Proċedura : 2008/2257(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0176/2009

Testi mressqa :

A6-0176/2009

Dibattiti :

PV 21/04/2009 - 19
CRE 21/04/2009 - 19

Votazzjonijiet :

PV 23/04/2009 - 8.30
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2009)0304

RAPPORT     
PDF 147kWORD 78k
23.3.2009
PE 416.348v01-00 A6-0176/2009

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2007

(C6‑0430/2008 – 2008/22587(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Christofer Fjellner

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2007

(C6‑0430/2008 – 2008/22587(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali ta’ l-Aġenzija ta’ l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2007(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (5588/2009 – C6‑0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b’mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jwaqqaf l-Aġenzija ta’ l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(4), u b’mod partikulari l-Artikolu 21 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0176/2009),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta’ l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2007;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni lid-Direttur ta' l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2007

(C6‑0430/2008 – 2008/2257(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali ta’ l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2007(6),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(7),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (5588/2009 – C6‑0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b’mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jwaqqaf l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(9), u b’mod partikulari l-Artikolu 21 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0176/2009),

A. billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2007 huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari,

B.  billi fit-22 ta' April 2008 il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2006(11);

1.  Jinnota li r-Regolament (KE) Nru 168/2007 stabbilixxa Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, li ħadet post iċ-Ċentru ta’ Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija (EUMC), u estenda l-mandat tagħha b'effett mill-1 ta' Marzu 2007;

2.  Ifakkar li l-Aġenzija għandha taħdem favur is-sinerġiji u tevita l-iddupplikar tal-ħidma bejn istituzzjoni li jkunu attivi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari l-Kunsill tal-Ewropa, kif kien mitlub mir-Riżoluzzjoni tal-Parlament tal-14 ta' Jannar 2009(12);

3.  Jiddispjaċih li l-iskadenza għad-deċiżjoni tal-Parlament dwar il-kwittanza fl-Artikolu 21(10) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 ġiet stabbilita għat-30 ta’ April tas-sena N+2 u ma ġietx armonizzata mal-iskadenza l-ġdida tal-15 ta' Mejju tas-sena N+2 li hemm provdut għaliha fir-regolament finanzjarju qafas emendat(13);

4.  Jinnota, mir-rapport tal-Aġenzija dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-2007, li din bdiet tuża l-Kontabilità Bbażata fuq id-Dovut (ABAC) f’Awwissu tal-2007;

5.  Jilqa’ l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li, minkejja t-tranżizzjoni mill-EUMC għall-Aġenzija u ż-żieda konsiderevoli fil-baġit (EUR 14,200,000 f’paragun ma’ EUR 9,300,000 allokati għaċ-Ċentru ta' Sorveljanza Ewropea għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija fis-sena preċedenti), l-approprjazzjonijiet kważi kollha ġew impenjati (EUR 13,900,000) fl-2007;

6.  Jinnota li l-OLAF fetħet investigazzjoni rigward l-Aġenzija; jistieden lill-Aġenżija u lid-Direttur b’mod partikulari biex jikkoperaw bis-sħiħ mal-OLAF; jitlob li l-OLAF, l-Aġenzija u l-Kummissjoni jinfurmaw lill-awtorità tal-kwittanza dwar ir-riżultati tal-investigazzjoni u miżuri possibbli ta’ segwitu mill-aktar fis possibbli;

Dgħjufijiet fl-implimentazzjoni tal-baġit minħabba t-tranżizzjoni miċ-Ċentru għall-Aġenzija

7.  Jinnota s-sejba tal-Qorti tal-Awdituri li, madankollu, EUR 7,500,000 kellhom jgħaddu għall-estensjoni tal-mandat tal-Aġenzija fl-2007, ħaġa li kkawżat dewmien fl-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma l-ġdid, il-ħatra tad-Direttur il-ġdid u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tiegħu;

8.  Jinkoraġġixxi lill-Aġenzija biex tirrimedja għad-dewmien u tnaqqas kemm jista’ jkun il-kanċellazzjonijiet tal-approprjazzjonijiet li jiġu trasferiti minn sena għal oħra, kif wiegħdet fit-tweġiba tagħha lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tagħti rapport dwar il-progress li sar fir-rapport tagħha dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-2008;

9.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri sabet ukoll li l-Aġenzija, permezz ta’ emendi għall-baġits tagħha u diversi trasferimenti, naqqset il-linji baġitarji dwar l-infiq għall-persunal b’EUR 798,000, u b’hekk evitat kanċellazzjonijiet ta' approprjazzjonijiet għall-infiq tal-persunal li ma ntużawx;

