi li fuqhom jissejsu l-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni tagħhom fuq bażi kontinwa u fil-ħin dovut. Fejn rilevanti, dan għandu jinkludi, mill-inqas: it-tip tal-iskopertura, kemm l-iskopertura jkun ilha miżmuma mill-oriġinatur, inkluż il-perċentwal miżmum mill-oriġinatur għal inqas minn sentejn, il-perċentwal ta' self li qabeż it-30, 60 u 90 jum minn meta kien dovut, ir-rati tan-nuqqasijiet tal-obbligi, ir-rati tal-ħlas bil-quddiem, is-self fi stat ta' preklużjoni, it-tip u l-okkupanza tal-kollateral, id-distribuzjoni tal-frekwenza tal-marki tal-kreditu ("credit scores") jew miżuri oħrajn tal-vijabbiltà tal-kreditu fl-iskoperturi sottostanti, id-diversifikazzjoni industrijali u ġeografika, id-distribuzzjoni tal-frekwenza tas-self għall-proporzjonijiet tal-valur b'livelli li jħaffu l-analiżi xierqa tas-sensittività. F'każ fejn l-iskoperturi sottostanti huma minnhom infushom pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni, ir-rekwiżiti sabiex jiġu mmonitorjati u sabiex ikun hemm aċċess għat-tagħrif għandu japplika għall-iskoperturi li fuqhom jissejsu dawk il-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni. F'każ fejn ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 4 u f'dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet tal-kreditu għandhom japplikaw piż għar-riskju ta' 1250% għal dawn il-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni taħt il-parti 4 tal-Anness IX.

5. Qabal jinvestu u kif xieraq minn hemm 'l quddiem, l-istituzzjonijiet tal-kreditu, barra minn oriġinaturi jew finanzjaturi jew dawk li oriġinarjament isellfu, għandhom jistabbilixxu proċeduri formali u proporzjonati adatti għall-kotba tal-kummerċ u għall-kotba mhux tal-kummerċ tagħhom u proporzjonati mal-profil tar-riskju tal-investimenti tagħhom f'pożizzjonijiet titolizzati sabiex jimmonitorjaw informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-iskoperturi li fuqhom jissejsu l-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni tagħhom fuq bażi kontinwa u fil-ħin dovut. Fejn xieraq, dan għandu jinkludi: it-tip ta' skopertura, il-perċentwal ta' self miżmum mill-oriġinatur għal aktar mit-30, is-60 u d-90 jum minn meta kien dovut, ir-rati tan-nuqqasijiet tal-obbligi, ir-rati tal-ħlas bil-quddiem, is-self fi stat ta' preklużjoni, it-tip u l-okkupanza tal-kollateral, id-distribuzzjoni tal-frekwenza tal-marki tal-kreditu ("credit scores") jew miżuri oħra tal-vijabbiltà tal-kreditu fl-iskoperturi sottostanti, id-diversifikazzjoni industrijali u ġeografika, id-distribuzzjoni tal-frekwenza tas-self għall-proporzjonijiet tal-valur b'livelli li jħaffu l-analiżi kif adatt tas-sensittività. Fejn l-exposures sottostanti huma huma nfushom pożizzjonijiet titolizzati, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandu jkollhom l-informazzjoni elenkata hawn fuq mhux biss dwar il-porzjonijiet ta' titolizzazzjoni sottostanti, bħall-isem tal-emittent u l-kwalità tal-kreditu, iżda wkoll il-karatterisitiċi u l-prestazzjoni tal-pools sottostanti għall-porzjonijiet tat-titolizzazzjoni.

 

L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandu jkollhom fehim sħiħ tal-fatturi strutturali kollha ta' transazzjoni ta' titolizzazzjoni li jista' jkollha impatt materjali fuq il-prestazzjoni tal-iskoperturi tagħhom għat-transazzjoni bħall-waterfall kuntrattwali u triggers relatati ma' waterfall, titjib ta' kreditu, titjib ta' likwidità, triggers tal-valur tas-suq, u definizzjoni ta' default speċifika għal transazzjoni.

 

F'każ fejn ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafi 4 u 7 u f'dan il-paragrafu fl-ebda aspett materjali, minħabba negliġenza jew nuqqas mill-istituzzjoni tal-kreditu, l-awtorità kompetenti għandha timponi sanzjoni proporzjonata ta’ 150 % tal-piż ta' riskju (b'limitu ta' 1 250 %) li, ħlief għal dan il-paragrafu, tapplika għall-pożizzjonijiet rilevanti tat-titolizzazzjoni taħt il-parti 4 tal-Anness IX. L-awtorità kompetenti għandha tqis l-eżenzjonijiet għal ċerti titolizzazzjonijiet previsti fit-tieni paragrafu billi tnaqqas is-sanzjoni li tkun se timponi skont din id-dispożizzjoni għal titolizzazzjoni li għaliha japplika t-tieni paragrafu.

Emenda        48

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 27

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 122a – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Istituzzjonijiet tal-kreditu oriġinaturi u finanzjaturi għandhom japplikaw l-istess kriterji sodi u mfissrin tajjeb għall-għoti tal-kreditu skont ir-rekwiżiti tal-punt 3 tal-Anness V għall-iskoperturi li għandhom jiġu ttitolizzati bħalma japplikaw fil-każ ta' skoperturi li jkunu se jinżammu fil-kotba li mhumiex tal-kummerċ tagħhom stess. Għal dan il-għan għandhom jiġu applikati l-istess proċessi sabiex jiġu approvati u, fejn rilevanti, jiġu emendati, mġedda jew iffinanzjati mill-ġdid il-krediti mill-istituzzjonijiet tal-kreditu oriġinaturi u finanzjaturi. L-istituzzjonijiet tal-kreditu għandhom japplikaw ukoll l-istess standards tal-analiżi għall-parteċipazzjonijiet u/jew is-sottoskrizzjonijiet fi kwistjonijiet tat-titolizzazzjoni mixtrija mingħand partijiet terzi kemm jekk it-tali parteċipazzjonijiet u/jew sottostkrizzjonijiet għandhom jiddaħħlu fil-kotba tal-kummerċ tagħhom u kemm jekk għandhom jiddaħħlu fil-kotba li mhumiex tal-kummerċ tagħhom.

