Proċedura : 2008/2234(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0182/2009

Testi mressqa :

A6-0182/2009

Dibattiti :

PV 01/04/2009 - 24
CRE 01/04/2009 - 24

Votazzjonijiet :

PV 02/04/2009 - 9.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2009)0204

RAPPORT     
PDF 180kWORD 181k
20.3.2009
PE 419.850v01-00 A6-0182/2009

dwar il-problemi u l-prospettivi taċ-ċittadinanza Ewropea

(2008/2234(INI))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Urszula Gacek

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-problemi u l-prospettivi taċ-ċittadinanza Ewropea

(2008/2234(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Kapitlu V tagħha bit-titlu 'Drittijiet taċ-Ċittadini',

–   wara li kkunsidra r-Rapport mill-Kummissjoni bit-titlu "Il-Ħames Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-Unjoni (1 ta' Mejju 2004 - 30 ta' Ġunju 2007)" (COM(2008)0085),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-29 ta’ April 2004 dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familji tagħhom li jiċċirkulaw u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri(1) (id-Direttiva tal-Moviment Liberu),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar id-Drittijiet taċ-Ċittadini: il-Promozzjoni tad-Drittijiet Fundamentali u tad-Drittijiet li Ġejjin miċ-Ċittadinanza Ewropea(2),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 u l-Artikolu 112(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0000/2009),

A.  billi s-suq komuni u l-integrazzjoni ekonomika qed joqorbu lejn li jkunu verament kompleti, għalkemm il-bażi legali għaċ-ċittadinanza tal-Unjoni għadha fi stadju ta' żvilupp,

B.  billi l-Artikolu 17 tat-Trattat tal-KE introdott mit-Trattat ta' Maastricht jgħid li 'kull persuna li għandha ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru għandha tkun ċittadin tal-Unjoni', u l-prinċipju kien żviluppat iktar fil-fond mit-Trattat ta' Amsterdam li jistipula li 'ċ-Ċittadinanza tal-Unjoni għandha tikkumplimenta u mhux tissostitwixxi iċ-ċittadinanza nazzjonali',

C.  billi ċ-ċittadinanza tal-Unjonihija għaldaqstant miżjuda maċ-ċittadinanza tal-Istati Membri, u f'dan is-sens, l-għotja tagħha hija regolata minn kull Stat Membru fuq il-bażi tal-liġijiet tiegħu stess, li jvarjaw bejn l-Istati Membri,

D. billi l-identità bħala ċittadin tal-Unjoni tista' tkun ibbażata biss fuq l-identità nazzjonali, u l-attenzjoni tal-Kummissjoni għandha tinġibed għall-fatt li persuni li jgħixu fil-faqar kbir, u persuni b'livell baxx ta' skola - fosthom ir-Roma - ma għandhomx aċċess għall-ammont ta' informazzjoni li jista’ jimmotiva l-kuxjenza Ewropea tagħhom; billi l-esklużjoni tagħhom li qed tiżdied mis-soċjetajiet Ewropej iċċekken il-valur kemm taċ-ċittadinanza tagħhom kif ukoll taċ-ċittadinanza tal-Unjoni tagħhom,

E.  billi, madankollu, bla ħsara għas-setgħa tal-Istati Membri individwali li jiddeterminaw il-mod ta’ akkwist u ta’ telf taċ-ċittadinanza, il-Kunsill ta’ Tampere tal-15 u s-16 ta’ Ottubru 1999 approva 'l-objettiv li ċittadini ta’ pajjiż terz li jkunu ilhom legalment residenti għandhom jiġu offruti l-opportunità li jiksbu ċ-ċittadinanza ta’ l-Istat Membru li fih ikunu residenti'.

F.   billi ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni huma intitolati li jivvutaw u joħorġu għall-elezzjoni f'elezzjonijiet lokali u Ewropej fl-Istat Membru li jirrisjedu fih taħt l-istess kondizzjonijiet bħal ċittadini ta' dak l-Istat Membru,

G. billi l-għoti tad-dritt li wieħed jivvota u li joħroġ għall-elezzjoni f’elezzjonijiet lokali fl-Istat Membru ta' residenza huwa essenzjali għaċ-ċittadini tal-Unjoni sabiex jinħoloq sens ġenwin li wieħed jifforma parti minn dak il-pajjiż,

H. billi f'xi Stati Membri, id-dritt konferit liċ-ċittadini tal-Unjoni permezz tat-termini tal-Artikolu 19 tat-Trattat KE li jivvotaw u li joħorġu għall-elezzjonijiet lokali u Ewropej bħalissa qed jixxekkel sal-punt li ċ-ċittadini tal-Unjoni li huma ċittadini ta' Stat Membru ieħor mhumiex intitolati li jsiru membri ta’ partiti politiċi fil-pajjiż fejn huma mistennija li jeżerċitaw dan id-dritt,

I.    billi r-rikors għall-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament u għall-Ombudsman Ewropew huwa mezz mhux ġudizzjarju importanti ta' rimedju li huwa disponibbli għaċ-ċittadini tal-Unjoni,

J.    billi t-tkabbir tal-Unjoni Ewropea rriżulta f'żieda konsiderevoli fin-numru ta' ċittadini tal-UE li joqogħdu barra mill-Istat Membru ta' oriġini tagħhom,

K. billi l-Artikolu 20 tat-Trattat tal-KE, għalkemm sfortunatament ristrett għas-sitwazzjoni fejn ċittadin ta' Stat Membru fit-territorju ta' pajjiż terz fejn l-Istat Membru mhuwiex rappreżentat, jintitola kull ċittadin tal-Unjoni għall-ħarsien diplomatiku u konsulari ta' kull Stat Membru li huwa rappreżentat kif xieraq f'dak il-pajjiż terz; billi, id-dritt tagħhom ma jistax ikun eżerċitat sew fin-nuqqas ta' regoli u protokolli prattiċi ċari u li jorbtu li għandhom jiġu segwiti mill-awtoritajiet konsulari,

L.  billi għalkemm l-istess Artikolu 20 tat-Trattat tal-KE jimponi obbligu fuq l-Istati Membri li "jistabbilixxu r-regoli neċessarji bejniethom u jibdew in-negozjati internazzjonali meħtieġa biex jiżguraw din il-protezzjoni", il-fatt huwa li att wieħed biss ġie adottat s'issa, primarjament id-Deċiżjoni 95/553/KE(3), li daħlet fis-seħħ fl-2002 u hija ta' paġna waħda biss u li tonqos kompletament milli tistabbilixxi sistema sħiħa li tassisti u li tnaqqas is-sofferenza taċ-ċittadini tal-Unjoni lil hinn minn pajjiżhom f'sitwazzjoni ta' kriżi,

M. billi, b'mod partikulari f'sitwazzjoni ta' kriżi u tbatija personali, protezzjoni konsulari u diplomatika effettiva mogħtija barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea mingħajr distinzjoni mill-Istati Membri kollha liċ-ċittadini kollha tkun ta’ kontribut sinifikanti għall-apprezzament minn dawk iċ-ċittadini tal-vantaġġi li wieħed jifforma parti mill-Unjoni Ewropea,

