Proċedura : 2008/0217(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0191/2009

Testi mressqa :

A6-0191/2009

Dibattiti :

PV 22/04/2009 - 4
CRE 22/04/2009 - 4

Votazzjonijiet :

PV 23/04/2009 - 8.5
CRE 23/04/2009 - 8.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2009)0279

RAPPORT     ***I
PDF 429kWORD 1068k
1.4.2009
PE 418.199v01-00 A6-0191/2009

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu

(COM(2008)0704 – C6‑0397/2008 – 2008/0217(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Jean-Paul Gauzès

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu

(COM(2008)0704 – C6‑0397/2008 – 2008/0217(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0704),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0397/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0191/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emendi  1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom rwol importanti fis-swieq tat-titoli u bankarji globali peress li l-klassifikazzjonijiet tagħhom jintużaw minn investituri, min jissellef, emittenti u gvernijiet biex jagħmlu deċiżjonijiet informati dwar l-investiment u l-finanzi. Istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti tal-investiment, impriżi tal-assigurazzjoni, impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja, impriżi tar-riassigurazzjoni, impriżi ta' investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar mix-xogħol, jistgħu jużaw dawk il-klassifikazzjonijiet bħala r-referenza għall-kalkolu tal-ħtiġiet tal-kapital tagħhom għal skopijiet ta’solvenza jew għall-kalkolu tar-riskji fl-attività tal-investiment tagħhom. Bħala konsegwenza, il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandhom impatt sinifikanti fuq il-fiduċja u l-kunfidenza tal-investituri u l-konsumaturi. Huwa, għalhekk, essenzjali li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu użati fil-Komunità jkunu indipendenti, oġġettivi u tal-ogħla kwalità.

(1) L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom rwol importanti fis-swieq tat-titoli u bankarji globali peress li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħhom jintużaw minn investituri, min jissellef, emittenti u gvernijiet bħala parti mit-teħid ta' deċiżjonijiet informati dwar l-investiment u l-finanzi. Istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti tal-investiment, impriżi tal-assigurazzjoni, impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja, impriżi tar-riassigurazzjoni, impriżi ta' investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar mix-xogħol, jistgħu jużaw dawk il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu bħala r-referenza għall-kalkolu tal-ħtiġiet tal-kapital tagħhom għal skopijiet ta’ solvenza jew għall-kalkolu tar-riskji fl-attività tal-investiment tagħhom. Bħala konsegwenza, il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandhom impatt sinifikanti fuq l-operat tas-swieq u fuq il-fiduċja u l-kunfidenza tal-investituri u l-konsumaturi. Huwa, għalhekk, essenzjali li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jħarsu l-prinċipji tal-integrità, it-trasparenza, ir-responsabilità, il-governanza tajba, u l-koperazzjoni istituzzjonali sabiex ikun żgurat li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li jirriżultaw u li jintużaw fil-Komunità jkunu indipendenti, oġġettivi u tal-ogħla kwalità.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Bħalissa, bosta aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom il-kwartieri tagħhom barra l-Komunità. Bosta Stati Membri ma jirregolawx l-attivitajiet tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew il-kundizzjonijiet għall-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Minkejja l-importanza sinifikanti tagħhom għall-funzjoni tas-swieq finanzjarji, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu huma suġġetti sa’ livell limitat għal-leġislazzjoni tal-Komunità, l-aktar d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq). Barra minn hekk, id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar it-teħid u l-insegwiment tan-negozju ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u d-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-kapital adegwat fuq id-ditti tal-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu jirreferu għal aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Huwa għalhekk importanti li jitniżżlu r-regoli li jiżguraw li l-klassifikazzjonijiet kollha użati minn istituzzjonijiet finanzjarji rregolati mil-leġislazzjoni tal-Komunità jkunu ta' kwalità għolja u maħruġa minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu soġġetti għal ħtiġiet stretti. Il-Kummissjoni se tkompli taħdem mas-sħab internazzjonali tagħha biex tkun żgurata il-konverġenza tar-regoli applikabbli għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

(2) Bħalissa, bosta aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom il-kwartieri tagħhom barra l-Komunità. Bosta Stati Membri ma jirregolawx l-attivitajiet tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew il-kundizzjonijiet għall-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Minkejja l-importanza sinifikanti tagħhom għall-funzjoni tas-swieq finanzjarji, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu huma suġġetti f'oqsma limitati biss għal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, l-aktar d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq). Barra minn hekk, id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar it-teħid u l-insegwiment tan-negozju ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u d-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-kapital adegwat fuq id-ditti tal-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu jirreferu għal aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Huwa għalhekk importanti li jitniżżlu r-regoli li jiżguraw li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu kollha użati minn istituzzjonijiet finanzjarji rregolati mil-leġiżlazzjoni tal-Komunità jkunu ta' kwalità għolja u maħruġa minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu soġġetti għal ħtiġiet stretti. Il-Kummissjoni se tkompli taħdem mas-sħab internazzjonali tagħha biex tkun żgurata l-konverġenza tar-regoli applikabbli għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tikkjarifika li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu huma suġġetti biss għal għadd żgħir ħafna ta' liġijiet Komunitarji.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jistgħu japplikaw il-Kodiċi tal-Prinċipji Fundamentali tal-Kondotta fuq bażi volontarja għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu maħruġa mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli , minn issa 'l quddiem "il-kodiċi tal-IOSCO". Fl-2006 Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu stiednet lill-Kumitat tar-Regulaturi tat-Titoli Ewropej, minn issa ’l quddiem “is-CESR”, biex tissorvelja l-konformità mal-Kodiċi tal-IOSCO u tirrapporta lura lill-Kummissjoni fuq bażi annwali.

(3) L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom japplikaw il-Kodiċi tal-Prinċipji Fundamentali tal-Kondotta għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu maħruġa mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli , minn issa 'l quddiem "il-kodiċi tal-IOSCO". Fl-2006 Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu stiednet lill-Kumitat tar-Regulaturi tat-Titoli Ewropej, minn issa ’l quddiem “is-CESR”, biex jissorvelja l-konformità mal-Kodiċi tal-IOSCO u jirrapporta lura lill-Kummissjoni fuq bażi annwali.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu huma kkunsidrati li naqsu milli jirriflettu l-kundizzjonijiet li kienu sejrin għall-agħar tas-suq kmieni biżżejjed fil-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħhom. Dan in-nuqqas jista’ jiġi irranġat l-aħjar billi l-miżuri relatati mal-konflitti ta’ interess, il-kwalità tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, it-trasparenza tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, ir-regolazzjoni interna tagħhom u s-sorveljanza tal-attivitajiet tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. L-utenti tal-klassifikazzjonijie tal kreditu m'għandhomx jiddependu fuqL-utenti tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandhom ukoll jieħdu l-akbar attenzjoni biex iwettqu l-analiżi tagħhom stess u jadottaw id-diliġenza dovuta dwar kemm joqogħdu fuq it-tali rati tal-kreditu.

(5) L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu huma kkunsidrati li naqsu, minn naħa waħda, milli jirriflettu l-kundizzjonijiet li kienu sejrin għall-agħar tas-suq kmieni biżżejjed fil-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħhom u, min-naħa l-oħra, li jaġġustaw il-klassifikazzjonijiet tagħhom fil-ħin wara il-kriżi tas-swieq li marret għall-agħar. Dan in-nuqqas jista’ jiġi rranġat l-aħjar billi l-miżuri relatati mal-konflitti ta’ interess, il-kwalità tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, it-trasparenza tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, ir-regolazzjoni interna tagħhom u s-sorveljanza tal-attivitajiet tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. L-utenti tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandhom ikunu jistgħu joqogħdu fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu sa limitu raġonevoli, iżda mhux għalkollox. L-utenti tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandhom ukoll jieħdu l-akbar attenzjoni biex iwettqu l-analiżi tagħhom stess u jadottaw id-diliġenza dovuta f'kull ħin dwar kemm joqogħdu fuq it-tali rati tal-kreditu.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a) Il-klassifikazzjoni tad-dejn iggarantit mill-istat għandha titqies bħala beni pubbliku u għalhekk għandha ssir minn entitajiet separati fl-istess żmien, bħall-qrati nazzjonali tal-awdituri u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Ġustifikazzjoni

Il-kriżi attwali kixfet attivitajiet ta' spekulazzjoni u ta' lqugħ fir-rigward tad-dejn iggarantit mill-istat. Dawn il-fenomeni huma ta' ħsara kbira u għandhom jiġu pprojbiti. L-għoti tar-responsabilità tal-klassifikazzjoni tad-dejn iggarantit mill-istat lil entità oħra jista' jkun soluzzjoni.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 5 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5b) Għandha titqies il-possibilità li titwaqqaf aġenzija pubblika Ewropea tal-klassifikazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-kriżi attwali wriet li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fallew u li jinħtieġ li jiddaħħlu atturi ġodda f'dan il-qasam. Din hija l-pożizzjoni li l-PE diġà adotta meta vvota għar-"rapport b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-fondi ta' lqugħ u l-kapital privat" minn Poul Nyrup Rasmussen fil-11 ta' Settembru 2008.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 5 c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c) Huwa xieraq li ssir riforma tas-CESR, jew permezz ta' espansjoni tas-CESR innifsu billi jsir aġenzija Ewropea indipendenti, jew permezz tat-twaqqif ta' aġenzija Ewropea ċentralizzata li toħroġ il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Hemm bżonn li qafas komuni ta’ regoli dwar il-kwalità tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jkun stabbilit biex jintuża mill-istituzzjonijiet finanzjarji rregolati minn regoli armonizzati fil-Komunità. Inkella, ikun hemm ir-riskju li l-Istati Membri jadottaw miżuri diverġenti fuq livell nazzjonali. Dan ikollu impatt dirett u negattiv fuq u joħloq ostakli għall-funzjoni sew tas-suq intern, peress li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li joħorġu l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għall-użu tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-Komunità, ikunu suġġetti għal regoli differenti fi Stati Membri differenti. Barra minn hekk, ħtiġiet diverġenti tal-kwalità dwar il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jistgħu jwasslu għal livelli differenti ta’ protezzjoni tal-investituri u tal-konsumaturi.