6. Istituzzjonijiet tal-kreditu oriġinaturi u finanzjaturi għandhom japplikaw l-istess kriterji sodi u mfissrin tajjeb għall-għoti tal-kreditu skont ir-rekwiżiti tal-punt 3 tal-Anness V għall-iskoperturi li għandhom jiġu ttitolizzati bħalma japplikaw fil-każ ta' skoperturi li jkunu se jinżammu fil-kotba li mhumiex tal-kummerċ tagħhom stess. Għal dan il-għan għandhom jiġu applikati l-istess proċessi sabiex jiġu approvati u, fejn rilevanti, jiġu emendati, mġedda jew iffinanzjati mill-ġdid il-krediti mill-istituzzjonijiet tal-kreditu oriġinaturi u finanzjaturi. L-istituzzjonijiet tal-kreditu għandhom japplikaw ukoll l-istess standards tal-analiżi għall-parteċipazzjonijiet u/jew is-sottoskrizzjonijiet fi kwistjonijiet tat-titolizzazzjoni mixtrija mingħand partijiet terzi kemm jekk it-tali parteċipazzjonijiet u/jew sottostkrizzjonijiet għandhom jiddaħħlu fil-kotba tal-kummerċ tagħhom u kemm jekk għandhom jiddaħħlu fil-kotba li mhumiex tal-kummerċ tagħhom.

 

F'każ fejn ma jkunux issodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 6, ma għandux jiġi applikat l-Artikolu 95(1) minn istituzzjoni tal-kreditu oriġinatriċi li mhix se titħalla teskludi l-iskoperturi titolizzati mill-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali tagħha skont din id-Direttiva.

Emenda        49

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 27

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 122a – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-istituzzjonijiet tal-kreditu oriġinaturi u finanzjaturi għandhom jiżvelaw lill-investituri l-livell tal-impenn tagħhom taħt il-paragrafu 1 li jżommu interess ekonomiku nett fit-titolizzazzjoni. L-istituzzjonijiet tal-kreditu oriġinaturi u finanzjaturi għandhom jiżguraw li investituri prospettivi jkollhom aċċess li jkun disponibbli b;mod faċli għad-dejta rilevanti materjali ollha dwar il-kwalità u l-prestazzjoni tal-kreditu tal-iskoperturi sottostanti individwali, tal-flussi tal-flus u tal-kollateral li jkun qed jappoġġa skopertura għat-titolizzazzjoni kif ukoll it-tagħrif meħtieġ biex iwettqu testijiet dwar l-istress komprensivi u mgħarrfa sewwa dwar il-flussi tal-flus u l-valuri kollaterali li jappoġġaw l-iskoperturi sottostanti. F'każ fejn ma jkunux issodisfati dawn ir-rekwiżiti u dawk fil-paragrafu 6, ma għandux jiġi applikat l-Artikolu 95(1) minn istituzzjoni tal-kreditu oriġinatriċi li mhix se titħalla teskludi l-iskoperturi titolizzati mill-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali tagħha skont din id-Direttiva.

7. L-istituzzjonijiet tal-kreditu oriġinaturi u finanzjaturi għandhom jiżvelaw lill-investituri l-livell tal-impenn tagħhom taħt il-paragrafu 1 li jżommu interess ekonomiku nett fit-titolizzazzjoni. L-istituzzjonijiet tal-kreditu oriġinaturi u finanzjaturi għandhom jiżguraw li investituri prospettivi jkollhom aċċess li jkun disponibbli b;mod faċli għad-dejta rilevanti materjali ollha dwar il-kwalità u l-prestazzjoni tal-kreditu tal-iskoperturi sottostanti individwali, tal-flussi tal-flus u tal-kollateral li jkun qed jappoġġa skopertura għat-titolizzazzjoni kif ukoll it-tagħrif meħtieġ biex iwettqu testijiet dwar l-istress komprensivi u mgħarrfa sewwa dwar il-flussi tal-flus u l-valuri kollaterali li jappoġġaw l-iskoperturi sottostanti. Għal dan il-iskop, għandha tkun determinata 'data relevanti materjali' mid-data ta' għeluq tat-titolizzazzjoni.

Emenda        50

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 27

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 122a – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Il-paragrafi 4 sa 7 għandhom japplikaw għal titolizzazzjonijiet maħruġin mid-data meta tidħol fis-seħħ din id-Direttiva u għal titolizzazzjonijiet eżistenti f'każ fejn jiżdiedu jew jinbidlu skoperturi sottostanti ġodda wara dik id-data.

8. Il-paragrafi 1 sa 7 għandhom japplikaw għal titolizzazzjonijiet ġodda maħruġin mill-1 ta' Jannar 2011. Il-paragrafi 1 sa 7 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014 għal titolizzazzjonijiet eżistenti fejn wara dik id-data ma jiżdiedu jew ikunu sostitwiti l-ebda skoperturi sottostanti ġodda. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jissospendu b'mod temporanju l-ħtiġiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 waqt perijodi ta' stress ġenerali fil-likwidità tas-suq.

Emenda        51

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 27

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 122a – paragrafu 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. Kull sena, il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar il-konformità tal-awtoritajiet kompetenti ma' dan l-Artikolu. Sa mhux aktar tard minn Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni u l-effettività ta' dan l-Artikolu fid-dawl tal-iżviluppi fis-suq."

