RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 007
23.3.2009 - (C6‑0440/2008 – 2008/2267(DEC))
Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Christofer Fjellner
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 007
(C6‑0440/2008 – 2008/2267(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2007[1],
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità[2],
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (5588/2009 - C6‑0060/2009),
– wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, u b’mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002[5], u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Amnjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0172/2009),
1. Jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2007;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta' hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2007;
(C6‑0440/2008 – 2008/2267(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2007[6],
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità[7],
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (5588/2009 - C6‑0060/2009),
– wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, u b’mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[8], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel[9], u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002[10], u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Amnjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0172/2009),
1. Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;
2. Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2007;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje L).
3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
b'osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni ta’ kwittanza rigward l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2007
(C6‑0440/2008 – 2008/2267(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2007[11],
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità[12],
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (5588/2009 - C6‑0060/2009),
– wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, u b’mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[13], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel[14], u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002[15], u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0172/2009),
A. billi l-Qorti tal-Awdituri (QEA) stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2007 huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari,
B. billi fl-22 ta’ April 2008, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2006[16], u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta’ kwittanza, fost affarijiet oħra
- jinnota li l-livell baxx ta’ nfiq tal-ħlasijiet fl-2006 kien relatat fil-parti l-kbira mal-problemi li sabet l-Awtorità biex issib persunal xjentifiku b’livell għoli ta’ ħiliet biex jaħdmu f’Parma; enfasizza li żewġ terzi biss mill-250 impjieg disponibbli skont il-pjan ta' Stabbiliment tal-Awtorità kienu mtlew sal-aħħar tal-2006; jenfasizza li n-nuqqas ta’ persunal irriżulta f’livell aktar baxx ta’ nfiq tal-fondi operattivi;
- jinnota li r-rati ta’ ħlas tal-2006 kienu 56% tal-approprjazzjonijiet għall-infiq amministrattiv u 50 % tal-approprjazzjonijiet għal attivitajiet operattivi; li 20% tal-approprjazzjonijiet trasferiti mill-2005 ġew kanċellati fl-aħħar tal-2006; u li saru numru kbir ta’ trasferimenti, b’konċentrazzjoni għolja tagħhom fl-aħħar tas-sena;
1. Jinnota l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri sabet li approprazzjonijiet ta’ EUR 8,600,000 ġew trasferiti għall-2008, u EUR 4,800,000 ġew kanċellati; jinnota li dan hu parzjalment dovut għad-dewmien fl-adozzjoni u fl-implimentazzjoni fil-pjan ta’ ħidma annwali tal-2007 għall-għotjiet; jinnota li l-approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena preċedenti kienu ta’ EUR 7 900 000, li EUR 4 500 000 minnhom kienu għal attivitajiet operattivi; jinnota li aktar minn 25% tal-approprjazzjonijiet trasferiti għal attivitajiet operattivi kellhom jiġu kkanċellati fl-aħħar tas-sena;