(6) Hemm bżonn li qafas komuni li jtejjeb il-kwalità tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jkun stabbilit biex jintuża mill-istituzzjonijiet finanzjarji rregolati minn regoli armonizzati fil-Komunità. Inkella, ikun hemm ir-riskju li l-Istati Membri jadottaw miżuri diverġenti fuq livell nazzjonali. Dan ikollu impatt dirett u negattiv fuq il-funzjoni sew tas-suq intern u joħolqilha ostakli, peress li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li joħorġu l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għall-użu tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-Komunità, ikunu suġġetti għal regoli differenti fi Stati Membri differenti. Barra minn hekk, ħtiġiet diverġenti tal-kwalità dwar il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jistgħu jwasslu għal livelli differenti ta’ protezzjoni tal-investituri u tal-konsumaturi.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessi 6 a, 6 b u 6 c (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Ikun tajjeb li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ta' entitajiet jew prodotti li jinsabu f'pajjiż terz, imħejjija jew maħruġa minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu stabbiliti u awtorizzati f'pajjiż terz, ikunu jistgħu jintużaw fil-Komunità sakemm ikunu konformi mar-rekwiżiti li jkunu stretti biżżejjed bħal dawk stipulati f'dan ir-Regolament.

(6b) Dan ir-Regolament għandu jdaħħal sistema ta' awtorizzazzjoni li tippermetti li aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu stabbiliti fil-Komunità u rreġistrati skont dan ir-Regolament ikunu jistagħu jawtorizzaw klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa f'pajjiżi terzi sakemm il-Kummissjoni tkun irrikonoxxiet il-qafas legali u ta' sorveljaza li jirregola l-attivitajiet ta' klassifikazzjoni tal-kreditu ta' pajjiżi terzi li jwassal biex il-ħruġ ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu jkun awtorizzat bħala ekwivalenti għal dan ir-Regolament. Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-investitur u jkun iffaċilitat il-fatt li jkun hemm rimedju għal kull ksur ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti stipulati f'din il-Premessa huma essenzjali bħala punt ta' referenza fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu stabbilita fil-Komunità u rreġistrata skont dan ir-Regolament.

 

 

 

(6c) Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li awtorizzat klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa f'pajjiż terz għandha tkun responsabbli għalkollox u bla kundizzjonijiet għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li kienu awtorizzati.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jistabbilixxu politiki u proċeduri interni adegwati dwar l-impjegati involuti fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu sabiex jevitaw konflitti ta’ interess u jiżguraw il-kwalità, l-integrità u l-akkuratezza tal-proċess tal-klassifikazzjonijiet u tal-analiżi f’kull ħin.

(8) L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jistabbilixxu politiki u proċeduri interni adegwati dwar l-impjegati u persuni oħra involuti fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu sabiex jidentifikaw, jeliminaw jew jimmaniġġjaw u jikxfu konflitti ta’ interess u jiżguraw il-kwalità, l-integrità u l-akkuratezza tal-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u tal-analiżi f’kull ħin. Sistema ta' kontroll intern u funzjoni ta' konformità għandhom, b'mod partikulari, ikunu inklużi fost politiki u proċeduri bħal dawn.

Ġustifikazzjoni

Emenda teknika. Tirrifletti t-test il-ġdid tal-artikolu rispettiv fir-rigward ta' eliminazzjoni jew identifikazzjoni, immaniġġjar jew kxif ta' kunflitti ta' interess.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Sabiex jiżguraw l-indipendenza tal-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu mill-interess tan-negozju tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu bħala kumpanija, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jiżguraw li l-bord amministrattiv jew superviżorju għandu jinkludi mill-anqas tliet membri mhux eżekuttivi, li għandhom ikunu indipendenti skont il-punt 13 tat-III Taqsima tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/162/KE dwar ir-rwol ta’ diretturi mhux eżekuttivi u superviżorji ta’ kumpaniji kkwotati u fuq il-kumitati tal-bord (superviżorju). Barra minn hekk, hemm bżonn li l-maġġoranza tal-membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju, inklużi l-membri indipendenti kollha jkollhom il-kompetenza biżżejjed fis-servizzi finanzjarji.

(10) Sabiex jiżguraw l-indipendenza tal-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu mill-interess tan-negozju tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu bħala kumpanija, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jiżguraw li l-bord amministrattiv jew superviżorju jkun indipendenti meta jimmonitorja u jirrapporta dwar il-konformità xierqa ma' dan ir-Regolament fir-rigward taż-żamma tal-indipendenza u l-kwalità tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Barra minn hekk, il-membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju għandu jkollhom il-kompetenza biżżejjed f'oqsma xierqa tas-servizzi finanzjarji.

Ġustifikazzjoni

Ma hemmx bżonn li l-funzjoni ta' monitoraġġ issir minn diretturi mhux eżekuttivi, u f'xi Stati Membri direttorati bħal dawn ma jeżistux jew ma jeżistux f'forma xierqa. Apparti dan jista' jkun hemm kunflitt ta' interess mar-responsabilitajiet tal-partijiet interessati. Din il-formulazzjoni tal-'funzjoni' tippermetti li tintgħażel l-aħjar alternattiva.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Sabiex ikunu evitati konflitti ta’ interess ir-remunerazzjoni tal-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju m’għandhiex tiddependi fuq il-prestazzjoni tan-negozju tal-aġenzija.

(11) Sabiex ikunu evitati konflitti ta’ interess ir-remunerazzjoni tal-membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju m’għandhiex tiddependi fuq il-prestazzjoni tan-negozju tal-aġenzija.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Relazzjonijiet fit-tul bl-entitajiet bl-istess klassifikazzjoni jew partijiet terzi relatati magħhom jistgħu jikkompromettu l-indipendenza ta’ analisti u persuni li japprovaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Għalhekk dawk l-analisti u persuni għandhom ikunu suġġetti għal mekkaniżmu tar-rotazzjoni.

(13) Relazzjonijiet fit-tul mal-entitajiet bl-istess klassifikazzjoni jew ma' partijiet terzi relatati magħhom jistgħu jikkompromettu l-indipendenza ta’ analisti li jkunu f'kuntatt dirett mal-emittenti. Għalhekk dawk l-analisti għandhom ikunu suġġetti għal mekkaniżmu tar-rotazzjoni obbligatorju.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jużaw il-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni li huma rigorużi, sistematiċi, u kontinwi u jirriżultaw f’klassifikazzjonijiet li jistgħu jkunu suġġetti għal validazzjoni bbażati fuq esperjenza storika. L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jiżguraw li l-metodoloġiji, mudelli u s-suppożizzjonijiet tal-klassifikazzjonijiet ewlenin użati għall-istabbiliment tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jinżammu sew, aġġornati u suġġetti għal analiżi komprensiva fuq bażi perjodika. F’każijiet fejn in-nuqqas ta’ dejta kredibbli jew il-kumplessità tal-istruttura ta’ tip ġdid, b’mod partikolari strumenti finanzjarji strutturati, tqajjem mistoqsijiet serji dwar jekk l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tistax tipproduċi klassifikazzjonijiet kredibbli tal-kreditu, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu m’għandhiex toħroġ klassifikazzjoni tal-kreditu jew jirtiraw klassifikazzjoni eżistenti tal-kreditu.

(14) L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jużaw il-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni li huma rigorużi, sistematiċi, u kontinwi u għandhom jirriżultaw f’klassifikazzjonijiet b'bażi soda u ssustanzjati sew li jistgħu jkunu suġġetti għal validazzjoni anke permezz ta' esperjenza storika xierqa. L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jiżguraw li l-metodoloġiji, mudelli u s-suppożizzjonijiet ewlenin matematiċi, ta' korrelazzjoni u oħrajn użati għall-istabbiliment tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jinżammu sew, aġġornati u suġġetti għal analiżi komprensiva fuq bażi perjodika u li d-deskrizzjonijiet ikunu ppubblikati b'mod li jippermetti l-analiżi akkademika. F’każijiet fejn in-nuqqas ta’ dejta kredibbli jew il-kumplessità tal-istruttura ta’ tip ġdid, b’mod partikolari strumenti finanzjarji strutturati, tqajjem dubji serji dwar jekk l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tistax tipproduċi klassifikazzjonijiet kredibbli tal-kreditu, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu m’għandhiex toħroġ klassifikazzjoni tal-kreditu. Bidliet fil-kwalità tal-informazzjoni disponibbli għall-monitoraġġ ta' klassifikazzjoni eżistenti għandhom ikunu ppubblikati ma' dik l-analiżi u, jekk ikun xieraq, għandha ssir analiżi tal-klassifikazzjoni.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 14 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14a) L-emittenti għandhom jagħmlu disponibbli lil min jitlobha, informazzjoni mogħtija lill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, sabiex iwettaq analiżi indipendenti. Min jirċievi informazzjoni bħal din għandu jaqbel minn qabel li la jgħaddiha lill-pubbliku u lanqas jinnegozja fit-titoli rilevanti.