10. Kull sena, il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar il-konformità tal-awtoritajiet kompetenti ma' dan l-Artikolu. Il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej għandu jfassal linji gwida dettaljati għall-konverġenza tal-prattiki superviżorji fir-rigward tas-sanzjonijiet imposti mill-awtoritajiet kompetenti skont dan l-Artikolu.

Emenda        52

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 28 – punt a – punt i

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 129 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-ippjanar u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji f’sitwazzjonijiet ta' negozju avvjat, inkluż f'dak li għandu x’jaqsmu mal-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 123, 124, 136 fil-Kapitolu 5 u fl-Anness V, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti involuti;

(b) l-ippjanar u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji f’sitwazzjonijiet ta' negozju avvjat, inkluż f'dak li għandu x’jaqsmu mal-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 123, 124, 136 fil-Kapitolu 5 u fl-Anness V, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti u l-banek ċentrali involuti;

Emenda        53

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 28 – punt b

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 129 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 123 u 124 biex tiġi ddeterminata l-adegwatezza tal-livell ikkonsolidat tal-fondi proprji miżmuma mill-grupp fir-rigward tas-sitwazzjoni finanzjarja u l-profil tar-riskju tiegħu u konsegwentement, il-livell ta’ fondi proprji meħtieġ għall-applikazzjoni tal-Artikolu 136(2) għal kull entità fi ħdan il-grupp bankarju u fuq bażi konsolidata;

(a) dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 123 u 124 biex tiġi ddeterminata l-adegwatezza tal-livell ikkonsolidat tal-fondi proprji miżmuma mill-grupp fir-rigward tas-sitwazzjoni finanzjarja u l-profil tar-riskju tiegħu u konsegwentement, il-livell ta’ fondi proprji meħtieġ għall-applikazzjoni tal-Artikolu 136(2) għal kull entità fi ħdan il-grupp bankarju u fuq bażi konsolidata;

Emenda        54

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 28 – punt b

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 129 – paragrafu 3 –subparagrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) dwar formati uniformi, il-frekwenzi u d-dati tar-rappurtar għall-applikazzjoni tal-Artikolu 74(2) għall-entitajiet kollha fi ħdan il-grupp bankarju.

imħassar

Emenda        55

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 28 – punt b

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 129 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-għanijiet tal-punt (a), id-deċiżjoni konġunta għandha tintlaħaq sitt xhur wara li s-superviżur ta’ konsolidazzjoni jressaq rapport li jkun jinkludi l-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp f’konformità mal-Artikoli 124 u 123 lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra.

Id-deċiżjoni konġunta għandha tintlaħaq tliet xhur wara li s-superviżur ta’ konsolidazzjoni jressaq rapport li jkun jinkludi l-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp f’konformità mal-Artikoli 123 u 124 lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra. Id-deċiżjoni konġunta għandha tikkunsidra kif xieraq l-evalwazzjonijiet tar-riskju ta' sussidjarji mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti skont l-Artikoli 123 u 124.

Emenda        56

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 28 – punt b

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 129 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-għanijiet tal-punt (b), id-deċiżjoni konġunta għandha tintlaħaq sat-30 ta’ Ġunju 2011.

imħassar

Emenda        57

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 28 – punt b

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 129 – paragrafu 3 – subparagrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-deċiżjoni konġunta msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha titniżżel f’dokument li jkun fih id-deċiżjoni bir-raġunament sħiħ tagħha, li għandu jintbagħat lill-istituzzjoni tal-kreditu prinċipali tal-UE mis-superviżur ta’ konsolidazzjoni. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, fuq talba ta’ kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati, is-superviżur ta’ konsolidazzjoni għandu jikkonsulta lill-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej. Is-superviżur ta’ konsolidazzjoni jista’ jikkonsulta lill- Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej minn jeddu.

Id-deċiżjoni konġunta għandha titniżżel f’dokument li jkun fih id-deċiżjoni bir-raġunament sħiħ tagħha, li għandu jintbagħat lill-istituzzjoni tal-kreditu prinċipali tal-UE mis-superviżur ta’ konsolidazzjoni. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, fuq talba ta’ kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati, is-superviżur ta’ konsolidazzjoni għandu jikkonsulta lill-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej. Is-superviżur ta’ konsolidazzjoni jista’ jikkonsulta lill- Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej minn jeddu.

Emenda        58

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 28 – punt b

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 129 – paragrafu 3 – subparagrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk sa żmien sitt xhur ma tkun ittieħdet l-ebda tali deċiżjoni konġunta mill-awtoritajiet kompetenti, is-superviżur ta’ konsolidazzjoni għandu jieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 74(2), 123, 124 u 136(2) huwa stess. Id-deċiżjoni għandha titniżżel f’dokument li jkun fih id-deċiżjoni bir-raġunament sħiħ tagħha u għandha tqis il-fehmiet u d-dubji tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra mressqin matul il-perjodu tas-sitt xhur. Id-deċiżjoni għandha tintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra mis-superviżur ta’ konsolidazzjoni.

Jekk sa żmien tliet xhur ma tkun ittieħdet l-ebda deċiżjoni konġunta bħal din bejn l-awtoritajiet kompetenti, id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 123, 124 u 136(2) għandha tittieħed fuq bażi kkonsolidata mis-superviżur ta' konsolidazzjoni wara li jqis kif xieraq l-evalwazzjoni tar-riskju ta' sussidjarji li twettqet mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti. Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 123, 124 u 136(2) għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta' sussidjarji ta' istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-UE jew ta' kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-UE fuq bażi individwali jew sottokonsolidata wara li jitqiesu kif xieraq il-fehmiet u r-riżervi espressi mis-superviżur ta' konsolidazzjoni. Id-deċiżjoni għandha titniżżel f’dokument li jkun fih id-deċiżjoni bir-raġunament sħiħ tagħha u għandha tqis il-valutazzjoni tar-riskju, il-fehmiet u d-dubji tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra mressqin matul il-perjodu tat-tliet xhur. Id-deċiżjoni għandha tintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra mis-superviżur ta’ konsolidazzjoni.