1.   Jilqa' l-fatt li t-Trattat ta' Liżbona jagħmilha possibbli għal miljun ċittadin tal-Unjoni minn Stati Membri differenti biex kollettivament jistiednu lill-Kummissjoni tressaq proposti leġiżlattivi, u jemmen li dan id-dritt legali ħa jżid il-kuxjenza dwar iċ-ċittadinanza tal-Unjoni fost l-Ewropej b'mod sinifikanti; ifakkar li t-trasparenza u l-parteċipazzjoni demokratika għandha tiġi miksuba permezz ta’ varjetà ta' forom ta' sħubija fost l-UE u l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet reġjonali u lokali, l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili; jitlob lill-Kummissjoni biex tipprepara proċeduri trasparenti u li jinftiehmu faċilment li jimplimentaw l-"inizjattiva taċ-ċittadinanza", biex iċ-ċittadini tal-Unjoni jkunu kapaċi jagħtu bidu għal leġiżlazzjoni immedjatament wara li jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Liżbona; filwaqt li jittama li mhux se jkun neċessarju, jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tinkorpora dan id-dritt ta' inizjattiva fil-politiki tagħha jkun xi jkun l-istatus finali tat-Trattat;

2.   Jinnota li d-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni li jiċċaqalqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri ma jistax jitqies b'mod iżolat minn drittijiet u prinċipji bażiċi oħra tal-Unjoni Ewropea, bħall-moviment ħieles tal-ħaddiema u l-libertà tal-forniment ta’ servizzi; u għalhekk jistieden lill-Istati Membri sabiex ineħħu l-ostakoli eżistenti tagħhom skont it-termini tat-Trattati ta' Adeżjoni sabiex jippermettu lil kull ċittadin li jeżerċita d-drittijiet kollha tagħhom;

3.   Jirrakkomanda, fid-dawl tal-prinċipji fundamentali tat-Trattati tal-KE dwar il-moviment ħieles, in-nuqqas ta' diskriminazzjoni u d-drittijiet taċ-ċittadini, li l-Kummissjoni tkompli tuża kull mezz disponibbli għaliha biex tikseb mill-iktar fis it-tneħħija tal-arranġamenti tranżizzjonali li għad hemm li huma imposti fuq Stati Membri ġodda;

4.   Huwa mħasseb dwar l-implimentazzjoni fqira tad-direttivi attwali, b’mod speċjali id-Direttiva dwar il-Moviment Ħieles, li tikkawża ħafna problemi relatati mal-moviment liberu u ma' drittijiet oħrajn taċ-ċittadini tal-Unjoni, u jitlob lill-partijiet kollha biex jittrasponu u jimplimentaw l-acquis tal-Komunità b'mod korrett u sħiħ;

5.   Jistieden lill-Kummissjoni tipproduċi lista tal-ostakoli li jiffaċċjaw iċ-ċittadini tal-Unjoni li jixtiequ jagħmlu użu sħiħ u bla xkiel mill-moviment ħieles ta' persuni u vantaġġi oħra stabbiliti għaċ-ċittadini tal-UE, u jitlob lill-Kummissjoni biex tinkorpora r-riżultati f’tabella ta’ klassifika sabiex jiżguraw li tali ostakoli jiġu ttrattati bir-reqqa u b'mod effettiv;

6.   Fid-dawl tas-sejbiet tal-Eurobarometer Flash 213 (stħarriġ tal-2007 tal-Eurobarometer) li huma biss 31% ta’ dawk li rrispondew li jqisu ruħhom infurmati tajjeb dwar id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni, iqis li huwa vitali li jkun adottat approċċ effettiv għat-tagħrif u l-komunikazzjoni sabiex iċ-ċittadini tal-Unjoni jsiru konxji tad-drittijiet u l-obbligi tagħhom u jiġu megħjuna jieħdu rwol attiv fit-teħid tad-deċiżjonijiet fl-UE, sabiex b'hekk tkun tista’ tiġi eżerċitata demokrazija verament parteċipattiva;

7.   Jinnota b'dispjaċir li l-Ħames Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-Unjoni ma fih ebda proposta konkreta dwar l-eżerċitar miċ-ċittadini tad-drittijiet tagħhom u d-dmir tal-Istati Membri li jissalvagwardjaw dawn id-drittijiet fil-prattika; jitlob li s-Sitt Rapport ikun aktar proattiv f'dan ir-rigward;

8.   Jesprimi d-diżappunt tiegħu għan-nuqqas tal-Kummissjoni li tikkonsulta lis-soċjetà ċivili fit-tħejjija tal-Ħames Rapport, u jistenna li tali konsultazzjoni għandha sseħħ bħala parti mit-tħejjija tas-Sitt Rapport, kif mwegħda mill-Kummissjoni;

9.   Jitlob lill-Kummissjoni biex tirrivedi il-Programm tagħha "l-Ewropa għaċ-Ċittadini" sabiex tittejjeb il-komunikazzjoni maċ-ċittadin medju tal-Unjoni u biex jiżguraw diffużjoni wiesgħa; jinnota li filwaqt li l-appoġġ strutturali għal 'think tanks' u istituti ta' riċerka bbażati fi Brussell huwa importanti, organizzazzjonijiet ta' dan it-tip ftit li xejn iservu biex jinformaw lill-individwi li ma kinux fost dawk li kienu diġà informati; jitlob lill-Kummissjoni biex tiffoka mill-ġdid il-finanzjament tagħha fuq organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali reġjonali u lokali li mhumiex ibbażati fi Brussell u biex tintroduċi, fil-futur, programmi simili għal "Programm Żgħażagħ f'Azzjoni 2007-2013" li kellu ħafna suċċess, sabiex jgħinu lill-awtoritajiet governattivi lokali u reġjonali jinformaw lir-residenti dwar id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni; peress li l-proposti għall-multilingwiżmu m'għandhomx ikunu limitati għal-lingwi uffiċjali ewlenin/il-lingwi tal-Istati Membri, jistieden lill-Istati Membri sabiex ixerrdu tagħrif dwar iċ-ċittadinanza tal-Unjoni fil-lingwi reġjonali u minoritarji wkoll;

10. Fid-dawl fost affarijiet oħra, tal-għadd baxx ta' ċittadini tal-Unjoni residenti fi Stat Membru li mhumiex ċittadini tiegħu li jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jivvotaw jew joħorġu għall-elezzjonijiet Ewropej jew lokali fil-post tar-residenza tagħhom, kif ukoll l-ostakoli prattiċi li votanti potenzjal ħafna drabi jħabbtu wiċċhom magħhom waqt l-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom, hu tal-fehma li l-elezzjonijiet Ewropej 2009 għandhom jitqiesu bħala opportunità għall-preparazzjoni u l-applikazzjoni ta’ pjan ta' azzjoni pan-Ewropew maħsub biex jiżviluppa l-identità tal-UE taċ-ċittadini tal-UE u biex ikabbar il-kuxjenza tagħhom dwar id-drittijiet tagħhom;

11. Jitlob li jkun hemm parteċipazzjoni tan-nisa fuq skala akbar fil-politika u fit-teħid tad-deċiżjonijiet sabiex tiġi promossa l-integrazzjoni Ewropea; għal dan il-għan, jemmen li dawn jeħtieġu li jkunu l-mira ta' kampanji ta' kuxjenza aktar ċari, sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw bis-sħiħ id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Ujoni u biex ikunu aktar attivi fil-gruppi politiċi, fil-politika, u f’konnessjoni mal-ħidma tal-awtoritajiet lokali fil-pajjiżi ta' residenza tagħhom;

12. Isemmi li jeħtieġ jiġu mnedija kampanji ta’ tagħrif aqwa u aktar effettivi li jippromwovu d-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-Unjoni fost iż-żgħażagħ, bħat-twaqqif ta' "programm ta’ ċittadinanza" fl-iskejjel u fl-universitajiet, bil-għan li l-ġenerazzjoni żagħżugħa tiġi mħejjija għaċ-ċittadinanza attiva;

13. Jemmen li l-Istati Membri għandhom jinkorporaw id-dimensjoni Ewropea fis-sillabi tal-iskejjel fil-livell primarju u sekondarju;