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament għandhu jirrikjedi lill-emittenti li jagħmlu disponibbli lil oħrajn l-istess informazzjoni li tintuża mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu biex jaslu għall-ġudizzju tagħhom. Jekk l-informazzjoni tkun disponibbli, tinħoloq l-opportunità biex jiżviluppa suq tassew indipendenti tal-klassifikazzjonijiet li ma jkunux mħallsa mill-emittent. Iż-żieda fid-disponibilità tal-informazzjoni hija l-azzjoni regolatorja li x'aktarx li twassal għal kompetizzjoni vera għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Sabiex tiżgura l-kwalità tal-klassifikazzjonijiet, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tieħu miżuri biex tiżgura li l-informazzjoni li tuża biex tassenja klassifikazzjoniklassifikazzjoni hija kredibbli. Għal dan il-għan, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jistgħu jistennew, fost elementi oħrajn dipendenza fuq kontijiet finanzjarji vverifikati independentement u żvelar pubbliku; verifika minn servizzi ta' partijiet terzi b’reputazzjoni; eżami ta’ teħid ta’ kampjuni bl-addoċċ bl-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-informazzjoni riċevuta; jew dispożizzjonijiet kuntrattwali li jistipulaw obbligazzjoni biċ-ċar għall-entità kklassifikata jew il-partijiet terzi relatati tagħhom, jekk l-informazzjoni pprovduta taħt il-kuntratt hija magħrufa bħala falza b’mod materjali jew li tiżgwida jew jekk l-entità kklassifikata jew il-partijiet terza relatati tagħha jonqsu li jwettqu diliġenza raġonevoli dovuta dwar il-preċiżjoni tal-informazzjoni kif speċifikata taħt it-termini tal-kuntratt.

(15) Sabiex tiżgura l-kwalità tal-proċedura tal-klassifikazzjoni, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tieħu miżuri raġonevoli biex tiżgura li l-informazzjoni li tuża biex tassenja klassifikazzjoni hija kredibbli. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mhijiex awditur tad-dejta u tad-diliġenza dovuta mill-emittenti u minn partijiet terzi, iżda għandha timplimenta proċeduri trasparenti u xierqa għall-evalwazzjoni tal-kwalità tad-dejta u li s-sorsi li tiddependi minnhom jiġġustifikaw dik il-fiduċja, pereżempju permezz ta' indipendenza jew reputazzjoni professjonali. Għal dan il-għan, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tista' tistenna, fost elementi oħrajn dipendenza fuq kontijiet finanzjarji vverifikati independentement u żvelar pubbliku; verifika minn servizzi ta' partijiet terzi b’reputazzjoni; eżami ta’ teħid ta’ kampjuni mingħajr ordni mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-informazzjoni li tkun irċeviet.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li tiġi evitata l-konfużjoni dwar l-irwol tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni fir-rigward tad-diliġenza dovuta minn partijiet oħra u li fuqha jiddependu l-aġenziji tal-klassifikazzjoni. Li hu rilevanti huwa li jittieħdu miżuri xierqa ta' evalwazzjoni u li dawn jinftiehmu permezz tat-trasparenza. Jidher li l-għan aħħari huwa r-responsabilità aktar milli l-affidabilità.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Hemm bżonn li l-metodoloġiji, mudelli u s-suppożizzjonijiet dwar il-klassifikazzjonijiet ewlenin użati mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jkunu riveduti regolarment sabiex ikunu jistgħu jirriflettu sew il-kundizzjonijiet tal-bidliet fis-swieq tas-assi bażi. Bil-għan li tkun żguklassifikazzjoni t-trasparenza, żvelar ta’ kull modifika materjali tal-metodoloġiji u prattiċi, proċeduri u proċessi tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom isiru qabel ma jidħlu fis-seħħ, sakemm kundizzjonijiet estremi tas-suq ma jkunux jeħtieġu bidla immedjata fil-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

(16) Hemm bżonn li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jistabbilixxu proċeduri xierqa għall-analiżi regolari tal-metodoloġiji, il-mudelli u s-suppożizzjonijiet dwar il-klassifikazzjonijiet ewlenin użati mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu sabiex ikunu jistgħu jirriflettu sew il-kundizzjonijiet tal-bidliet fis-swieq tas-assi bażi. Bil-għan li tkun żgurata t-trasparenza, żvelar ta’ kull modifika materjali tal-metodoloġiji u prattiċi, proċeduri u proċessi tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom isiru qabel ma jidħlu fis-seħħ, sakemm kundizzjonijiet estremi tas-suq ma jkunux jeħtieġu bidla immedjata fil-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

Ġustifikazzjoni

Dan il-kliem jiċċara li huwa l-kompitu tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tanalizza l-metodi u l-mudelli użati.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 17 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17a) Sabiex tissaħħaħ it-trasparenza u jittejbu l-informazzjoni u l-protezzjoni mogħtija lill-investituri, is-CESR għandu jimmonitorja l-prestazzjonijiet passati tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq il-bażi ta' riżultati statistiċi u għandu jippubblika r-riżultati tiegħu.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Taħt ċerti kundizzjonijiet strumenti finanzjarji strutturali jistgħu jkollhom effetti li huma differenti minn strumenti tradizzjonali tas-self tal-kumpaniji. L-applikazzjoni tal-istess kategoriji tal-klassifikazzjonijiet għal żewġ tipi ta’ strumenti mingħajr spjegazzjoni tista’ tiżgwida l-investituri. L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom ikollhom rwol importanti biex iqajmu l-kuxjenza tal-utenti tal-klassifikazzjonijiet dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti tal-finanzi strutturati dwar dawk tradizzjonali. Għalhekk l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jew jużaw kategoriji differenti tal-klassifikazzjonijiet meta jagħtu klassifikazzjonijiet lil strumenti finanzjarji strutturati jew jipprovdu aktar informazzjoni dwar il-karatteristiċi differenti ta’ dawn il-prodotti.

(18) Taħt ċerti kundizzjonijiet strumenti finanzjarji strutturali jista' jkollhom effetti li huma differenti minn strumenti tradizzjonali tas-self tal-kumpaniji. L-applikazzjoni tal-istess kategoriji tal-klassifikazzjonijiet għal żewġ tipi ta’ strumenti mingħajr spjegazzjoni tista’ tiżgwida l-investituri. L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jkollhom rwol importanti biex iqajmu l-kuxjenza tal-utenti tal-klassifikazzjonijiet dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti tal-finanzi strutturati dwar dawk tradizzjonali. Għalhekk l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jużaw kategoriji differenti tal-klassifikazzjonijiet meta jagħtu klassifikazzjonijiet lil strumenti finanzjarji strutturati, pereżempju billi jkollhom annotazzjoni supplementari, u jipprovdu aktar informazzjoni dwar il-karatteristiċi differenti ta’ dawn il-prodotti. Għandhom jindikaw ukoll meta jkunu qed jikklassifikaw prodott għall-ewwel darba u meta jkunu qed jikklassifikaw prodott li jkun inħoloq għall-ewwel darba.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jieħdu miżuri biex jevitaw sitwazzjonijiet fejn l-emittenti jitolbu stima preliminarja tal-klassifikazzjonijiet tal-istrument tal-finanzi strutturati dwar numru ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu biex jidentifikaw dik li toffri l-aħjar klassifikazzjoni tal-kreditu tal-istruttura proposta. L-emittenti għandhom ukoll jevitaw l-applikazzjoni ta’ dawn il-prattiki.

(19) Meta joħorġu klassifikazzjoni tal-kreditu, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jiddikjaraw fir-rapport finali tagħhom, meta jkun xieraq, li l-emittenti talbu stima preliminari tal-klassifikazzjonijiet tal-istrument tal-finanzi strutturati dwar numru ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu biex jidentifikaw dik li toffri l-aħjar klassifikazzjoni tal-kreditu tal-istruttura proposta. L-emittenti għandhom jevitaw l-applikazzjoni ta’ dawn il-prattiki.

Ġustifikazzjoni

L-emittenti ta' strumenti strutturati jridu jkunu jistgħu jfittxu firxa ta' offerti. Madankollu, sabiex ikun żgurat li l-fatt li wieħed jista' jitlob tagħrif f'diversi postijiet ma jimplikax li m'hemmx biżżejjed garanziji fir-rigward tal-kwalità tal-evalwazzjoni tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni – sakemm l-aġenzija mqabbda biex timmaniġġja l-prodott finanzjarju kienet dik li x'aktarx setgħet tipproduċi evalwazzjoni pożittiva – ir-rapport finali dwar il-prodott għandu jiddikjara li l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu konċernata kienet f'kompetizzjoni ma' offerenti rivali, li għandhom ikunu elenkati skont l-isem, u mqabbda fuq dik il-bażi.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistklassifikazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru relevanti għandha titħalla toħroġ il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu madwar il-Komunità. Għalhekk hemm bżonn tkun stabbilita reġistrazzjoni waħda għal kull aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li hija valida madwar il-Komunità kollha.

(22) Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrata mis-CESR għandha titħalla toħroġ il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu madwar il-Komunità. Għalhekk hemm bżonn tkun stabbilita reġistrazzjoni waħda għal kull aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li hija valida madwar il-Komunità kollha.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Xi aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu magħmulin minn bosta entitajiet legali li flimkien jiffurmaw grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Meta jirreġistraw kull waħda mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li huma parti mit-tali grupp, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkoordinaw il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet mibgħuta minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li jappartjenu għall-istess grupp.

imħassra

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Hemm bżonn li jkun stabbilit punt wieħed fejn jintbagħtu l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni. Is-CESR għandha tirċievi applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni u tinforma b’mod effettiv l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kollha. Madankollu, l-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni għandhom isiru fuq livell nazzjonali mill-awtorità kompetenti relevanti. Biex jinnegozjaw sew mal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu l-awtoritajiet kompetenti taħt is-CESR għandhom jistabbilixxu network tal-operazzjoni appoġġjat b’infrastruttura tat-teknoloġija tal-informatika effiċjenti u jistabbilixxu sottokumitat speċjalizzat fil-qasam tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ta' kull klassi tal-assi kklassifikat mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

(24) Hemm bżonn li jkun stabbilit punt wieħed fejn jintbagħtu l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni. Is-CESR għandu jirċievi u jipproċessa applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni u jinforma b’mod effettiv l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kollha. Is-CESR għandu jiżgura l-applikazzjoni ta' kundizzjonijiet ugwali fl-Unjoni Ewropea kollha, biex b'hekk jiġi evitat l-arbitraġġ regolatorju.