Emenda        59

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 28 – punt b

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 129 – paragrafu 3 – subparagrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'każ fejn ikun ġie kkonsultat il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej, is-superviżur ta’ konsolidazzjoni għandu jqis it-tali parir, u jagħti raġuni għal kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minnu.

F'każ fejn ikun ġie kkonsultat il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej, l-awtoritajiet kompetenti kollha għandhom iqisu t-tali parir, u jagħtu raġuni għal kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minnu.

Emenda        60

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 28 – punt b

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 129 – paragrafu 3 – subparagrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-deċiżjoni konġunta msemmija fl-ewwel subparagrafu u d-deċiżjoni msemmija fis-sitt subparagrafu għandhom jiġu rrikonoxxuti bħala determinanti u għandhom jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru konċernat.”

Id-deċiżjoni konġunta msemmija fl-ewwel subparagrafu u d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta għandhom jiġu rrikonoxxuti bħala determinanti u għandhom jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru konċernat.

 

Il-Kumitat Ewropew tas-Sorveljanti tal-Banek għandu jiddetermina proċeduri għall-konverġenza tal-prattiki superviżorji rigward il-proċess ta' deċiżjoni konġunta msemmi f'dan il-paragrafu u rigward l-applikazzjoni tal-Artikoli 123, 124 u 136(2) bil-ħsieb li jiġu ffaċilitati d-deċiżjonijiet konġunti.

Emenda        61

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 29

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 130 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta tinħoloq sitwazzjoni ta’ emerġenza, inklużi żviluppi negattivi fis-swieq finanzjarji, li potenzjalment tqiegħed fil-periklu l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri fejn entitajiet ta’ grupp ikunu ġew awtorizzati jew fejn ikunu stabbiliti fergħat sistemikament rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 42a, is-superviżur ta’ konsolidazzjoni għandu, suġġett għat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1, iwissi, mill-aktar fis prattikabbli, lill-awtoritajiet imsemmija fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 49 u fl-Artikolu 50, u għandu jikkomunika t-tagħrif kollu li hu essenzjali għalihom biex iwettqu xogħolhom. Dawn l-obbligi għandhom japplikaw għall-awtoritajiet kompetenti kollha skont l-Artikoli 125 u 126 u għall-awtorità kompetenti identifikata fl-Artikolu 129(1).

1. Meta tinħoloq sitwazzjoni ta’ emerġenza, inklużi żviluppi negattivi fis-swieq finanzjarji, li potenzjalment tqiegħed fil-periklu l-likwidità u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri fejn entitajiet ta’ grupp ikunu ġew awtorizzati jew fejn ikunu stabbiliti fergħat sistemikament rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 42a, is-superviżur ta’ konsolidazzjoni għandu, suġġett għat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1, iwissi, mill-aktar fis prattikabbli, lill-awtoritajiet imsemmija fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 49 u fl-Artikolu 50, u għandu jikkomunika t-tagħrif kollu li hu essenzjali għalihom biex iwettqu xogħolhom. Dawn l-obbligi għandhom japplikaw għall-awtoritajiet kompetenti kollha skont l-Artikoli 125 u 126 u għall-awtorità kompetenti identifikata fl-Artikolu 129(1).

Emenda        62

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 30

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 131a – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-superviżur ta’ konsolidazzjoni għandu jistabbilixxi kulleġġi tas-superviżuri sabiex iħaffef it-twettiq tal-ħidmiet imsemmija fl-Artikoli 129 u 130(1).

1. Is-superviżur ta’ konsolidazzjoni għandu jistabbilixxi kulleġġi tas-superviżuri sabiex iħaffef it-twettiq tal-ħidmiet imsemmija fl-Artikolu 129 u l-Artikolu 130(1) u jiżgura koordinazzjoni u koperazzjoni xierqa mal-awtoritajiet kompetenti relevanti ta' pajjiżi terzi.

Emenda        63

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 30

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 131a – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej għandu jfassal linji ta' gwida għat-tħaddim operattiv tal-kulleġġi.‑{}‑

 

Il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej għandu jfassal linji ta' gwida għat-tħaddim operattiv tal-kulleġġi. Is-superviżur ta' konsolidazzjoni għandu jqis linji ta' gwida bħal dawn, u jispjega kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minnhom:‑{}‑

 

Emenda        64

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 30

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 131a – paragrafu 2 – subparagrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fid-deċiżjoni tiegħu, is-superviżur ta' konsolidazzjoni għandu jqis ir-rilevanza tal-attività superviżorja li trid tiġi ppjanata jew ikkoordinata għal dawk l-awtoritajiet, u l-obbligi msemmija fl-Artikoli 40(3) u 42a(2).

Id-deċiżjoni tas-superviżur għall-konsolidazzjoni għandha tieħu kont tar-rilevanza tal-attività superviżorja li għandha tkun ippjanata u kkordinata minn dawk l-awtoritajiet, b'mod partikolari l-impatt potenzjali fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati msemmija fl-Artikoli 40(3) u l-obbligi fi 42a(2).

Emenda        65

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 32 – punt a – punt ii

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 150 – paragrafu 1 – punt m

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) qed jiżdied il-punt (m) li ġej:

imħassar

"(m) it-tibdil fl-ammont u fil-peċentwal speċifikat fl-Artikolu 111(1) biex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji.”