14. Jitlob lill-universitajiet Ewropej biex jieħdu l-miżuri finanzjarji kollha fis-setgħa tagħhom biex iżidu l-perċentwali ta' studenti li jieħdu sehem fl-iskambji tal-programm Erasmus;

15. Jitlob lill-Kummissjoni biex tipproponi direttivi iktar konsolidati u kjarifikati li jtejbu l-moviment liberu u d-drittijiet l-oħra għaċ-ċittadini tal-Unjoni f'oqsma oħra, inkluż il-qasam tal-mobilità professjonali, it-trasferibilità tal-pensjonijiet u d-drittijiet soċjali u r-rikonoxximent reċiproku ta' lawrji u kwalifiki personali;

16. Jirrimarka li d-dritt li wieħed jiċċaqlaq u jgħix liberament f’territorju tal-UE se jkun impossibbli li jkun eżerċitat bis-sħiħ sakemm, fost miżuri oħra, tkun stabbilita sistema effettiva għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri, li jaġixxu fl-isferi rispettivi ta’responsabbiltà tagħhom, sabiex jippermettu lil numru akbar ta' ċittadini tal-Unjoni li għandhom kwalifiki professjonali miksuba fi Stat Membru wieħed biex jiddaħħlu fi professjoni korrispondenti fi Stat Membru ieħor u li jipprattikaw dik il-professjoni bl-istess termini bħal ċittadini ta’ dan tal-aħħar;

17. Jistieden lill-Istati Membri biex jirrevedu l-liġijiet dwar iċ-ċittadinanza u jesploraw il-possibilitajiet li ssir aktar faċli għall-persuni mingħajr nazzjonalità ta’ dak l-Istat Membru sabiex jiksbu ċ-ċittadinanza u jgawdi d-drittijiet kollha, biex b'hekk tingħeleb id-diskriminazzjoni bejn dawk li għandhom in-nazzjonalità u dawk li m’għandhomx, b'mod partikolari għaċ-ċittadini tal-Unjoni;

18. Jikkunsidra li jkun mixtieq li jiġi inkoraġġit skambju ta' esperjenzi dwar is-sistemi ta' naturalizzazzjoni eżistenti fid-diversi Stati Membri, jkun hemm koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-kriterji ta' eliġibilità u tal-proċeduri għaċ-ċittadinanza tal-Unjoni - mingħajr ma tkun mittiefsa s-setgħa tal-Istati Membri individwali li jiddeterminaw il-modi ta’ kif wieħed jakkwista jew jitlef iċ-ċittadinanza - u b'hekk li jitnaqqsu l-każijiet ta' diskriminazzjoni inerenti fis-sistemi legali differenti;

19  Jikkunsidra li persuni bla stat permanentament residenti fl-Istati Membri qegħdin f'pożizzjoni unika fl-Unjoni Ewropea; huwa mħasseb li xi Stati Membri jimponu fuqhom esiġenzi li mhumiex ġustifikati jew li mhumiex strettament neċessarji sabiex tinkiseb iċ-ċittadinanza; f'dan ir-rigward jitlob lill-Istati Membri biex sistematikament isibu soluzzjonijiet ġusti, ibbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet internazzjonali; jemmen li l-persuni mingħajr l-appartenza għal stat permanenti fl-Istati Membri għandhom ikunu eliġibbli għall-vot fl-elezzjonijiet lokali;

20. Ifakkar lill-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u l-immigranti li l-punti kollha tal-Prinċipji Bażiċi Komuni tal-Kunsill għall-Politika ta’ Integrazzjoni tal-Immigranti fl-Unjoni Ewropea (14615/04) għandhom jiġu applikati b'mod ugwali;

21. Jikkunsidra l-integrazzjoni tal-immigranti bħala prerekwiżit bażiku għall-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom fil-pajjiżi fejn huma residenti; għalhekk, jistieden lill-Istati Membri biex b’mod sħiħ u b’ħeffa japplikaw ir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Settembru 2005 intitolata 'Aġenda Komuni għall-Integrazzjoni ta' Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi fl-Unjoni Ewropea" (COM (2005) 0389);

22. Iqis li l-UE u l-Istati Membri għandhom responsabbiltà komuni li jippromwovu l-inklużjoni tar-Roma bħala ċittadini tal-Unjoni bil-ħsieb li l-poplu Roma jkun jista’ jibbenefika b'mod sħiħ mill-inċentivi pprovduti mill-UE għall-inizjattivi kollha mmirati biex jippromwovu d-drittijiet tagħhom u l-inklużjoni tal-komunitajiet tagħhom, sew jekk fil-qasam tal-edukazzjoni, l-impjiegi jew il-parteċipazzjoni ċivika;

23. Jirrimarka li ċ-ċittadinanza tal-Unjoni tinvolvi dmirijiet mhux drittijiet biss; jiġbed attenzjoni partikolari lejn id-dmir sabiex jitħarsu l-liġijiet tal-Istat li fih jirrisjedi ċ-ċittadin tal-Unjoni kkonċernat u li jiġu rispettati l-kulturi ta' nies oħra;

24. Jenfasizza li problemi tal-lingwa jew ta' ħiliet ta' komunikazzjoni m'għandhomx jintużaw bħala bażi biex jiċċaħħad l-aċċess għad-drittijiet soċjali li għalihom jista' ikun intitolat individwu bħala resident ta' Stat Membru, inklużi d-dritt għall-benefiċji soċjali mogħtija mill-awtoritajiet nazzjonali jew lokali;

25. Jitlob lill-Kummissjoni biex tinvestiga l-irwol u l-imġiba ta' servizzi nazzjonali għall-benesseri tat-tfal sabiex jiżguraw li l-prinċipji tal-ugwaljanza u tan-nondiskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini tal-Unjoni jiġu rispettati; jenfasizza li l-ġenituri għandhom jitħallew jitkellmu bl-ilsien matern tagħhom mat-tfal tagħhom u li n-nazzjonalità jew il-lingwa m'għandhomx jintużaw bħala bażi biex wieħed jiċħad l-aċċess tal-ġenituri lit-tfal tagħhom;

26. Itenni t-talba tiegħu biex l-Istati Membri jirrispettaw id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni li jivvjaġġaw fl-UE jew b'karta tal-identità nazzjonali valida jew passaport validu u biex ma jirristrinġux moviment ta' dan it-tip fuq il-bażi tas-sigurtà jew għal raġunijiet oħrajn, speċjalment fil-qasam tal-ivvjaġġar bl-ajru jew bil-baħar;

27  Jitlob lill-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali biex jieħdu miżuri ulterjuri biex jiffaċilitaw il-moviment ta' ċittadini tal-Unjoni bejn Stati Membri, speċjalment fir-rigward ta' kwistjonijiet prattiċi bħalma huma l-ħruġ ta’ karti ta’ residenza u permessi tax-xogħol u t-trasferiment ta' reġistrazzjoni ta' vetturi, ir-rikonoxximent ta' polzi ta' assigurazzjoni personali u dwak tal-vetturi maħruġin fi Stat Membru ieħor, it-trasferiment ta' rekords mediċi, regoli ċari dwar ir-rimborż ta' spejjeż mediċi, fost ħafna kwistjonijiet oħrajn, li ta' spiss ma jiffunzjonawx kif suppost minkejja sforzi biex jiġu armonizzati fil-livell tal-UE; u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiġbor l-informazzjoni rilevanti kollha u tagħmilha disponibbli għaċ-ċittadini tal-Unjoni;