 

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 25 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25a) Jinħtieġu riformi oħra wiesgħa tal-mudell regolatorju u ta' sorveljanza tal-qasam finanzjarju tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikulari, il-Kummissjoni ħabbret, fil-Komunikazzjoni tagħha tad-29 ta' Ottubru 2008 intitolata 'Minn kriżi finanzjarja għal irkupru: Qafas Ewropew għall-azzjoni', li kienet stabbiliet grupp ta' esperti, ippresedut mis-Sur Jacques de Larosière. Dak il-grupp kellu jqis il-modalitajiet ta' riformi oħra inklużi l-organizzazzjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej sabiex tkun żgurata s-solidità prudenzjali, il-funzjonament ordnat tas-swieq u koperazzjoni Ewropea aktar b'saħħitha fir-rigward tas-sorveljanza tal-istabilità finanzjarja, li jista' jinkludi superviżur finanzjarju integrat għall-oqsma finanzjarji kollha. Il-grupp kellu jirrapporta wkoll dwar mekkaniżmi ta' twissija bikrija u l-immaniġġjar tal-kriżi, inkluż l-immaniġġjar tar-riskji transkonfinali u transettorjali, u l-koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u ġuriżdizzjonijiet ewlenin oħra biex jgħin is-salvagwardja tal-istabilità finanzjarja fil-livell dinji. Fuq il-bażi tal-ħidma tal-grupp, il-Kummissjoni, mill-aktar fis possibbli, u f'kull każ sal-1 ta' Lulju 2010, għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lil istituzzjonijiet oħra konċernati, dwar xi riżultati f'dan ir-rigward u għandha tressaq kull proposta leġiżlattiva meħtieġa biex ikunu ttrattati n-nuqqasijiet identifikati fir-rigward tal-arranġamenti ta' koperazzjoni fir-rigward ta' sorveljanza.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun żgurat li l-konklużjonijiet tal-grupp de Larosière li jaffettwaw l-aspetti ta' sorveljanza ta' dan ir-Regolament, ikunu implimentati permezz ta' analiżi ta' dan ir-Regolament u li dan isir b'konformità ma' regolamenti oħra dwar il-qasam finanzjarju.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Is-sorveljanza ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha ssir minn awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali, u, fil-każ ta’ grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, flimkien mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati l-oħrajn u taħt il-koordinazzjoni tas-CESR.

(26) Is-sorveljanza tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha ssir mis-CESR flimkien mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Sabiex iżommu livell għoli ta’ kunfidenza tal-investituri u tal-konsumaturi u biex jippermettu kontroll kontinwu ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu użati minn istituzzjonijiet finanzjarji fil-Komunità, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li l-kwartieri tagħhom qegħdin barra l-Komunità jeħtieġu jistabbilixxu sussidjarja fil-Komunità biex jippermettu s-sorveljanza effiċjenti tal-attivitajiet tagħhom fil-Komunità.

(27) Sabiex iżommu livell għoli ta’ fiduċja tal-investituri u tal-konsumaturi u biex jippermettu sorveljanza kontinwa ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu użati minn istituzzjonijiet finanzjarji fil-Komunità, jeħtieġ li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li l-kwartieri tagħhom qegħdin barra l-Komunità jistabbilixxu sussidjarja fil-Komunità biex jippermettu s-sorveljanza effiċjenti tal-attivitajiet tagħhom fil-Komunità u l-użu effettiv tas-sistema ta' awtorizzazzjoni u ta' ekwivalenza. Għandha titħeġġeġ ukoll il-parteċipazzjoni ta' atturi ġodda fis-suq tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Huwa xieraq li jinħoloq mekkaniżmu biex jiżgura l-infurzar effettiv tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikollhom il-mezzi meħtieġa għad-dispożizzjonidispożizzjoni tagħhom biex jiżguraw li l-klassifikazzjonijiet għall-użu ġewwa l-Komunità jinħarġu b’konformità ma’ dan ir-Regolament. Peress li l-indipendenza analitika ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fil-proċess tal-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħha għandha tkun ippriżervata, l-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jindaħlu dwar is-sustanza tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u l-metodoloġiji li bihom aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tistabbilixxi l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

(28) Huwa xieraq li jinħoloq mekkaniżmu biex jiżgura l-infurzar effettiv tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandu jkollhom il-mezzi meħtieġa għad-dispożizzjoni tagħhom biex jiżguraw li l-klassifikazzjonijiet għall-użu ġewwa l-Komunità jinħarġu b’konformità ma’ dan ir-Regolament. Peress li l-indipendenza analitika ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fil-proċess tal-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħha għandha tkun ippriżervata, la l-awtoritajiet kompetenti u lanqas l-Istati Membri m'għandhom jindaħlu dwar is-sustanza tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u l-metodoloġiji li bihom aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tistabbilixxi l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Fil-każ li aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tkun suġġetta għal pressjoni, għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lis-CESR. Il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandhom ikunu msejsa fis-sod u ssostanzjati sew, u għandhom jevitaw kompromessi fil-klassifikazzjoni, u għandhom ikunu kumparabbli ma' dawk maħruġa internazzjonalment.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Fil-każ li awtorità kompetenti ta’ Stat Membru lokali ma tiħux il-miżuri meħtieġa biex telimina l-irregolaritajiet imwettqa minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn ikunu jistgħu jintervjenu u jieħdu l-miżuri xierqa.

imħassra

Emenda  29

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Is-CESR għandha tiżgura koerenza fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għandha ssaħħaħ u tiffaċilita l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fl-attivitajiet tas-sorveljanza u tassumi rwol ta’ koordinazzjoni fil-prattika tas-sorveljanza ta’ kuljum. Għalhekk is-CESR għandha tistabbilixxi mekkaniżmu tal-medjazzjoni biex tiffaċilita metodu koerenti mill-awtoritajiet kompetenti.

(32) Is-CESR għandu jiżgura koerenza fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għandu jsaħħaħ u jiffaċilita l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fl-attivitajiet tas-sorveljanza u jassumi rwol ta’ koordinazzjoni fil-prattika tas-sorveljanza ta’ kuljum. Għalhekk is-CESR għandu jistabbilixxi mekkaniżmu tal-medjazzjoni u evalwazzjoni bejn il-pari biex jiffaċilita metodu koerenti mill-awtoritajiet kompetenti.

Ġustifikazzjoni

Il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni bejn il-pari jista' jitfassal fuq dak bejn uffiċċji nazzjonali tal-istatistika u l-Eurostat.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) L-Istati Membri għandhom jippreżentaw regoli fuq sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li jkunu implimentati. Is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u ddisswidi.

(33) L-Istati Membri għandhom jippreżentaw regoli fuq sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li jkunu implimentati. Is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi iżda għandhom ikunu wkoll konformi fl-iżgurar ta' suq ordnat. Il-Kummissjoni, bil-parir tas-CESR, għandha tistabbilixxi linji gwida rigward sanzjonijiet bħal dawn.

Ġustifikazzjoni

Billi s-CESR huwa responsabbli għar-reġistrazzjoni u s-sorveljanza, għandu jkollu rwol akbar, anke jekk konsultattiv, fl-identifikazzjoni ta' ksur u fl-istabbiliment ta' sanzjonijiet.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Premessa 34 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34a) Ir-regoli futuri li jirregolaw ir-responsabilità tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom ikunu paragunabbli ma’ dawk li japplikaw għall-awdituri. Il-Kummissjoni għandha tressaq proposta leġiżlattiva xierqa f'dan ir-rigward.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Aktar ma jkun riġidu u ċar il-qafas legali li fih se joperaw l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu katar ma jkun faċli ir-rikors għal azzjonijiet ċivili fir-rigward tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fil-każijiet xierqa, skont ir-reġimi applikabbli ta' responsabbiltà fl-Istati Membri.

(35) Ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament m'għandux iwassal għal talbiet għad-dani minn litiganti ta' partijiet terzi per se. Meta utent tal-klassifikazzjonijiet iġarrab dannu ekonomiku minħabba ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, għandu jkun possibbli li ssir talba għad-danni biss b'konformità mal-liġi nazzjonali li tapplika għar-responsabilità ċivili.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Premessa 35 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35a) L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jaħdmu mal-istituzzjonijiet pubbliċi fl-Unjoni Ewropea fil-qadi ta' dmirijiethom, u l-maniġers l-aktar anzjani tagħhom għandhom jidhru quddiem il-kumitat xieraq tal-Parlament Ewropew kull meta jkunu mistiedna.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) B’mod partikolari l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-I u t-II Anness li jippreżentaw il-kriterji speċifiċi għall-valutazzjoni tal-konformità ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu bid-doveri tagħha skont l-organizzazzjoni interna, arranġamenti operazzjonali, regoli dwar l-impjegati, preżentazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u żvelar. Peress li dawk il-miżuri huma ta’ skop ġenerali u huma ddisinjati biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, iridu jkunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju pprovdut fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(37) B’mod partikolari l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi internazzjonali, li tadotta miżuri li jiddefinixxu kriterji li jevalwaw l-ekwivalenza tar-regolazzjoni fil-kuntest tal-użu tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu stabbiliti f'pajjiżi terzi, li tadotta miżuri li jiddefinixxu servizzi anċillari, li tadotta linji gwida għal sanzjonijiet, u li temenda l-I u t-II Annessi li jippreżentaw il-kriterji speċifiċi għall-evalwazzjoni tal-konformità ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu bid-doveri tagħha skont l-organizzazzjoni interna, arranġamenti operattivi, regoli dwar l-impjegati, preżentazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u żvelar. Peress li dawk il-miżuri huma ta’ skop ġenerali u huma ddisinjati biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplementawh b'elementi mhux essenzjali, iridu jkunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Premessa 37 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37a) Il-Kummissjoni għandha tevalwa d-dipendenza regolatorja fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu kif ukoll kemm hi xierqa r-remunerazzjoni tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mill-entità kklassifikata. Fid-dawl ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tressaq proposti leġiżlattivi xierqa.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan id-dokument jintroduċi metodu komuni biex jassigura l-kwalità għolja tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li għandu jintuża fil-Komunità, u b’hekk jikkontribwixxi għall-funzjoni mingħajr diffikultajiet tas-suq intern filwaqt li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni lill-konsumatur u lill-investitur. Jippreżenta l-kundizzjonijiet għall-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u r-regoli dwar l-organizzazzjoni u t-tmexxija tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu biex jiżguraw fil-prattika l-indipendenza tagħhom u l-iskansament ta' konflitti ta' interess.