 

Emenda        66

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 32 a (ġdid)

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 153 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32a) It-tielet paragrafu tal-Artikolu 153 hu sostitwit b'dan li ġej:

 

"Fil-kalkoli tal-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju għall-finijiet tal-Anness VI, Taqsima 1, punt 4, sal-31 ta' Diċembru 2015 l-istess piż ta' riskju għandu jiġi assenjat rigward l-iskoperturi għall-gvernijiet ċentrali tal-Istati Membri jew il-banek ċentrali denominati u ffinanzjati bil-munita domestika ta' kwalunkwe Stat Membru li kieku jiġi applikat għal skoperturi ta' dan it-tip denominati u ffinanzjati bil-munita domestika tagħhom."

Emenda        67

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 33

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 154 – paragrafu 9 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9a. L-istituzzjonijiet ta' kreditu li, mill-31 ta' Diċembru 2009, skont it-termini tal-liġi nazzjonali, japplikaw trattament preferenzjali tal-espożizzjoni interbankarja għal beni li jikkostitwixxu talba fuq espożizzjonijiet oħrajn għall-istituzzjonijiet, jistgħu jibqgħu jassenjaw dawk il-weightings preferenzjali lil beni inkorsi sad-data tal-maturità u mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2013.

Emenda        68

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 33 a (ġdid)

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 156 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33a) Fl-Artikolu 156, jiġi mdaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

 

"Sal-31 ta' Diċembru 2009, il-Kummissjoni għandha tirrevedi din id-Direttiva fl-intjier tagħha biex tindirizza l-ħtieġa għal analiżi aħjar tal-problemi makroprudenzjali kif ukoll il-ħtieġa għal rispons għall-istess problemi, inkluża analiżi ta':

 

- il-politika li jkabbru l-ondulazzjoni taċ-ċiklu tal-kummerċ, il-ħtieġa tal-banek li jibnu kuxxini kapitali f'saħħithom u biex japproviġġjonaw matul-iċ-ċiklu li mbagħad jista' jintuża matul rabass;

 

- assunzjonijiet dwar il-korrelazzjonijiet li fuqhom huma mibnija l-metodoloġiji biex jiġi kkalkolati l-kapital regolatorju, kif ukoll

 

- l-introduzzjoni ta' rapport ta' lieva finanzjarja għall-banek,

 

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport in relazzjoni għar-reviżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' kwalunkwe proposti approprijati.

Emenda        69

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 33 a (ġdid)

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 156 – paragrafu 2 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

 

(33a) Fl-Artikolu 156 qed jiżdied il-paragrafu 2b, li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha kemm jista' jkun malajr u sal-31 ta' Diċembru 2009 tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-ħtieġa għal aktar riforma tas-sistema ta' superviżjoni, inkluż l-Artikolu 129 ta' din id-Direttiva u d-dispożizzjonijiet relattivi, flimkien ma' proposti li jmorru, dejjem jekk ikun hemm, u dan skont it-termini tal-proċedura applikabbli skont it-Trattat."

Emendi         70

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 33 c (ġdid)

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 156 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

(33a) Fl-Artikolu 156, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

 

"Sal-31 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha tirrevedi u tirrapporta dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva billi tagħti attenzjoni partikolari lill-aspetti kollha tal-Artikoli 68 sa 73, l-Artikolu 80 (7), l-Artikolu 80(8) u l-applikazzjoni tagħha għall-finanzjament tal-mikrokreditu113 (4)(c), u għandha tressaq dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe proposta adegwata.

Emendi         71

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 33 a (ġdid)

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 156 – paragrafu 3 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

 

(33a) Fl-Artikolu 156, jiżdied il-paragrafu 3a li ġej:

 

"Sal-31 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha tirrevedi u tirrapporta dwar l-Artikolu 113 inkluż dwar jekk l-eżenzjonijiet għandhomx ikunu materja ta' diskrezzjoni nazzjonali u għandha tissottometti dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' proposti li jmorru, jekk ikun hemm." Fin-nuqqas ta' tali proposti, l-eżenzjonijiet skont is-subparagrafu 4 tal-Artikolu 113 ma għandhomx jibqgħu kwestjoni ta' diskrezzjoni nazzjonali sa mill-1 ta' Jannar 2015."

Emendi         72

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 33 a (ġdid)

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 156 – paragrafu 3 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

(33a) Fl-Artikolu 156, jiżdied il-paragrafu 3b li ġej:

 

"Sal-31 ta' Diċembru 2009, il-Kummissjoni għandha tirrevedi u tirrapporta dwar x'miżuri għandhom jittieħdu biex titjieb it-trasparenza tas-swieq over-the-counter, inklużi s-swieq tal-credit-default swap, billi pereżempju titlob klering minn kontraparti ċentrali, u għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe proposta approprijata."

Emenda        73

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 33 a (ġdid)

Direttiva 2006/48/KE

Artikolu 156 – paragrafu 3 c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

(33a) Fl-Artikolu 156, jiżdied il-paragrafu 3c li ġej:

 

"Sal-31 ta' Diċembru 2009, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-Artikolu 122a, u għandha tissottometti dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposti li jmorru, jekk ikun hemm."

Emendi         74

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 35 – punt -a (ġdid)

Direttiva 2006/48/KE

Anness V – parti 6 – punt 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

(-a) Il-punt 8, huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"8. Ir-riskji dovuti għat-titolizzazzjoni ta' tranżazzjonijiet li b'relazzjoni magħhom l-istituzzjonijiet tal-kreditu huma investituri, oriġinaturi jew sponsors, inklużi riskji għar-reputazzjoni bħal dawk dovuti għal strutturi jew prodotti kumplessi, għandhom jiġu evalwati u indirizzati permezz ta' politiki u proċeduri adegwati, sabiex jiġi żgurat b'mod partikolari li s-sustanza ekonomika tat-tranżazzjoni tkun qed tiġi riflessa bis-sħiħ fid-deċiżjonijiet relatati mal-evalwazzjoni u mal-ġestjoni tar-riskju."

