RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-viżi għall-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari fir-rigward tal-introduzzjoni tal-bijometriċi, inklużi dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni tal-ilqugħ u l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-viżi
18.3.2009 - (5329/1/2009 – C6‑0088/2009 – 2006/0088(COD)) - ***II
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Sarah Ludford
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-viżi għall-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari fir-rigward tal-introduzzjoni tal-bijometriċi, inklużi dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni tal-ilqugħ u l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-viżi
(5329/1/2009 – C6‑0088/2009 – 2006/0088(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (5329/1/2009 – C6-0088/2009),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2006)0269),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0143/2009),
1. Japprova l-pożizzjoni komuni;
2. Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni komuni;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;
4. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
- [1] Testi adottati ..., P6_TA(2008)0358.
PROĊEDURA
Titolu |
Istruzzjonijiet konsulari komuni: elementi ta’ identifikazzjoni bijometriċi u applikazzjonijiet għal viża |
|||||||
Referenzi |
05329/1/2009 – C6-0088/2009 – 2006/0088(COD) |
|||||||
Data tal-1 qari tal-PE - Numru P |
10.7.2008 T6-0358/2008 |
|||||||
Proposta tal-Kummissjoni |
COM(2006)0269 - C6-0166/2006 |
|||||||
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja tal-wasla tal-pożizzjoni komuni |
12.3.2009 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 12.3.2009 |
|||||||
Rapporteur Data tal-ħatra |
Baroness Sarah Ludford 20.6.2006 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
16.3.2009 |
|
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
16.3.2009 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
28 6 1 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Alexander Alvaro, Roberta Angelilli, Catherine Boursier, Emine Bozkurt, Maddalena Calia, Carlos Coelho, Panayiotis Demetriou, Gérard Deprez, Bárbara Dührkop Dührkop, Urszula Gacek, Kinga Gál, Jeanine Hennis-Plasschaert, Ewa Klamt, Stavros Lambrinidis, Henrik Lax, Baroness Sarah Ludford, Claude Moraes, Rareş-Lucian Niculescu, Martine Roure, Sebastiano Sanzarello, Inger Segelström, Ioannis Varvitsiotis, Manfred Weber |
|||||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Alin Lucian Antochi, Edit Bauer, Simon Busuttil, Marco Cappato, Carlo Casini, Elisabetta Gardini, Sophia in ‘t Veld, Jean Lambert, Marian-Jean Marinescu, Bill Newton Dunn, Nicolae Vlad Popa |
|||||||
Sostitut (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Raül Romeva i Rueda |
|||||||
Data tat-tressiq |
18.3.2009 |
|||||||