Dan ir-Regolament jintroduċi miżuri li jiżguraw l-integrità, it-trasparenza, ir-responsabilità, il-governanza tajba u l-koperazzjoni istituzzjonali tal-attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li jwasslu għal klassifikazzjonijiet tal-kreditu ta' kwalità għolja li għandhom jintużaw fil-Komunità, jew li jkollhom impatt fuq il-Komunità, u b’hekk jikkontribwixxu għall-funzjoni mingħajr diffikultajiet tas-suq intern filwaqt li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur u għall-investitur. Jippreżenta l-kundizzjonijiet għall-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u r-regoli dwar l-organizzazzjoni u t-tmexxija tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu biex jiżguraw fil-prattika l-indipendenza tagħhom u l-evitar ta' konflitti ta' interess.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li huma mmirati għall-użu ta’ skopijiet regolatorji minn istituzzjonijiet tal-kreditu kif definiti fid-Direttiva 2006/48/KE, id-ditti tal-investiment kif definiti fid-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, impriżi tal-assigurazzjoni suġġetti għad-Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE, impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja kif definiti fid-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, impriżi tar-riassigurazzjoni kif definiti fid-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, impriżi għall-investment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) kif definiti taħt Direttiva [2009/XX/KE] jew istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar bl-akkomodazzjoni kif definiti fid-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u huma żvelati pubblikament jew distribwiti bl-abbonament.

1. Dan ir-Regolament japplika għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li huma mmirati għall-użu minn istituzzjonijiet tal-kreditu kif definiti fid-Direttiva 2006/48/KE, minn utenti jew offerenti b'rabta mal-offerta pubblika jew mal-aċċess għall-kummerċ tal-istrumenti finanzjarji skont id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ1 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 tad-29 ta' April 2004 li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti u kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b'referenza u l-pubblikazzjoni ta' prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami2, id-ditti tal-investiment kif definiti fid-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, impriżi tal-assigurazzjoni suġġetti għad-Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE, impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja kif definiti fid-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, impriżi tar-riassigurazzjoni kif definiti fid-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, impriżi għall-investment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) kif definiti fid-Direttiva [2009/XX/KE] jew istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar bl-akkomodazzjoni kif definiti fid-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u huma żvelati pubblikament jew distribwiti bl-abbonament.

 

1 ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.

2 ĠU L 149, 30.4.2004, p. 1.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal klassifikazzjonijiet tal-kreditu privati. M’għandux japplika għal klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa minn korpi pubbliċi li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħhom m’humiex żvelati pubblikament u ma jitħallsux mill-entità li tingħata r-klassifikazzjoni.

2. Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

 

(a) klassifikazzjonijiet tal-kreditu privati pprovduti esklużivament lill-persuna li ordnathom u li mhumiex maħsuba għal żvelar pubbliku jew distribuzzjoni b'abbonament;

 

(b) klassifikazzjonijiet tal-kreditu prodotti minn aġenziji tal-kreditu kif deskritt fl-Anness VI, Parti 1 tad-Direttiva 2006/48/KE; jew

 

(c) klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa minn korpi pubbliċi li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħhom m’humiex żvelati pubblikament u ma jitħallsux mill-entità li tingħata l-klassifikazzjoni.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) "Stat Membru lokali" ifisser Stat Membru fejn l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha.

imħassar

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) ‘analista ewlieni’ tfisser persuna li primarjament hija responsabbli li tikkomunika mal-emittent fir-rigward ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu partikulari jew, b’mod ġenerali, fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta’ strumenti li joriġinaw minn dak l-emittent u, meta jkun rilevanti, li tħejji rakkomandazzjonijiet dwarhom lill-kumitat tal-klassifikazzjoni;

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-irwol ewlieni li l-‘analisti ewlenin’ għandhom fl-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, u għall-finijiet tal-mekkaniżmu ta’ rotazzjoni msemmi fl-Artikolu 6, tinħtieġ definizzjoni ta’ ‘analista ewlieni’.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 - punt e a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) 'skopijiet regolatorji' tfisser l-użu tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għall-għan speċifiku tal-konformità mal-liġi Komunitarja, kif implimentata mil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri;

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

k) "grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu" ifisser grupp ta’ impriżi magħmulin minn impriża ewlenija u s-sussidjarji tagħha fis-sens tal-Artikolu 1 u 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE, kif ukoll impriżi konnessi ma’ xulxin b’relazzjoni fis-sens tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE u li l-kariga regolari u ewlenija tagħhom hija l-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

(k) "grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu" tfisser grupp ta’ impriżi stabbiliti fil-komunità magħmulin minn impriża ewlenija u s-sussidjarji tagħha fis-sens tal-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE, kif ukoll impriżi konnessi ma’ xulxin b’relazzjoni fis-sens tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE u li l-kariga regolari u ewlenija tagħhom hija l-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt k a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ka) 'klassifikazzjoni tal-kreditu privata' tfisser klassifikazzjoni li ma ssirx pubblika għaliex tkun inħarġet fuq talba ta' operatur ekonomiku għal skop privat stabbilit minn qabel.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti tal-investimenti, impriżi tal-assigurazzjoni u tal-assigurazzjoni tal-ħajja, impriżi ta' investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar bl-akkomodazzjoni riferuta fl-Artikolu 2 jistgħu jużaw għal skopijiet regolatorji dawk ir-klassifikazzjoni tal-kreditu li jinħarġu minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu stabbiliti fil-Komunità u rreġistrati skont dan ir-Regolament.

Istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti tal-investimenti, impriżi tal-assigurazzjoni u tal-assigurazzjoni tal-ħajja, impriżi ta' investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS), istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar bl-akkomodazzjoni u emittenti jew offerenti msemmija fl-Artikolu 2 jistgħu jużaw għal skopijiet regolatorji dawk il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li jinħarġu jew ikunu awtorizzati minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu stabbiliti fil-Komunità u rreġistrati skont dan ir-Regolament.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ditti ta' investiment u istituzzjonijiet ta' kreditu kif msemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2004/39/KE ma għandhomx jeseġixxu l-ordnijiet għan-nom tal-klijenti tagħhom fir-rigward ta'strumenti finanzjarji li ġew ikklasssifikati, sakemm il-klassifikazzjoni tal-kreditu kienet inħarġet minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrata skont dan ir-Regolament.

2. Il-klassifikazzjoni ta' entitajiet jew prodotti li jkunu stabbiliti f'pajjiż terz u li jitħejjew jew jinħarġu minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tkun stabbilita u awtorizzata jew irreġistrata f'pajjiż terz, tista' tintuża fil-Komunità meta:

 

(a) dawk il-klassifikazzjonijiet ikunu awtorizzati minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tkun stabbilita fil-Komunità u rreġistrata skont dan ir-Regolament; u

 

(b) l-attivitajiet ta' klassifikazzjoni tal-kreditu ta' pajjiż terz li jwasslu biex il-ħruġ tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jkun awtorizzat ikunu suġġetti għal qafas legali u ta' sorveljanza li jitqies ekwivalenti għall-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tippubblika lista ta’ liġijiet ta’ pajjiżi terzi li tqis li huma ekwivalenti għal dan ir-Regolament. Dik il-lista għandha tkun aġġornata fuq bażi regolari.

 

3. Klassifikazzjoni tal-kreditu awtorizzata skont il-paragrafu 2 għandha titqies ekwivalenti għal klassifikazzjoni tal-kreditu maħruġa minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu stabbilita fil-Komunità u rreġistrata skont dan ir-Regolament. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrata fil-Komunità għandha tinkludi dikjarazzjoni għal dan il-għan fid-dikjarazzjoni tal-klassifikazzjoni tagħha.

 

4. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu stabbilita fil-Komunità u rreġistrata skont dan ir-Regolament m’għandhiex tuża l-awtorizzazzjoni bil-għan li tevita r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

 

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tkun awtorizzat klassifikazzjoni tal-kreditu mħejjija jew maħruġa minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ta' pajjiż terz għandha tibqa' responsabbli għalkollox għal dik il-klassifikazzjoni tal-kreditu kif ukoll sabiex ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet ta' dik l-awtorizzazzjoni.

 

5. Ladarba jkun stabbilit qafas internazzjonali regolatorju u ta' sorveljanza għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-attivitajiet tagħhom, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirrevedu dan ir-Regolament.

 

6. Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tas-CESR, għandha tistabbilixxi miżuri tranżizzjonali għal klassifikazzjonijiet tal-kreditu eżistenti ta' pajjiżi terzi li diġà ntużaw fil-Komunità. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplementawh, għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(2).

 

7. Bla ħsara għar-regoli tal-kompetizzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-emittenti jużaw l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fil-Komunità għal proporzjon tal-klassifikazzjonijiet tagħhom.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżgura li l-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu ma tkunx affettwata minn xi konflitt ta' interess eżistenti jew potenzjali jew relazzjoni tan-negozju li tinvolvi aġenzija tal-kontroll li toħroġ ir-klassifikazzjoni tal-kreditu, il-maniġers tagħha, impjegati jew kull persuni konnessa direttament jew indirettament magħha bħala kontroll.

1. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura li l-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu ma jkunx affettwat minn xi konflitt ta' interess eżistenti jew potenzjali jew relazzjoni tan-negozju li tinvolvi aġenzija tal-kontroll li toħroġ il-klassifikazzjoni tal-kreditu, il-maniġers tagħha, l-analisti tal-klassifikazzjoni, impjegati jew kull persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew kull persuna konnessa direttament jew indirettament magħha bħala kontroll.

Ġustifikazzjoni

It-test tar-Regolament għandu jipprovdi kriterji speċifiċi għall-eżenzjoni, ta' aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu b'għadd żgħir ta' impjegati, mill-konformità ma' ċerti obbligi fir-regolament propost li jsegwi ċerti kriterji.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżvela n-natura tal-arranġamenti ta' kumpens tagħha fir-rigward tal-entitajiet ikklassifikati.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – subparagrafu 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1b. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha taħtar persuna responsabbli biex l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-impjegati tagħha jkunu konformi ma' dan ir-Regolament.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1c. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tissepara, b'mod legali u operattiv, in-negozju tagħha tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mis-servizzi anċillari tagħha.

 

Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi servizzi anċillari bħal dawn. Dik il-miżura, imfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi tissupplementah, għandha tkun adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(2).

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sabiex tiżgura l-konformità mal-1 paragrafu, l-aġenzija tar-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tikkonforma mal-ħtiġiet ippreżentati fit-Taqsimiet A u B tal-I Anness.

2. Sabiex tiżgura l-konformità mal-paragrafi 1, 1a, 1b u 1c, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tikkonforma mal-ħtiġiet ippreżentati fit-Taqsimiet A u B tal-I Anness.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Is-CESR jista’, fuq talba tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, jeżenta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mir-rekwiżiti tal-Artikolu 6(4) jew tal-punt 2 tat-Taqsima A tal-Anness I meta l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tkun tista’ turi li dawk ir-rekwiżiti mhumiex proporzjonati għan-natura, id-daqs u l-kumplessità tan-negozju tagħha, u għan-natura u l-medda tal-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħha, u li l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu:

 

(a) timpjega anqas minn 25 analista;

 

(b) implimentat miżuri u proċeduri, b’mod partikulari sistema ta’ kontroll intern, arranġamenti għar-rappurtaġġ u mekkaniżmu ta’ rotazzjoni għall-analisti u għall-persuni li japprovaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, li jiżguraw il-konformità effettiva mal-objettivi regolatorji stipulati f’dan ir-Regolament; u

 

(c) ma ppjanatx id-daqs tagħha sabiex tevita l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew minn grupp ta’ aġenziji.

 

Fir-rigward ta’ gruppi ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, is-CESR għandu jiżgura li tal-anqas waħda mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fi grupp bħal dan ma tkunx eżentata milli tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 6(4) jew tal-punt 2 tat-Taqsima A tal-Anness I.

 

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tkun membru ta’ grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha titqies li tikkonforma mat-Taqsima A tal-Anness I jekk dak il-grupp, fis-sħuħija tiegħu, jissodisfa dawk ir-rekwiżiti. F’dawn il-każijiet, ir-referenzi fl-Anness I għall-bord amministrattiv jew ta’ sorveljanza u għat-tmexxija għolja tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jitqiesu bħala referenzi għall-bord amministrattiv jew ta’ sorveljanza u għat-tmexxija għolja tal-impriża ewlenija.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Impjegati

Analisti u impjegati oħra

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżgura li l-impjegati involuti direttament fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandhom it-tagħrif u l-esperjenza xierqa għad-doveri assenjati.

1. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżgura li l-analisti u l-impjegati l-oħra involuti direttament fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandhom it-tagħrif u l-esperjenza xierqa għad-doveri assenjati.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżgura li l-impjegati li huma direttament involuti fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ma jitħallewx jibdew jew jipparteċipaw f’negozjati dwar miżati jew pagamenti ma’ xi entità li ngħatat klassifikazzjoni, parti terza relatati jew kull persuna direttament jew indirettament konnessa bħala kontroll mal-entità li ngħatat klassifikazzjoni.

2. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżgura li l-analisti u l-impjegati l-oħra li huma direttament involuti fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ma jitħallewx jibdew jew jipparteċipaw f’negozjati dwar miżati jew pagamenti ma’ xi entità li ngħatat klassifikazzjoni, parti terza relatati jew kull persuna direttament jew indirettament konnessa bħala kontroll mal-entità li ngħatat klassifikazzjoni.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżgura li l-impjegati involuti direttament fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jħarsu l-ħtiġiet ippreżentati fit-Taqsima C tal-I Anness.

3. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżgura li l-analisti u l-impjegati l-oħra involuti direttament fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jħarsu l-ħtiġiet ippreżentati fit-Taqsima C tal-I Anness.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżgura li l-analisti u l-persuni li japprovaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ma jkunux involuti fil-provvista ta' servizzi tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu lill-istess entità li ngħata klassifikazzjoni jew il-partijiet terzi tagħha għal perjodu li jaqbeż l-erba' snin. Għal dak l-iskop għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ rotazzjoni dwar dawk l-analisti u persuni.

4. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżgura li l-analisti li jkunu f'kuntatt dirett mal-emittenti għandhom ikunu involuti fil-provvista ta' servizzi tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu lill-istess entità li ngħatat klassifikazzjoni, lill-partijiet terzi tagħha jew lil entitajiet taħt sjieda komuni, għal perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin. Għal dak l-iskop għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ rotazzjoni fir-rigward ta' dawk l-analisti.

Il-perjodu li warajh l-analisti u persuni li japprovaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jistgħu jkunu involuti fil-provvista ta’ servizzi tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu lill-entità li ngħatat klassifikazzjoni jew partijiet terzi relatati fl-ewwel sottoparagrafu ma jistax ikun iqsar minn sentejn.

Il-perjodu li warajh dawk l-analisti jistgħu jerġgħu jkunu f'kuntatt dirett biex jipprovdu għas-servizzi tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu mal-entità li ngħatat klassifikazzjoni jew partijiet terzi relatati fl-ewwel sottoparagrafu m'għandux ikun iqsar minn sentejn.

 

Kull rotazzjoni ta' analisti għandha sseħħ f'fażijiet abbażi ta' analisti individwali tal-klassifikazzjoni u mhux ta' tim sħiħ.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Kumpens u valutazzjoni tal-prestazzjoni ta’ analisti u persuni li japprovaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ma tkunx kontinġenti fuq l-ammont ta’ dħul li l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu taqla’ mill-entitajiet li ngħataw klassifikazzjoni jew partijiet terzi relatati li l-analista jew persuni li japprovaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jipprovdulhom servizzi.

6. Kumpens u evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta’ analisti ewlenin li jagħmlu l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ma tkunx kontinġenti fuq l-ammont ta’ dħul li l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu taqla’ mill-entitajiet li ngħataw klassifikazzjoni jew partijiet terzi relatati li l-analisti ewlenin li jagħmlu l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jipprovdulhom servizzi.

Ġustifikazzjoni

L-analista ewlieni huwa l-persuna prinċipali ta' kuntatt mal-entità klassifikata. Mhuwiex neċessarju, u jkun ta' xkiel żejjed, li t-tim ta' appoġġ issirlu rotazzjoni bl-istess mod.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżvela lill-pubbliku l-metodoloġiji, mudelli u suppożizzjonijiet dwar il-klassifikazzjonijiet ewlenin li tuża fil-proċess tal-għoti tal-klassifikazzjonijiet.

1. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżvela lill-pubbliku l-metodoloġiji, il-mudelli u s-suppożizzjonijiet dwar il-klassifikazzjonijiet ewlenin li tuża fl-attivitajiet tagħha ta' klassifikazzjoni tal-kreditu kif definit fit-Taqsima E tal-Anness I.

Ġustifikazzjoni

Il-metodoloġiji, il-mudelli u s-suppożizzjonijiet ewlenin dwar il-klassifikazzjoni eżatti m'għandhomx jiġu żvelati lill-pubbliku. Huwa xieraq li jiġu żvelati l-prinċipji ġenerali, li jistgħu jgħinu lill-investituri biex jifhmu l-klassifikazzjoni.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jiżguraw li fuq paġna apposta tal-websajts tagħhom ikun hemm disponibbli, mingħajr ħlas u b'mod li tkun aċċessibbli fi kwalunkwe ħin, informazzjoni dwar prodotti finanzjarji strutturati, li tispjega s-suppożizzjonijiet, il-parametri, il-limiti u l-inċertezzi rigward il-mudelli u l-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tagħhom, inklużi simulazzjonijiet ta' kriżi mwettqa mill-aġenzija meta tistabbilixxi l-klassifikazzjonijiet. Dik l-informazzjoni għandha tkun ċara u għandha tinftiehem faċilment.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżgura li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li tipproduċi u li tqassam ikunu bbażati fuq analiżi tal-informazzjoni kollha disponibbli għaliha li hija relevanti skont il-metodoloġiji tal-għoti tal-klassifikazzjonijiet tagħha. Għandha tadotta l-miżuri kollha meħtieġa biex l-informazzjoni li tuża biex tassenja klassifikazzjoni tal-kreditu tkun ta’ kwalità biżżejjed u minn għejun kredibbli.

2. Aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jadottaw, jimplimentaw u jinfurzaw proċeduri bil-miktub biex jiżguraw li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li jipproduċu u li jqassmu jkunu bbażati fuq analiżi bir-reqqa tal-informazzjoni kollha li taf biha l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li hija relevanti għall-analiżi tagħha skont il-metodoloġiji tal-għoti tal-klassifikazzjonijiet tagħha. Għandhom jadottaw il-miżuri kollha xierqa biex l-informazzjoni li jużaw biex jassenjaw klassifikazzjoni tal-kreditu tkun ta’ kwalità biżżejjed u minn għejun kredibbli.