Emendi         75

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 35 a (ġdid)

Direttiva 2006/48/KE

Anness VI – parti 2 – entrata 1.4 – punt 7 – paragrafu 1 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

(35a) Fl-Anness VI, Parti 2, entrata 1.4, punt 7, għandu jiżided dan is-subparagrafu:

 

"L-awtoritajiet kompetenti għandhom, barra minn hekk, jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li, rigward l-evalwazzjonijiet tal-kreditu marbuta ma' strumenti finanzjarji strutturati, l-ECAI hija impenjata li tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-ispjegazzjoni dwar kif il-prestazzjoni tal-assi ġenerali taffettwa l-evalwazzjonijiet tal-kreditu."

Emendi         76

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 7

Direttiva 2006/49/KE

Artikolu 45 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

(7) Fl-Artikolu 45(1) id-data "il-31 ta’ Diċembru 2010" qed titbiddel u ssir "il-31 ta' Diċembru 2012".

(7) Fl-Artikolu 45(1) id-data "il-31 ta’ Diċembru 2010" qed titbiddel u ssir "il-31 ta' Diċembru 2014".

Emendi         77

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 7 a (ġdid)

Direttiva 2006/49/KE

Artikolu 47

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

 

(7a) Fl-Artikolu 47 id-data "31 ta' Diċembru 2009" hi sostitwita b'"31 ta' Diċembru 2010".

Emendi         78

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 8

Direttiva 2006/49/KE

Artikolu 48 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

(8) Fl-Artikolu 48(1) id-data "il-31 ta’ Diċembru 2010" qed titbiddel u ssir "il-31 ta' Diċembru 2012".

(8) Fl-Artikolu 48(1) id-data "il-31 ta’ Diċembru 2010" qed titbiddel u ssir "il-31 ta' Diċembru 2014".

Emendi         79

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 2 a (ġdid)

Direttiva 2007/64/KE

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

 

Artikolu 2a

 

Emenda għad-Direttiva 2007/64/KE

 

L-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 2007/64/KE jinbidel b’dan li ġej:

 

"(a) istituzzjonijiet ta' kreditu fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2006/48/KE, inklużi fergħat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4(3) ta' din id-Direttiva li jinsabu fil-Komunità tal-istituzzjonijiet tal-kreditu li għandhom l-uffiċċji ewlenin tagħhom fil-Komunità jew, b'konformità mal-Artikolu 38 ta' dik id-Direttiva, barra mill-Komunità;"

Emendi         80

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 3 – Paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jeħtieġ biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar 2010. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet flimkien ma’ tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jeħtieġ biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2010.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet sa mill-31 ta’ Marzu 2010.

Huma għandhom japplikaw tali dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2011.

 

 

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandha tiġi inkluża referenza għal din id-Direttiva jew magħhom għandu jkun hemm it-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, fihom għandha tiġi inkluża referenza għal din id-Direttiva jew magħhom għandu jkun hemm it-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza.

NOTA SPJEGATTIVA

1. Il-Kuntest tas-CRD, raġunijiet tar-Reviżjoni u l-pożizzjoni tar-Rapporteur

B’mod ġenerali r-Rapporteur jilqa’ x-xogħol tal-Kummissjoni bħala pass ’il quddiem biex tittejjeb ir-regolazzjoni prudenzjali, tiżdied l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja u jittejbu l-arranġamenti superviżorji ta’ gruppi bankarji transkonfinali.

Il-proposta spiss tidher jew tiġi ppreżentata bħala waħda mis-soluzzjonijiet għall-kriżi finanzjarja. Madankollu, ħafna mill-emendi huma dovuti għad-dispożizzjonijiet integrati fis-CRD f’Ġunju 2006. Barra minn dan, kien hemm wisq taqlib fis-suq, u dan kollu seħħ wara li tressqet il-proposta tas-CRD.

Filwaqt li l-Kummissjoni għamlet sforzi kbar biex fil-proposta tagħha tinkludi diversi oqsma ta' dgħjufija li ħarġu fil-beraħ bil-kriżi finanzjarja, bħall-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità u t-titolizzazzjoni, uħud mill-konklużjonijiet fl-għadd kbir ta’ rapporti minn dawk li jiffissaw l-istandards u korpi internazzjonali ma kinux riflessi fil-proposta tal-Kummissjoni. Dawn jinkludu konklużjonijiet dwar il-proċikliċità u l-konċentrazzjoni ġeografika u tal-prodotti. Huwa ċar li l-kwistjoni tal-proċikliċità saret bil-wisq aktar importanti, u hemm konsensus li kull proċikliċità fir-regoli tal-adegwatezza tal-kapital u l-valutazzjonijiet tal-kontijiet jeħtieġ li tiġi ttrattata. Ir-Rapporteur jemmen li jeħtieġ li l-kwistjoni tal-proċikliċità tiġi riveduta, u jipproponi klawżola ta’ reviżjoni għal dan l-għan.

Ir-Rapporteur jindika li l-Parlament Ewropew diġà talab lill-Kummissjoni biex tkun aktar attiva fis-settur finanzjarju fir-rigward, pereżempju, tal-arranġamenti superviżorji, ir-regolazzjoni tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni (anke minħabba l-irwol attribwit lill-aġenziji tal-klassifikazzjoni - ECAIs – taħt is-CRD) u l-istandards minimi għad-diversi prodotti finanzjarji[1]. F’dan il-kuntest, u dwar kull regola applikabbli għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni, huwa ferm importanti li tiġi enfasizzata l-ħtieġa ta’ approċċ konsistenti u koerenti bejn ir-reviżjoni tas-CRD u l-proposta għal Regolament dwar l-Aġenzji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu.