28. Jirrakkomanda li l-qasam Ewropew tal-ġustizzja jintemm sabiex ikun żgurat li l-aspetti transkonfinali ta’ ċittadinanza relatati mal-ħajja personali u tal-familja jistgħu jkunu protetti b’mod effettiv mir-regoli komuni fil-qasam tal-liġi internazzjonali privata; għal dak il-għan, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżviluppa approċċ koerenti u biex tressaq il-proposti leġiżlattivi neċessarji;

29. Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel disponibbli ffinanzjar għat-taħriġ tal-uffiċjali pubbliċi lokali u reġjonali tal-Istati Membri li jkollhom x'jaqsmu ma' migranti intrakomunitarji fl-affarijiet bażiċi tal-leġiżlazzjoni tal-KE li tapplika fl-oqsma rispettivi tagħhom, u biex tgħin lill-amministrazzjonijiet iwieġbu mistoqsijiet dwar differenzi u konflitti possibbli bejn leġiżlazzjoni nazzjonali u dik tal-KE; f'dan ir-rigward jilqa' lin-netwerk onlajn biex jissolvew il-problemi SOLVIT, ipprovdut mill-Kummissjoni, u jitlob li jkun iktar imsaħħaħ u mħeġġeġ; jittama li, permezz taż-żieda fir-riżorsi umani kif ukoll dawk finanzjarji, l-Istati Membri se jgħinu t-tisħiħ taċ-ċentri SOLVIT nazzjonali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u lill-Istati Membri sabiex jikkoperaw fi skambji tal-prattiki tajba u sabiex isibu modi effettivi ta' kif jitrattat mas-sitwazzjoni tal-migranti intra-Komunitarji;

30. Jemmen li l-Europe Direct għandu jiġi promoss aħjar maċ-ċittadini kollha, u jirrakkomanda li għal dan il-għan tiġi koordinata mill-Kummissjoni kampanja tal-midja fuq livell tal-UE; jitlob lill-Kummissjoni biex tissorvleja l-proliferazzjoni ta' siti elettroniċi marbuta mal-Europe Direct u SOLVIT u biex tiffoka l-informazzjoni u l-kuntatti ewlenija fuq siti ta' referenza speċifiċi;

31. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa Karta Ewropea għad-Drittijiet tal-Konsumatur biex tipprovdi informazzjoni faċilment aċċessibbli liċ-ċittadini dwar il-problemi l-iktar komuni tagħhom;

32. Jilqa' b’sodisfazzjon il-"Pjan ta' Azzjoni dwar approċċ integrat sabiex jiġu pprovduti Servizzi ta' Assistenza dwar is-Suq Wieħed liċ-ċittadini u lin-negozji" (SEC(2008)1882) tal-Kummissjoni biex tiġi evitata l-frammentazzjoni tal-punti ta' kuntatt u, kif enfasizzat fid-Direttiva dwar is-Servizzi, iħeġġeġ il-ħolqien ta' punti ta' kuntatt waħdanin għas-servizzi u l-prodotti f'kull Stat Membru;

33. Ifakkar lill-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali li l-kunċett ta' ċittadinanza tal-Unjoni jinkludi l-prinċipju tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni kollha, u mhux biss ta' ċittadini ta' Stat Membru partikolari; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tapprofondixxi l-analiżi tagħha tas-sitwazzjoni tal-migranti intrakomunitarji u biex tieħu azzjoni xierqa sabiex tiżgura li dawn igawdu ġenwinament mid-drittijiet bħala ċittadini tal-Unjoni;

34. Jirrimarka li d-dritt tal-moviment ħieles huwa pern taċ-ċittadinanza tal-Unjoni u għalhekk iqis li huwa inkwetanti ferm li l-ebda Stat Membru għadu ma implimenta b’mod sħiħ u x-xieraq id-Direttiva dwar il-Moviment Ħieles;

35. Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tħeġġeġ l-għarfien tar-regoli ġodda stabbiliti fid-Direttiva dwar il-Moviment Liberu, inkluż il-pubblikazzjoni tal-‘Gwida dwar l-aħjar użu tad-Direttiva 2004/38/KE’, iżda jiddispjaċih mill-fatt li s-16,000 kopja tal-gwida ppubblikata f’19-il lingwa, huma kwantità żgħira wisq meta mqabbla mal-għadd totali ta’ nies li jgħixu fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li din l-informazzjoni tkun iktar disponibbli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, li huma l-ewwel sors ta' informazzjoni għal ħafna ċittadini u kif inhuma l-affarijiet fil-livelli lokali fejn iseħħu ħafna mill-problemi u vjolazzjonijiet tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni;

36. Jenfasizza li d-drittijiet għall-moviment ħieles u għar-residenza, li huma parti integrali miċ-ċittadinanza tal-Unjoni għandhom impatt tremend fuq il-ħajja tal-familji u fuq l-għażliet edukattivi u professjonali tan-nisa; għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-bżonnijiet speċifiċi tan-nisa f'dan il-qasam;

37. Ifakkar id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-Moviment Liberu li jagħtu liċ-ċittadini tal-Unjoni d-dritt li joqogħdu fi Stat Membru ieħor, sakemm ma jkunux ta' piż fuq is-sistema ta' assistenza soċjali tagħhom; jinnota, madankollu, li l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja(4) li pprovdew interpretazzjoni, għall-iskopijiet tad-Direttiva, dwar it-tifsir tal-espressjoni "riżorsi suffiċjenti";

38. Jistieden lill-Kummissjoni biex tivverifika bir-reqqa sabiex jiġi aċċertat li l-liġijiet u l-prattiki fis-seħħ fl-Istati Membri individwali ma jiksrux id-drittijiet konferiti liċ-ċittadini tal-Unjoni permezz tat-Trattat tal-KE u tad-Direttiva dwar il-Moviment Ħieles, speċjalment rigward il-kunċetti ta' ‘riżorsi biżżejjed’, ‘piż mhux raġonevoli fuq is-sistemi tal-assistenza soċjali tal-Istat Membru ospitanti’, ‘raġunijiet serji ta' politika pubblika jew ta’ sigurtà pubblika’, u ‘raġunijiet imperattivi ta' sigurtà pubblika’; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, biex jiġi aċċertat li hemm salvagwardji proċedurali li joperaw fil-livell prattiku, flimkien ma' arranġamenti ta' protezzjoni legali u l-possibbiltà ta’appell lill-qrati kontra miżuri ta' tkeċċija; jirrimarka li kwalunkwe restrizzjoni fuq id-dritt fundamentali għall-moviment ħieles għandu jiġi interpretat f’sens dejjaq;

39. Jistieden lill-Istati Membri, meta japplikaw id-dritt għall-moviment ħieles, li joqgħodu lura milli jxekklu liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom b’burokrazija mhux meħtieġa sal-punt li din ma tkunx espressament imsemmija fid-Direttiva dwar il-Moviment Ħieles u tkun timpedixxi l-eżerċitar ta’ dritt li, meta wieħed ipoġġi ma’ ġenb it-twettiq ta’ proċeduri amministrattivi, hu previst bħala tali fit-Trattat tal-KE; jirrimarka lill-Istati Membri li huma għandhom id-dmir li jiffaċilitaw it-tlestija tal-proċeduri amministrattivi marbuta mal-eżerċitar tad-dritt tal-moviment ħieles;

40. Jistieden lill-Istati Membri biex iżommu lura milli jadottaw atti leġiżlattivi li jimponu penali li jkunu eċċessivament ħorox jew diskriminatorji fir-rigward taċ-ċittadini tal-Unjoni, bħal, pereżempju, id-detenzjoni fil-każ tat-tneħħija mit-territorju ta’Stat Membru ospitanti, jinvoka ċirkustanza aggravanti fuq il-bażi li ċittadin tal-Unjoni li kkommetta reat qabel kien residenti illegalment fi Stat Membru ieħor, jew tneħħija awtomatika ta’ ċittadin tal-Unjoni għaliex huwa jew hija kienu ħatja ta' reat kriminali;

41. Jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ddaħħal miżuri fil-Programm ta’ Stokkolma mmirati biex jindirizzaw il-problemi ffaċċjati miċ-ċittadini tal-Unjoni matul ħajjithom fl-UE; jitlob lill-Kummissjoni biex tipproponi, f’dan il-qafas, miżuri xierqa, anke fil-qasam tal-liġi ċivili, biex finalment timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali mhux biss fir-rigward ta' prodotti, kapital u servizzi, iżda wkoll fir-rigward tal-persuni, mingħajr diskriminazzjonijiet kif elenkati skont l-Artikolu 13 tat-Trattat tal-KE, billi s-sitwazzjoni attwali tikkostitwixxi ostaklu għall-moviment ħieles u tmur kontra l-valuri komuni Ewropej ta’ ugwaljanza u n-nuqqas ta' diskriminazzjoni;

42. Isostni li tagħti d-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet lokali fl-Istat Membru ta’residenza huwa sine qua non għal kwalunkwe politika ta' integrazzjoni effettiva;

43. Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni residenti fi Stat Membru li mhuwiex tagħhom jiġu pprovduti bl-informazzjoni kollha meħtieġa dwar id-dritt tagħhom li jivvutaw fl-elezzjonijiet lokali u Ewropej;

44. Jiddispjaċih għan-numru baxx ta' ċittadini tal-Unjoni residenti fi Stati Membri differenti minn tagħhom stess li jieħdu vantaġġ mid-dritt biex jivvutaw jew joħorġu għall-elezzjoni f'elezzjonijiet Ewropej jew lokali fil-post ta' residenza tagħhom; jinnota l-ostakli prattiċi li frekwentament wisq jiffaċċjaw votanti potenzjali fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali biex fid-dawl tal-imminenza tal-elezzjonijiet Ewropej imminenti tal-2009, iniedu kampanji ta' informazzjoni effettivi pan-Ewropej dwar id-drittijiet elettorali taċ-ċittadini tal-Unjoni u jagħtu pariri prattiċi ta' kif jeżerċitawhom f'livell lokali;

45. Jistieden lill-Istati Membri biex fuq il-midja nazzjonali u lokali, inkluż it-televiżjoni, radju u l-internet, iniedu kampanji ta’ informazzjoni fil-lingwi uffiċjali tal-UE biex jinfurmaw liċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-dritt tagħhom li jivvutaw u li joħorġu għall-elezzjonijiet, kif ukoll dwar il-proċeduri ta' reġistrazzjoni, li għandhom ikunu faċli kemm jista’ jkun;

46. jilqa’ b’sodisfazzjon il-mossa tal-Kummissjoni sabiex temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/109/KE tas-6 ta' Diċembru 1993 li tistipula arranġamenti dettaljati sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għal-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li ma jkunux ċittadini tiegħu(5), fejn għandhom jittieħdu passi sabiex jonqsu l-ispejjeż għall-kandidati u għall-Istati Membri;

47. Jitlob li jsiru r-riformi meħtieġa tal-proċeduri elettorali Ewropej fl-Istati Membri kollha, bil-għan li dawn il-proċeduri isiru aktar simili u li jinstabu modi biex tiġi promossa ċ-ċittadinanza attiva fl-Unjoni, u jitlob li jsiru kampanji ta’ informazzjoni xierqa li jridu jsiru ġaladarba jitwettqu dawn ir-riformi;

48. Jinnota li hemm diskrepanzi sinifikanti għal ċittadini tal-Unjoni li qed jgħixu fi Stat Membru differenti minn tagħhom fir-rigward ta' drittijiet għal votazzjoni f'elezzjonijiet parlamentari nazzjonali fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom; jiddeplora l-fatt li ħafna ċittadini tal-Unjoni għal din ir-raġuni jiċċaħdu mid-dritt kemm fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom kif ukoll fil-pajjiż tal-adozzjoni tagħhom; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jikkooperaw sabiex jagħtu s-setgħa lill-votanti li qed jirrisjedu barra l-Istat Membru ta' oriġini tagħhom biex jeżerċitaw id-drittijiet elettorali kollha tagħhom fl-Istat Membru ta' residenza, billi jipprovdu numru suffiċjenti ta' postijiet tal-votazzjoni li jkopru t-territorju kollu u billi jiffaċilitaw reġistrazzjoni eħfef tal-votanti; jistieden lill-Istati Membri wkoll biex jadottaw id-dispożizzjonijiet legali meħtieġa sabiex jiggarantixxu d-dritt tal-vot għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni li jagħmlu tranżitu fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta' oriġini tagħhom meta jkunu qed isiru elezzjonijiet parlamentari nazzjonali;

49. Iqis li ż-żieda u t-tixrid tal-partiti politiċi fuq livell Ewropew huma l-aktar mod effettiv biex jintrifed id-dritt għall-kandidatura għal ċittadin tal-Unjoni li jgħixu fi Stat Membru wieħed u li jkollhom nazzjonalità ta’ ieħor; jittama, għalhekk, li l-partiti Ewropej se jissaħħu, mhux l-inqas permezz ta’ appoġġ finanzjarju akbar;

50. Jitlob lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex itejbu l-effikaċja reali tal-Artikolu 19 tat-Trattat KE billi jiżguraw li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jkunu intitolati li jkunu membri ta' partiti politiċi fl-Istat Membru fejn għandhom il-post ta' residenza;

51. Iqis li ċ-ċittadinanza tal-Unjoni tiggarantixxi l-istess drittijiet għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, indipendentement mill-fatt li l-post ta' residenza tagħhom ikunx jinsab fl-Unjoni nnifisha jew f’pajjiż terz; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tanalizza s-sitwazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni residenti barra mit-territorju tal-Unjoni u tieħu passi xierqa biex tassigura li d-drittijiet taċ-ċittadinanza tagħhom isiru effettivi;

52. Ifakkar li fuq il-bażi tal-Artikolu 20 tat-Trattat tal-KE, ċittadini tal-Unjoni fit-territorju ta’ pajjiż terz li fih l-Istat Membru li huma ċittadini tiegħu mhuwiex rappreżentat huma intitolati li jingħataw protezzjoni mill-awtoritajiet diplomatiċi jew konsulari ta’ kwalunkwe Stat Membru, skont l-istess kundizzjonijiet taċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru, u jenfasizza l-importanza ta’ din id-dispożizzjoni bħala punt ta’ prinċipju, sakemm hi maħsuba biex tagħraf dimensjoni esterna fiċ-ċittadinanza tal-Unjoni;

53. Jilqa' l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni ta' pjan ta' azzjoni għall-perijodu 2007-2009 fil-Komunikazzjoni tagħha tal-5 ta' Diċembru 2007 dwar protezzjoni konsulari effettiva f'pajjiżi terzi: il-kontribut tal-Unjoni Ewropea (COM (2007)0767); jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummisjoni biex jimplimentaw aktar ir-rakkomandazzjonijiet tal-Green Paper tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2006 dwar protezzjoni diplomatika u konsulari ta' ċittadini tal-Unjoni f'pajjiżi terzi (COM(2006)0712), u dawk tar-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar l-istess suġġett tal-11 ta' Diċembru 2007(6);