2. Jinsab imħasseb dwar il-konklużjoni tal-QEA li din is-sitwazzjoni tmur kontra l-prinċipju tal-annwalità u turi nuqqasijiet fl-ipprogrammar u fl-ibbaġitjar tal-Awtorità;
3. Jinnota r-risposta tal-Awtorità li fl-2008 kienu meħtieġa diversi miżuri għat-titjib tal-immaniġġjar tal-baġit, bħal mudelli (templates), vademecum u appoġġ amministrattiv addizzjonali biex tiġi aċċelerata t-tnedija tas-sejħa għall-għotjiet;
4. Jinnota r-risposta tal-Awtorità rigward l-approprjazzjonijiet trasferiti li r-rata ta’ trasferimenti (17-18%) naqset meta mqabbla mal-2006 (22%); jinnota madankollu mill-kontijiet finali li l-ammont reali ta’ approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena preċedenti żdied minn EUR 7 900 000 fl-2006 għal EUR 8 600 000 fl-2007;
5. Jagħmel talba biex l-Awtorità taħdem fuq ir-rimarki tal-QEA u tagħmel aktar sforzi biex ittejjeb u tħaffef l-implimentazzjoni tal-baġit; jagħmel talba li l-miżuri ta’ segwitu jiġu speċifikati fir-rapport ta’ attività annwali tal-Awtorità għall-2008;
6. Jinnota l-osservazzjoni tal-QEA li l-Awtorità trattat kontribuzzjoni mingħand il-Kummissjoni sabiex tipprepara għas-sħubija tal-Kroazja u t-Turkija bħala sussidju normali, għalkemm din missu ġiet trattata bħala dħul assenjat;
7. Jinnota t-tweġiba tal-Awtorità li sa mill-2008, il-kontribuzzjonijiet speċifiċi kollha ġew reġistrati bħala dħul assenjat;
8. Jinnota s-sejbiet tal-QEA dwar nuqqasijiet fl-immaniġġjar tal-missjonijiet u l-għadd u l-valur kbir ta’ eċċezzjonijiet;
9. Jinnota t-tweġiba tal-Awtorità li din is-sitwazzjoni hi relatat ma’ unità speċifika fejn minn dak iż-żmien ‘l hawn, ġew implimentati bidliet organizzattivi;
10. Jinnota li l-2007 kienet il-ħames sena operazzjonali għall-Awtorità;
11. Jenfasizza l-irwol tal-EFSA li tipprovdi pariri xjentifiċi indipendenti dwar il-materji kollha li għandhom impatt dirett jew indirett fuq is-sikurezza tal-ikel, inklużi s-saħħa u l-benesseri tal-annimali u l-protezzjoni tal-pjanti, irwol li qiegħed isir dejjem aktar neċessarju fid-dawl tat-tħassib tal-konsumaturi u l-ħtieġa li parir xjentifiku jkun ikkomunikat kif xieraq;
Segwitu għall-eżerċizzji ta’ kwittanza preċedenti
12. Jawgura lill-Awtorità li rnexxielha timla 273 mit-300 post tax-xogħol previsti fl-organigramma tagħha wara li għal ħafna snin, kellha l-problemi biex issib persunal xjentifiku b’livell għoli ta’ ħiliet biex jaħdmu f’Parma;
13. Josserva li l-linja speċifika tal-Persunal laħqet il-95% tar-rata tal-eżekuzzjoni minflok is-97% prevista; madankollu jinnota li l-EFSA xorta kellha diffikultà biex tirrekluta persunal b’kapaċità xjentifika ta’ livell għoli f’Parma;
14. Jirreferi f'termini ta' persunal għall-istħarriġ dwar l-istaff li sar fit-tmiem l-2007; jinkoraġġixxi lill-maniġment tal-EFSA biex jagħmlu stħarriġ bħal dan fuq bażi regolari u biex jinkorporaw ir-riżultati tiegħu fil-ġestjoni tal-istaff tiegħu u fil-ħidma ta' kuljum;
15. Jinnota madankolli li n-nuqqasijiet fil-proċeduri ta’ reklutaġġ ġew enfasizzati ripetutament fl-eżerċizzji ta’ kwittanza preċedenti, kif ukoll koll fir-rapport attwali tal-QEA;
16. Jitlob lill-Awtorità sabiex b’mod urġenti taġġusta l-proċeduri ta’ reklutaġġ tagħha mar-regoli;
17. Jinnota li, bħal f’eżerċizzji ta’ kwittanza preċedenti, l-Awtorità ġiet kritikata mill-QEA li f’diversi każijiet ma kinitx konformi mar-regoli tal-akkwist pubbliku ; jitlob lill-Awtorità sabiex tagħti attenzjoni partikulari lill-konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku;
18. Jitlob lill-Awtorità sabiex fir-rapport annwali ta' attività tagħha għall-2008, tagħti dettalji tal-passi li ttieħdu bħala rimedju għan-nuqqasijiet fl-oqsma tar-reklutaġġ u tal-akkwist pubbliku;
19. Jinnota li d-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità ħa l-kariga ta’ koordinatur tan-netwerk tal-aġenziji fl-1 ta’ Marzu 2009;
20. Jirreferi għal osservazzjonijiet oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza li huma ta' natura orizzontali għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' …dwar l-Immaniġġjar Finanzjarju u l-Kontroll tal-Aġenziji Ewropej[17].