1.1. Arranġamenti superviżorji

Il-kulleġġi tas-superviżuri proposti huma pass temporanju ’l quddiem lejn arkitettura ġdida tas-superviżjoni għall-UE. Il-kriżi finanzjarja tefgħet dawl fuq in-nuqqasijiet fis-superviżjoni tal-UE u fil-mudell ta' superviżuri ta' konsolidazzjoni. Hemm il-ħtieġa ta’ integrazzjoni ulterjuri tas-superviżjoni. Il-Kummissjoni għandha toħroġ bi proposta li tikkunsidra l-lezzjonijiet tal-kriżi finanzjarja. Il-proposta għandha tindirizza l-istabbiltà finanzjarja fl-UE, u tirrifletti r-riżultati tad-diskusjniiet paralleli dwar l-arranġamenti superviżorji, inkluż tar-rapport mistenni mill-Grupp ta’ Livell Għoli dwar is-superviżjoni transkonfinali taħt id-direzzjoni ta’ J. de Larosière. Proposta bħal din tista’, billi tibni fuq il-mudell tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, timmira li twaqqaf Sistema Ewropea ta’ Superviżuri Bankarji deċentralizzata.

Ir-Rapporteur jemmen li l-kriżi kixfet dgħjufijiet fl-arranġamenti tas-superviżjoni attwali tal-UE. Barra minn dan, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti m’għandhomx il-kapaċità li jiġġestixxu kriżi finanzjarja transkonfinali b’mod effikaċi u koordinat. Il-kriżi finanzjarja tefgħet ukoll dawl fuq dgħjufijiet fil-mudell ta’ superviżuri ta’ konsolidazzjoni. Meta titqies l-integrazzjoni avvanzata tas-settur bankarju fl-UE, u jitqiesu d-dgħjufijiet fl-arranġamenti superviżorji attwali, hemm il-ħtieġa li tinstab soluzzjoni bilanċjata għall-arranġamenti superviżorji tal-UE, li mill-banda l-waħda, itejbu l-effikaċja tas-superviżjoni, isaħħu l-istabbiltà finanzjarja u jerġgħu jibnu l-fiduċja fil-banek, u b’mod aktar ġenerali fis-servizzi finanzjarji, u mill-banda l-oħra, jiffaċilitaw in-negozju ta’ entitajiet transkonfinali.

Ir-Rapporteur jilqa’ l-proposta biex jitwaqqfu kulleġġi ta’ superviżuri għall-banek transkonfinali kollha, u li s-superviżuri li jipparteċipaw f’dawk il-kulleġġi jkunu obbligati li jiddiskutu u jaqblu dwar ċerti kwistjonijiet bil-mekkaniżmu ta’ medjazzjoni permezz tal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej (CEBS). Huwa mixtieq ukoll it-tisħiħ tal-koperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni fil-ġestjoni tal-kriżijiet.

Madankollu, huwa jikkunsidra li l-kulleġġi tas-superviżuri huma pass temporanju lejn arkitettura ġdida ta’ superviżjoni. Fir-rigward tal-irwol tas-superviżur ta’ konsolidazzjoni u t-tisħiħ tal-poteri tiegħu (bħad-dritt għad-deċiżjoni finali jekk deċiżjoni konġunta dwar rappurtar jew żidiet kapitali ma tkunx intlaħqet minn kulleġġ), ir-Rapporteur jirrispetta t-tħassib tal-Istati Membri li jinsabu fil-pożizzjoni ta' pajjiż ospitanti fir-rigward tal-irwol propost ta' "Superviżur Ewlieni".

Sabiex jintaħaq il-livell neċessarju ta’ konverġenza u koperazzjoni fis-superviżjoni tal-UE, u biex tintrifed l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, għandha tissegwa aktar integrazzjoni. Ir-Rapporteur jemmen li tali integrazzjoni għandha tirriżulta f’Sistema Ewropea ta’ Superviżuri Bankarji deċentralizzata, li tibni fuq il-mudell tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha toħroġ bi proposti xierqa sa l-1 ta’ Jannar 2010. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll ir-riżultati tad-diskussjonijiet minn gruppi esperti dwar dawn il-materji, b’mod partikolari dawk tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar is-superviżjoni transkonfinali (Grupp Larosière) u l-lezzjonijiet mitgħallma mill-kriżi finanzjarja.

Billi l-kulleġġi obbligatorji għandu jkollhom ukoll rwol f’kull arkitettura tas-superviżjoni ġdida tal-UE, it-test attwali huwa milqugħ. Għandha tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-kulleġġi u l-koordinazzjoni tagħhom skont il-linji gwida tas-CEBS. Għalissa, is-superviżur ta’ konsolidazzjoni għandu jkollu l-inqas poteri fil-livell ta' konsolidazzjoni, filwaqt li l-inqas poteri fil-livell lokali għandhom jibqgħu dawk tal-awtoritajet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni f’dan il-livell.

Rappurtar waħdieni Ewropew għandu jitwaqqaf sal-aħħar tal-2012, billi rappurtar differenti f’diversi kulleġġi ma jwasslx għal integrazzjoni ulterjuri tas-superviżjoni.

1.2. Titolizzazzjoni

B’mod ġenerali, Ir-Rapporteur jilqa’ regoli aktar stretti dwar it-titolizzazzjoni. Huwa jargumenta li l-oriġinaturi għandhom iżommu ċertu perċentwal ta’ riskju ġej minn skoperturi li jittitolizzaw, u li aktar attenzjoni għandha tkun meħtieġa mill-investitur. Informazzjoni dettaljata għandha tkun disponibbli għall-investituri, li għandhom ikunu obbligati jagħmlu analiżi aktar bir-reqqa.

Ir-Rapporteur jikkunsidra wkoll li hemm il-ħtieġa li terġa’ tinbena l-fiduċja fis-suq tat-titolizzazzjoni, u li kull regola ġdida m'għandhiex tiddiżattiva l-funzjonament tas-suq. Għalhekk, l-emendi proposti għall-proposta tal-Kummissjoni jqisu t-tħassib leġittimu tal-industrija u l-ħtieġa ta’ aktar garanziji għall-investituri.