54. Jitlob lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma stampawx l-Artikolu 20 tat-Trattat tal-KE fil-passaporti nazzjonali tagħhom maġenb informazzjoni nazzjonali biex jagħmlu dan, kif inhu mitlub mir-rapport Barnier u mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Ġunju 2006; jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi uffiċċji ta' ħruġ ta' passaporti f'kull Stat Membru b'fuljett li jindika dawn id-drittijiet u linja ġenerali tal-miżuri li jappoġġjaw l-Artikolu 20 tat-Trattat tal-KE; jirrikjedi li l-fuljett jitqassam lill-individwi li jiġbru l-passaporti ġodda tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni biex twaqqaf paġna web fis-sit "Europa" biex tippubblika informazzjoni prattika dwar il-protezzjoni konsulari u tiffaċilita aċċess għall-avviżi tal-ivvjaġġar tal-Istati Membri, kif mitlub mill-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni tal-2007;

55. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex twaqqaf numru tat-telefon Ewropew b’xejn, li għandu jidher fil-passaport viċin l-Artikolu 20, li permezz tiegħu f'emerġenza iċ-ċittadini tal-Unjoni jistgħu jiksbu d-dettalji fil-lingwa tagħhom stess dwar il-konsulati tal-Istati Membri sabiex tkun żgurata l- assistenza li jeħtieġu;

56. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jaddottaw iktar direttivi u miżuri oħrajn biex isaħħu lill-acquis tal-Komunità fil-qasam tal-protezzjoni diplomatika u konsulari u biex joħorġu regoli legalment vinkolanti għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 20 tat-Trattat tal-KE;

57. Jitlob lill-Unjoni biex tieħu aktar miżuri biex tipproteġi liċ-ċittadini tagħha f'pajjiżi terzi, inkluż li tieħu azzjoni biex tipprevjeni ċittadin tal-Unjoni milli jiġi suġġett għall-piena tal-mewt;

58. Jistieden lill-Istati Membri biex jikkonformaw kif xieraq mal-obbligu stipulat fl-Artikolu 20 tat-Trattat KE, u għalhekk biex jistabbilixxu r-regoli neċessarji bejniethom u jibdew in-negozjati internazzjonali meħtieġa biex jiżguraw il-protezzjoni ta’ ċittadini tal-Unjoni barra mill-Unjoni Ewropea, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għall-approvazzjoni ta’ protokolli vinkolanti ta’ azzjonijiet li għandhom jittieħdu mis-servizzi konsulari fil-pajjiżi terzi fil-każ ta' emerġenza, jew ta’ kriżi tas-sigurtà jew umanitarja;

59. Jilqa' b’sodisfazzjon l-adozzjoni reċenti mill-Kunsill ta' linji gwida għan-nomina ta’ Stat Mexxej fl-eventwalità ta' kriżi emaġġuri, u jitlob li jkun hemm interpretazzjoni usa’ tal-Artikolu 20 dwar il-protezzjoni konsulari u diplomatika li tingħata fil-fatt lill-persuni b’nazzjonalità ta' Stat Membru;

60. Jitlob lill-Kummissjoni biex tkompli tinnegozja vjaġġar bla viża għal pajjiżi terzi f'isem l-Istati Membri u ċ-ċittadini tal-Unjoni kollha; jinnota l-inġustizzja intrinsika fil-fatt li ċertu ċittadini tal-Unjoni jkunu suġġetti għar-rekwiżiti ta' viża filwaqt li oħrajn jistgħu jivvjaġġaw taħt programmi nazzjonali ta' eżenzjoni ta' viżi;

61. Jikkunsidra li l-istatus tad-dritt għall-petizzjoni bħala dritt fundamentali taċ-ċittadini tal-Unjoni mill-inqas jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħti raġunijiet suffiċjenti għalxiex ma ġietx segwita rakkomandazzjoni mill-Parlament;

62. Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżviluppaw kooperazzjoni iktar mill-qrib mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament u mal-Ombudsman Ewropew sabiex kull ċittadin tal-Unjoni jkun jista' jeżercita d-drittijiet tiegħu b'mod iktar effettiv;

63. Jilqa' b’sodisfazzjon il-fatt li ġiet stabbilita l-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/252/JHA tad-19 April 2007 li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 il-programm speċifiku ‘Drittijiet Fundamentali u Ċittadinanza’ bħala parti mill-programm ġenerali ‘Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja’(7), li l-għan tiegħu huwa li jippromwovi l-iżvilupp ta’soċjetà Ewropea msejsa fuq ir-rispett għad-drittijiet fundamentali, inklużi d-drittijiet derivati miċ-ċittadinanza tal-Unjoni;

64. Jistieden lill-parlamenti nazzjonali biex jinvolvu ruħhom dejjem aktar fl-iżvilupp taż-Żona ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja; il-koperazzjoni bejn il-parlamenti nazzjonali u l-istituzzjonijiet Ewropej għandha tiffaċilita l-adattament tal-leġiżlazzjoni u tal-prattiki nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE, u ttejjeb il-komunikazzjoni maċ-ċittadini, billi dawn jiġu konxji tad-drittijiet marbuta mal-istatus ta' ċittadin tal-Unjoni;

65. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)

ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.

(2)

CdR 78/2008

(3)

Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-laqgħa tal-Istati Membri fi ħdan il-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1995 rigward il-protezzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea minn rappreżentazzjonijiet diplomatiċi u konsulari (JU L 314, 28.12.1995, p. 73).

(4)

Fost każijiet oħrajn: C-424/98, il-Kummissjoni vs ir-Repubblika Taljana, u C-184/99, Grzelczyk,

(5)

ĠU L 329, 30.12.1993, p. 34.

(6)

Testi Adottati, P6_TA(2007)0592.

(7)

ĠU L 110, 27.4.2007, p. 33.


OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (26.1.2009)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-problemi u l-prospetti rigward iċ-Ċittadinanza Ewropea

(2008/2234(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Iliana Malinova Iotova

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li l-ħafna każijiet ta' applikazzjoni inkorretta jew nuqqas ta' applikazzjoni tal-liġi tal-KE, kif jidher ċar miż-żieda fin-numru tal-każijiet irreferuti lis-SOLVIT, juru li hemm bżonn ta' sistema bħas-SOLVIT biex toffri assistenza b'ħeffa u prattika;

2.  Jistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu lis-SOLVIT ir-riżorsi umani neċessarji biex jiġi indirizzat il-fluss tal-każijiet li qiegħed jiżdied u biex ikomplu jippromwvu aktar is-servizz;

3.  Jemmen li l-Europe Direct għandu jiġi promoss aħjar maċ-ċittadini kollha, u jirrakkomanda li għal dan il-għan tiġi koordinata mill-Kummissjoni kampanja tal-midja fuq livell tal-UE; jitlob lill-Kummissjoni biex tissorvleja l-proliferazzjoni ta' siti elettroniċi marbuta mal-Europe Direct u SOLVIT u biex tiffoka l-informazzjoni u l-kuntatti ewlenija fuq siti elettroniċi ta' referenza speċifiċi;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa Karta Ewropea għad-Drittijiet tal-Konsumatur biex tipprovdi informazzjoni faċilment aċċessibbli liċ-ċittadini dwar il-problemi l-iktar komuni tagħhom;

5.  Jilqa' b’sodisfazzjon il-"Pjan ta' Azzjoni dwar approċċ integrat sabiex jiġu pprovduti Servizzi ta' Assistenza dwar is-Suq Wieħed liċ-ċittadini u lin-negozji" (SEC(2008)1882) tal-Kummissjoni biex tiġi evitata l-frammentazzjoni tal-punti ta' kuntatt u, kif enfasizzat fid-Direttiva dwar is-Servizzi, iħeġġeġ il-ħolqien ta' punti ta' kuntatt waħdanin għas-servizzi u l-oġġetti f'kull Stat Membru;