10. Jirrikonoxxi t-tweġiba tal-Aġenzija li l-emendi għall-baġit u t-trasferimenti kienu marbuta mill-qrib mat-tranżizzjoni u, għalhekk, kienu eċċezzjonali;

Dgħjufijiet fil-proċeduri ta’ akkwist

11. Jinnota s-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri fir-rigward ta’ proċedura ta’ akkwist li l-metodu ta’ evalwazzjoni ppubblikat inaqqas b’mod indirett l-importanza relativa tal-kriterju tal-prezz, ħaġa li setgħet qatgħet min potenzjalment xtaq jitfa’ offerta u ma kenitx konformi mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja solida;

12. Jaċċetta t-tweġiba tal-Aġenzija li, għalkemm il-metodu li użat kien josserva r-Regolament Finanzjarju, din se tintroduċi metodu ġdid ta' evalwazzjoni propost mill-Kummissjoni sabiex tikseb l-aħjar valur għall-flus;

Segwitu tal-eżerċizzji preċedenti ta’ kwittanza

13. Ifakkar li għas-sena finanzjarja 2004, il-Qorti tal-Awdituri ħarġet dikjarazzjoni kwalifikata ta’ assigurazzjoni għaċ-Ċentru ta’ Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija minħabba d-dgħjufijiet fil-proċeduri ta’ akkwist, u li għas-snin finanzjarji 2005 u 2006 l-Qorti tal-Awdituri wkoll għamlet osservazzjonijiet kruċjali dwar il-proċeduri ta' akkwist;

14. Jitlob, għalhekk, lill-Aġenzija biex tagħti attenzjoni partikolari lil-legalità tal-proċeduri tagħha ta’ akkwist;

°

° °

15. Għal osservazzjonijiet oħra li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza li huma ta' natura orizzontali jirreferi għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ...... April 2009 dwar il-ġestjoni u l-kontroll finanzjarju tal-aġenziji tal-UE(14).

30.1.2009

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar kwittanza rigward l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2007

(2008/2257(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Bárbara Dührkop Dührkop

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Jinnota bi pjaċir li l-Qorti tal-Awdituri rnexxielha tikseb garanziji raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2007 huma, fl-aspetti materjali kollha, affidabbli kif ukoll li t-tranżazzjonijiet bażiċi, b'mod ġenerali, huma legali u regolari;

2.   Jieħu nota tal-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-fatt li l-livell għoli ta' trasferimenti seħħ minħabba l-estensjoni tal-mandat tal-Aġenzija f'Marzu 2007 kif ukoll tat-tweġibiet tal-Aġenzija f'dan ir-rigward.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta’ l-adozzjoni

29.1.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mihael Brejc, Kathalijne Maria Buitenweg, Maddalena Calia, Michael Cashman, Carlos Coelho, Gérard Deprez, Bárbara Dührkop Dührkop, Armando França, Kinga Gál, Jeanine Hennis-Plasschaert, Ewa Klamt, Magda Kósáné Kovács, Stavros Lambrinidis, Henrik Lax, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Martine Roure, Inger Segelström, Csaba Sógor, Vladimir Urutchev, Tatjana Ždanoka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Marco Cappato, Koenraad Dillen, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Marian-Jean Marinescu, Antonio Masip Hidalgo, Eva-Britt Svensson, Adina-Ioana Vălean, Johannes Voggenhuber

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta’ l-adozzjoni

16.3.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Herbert Bösch, Costas Botopoulos, Mogens Camre, Paulo Casaca, Antonio De Blasio, Christofer Fjellner, Ingeborg Gräßle, Aurelio Juri, Dan Jørgensen, Nils Lundgren, Marusya Ivanova Lyubcheva, Hans-Peter Martin, Ashley Mote, Jan Mulder, José Javier Pomés Ruiz, Bart Staes, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Vasilica Viorica Dăncilă, Christopher Heaton-Harris, Edit Herczog

(1)

ĠU C 278, 31.10.2008, p. 1.

(2)

ĠU C 311, 5.12.2007 p. 7.

(3)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)

ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(5)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)

ĠU C 278, 31.10.2008, p. 1.

(7)

ĠU C 311, 5.12.2008, p. 7.

(8)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(9)

ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(10)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(11)

Testi adottati,

(12)

P6_TA-PROV(2009)0019.

(13)

Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72) kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23).

(14)

Testi adottati, P6_TA-PROV(2009)...

Avviż legali - Politika tal-privatezza