Ġustifikazzjoni

It-test oriġinali jinvolvi r-riskju li jwassal lir-regolaturi biex jikkontestaw il-metodoloġiji individwali, xi ħaġa li min-naħa tagħha twassal sabiex ikun hemm interferenza mal-indipendenza analitika tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Minflok, din id-dispożizzjoni għandha tirrikjedi lill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li jkollhom proċeduri għar-reviżjoni tal-metodoloġiji tagħhom, sabiex ir-regolaturi jkunu jistgħu mbagħad jimmonitorjaw il-konformità ma' dawk il-proċeduri. Ir-referenza għall-"informazzjoni kollha disponibbli" għal aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu hija sproporzjonata u tkopri l-informazzjoni kollha li tkun magħrufa pubblikament, irrispettivament minn kemm ma tkunx tista' tinftiehem.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jieħdu passi adegwati biex jevalwaw kemm id-dejta u l-informazzjoni mogħtija lilhom mill-emittenti u minn partijiet relatati (pereżempju l-oriġinaturi, is-sottoskritturi jew l-avukati, fil-każ ta' prodotti finanzjarji strutturati) tkun kredibbli, soda u preċiża. L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jindikaw sa liema punt ivverifikaw l-informazzjoni li tkun ingħatatilhom.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tadotta proċeduri u mekkaniżmi biex tiġi protetta n-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni li takkwista mill-emittenti.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Aġenzija tar-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirreġistra l-istanti kollha fejn fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħha tbaxxi l-klassifikazzjonijiet eżistenti tal-kreditu ppreparati minn aġenzija oħra tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu dwar l-assi bażi jew strumenti finanzjarji strutturati u tipprovdi ġustifikazzjoni għat-tniżżil.

Aġenzija tar-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirreġistra u tippubblika l-istanti kollha fejn fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħha titbiegħed mill-klassifikazzjonijiet eżistenti tal-kreditu ppreparati minn aġenzija oħra tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu dwar l-assi bażi jew strumenti finanzjarji strutturati u tipprovdi ġustifikazzjoni għall-evalwazzjoni li tvarja.

Ġustifikazzjoni

L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jipprovdu ġustifikazzjonijiet għal evalwazzjonijiet aktar jew anqas favorevoli.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jissorveljaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u jirrevedu l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu fejn meħtieġ. Aġenzija tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandha tistabbilixxi arranġamenti għall-monitoraġġ tal-impatt tal-bidliet tal-kundizzjonijiet ta’ swieq makroekonomiċi u finanzjarji dwar il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

4. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tissorvelja l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u tirrevedi l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u l-metodoloġiji fuq bażi regolari, b'mod partikulari meta jseħħu bidliet materjali li jista' jkollhom impatt fuq il-klassifikazzjoni ta' strument. Aġenzija tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandha tistabbilixxi arranġamenti għall-monitoraġġ tal-impatt tal-bidliet tal-kundizzjonijiet ta’ swieq makroekonomiċi u finanzjarji fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Għandha toħroġ ukoll twissija f'każ li jkun hemm kundizzjonijiet negattivi u estremi b'mod ġenerali fis-suq.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu toħroġ jew tawtorizza klassifikazzjoni tal-kreditu maħruġa minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ta' pajjiż terz, l-aġenzija Komunitarja ta' klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tkun responsabbli għall-eżattezza tal-informazzjoni kollha li tkun intużat u għall-metodoloġija li tkun ġiet applikata.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha, meta tintalab tagħmel dan minn awtorità kompetenti, tispjega, ex post, il-metodoloġiji, il-mudelli u s-suppożizzjonijiet tal-klassifikazzjoni ewlenin tagħha. Spjegazzjoni bħal din m'għandhiex tippreġudika l-kontenut tal-klassifikazzjoni jew l-indipendenza tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tkun tista' tispjega ex post il-metodoloġija, il-mudelli u s-suppożizzjonijiet tal-klassifikazzjoni ewlenin tagħha lill-awtoritajiet kompetenti. Dan il-prinċipju jġiegħel aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tifhem b'mod sħiħ il-metodoloġija tal-klassifikazzjoni, il-mudelli u s-suppożizzjonijiet tal-klassifikazzjoni tagħha. Minkejja dan, jeħtieġ li l-indipendenza tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-klassifikazzjonijiet infushom jiġu rrispettati b'mod sħiħ mill-awtoritajiet kompetenti.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5c. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu stabbilita fil-Komunità u rreġistrata skont dan ir-Regolament għandha titqies li tkun ħarġet klassifikazzjoni tal-kreditu meta l-klassifikazzjoni tal-kreditu tiġi ppubblikata fil-websajt ta' dik l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew b’mezzi oħra jew meta tkun tqassmet permezz ta’ abbonament u ppreżentata u murija skont l-Artikolu 8, b’mod li turi biċ-ċar li l-klassifikazzjoni tal-kreditu hija awtorizzata.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li l-klassifikazzjonijiet ta' pajjizi terzi jkunu jistgħu jintużaw fl-UE sakemm jiġu rrispettati żewġ settijiet ta' kriterji: 1) l-evalwazzjoni tal-konformità tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ta' pajjiżi terzi bi standards għolja ħafna dwar l-integrità tal-attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u sorveljanza regolari ta' din il-konformità mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-UE, 2) ħolqien ta' arranġamenti ta' koperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi, evalwazzjoni tal-prerekwiżiti tal-konformità u l-proċess ta' tħaddin matul ir-reġistrazzjoni u sorveljanza regolari.

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżvela kull klassifikazzjoni tal-kreditu kif ukoll kull deċiżjoni li ma tkomplix klassifikazzjoni tal-kreditu fuq bażi mhux selettiv u fil-ħin.

 

1. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżvela kull klassifikazzjoni tal-kreditu kif ukoll kull deċiżjoni li ma tkomplix klassifikazzjoni tal-kreditu fuq bażi mhux selettiv u fil-ħin. Permezz ta' żvelar bħal dan, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tistabbilixxi r-raġunijiet u l-kundizzjonijiet għall-iżvelar.

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ewwel sottoparagrafu m’għandux japplika għal-klassifikazzjoni tal-kreditu li jitqassmu bl-abbonament.

L-ewwel sottoparagrafu għandu japplika wkoll għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li jitqassmu bl-abbonament.

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżvela, fuq bażi regolari, l-informazzjoni dwar il-prodotti finanzjarji strutturati kollha mressqa għal reviżjoni inizjali jew klassifikazzjoni preliminari. Tali żvelar għandu jsir kemm jekk l-emittent ikun ikkuntratta mal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għal klassifikazzjoni finali u kemm jekk le.

Ġustifikazzjoni

Dan jippermetti lill-investituri li jiddeterminaw jekk l-emittenti jkunux fittxew, imma mbagħad iddeċidew li ma jużawx, klassifikazzjonijiet minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Dan għandu mnejn jevita l-"għażla tal-klassifikazzjonijiet" mill-emittenti.

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tinforma lill-entità suġġetta għall-klassifikazzjoni 12-il siegħa qabel il-pubblikazzjoni dwar ir-riżultat tal-klassifikazzjoni u dwar ir-raġunijiet ewlenin li fuqhom il-klassifikazzjoni tkun imsejsa sabiex l-entità tingħata opportunità li tiġbed l-attenzjoni dwar xi żbalji fattwali.

Ġustifikazzjoni

In-notifika minn qabel lill-entità kklassifikata diġà ġiet inkluża fil-Kodiċi ta' Mġiba tal-IOSCO fid-dispożizzjoni 3.7. B'dan il-mod, it-tagħrif inkorrett jew in-nuqqas ta' fehim jista' jiġi kkjarifikat malajr qabel ma l-klassifikazzjonijiet mhux preċiżi jiġu nnegozjati fis-suq.

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom ikunu ppreżentati skont il-ħtiġijiet ippreżentati fit-Taqsima D tal-I Anness.

2. Il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandhom jirriflettu kriterji omoġenji fis-suq intern, jevitaw l-arbitraġġ regolatorju u jkunu paragunabbli ma' dawk maħruġa internazzjonalment minn entitajiet marbuta. Għandhom ikunu ppreżentati skont ir-rekwiżiti ppreżentati fit-Taqsima D tal-Anness I.

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 8 –paragrafu 3 – punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) il-kategoriji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li jistgħu jkunu attribwiti għal strumenti finanzjarji strutturati hija distinta b’mod ċar mill-kategoriji tal-klassifikazzjonijiet li jistgħu jintużaw biex jingħataw tipi oħrajn ta’ entitajiet ikklassifikati jew strumenti finanzjarji;

(a) il-kategoriji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li jistgħu jkunu attribwiti għal strumenti finanzjarji strutturati huma distinti b’mod ċar mill-kategoriji tal-klassifikazzjonijiet li jistgħu jintużaw biex jingħataw tipi oħrajn ta’ entitajiet ikklassifikati jew strumenti finanzjarji. Għandhom jintużaw kategoriji ta' klassifikazzjoni separati għal strumenti strutturati u kumplessi;

Ġustifikazzjoni

Aktar trasparenza u protezzjoni tal-investituri.

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu toħroġ klassifikazzjoni tal-kreditu mhux mitluba għandha tiddikjara fir-klassifikazzjoni tal-kreditu li l-entità kklassifikata jew parti terza relatata ma ħaditx sehem fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u li l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma kellhiex aċċess għall-kontijiet u dokumenti interni u relevanti oħrajn tal-entità kklassifikata jew il-parti terza relatata tagħha.

 

5. Meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu toħroġ klassifikazzjoni tal-kreditu mhux mitluba għandha tiddikjara b'mod prominenti fil-klassifikazzjoni tal-kreditu jekk l-entità kklassifikata jew parti terza relatata ħaditx sehem jew le fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u jekk l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kellhiex aċċess għall-kontijiet u dokumenti interni u relevanti oħrajn tal-entità kklassifikata jew il-parti terza relatata tagħha. L-entità klassifikata jew parti terza relatata tista' tirrikjedi li kull riżerva tkun espliċitament iskritta fil-klassifikazzjoni u li kull riżerva bħal din tkun disponibbli fl-informazzjoni żvelata mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni.