6.  Jirrakkomanda, fid-dawl tal-prinċipji fundamentali tat-Trattati dwar il-moviment ħieles, in-non-diskriminazzjoni u d-drittijiet taċ-ċittadini, li l-Kummissjoni tkompli tuża kull mezz disponibbli għaliha biex tikseb mill-iktar fis it-tneħħija tal-arranġamenti tranżizzjonali li għad hemm li huma imposti fuq Stati Membri ġodda;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li ċ-ċittadini ta' Stati Membri ġodda ma jiffaċċjaw l-ebda ostaklu ieħor jew diskriminazzjoni oħra meta jivvjaġġaw fl-UE 15, bħal ma huma l-ostakli jew id-diskriminazzjoni relatati ma' dokumentazzjoni legali jew proċeduri ta' dħul f'ajruport;

8.   Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jiffaċilitaw il-preservazzjoni tal-pensjonijiet u tad-drittijiet tal-impjegati fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

RIŻULTAT FINALI TAL-VOTAZZJONI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

22.1.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Cristian Silviu Buşoi, Charlotte Cederschiöld, Janelly Fourtou, Evelyne Gebhardt, Martí Grau i Segú, Malcolm Harbour, Iliana Malinova Iotova, Kurt Lechner, Toine Manders, Nickolay Mladenov, Catherine Neris, Zita Pleštinská, Karin Riis-Jørgensen, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Eva-Britt Svensson, Marianne Thyssen, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Emmanouil Angelakas, Wolfgang Bulfon, Colm Burke, Giovanna Corda, Brigitte Fouré, Joel Hasse Ferreira, Olle Schmidt

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Michel Teychenné


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (21.1.2009)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-problemi u l-prospetti rigward iċ-Ċittadinanza Ewropea

(2008/2234(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Huwa tal-opinjoni li approċċ effettiv għal informazzjoni u komunikazzjoni huwa neċessarju sabiex titqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini Ewropej dwar id-drittijiet tagħhom u biex l-approċċ jgħinhom ikollhom irwol attiv fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fl-Unjoni Ewropea, u b’hekk ikun possibbli eżerċizzju ġenwin ta’ demokrazija parteċipatorja;

2.  Jenfasizza li l-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew hija l-ogħla espressjoni tad-demokrazija parteċipatorja fuq livell Ewropew; jiġbed l-attenzjoni li t-turnout fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2004 kien l-iktar baxx fl-istorja tal-Parlament Ewropew; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ liċ-ċittadini Ewropej, speċjalment dawk mill-Istati Membri l-ġodda, li jgħixu fi kwalunkwe Stat Membru li mhux tagħhom, biex jipparteċipaw fl-elezzjonijiet Ewropej, kemm bħala votanti u kemm bħala kandidati; jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni mmirata biex tnaqqas il-piżijiet elettorali minn fuq kandidati potenzjali u minn fuq l-Istati Membri;

3.  Jappoġġja b’mod sħiħ l-istrateġija adottata mill-Kummissjoni bil-għan li ssolvi l-problemi relatati mal-aċċess għaċ-ċittadinanza Ewropea u japprova l-isforzi kollha li għamlet fil-promozzjoni tal-integrazzjoni; jittama, madanakollu, li din l-istrateġija jkollha riżultati tanġibbli fuq skala ikbar malajr kemm jista’ jkun;

4.  Jirrakkomanda li l-qasam Ewropew tal-ġustizzja jintemm sabiex ikun żgurat li l-aspetti transkonfinali ta’ ċittadinanza relatati mal-ħajja personali u tal-familja jistgħu jkunu protetti b’mod effettiv mir-regoli komuni fil-qasam tal-liġi internazzjonali privata; għal dak il-għan, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżviluppa approċċ koerenti u biex tressaq il-proposti leġiżlattivi neċessarji;

5.  Iqis li d-diskrepanza eżistenti bejn id-dispożizzjonijiet li jikkontrollaw l-aċċess għan-nazzjonalità fl-Istati Membri, fuq liema tiddependi ċ-ċittadinanza Ewropea, tista’ tikkostitwixxi sors ta’ diskrimazzjoni bejn ir-residenti li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi u dawk li ma għandhomx stat, skont l-Istat Membru ta' residenza tagħhom; mingħajr ħsara għal kompetenza tagħhom f’dan il-qasam, jinsab fiduċjuż li l-Istati Membri se jneħħu s-sorsi kollha ta’ diskriminazzjoni potenzjali biex jiżguraw li tkun implimentata l-leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni tal-KE;

6.   6. Ifakkar li l-qalba legali tad-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej tinkludi wkoll id-dritt li wieħed jiċċaqlaq u jgħix fl-Unjoni Ewropea u li dak id-dritt ikun eżerċitat biss b’mod sħiħ jekk, fost miżuri oħra, tkun stabbilita sistema effettiva ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali; għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fil-kapaċitajiet rispettivi tagħhom, biex jippermettu iktar liċ-ċittadini Ewropej li jkunu kisbu kwalifiki professjonali f’wieħed mill-Istati Membri, biex jiksbu aċċess għall-istess professjoni fi Stati Membri oħra u biex jipprattikaw din il-professjoni bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini ta’ dak il-pajjiż.

RIŻULTAT FINALI TAL-VOTAZZJONI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

20.1.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Carlo Casini, Bert Doorn, Monica Frassoni, Giuseppe Gargani, Neena Gill, Klaus-Heiner Lehne, Katalin Lévai, Antonio López-Istúriz White, Manuel Medina Ortega, Hartmut Nassauer, Aloyzas Sakalas, Eva-Riitta Siitonen, Francesco Enrico Speroni, Diana Wallis, Rainer Wieland, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Eva Lichtenberger, József Szájer, Jacques Toubon


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (22.1.2009)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-problemi u l-prospetti rigward iċ-ċittadinanza Ewropea

(008/2234(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Panayiotis Demetriou

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota b'dispjaċir li l-Ħames rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-Unjoni ma fih ebda proposti konkreti rigward it-twettiq miċ-ċittadini tad-drittijiet tagħhom u d-dover tal-Istati Membri li jissalvagwardjaw dawn id-drittijiet fil-prattika; jitlob li s-Sitt Rapport ikun aktar proattiv f'dan ir-rigward;

2.  Jesprimi d-dispjaċir tiegħu lejn in-nuqqas tal-Kummissjoni li tikkonsulta mas-soċjetà ċivili fit-tħejjija tal-Ħames Rapport, u jistenna li dawn il-konsultazzjonijiet iseħħu fit-tħejjija tas-Sitt Rapport, kif imwiegħed mill-Kummissjoni;

3.  Fid-dawl tal-Ewrobarametru Flash 213 (2007 stħarrig tal-Ewrobarometru), li skont hu huma biss 31% tal-parteċipanti li jqisu lilhom infushom bħala infurmati tajjeb dwar id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini Ewropej, josserva li hemm bżonn urġenti li jitniedu kampanji ta' informazzjoni aħjar u aktar effettivi (eż. il-ħolqien tal-"programm taċ-ċittadinanza" fl-iskejjel u fl-universitajiet li jħejju lill-ġenerazzjoni żagħżugħa għal ċittadinanza attiva);

4.  Meta jqis, fost l-oħrajn, in-numru żgħir ta' ċittadini tal-UE li huma residenti fi Stat Membru li mhux pajjiżhom li jeżerċitaw id-dritt tal-vot jew li joħorġu għall-elezzjonijiet Ewropej jew muniċipali fil-post tar-residenza tagħhom, kif ukoll l-ostakli prattiċi li l-votanti potenzjali spiss iħabbtu wiċċhom magħhom meta jeżerċitaw dawn id-drittijiet, huwa tal-opinjoni li l-elezzjoniujiet Ewropej tal-2009 għandhom jitqiesu bħala opportunità għat-tħejjija u l-applikazzjoni ta' pjan ta' azzjoni pan-Ewropew imfassal biex jiżviluppa l-għarfien taċ-ċittadini Ewropej dwar id-drittijiet tagħhom; jiddispjaċih għalhekk, bin-nuqqas ta' kwalunkwe referenza dwar dan fil-Ħames Rapport;