12.2.2009
OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
dwar kwittanza rigward l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel għas-sena finanzjarja 2007
Rapporteur għal opinjoni: Péter Olajos
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jinnota li l-2007 kienet il-ħames sena ta’ ħidma għall-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel (EFSA);
2. Jenfasizza l-irwol tal-EFSA li tipprovdi pariri xjentifiċi indipendenti dwar il-materji kollha li għandhom impatt dirett jew indirett fuq is-sikurezza tal-ikel, inklużi s-saħħa u l-benesseri tal-annimali u l-protezzjoni tal-pjanti, irwol li qiegħed isir dejjem aktar neċessarju fid-dawl tat-tħassib tal-konsumaturi u l-ħtieġa li parir xjentifiku jkun ikkomunikat kif xieraq;
3. Jinnota li 91% tal-baġit tal-EFSA kien impenjat; dan il-livell ta’ impenn huwa inqas mill-previżjoni magħmula li kienet prinċipalment influwenzata minn attivitajiet xjentifiċi, kuntratti jew għotjiet, u minn proġetti ta’ komunikazzjoni tar-riskju; madankollu, dan jirrappreżenta żieda ta' 30% sena wara sena, titjib sinifikanti meta mqabbel mal-2006 u mas-snin ta 'qabel, meta l-livell ta' eżekuzzjoni kien iqarreb is-70%;
4. Josserva li l-linja speċifika tal-Persunal laħqet il-95% tar-rata tal-eżekuzzjoni minflok is-97% prevista; madankollu jinnota li l-EFSA xorta kellha diffikultà biex tirrekluta persunal b’kapaċità xjentifika ta’ livell għoli f’Parma;
5. Jirreferi f'termini ta' persunal jirreferi għall-istħarriġ dwar l-istaff li sar fit-tmiem l-2007; jinkoraġġixxi lill-maniġment tal-EFSA biex jagħmel stħarriġ bħal dan fuq bażi regolari u biex jinkorpora r-riżultati tiegħu fil-maniġment tal-persunal u fil-ħidma ta' kuljum tal-EFSA;
6. Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għall-implimentazzjoni tal-linji baġitarji tal-2007, minkejja li t-twettiq tal-baġit juri li l-istrutturi tal-EFSA għadhom iridu jsiru aktar stabbli;
7. Fuq il-bażi tad-dejta disponibbli, hu tal-fehma li d-Direttur Eżekuttiv tal-EFSA jista' jingħata kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-EFSA għas-sena finanzjarja 2007.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
10.2.2009 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
41 0 2 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Adamos Adamou, Georgs Andrejevs, Pilar Ayuso, Maria Berger, Johannes Blokland, John Bowis, Martin Callanan, Magor Imre Csibi, Chris Davies, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Elisabetta Gardini, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Urszula Krupa, Peter Liese, Linda McAvan, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Dagmar Roth-Behrendt, Guido Sacconi, Amalia Sartori, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Thomas Ulmer, Åsa Westlund |
|||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Iles Braghetto, Jutta Haug, Hartmut Nassauer, Bart Staes, Andres Tarand |
|||||
Sostitut(i) skont l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali |
Emanuel Jardim Fernandes |
|||||
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
16.3.2009 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
15 4 0 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean-Pierre Audy, Herbert Bösch, Costas Botopoulos, Mogens Camre, Paulo Casaca, Antonio De Blasio, Christofer Fjellner, Ingeborg Gräßle, Aurelio Juri, Dan Jørgensen, Nils Lundgren, Marusya Ivanova Lyubcheva, Hans-Peter Martin, Ashley Mote, Jan Mulder, José Javier Pomés Ruiz, Bart Staes, Søren Bo Søndergaard |
|||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Vasilica Viorica Dăncilă, Christopher Heaton-Harris, Edit Herczog |
|||||
- [1] ĠU C 278, 31.10.2008, p. 35.
- [2] ĠU C 311, 5.12.2008, p. 100.
- [3] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
- [4] ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.
- [5] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
- [6] ĠU C 278, 31.10.2008, p. 35.
- [7] ĠU C 311, 5.12.2008, p. 100.
- [8] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
- [9] ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.
- [10] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
- [11] ĠU C 278, 31.10.2008, p. 35.
- [12] ĠU C 311, 5.12.2008, p. 100.
- [13] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
- [14] ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.
- [15] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
- [16] Testi adottati, P6_TA(2008)0153.
- [17] Testi adottati, P6_TA-PROV(2009)...