Ir-Rapporteur jipproponi li għandha ssir distinzjoni bejn titolizzazzjonijiet fejn l-oriġinatur jew sponsor iżomm interess fl-ass sottostanti u joriġina dawk l-assi, u titolizzazzjonijiet fejn l-oriġinatur jew sponsor ma jkollux involviment bħal dan. Fl-ewwel każ, l-interessi tal-oriġinatur jew sponsor u l-investituri huma diġa allinjati, u għalhekk il-parti l-kbira tar-raġunament tal-proposta tal-Kummissjoni jaqa’. Fit-tieni każ, ir-raġunament japplika, u l-ammont miżmum għandu jkun aktar sostanzjali - 10 fil-mija, biex ikun deterrent effikaċi.

Il-penali proposta mill-Kummissjoni għan-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi tal-iżvelar u d-diliġenza dovuta għandha tiġi skalata skond il-gravità tan-nuqqas, u tirrifletti l-ġudizzju tas-superviżur ikkonċernat.

1.3. L-iskoperturi l-kbar

Ir-Rapporteur jaqbel mal-proposti tal-Kummissjoni dwar ir-reġim tal-iskoperturi l-kbar. Billi l-iskoperturi interbankarji mhumiex mingħajr riskju, ir-reġim tal-aġġustamenti u s-simplifikazzjoni huwa milqugħ. Minkejja l-emendi fir-reġim tal-iskoperturi l-kbar, il-likwidità tas-sistema bankarja tidher li hi assikurata. Barra minn dan, ir-regolazzjoni għal banek iżgħar tidher aktar xierqa.

Ir-Rapporteur huwa tal-fehma li l-proposta tal-Kummissjoni biex iżżid il-poteri ta’ komitolġija biex tibdel il-limitu ta’ perċentwal għal skoperturi kbar imur kontra dak li hu strettament meħtieġ (li hu limitat għaż-żieda tal-Anness III ma’ Annessi li l-Kummissjoni tista’ temendahom bil-komitoloġija).

1.4. Ibridi

Ir-Rapporteur jilqa’ regolazzjoni armonizzata tal-UE għall-ibridi (titoli ta’ kreditu li għandhom mill-ekwità kif ukoll mid-dejn). Din għandha ttejjeb il-kwalità tal-kapital, filwaqt li tipprovdi għażla lill-investituri. Ir-regoli dwar l-ibridi kienu maqbula preċedentement fil-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, iżda ma ġewx implimentati fir-regoli tal-UE. Madankollu, il-kriżi finanzjarja turi kemm huwa importanti għall-banek li jkun hemm baffer kapitali ewlieni qawwi fi żminijiet ta’ taqlib kbir. Għalhekk, ir-Rapporteur jipproponi emenda li tkompli tenfasizza l-importanza ta’ baffer kapitali ewlieni qawwi li jkun kapaċi jassorbi t-telf. Ir-Rapporteur jipproponi wkoll xi preċiżazzjonijiet u kjarifiki ulterjuri fil-premessa proposta mill-Kummissjoni.

1.5. Ġestjoni tar-riskju tal-likwidità

Ir-Rapporteur jaqbel li t-taqlib attwali fis-suq enfasizza l-fatt li l-likwidità u l-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità huma ta’ importanza ewlenija għas-solidità tas-settur bankarju u l-istabbiltà finanzjarja. Għalhekk huwa jilqa’ l-bidliet proposti, li jimplimentaw ix-xogħol tas-CEBS u l-Kumitat ta’ Basel.

1.6. Aġenziji tal-klassfikazzjoni

Il-Parlament diġà indika, fir-rigward tal-proposta tal-Kummissjoni dwar il-komitoloġija tas-CRD, li r-regolazzoni tal-aġenziji tal-klassfikazzjoni tal-kreditu ("ECAIs" fit-teminoloġija tas-CRD) għandha tkun konsistenti u koerenti. Fil-prattika, dan ifisser li r-regolazzjoni tal-aġenziji tal-klassfikazzjoni tal-kreditu (CRAs) fis-CRD għandha tiġi allinjata mar-regolazzjoni tar-Regolamnet CRA, biż-żieda tal-proposta tal-komitoloġija dwar ECAIs, reveduta kif jixraq, għal kull waħda minn dawn il-proposti ta’ kodeċiżjoni.

  • [1]  f.e. Ieke van den Burg u Daniel Dăianu rapport b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar is-segwitu għal Lamfalussy: l-istruttura futura tas-superviżjoni (2008/2148(INI)),

PROĊEDURA

Titolu

Id-Direttivi dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital

Referenzi

COM(2008)0602 – C6-0339/2008 – 2008/0191(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

1.10.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

9.10.2008

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

9.10.2008

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

JURI

3.11.2008

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Othmar Karas

22.4.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

20.10.2008

4.11.2008

11.12.2008

2.2.2009

 

11.2.2009

 

 

 

Data tal-adozzjoni

9.3.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

4

8

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Paolo Bartolozzi, Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Jonathan Evans, Elisa Ferreira, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Robert Goebbels, Donata Gottardi, Benoît Hamon, Gunnar Hökmark, Sophia in ‘t Veld, Othmar Karas, Wolf Klinz, Kurt Joachim Lauk, Hans-Peter Martin, Gay Mitchell, Sirpa Pietikäinen, John Purvis, Bernhard Rapkay, Dariusz Rosati, Eoin Ryan, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Peter Skinner, Margarita Starkevičiūtė, Ivo Strejček, Cornelis Visser

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Harald Ettl, Margaritis Schinas, Eva-Riitta Siitonen

Data tat-tressiq

17.3.2009