5.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm inizjattivi li jippromwovu d-drittijiet taċ-ċittadinanza Ewropea għaż-żgħażagħ; għalhekk jenfasizza l-importanza kbira ta' programmi bħall-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013, li kien stabbilit biex jiffaċilita djalogu strutturat maż-żgħażagħ fil-livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew;

6.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-dikjarazzjoni politika adottata dan l-aħħar dwar "Nikkomunikaw l-Ewropa fi Sħubija", u jqis li kampanja ta' informazzjoni dwar iċ-ċittadinanza tal-Unjoni u d-drittijiet speċifiċi li joħorġu minnha għandhom isiru prijorità bażika;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal pjanijiet għall-implimentazzjoni tal-"inizjattiva taċ-ċittadini" għat-Trattat ta' Liżbona, indipendentement mill-fatt li t-Trattat għadu għaddej permezz tal-proċess ta' ratifika;

8.  Jitlob li jsiru r-riformi meħtieġa fil-proċedura tal-elezzjonijiet Ewropej fl-Istati Membri kollha bil-għan li dawn il-proċeduri jsiru aktar simili u jinstabu modi biex tkun promossa ċittadinanza Ewropea attiva (eż. permezz ta' listi transnazzjonali), u jappella biex jitwettqu kampanji xierqa ta' informazzjoni ladarba r-riformi msemmija hawn fuq ikunu finalizzati.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

22.1.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Barón Crespo, Richard Corbett, Jean-Luc Dehaene, Andrew Duff, Anneli Jäätteenmäki, Aurelio Juri, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Jo Leinen, Íñigo Méndez de Vigo, Ashley Mote, Adrian Severin, József Szájer, Riccardo Ventre, Andrzej Wielowieyski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Costas Botopoulos, Carlos Carnero González, Panayiotis Demetriou, Roger Helmer, Klaus-Heiner Lehne, Gérard Onesta, Sirpa Pietikäinen, Kathy Sinnott, Mauro Zani


OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (20.1.2009)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-problemi u l-prospetti rigward iċ-Ċittadinanza Ewropea

(2008/2234(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Marie Panayotopoulos-Cassiotou

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

Jenfasizza l-importanza li jitqies b'mod konsistenti l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-promozzjoni tal-opportunitajiet indaqs fil-politiki u l-azzjonijiet kollha tal-Unjoni;

2.   Jenfasizza li wieħed ma jistax verament jitkellem dwar ċittadinanza Ewropea mingħajr ir-rikonoxximent u l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi;

3.  Ifakkar li l-kunċett taċ-ċittadinanza jikkontribwixxi għall-integrazzjoni Ewropea, billi jinvolvi kemm in-nisa u kemm l-irġiel fil-proċess;

4.  Jiddispjaċih li, għal darb'oħra, il-Kummissjoni naqset milli tinkorpora dimensjoni li tittratta s-sessi fil-Ħames Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-Unjoni u fis-sommarju tal-progress imwettaq f’oqsma relatati mill-qrib maċ-ċittadinanza; jinnota li, għal dik ir-raġuni, huwa diffiċli ħafna biex ikun hemm evalwazzjoni komprensiva tas-sessi u linji gwida dwar is-suġġett;

5.  Jenfasizza li d-drittijiet għall-moviment ħieles u għar-residenza, li huma parti integrali miċ-ċittadinanza Ewropea għandhom impatt tremend fuq il-ħajja tal-familji u fuq l-għażliet edukattivi u professjonali tan-nisa; għaldaqstant, jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-bżonnijiet speċifiċi tan-nisa f'dan il-qasam;

6.  Jenfasizza l-importanza għan-nisa tad-direttivi, dwar id-dritt tar-residenza taċ-ċittadini tal-UE li huma studenti, li huma ekonomikament mhux attivi jew li huma rtirati, li ġew revokati mid-Direttiva 2004/38/KE, u jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza tal-informazzjoni dwar dawn id-drittijiet, filwaqt li jinnota li s-16,000 kopja tal-gwida dwar kif jittieħed l-aħjar benefiċċju mid-Direttiva 2004/38/KE, ippubblikata f’19-il lingwa, jirrappreżentaw ċifra żgħira ħafna meta mqabbla man-numru totali ta’ abitanti tal-Unjoni;

7.  Jitlob parteċipazzjoni ikbar tan-nisa fil-ħajja politika u fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fid-dawl tal-integrazzjoni Ewropea; għal dan il-għan, in-nisa jistgħu jibbenefikaw minn kampanji msaħħa biex titqajjem il-kuxjenza sabiex jeżerċitaw b'mod sħiħ id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni u biex ikunu iktar attivi fi gruppi politiċi, fil-ħajja politika u fil-kuntest tal-attivitajiet tal-awtoritajiet lokali tal-pajjiż ta’ residenza tagħhom;

8.  Jinnota li l-involviment fil-politika huwa espressjoni importanti taċ-ċittadinanza, li jista’ jitħeġġeġ fost in-nisa permezz ta’ miżuri konkreti bħat-titjib u ż-żieda tal-ammont ta’ faċilitajiet għall-kura tat-tfal żgħar;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni biex issaħħaħ il-programmi ta' informazzjoni dwar iċ-ċittadinanza tal-Unjoni sabiex it-tfal jiġu infurmati b’mod sħiħ, speċjalment il-bniet żgħar u n-nisa f'istituzzjonijiet edukattivi, u b'mod partikolari f'reġjuni ġeografikament u soċjalment żvantaġġati. jitlob li dawn il-programmi għall-promozzjoni taċ-ċittadinanza Ewropea jpoġġu enfasi partikulari fuq il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel;

10.      Jitlob protezzjoni konsulari akbar għaċ-ċittadini Ewropej f’pajjiżi terzi, b’mod partikulari bil-għan li l-ħajja, id-dinjità u l-integrità tagħhom ikunu protteti.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

20.1.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Emine Bozkurt, Hiltrud Breyer, Edite Estrela, Ilda Figueiredo, Claire Gibault, Anneli Jäätteenmäki, Lívia Járóka, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Urszula Krupa, Roselyne Lefrançois, Siiri Oviir, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Zita Pleštinská, Eva-Britt Svensson, Anna Záborská

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriela Creţu, Iratxe García Pérez, Anna Hedh, Mary Honeyball, Maria Petre

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

16.3.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Roberta Angelilli, Catherine Boursier, Emine Bozkurt, Maddalena Calia, Michael Cashman, Carlos Coelho, Panayiotis Demetriou, Gérard Deprez, Bárbara Dührkop Dührkop, Urszula Gacek, Kinga Gál, Patrick Gaubert, Jeanine Hennis-Plasschaert, Ewa Klamt, Henrik Lax, Baroness Sarah Ludford, Claude Moraes, Rareş-Lucian Niculescu, Martine Roure, Sebastiano Sanzarello, Inger Segelström, Manfred Weber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alin Lucian Antochi, Edit Bauer, Simon Busuttil, Marco Cappato, Carlo Casini, Elisabetta Gardini, Sophia in ‘t Veld, Jean Lambert, Marian-Jean Marinescu, Bill Newton Dunn, Nicolae Vlad Popa

Avviż legali - Politika tal-privatezza