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiddokumenta u tiżvela il-miżuri, l-informazzjoni u l-fatturi kollha li wasslu għal klassifikazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Aktar trasparenza u protezzjoni tal-investituri.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 8 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

 

It-trasparenza tal-informazzjoni

 

L-emittenti li jagħtu l-informazzjoni lil aġenzija rreġistrata tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, bil-għan li jistabbilixxu klassifikazzjoni, għandhom jagħtu l-istess informazzjoni, jekk ikunu mitluba, lil kull servizz tal-analiżi bona fide. Tali servizz tal-analiżi għandu jimpenja ruħu li jirrispetta l-kunfidenzjalità meta juża dik l-informazzjoni. L-impjegati ta' tali servizz tal-analiżi għandhom ukoll jintrabtu li ma jinnegozjawx fit-titoli maħruġa mill-emittent konċernat.

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament għandhu jirrikjedi lill-emittenti li jagħmlu disponibbli lil oħrajn l-istess informazzjoni li tintuża mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu biex jaslu għall-ġudizzju tagħhom. Jekk l-informazzjoni tkun disponibbli, tinħoloq l-opportunità biex jiżviluppa suq tassew indipendenti tal-klassifikazzjonijiet li ma jkunux mħallsa mill-emittent. Iż-żieda fid-disponibilità tal-informazzjoni hija l-azzjoni regolatorja li x'aktarx li twassal għal kompetizzjoni vera għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Emenda                     77

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jagħmlu disponibbli f’depożitorji ċentrali stabbilit mis-CESR informazzjoni dwar id-dejta tal-prestazzjoni storika tagħhom u informazzjoni dwar l-attivitajiet passati tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Id-depożitorju għandu jkun miftuħ għall-pubbliku.

2. L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jagħmlu disponibbli, f'format komuni u f’depożitorji ċentrali stabbilit mis-CESR, informazzjoni dwar id-data tal-prestazzjoni storika tagħhom, li tinkludi l-frekwenza tat-tranżizzjoni tal-klassifikazzjoni, u informazzjoni dwar l-attivitajiet passati tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Id-depożitorju għandu jkun miftuħ għall-pubbliku. Is-CESR għandu jipprovdi gwida dwar il-format, id-dettalji u l-perijodu li se jkun kopert. Fuq il-bażi tal-informazzjoni miżmuma fir-repożitorju, is-CESR għandu jimmonitorja l-prestazzjonijiet passati tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq il-bażi ta' riżultati statistiċi. Is-CESR imbagħad għandu jippubblika statistiki dwar l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-prestazzjoni tagħhom, fir-rigward, fost oħrajn, tal-affidabilità tal-klassifikazzjonijiet tagħhom.

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tagħmel disponibbli kull sena lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membri lokali l-informazzjoni dwar l-affarijiet ippreżentati fl-I Anness, Taqsima E, it-II Parti, it-2 punt. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membri lokali m’għandhomx jiżvelaw dik l-informazzjoni.

3. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tagħmel disponibbli kull sena lis-CESR l-informazzjoni dwar l-affarijiet ippreżentati fl-Anness I, Taqsima E, it-II Parti, it-2 punt. Is-CESR għandu jiżvela dik l-informazzjoni.

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tippubblika rapport ta’ trasparenza kull sena li jinkludi informazzjoni dwar l-affarijiet ippreżentati fl-Anness I, Taqsima E, l-I Parti. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tippubblika r-rapport annwali tagħha sa l-aktar tard tliet xhur wara t-tmiem ta’ kull sena finanzjarja u għandha tiżgura li jibqa’ disponibbli fuq il-websajt tal-aġenzija għal mill-anqas ħames snin.

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tippubblika rapport ta’ trasparenza kull sena li jinkludi informazzjoni dwar l-affarijiet ippreżentati fl-I Anness, Taqsima E, l-I Parti. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tippubblika r-rapport annwali tagħha sa l-aktar tard tliet xhur wara t-tmiem ta’ kull sena finanzjarja u għandha tiżgura li jibqa’ disponibbli fuq il-websajt tal-aġenzija għal mill-anqas ħames snin. Dawk il-pubblikazzjonijiet u websajts jistgħu jkunu fuq bażi ta' grupp u m'għandhomx għaliex ikunu esklussivament relatati mal-Komunità.

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tista’ tapplika għar-reġistrazzjoni biex tiżgura li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħha jkunu jistgħu jintużaw għal skopijiet regolatorji minn istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti tal-investiment, impriżi tal-assigurazzjoni u tal-assigurazzjoni tal-ħajja, impriżi ta' investiment kollettiv fit-titoli trasferibbli (UCITS) u istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar bl-akkomodazzjoni riferuti f’Artikolu 2 sakemm tkun persuna legali stabbilita fil-Komunità.

1. L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, jistgħu japplikaw għar-reġistrazzjoni biex jiżguraw li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħhom jkunu jistgħu jintużaw għal skopijiet regolatorji minn istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti tal-investiment, impriżi tal-assigurazzjoni u tal-assigurazzjoni tal-ħajja, impriżi ta' investiment kollettiv fit-titoli trasferibbli (UCITS) u istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar bl-akkomodazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 sakemm ikunu persuni ġuridiċi stabbilita fil-Komunità.

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali għal kull bidla materjali fil-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni inizjali.

L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jinnotifikaw lis-CESR għal kull bidla materjali fil-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni inizjali, inkluż kwalunkwe ftuħ jew għeluq ta' entità sussidjarja jew fergħa fl-Unjoni Ewropea.

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali għandha tirreġistra l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jekk tkun konformi mal-kundizzjonijiet tal-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ppreżentati f’dan ir-Regolament.

4. Is-CESR għandu jirreġistra l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jekk tkun konformi mal-kundizzjonijiet tal-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ppreżentati f’dan ir-Regolament.

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu ħtiġiet addizzjonali fuq ir-reġistrazzjoni li m’humiex ipprovduti f’dan ir-Regolament.

5. The CESR għandu jimponi ħtiġiet addizzjonali fuq ir-reġistrazzjoni li m’humiex ipprovduti f’dan ir-Regolament.

Emenda  84

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fi żmien 10 ġranet mill-irċevuta tal-applikazzjoni, is-CESR għandha tibgħat l-applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali u tavża lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn b'dik it-trasmissjoni.

3. Fi żmien 10 ġranet mill-wasla tal-applikazzjoni, is-CESR għandu javża lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tiegħu.

Emenda  85

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fi żmien 10 ġranet mill-irċevuta tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali għandha tiċċekkja li l-applikazzjoni kompluta.

1. Fi żmien 10 ġranet mill-wasla tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, is-CESR għandu jiċċekkja li l-applikazzjoni tkun kompluta.

Emenda  86

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali għandha tistabbilixxi data sa meta l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi aktar informazzjoni.

Fil-każ li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, is-CESR għandu jistabbilixxi data sa meta l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi aktar informazzjoni.

Emenda  87

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Malli tirċievi applikazzjoni kompluta, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali għandha tibgħat l-applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lis-CESR.

2. Malli tirċievi applikazzjoni kompluta, is-CESR għandu jibgħat l-applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

Emenda  88

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fil-każ li applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tintbagħat minn grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri lokali kkonċernati għandhom jikkooperaw mill-viċin fil-proċess tar-reġistrazzjoni. Bejniethom għandhom jagħżlu faċilitatur wara li jikkunsidraw il-kriterji li ġejjin:

imħassar

(a) il-post fejn il-grupp tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jwettaq jew qiegħed jippjana li jwettaq l-aktar parti importanti tal-attività tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ġewwa l-Komunità;

 

(b) il-post fejn il-grupp tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jiġġenera jew mistenni li jiġġenera l-akbar parti tad-dħul tal-grupp.

 

Emenda  89

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-faċilitatur għandu jikkoordina l-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni mibgħuta mill-grupp tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u jiżgura li l-informazzjoni kollha meħtieġa biex issir l-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni tinqasam mal-awtoritajiet kompetenti.

imħassar

Emenda  90

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fil-każ ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu l-awtorità kompetenti tal-Istati Membri lokali għandha teżamina l-applikazzjoni u tħejji opinjoni dwar jekk tagħtix jew tirrifjutax ir-reġistrazzjoni.

imħassar

Fil-każ ta’ applikazzjoni mibgħuta minn grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri lokali kkonċernati għandhom jeżaminaw flimkien l-applikazzjoni tar-reġistrazzjoni u għandhom jilħqu ftehim jekk jagħtux jew jirrifjutawx ir-reġistrazzjoni.

 

Emenda  91

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fi żmien 40 ġurnata mill-irċevuta tal-applikazzjoni kompluta u qabel ir-reġistrazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali għandha tikkomunika lis-CESR deċiżjoni abbozz tar-reġistrazzjoni jew deċiżjoni abbozz tar-rifjut. Fil-każ ta’ applikazzjoni mibgħuta minn grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu l-faċilitatur għandu jikkomunika r-riżultat tal-valutazzjoni konġunta lis-CESR.

1. Fi żmien 40 ġurnata mill-wasla tal-applikazzjoni kompluta u qabel ir-reġistrazzjoni, is-CESR għandu jħejji abbozz tar-reġistrazzjoni rraġunat jew deċiżjoni taċ-ċaħda. Is-CESR għandu jibgħat l-abbozz tar-reġistrazzjoni jew iċ-ċaħda lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, u jgħarrafhom bl-iskadenza li fiha jkunu mitluba jressqu opinjoni fir-rigward tal-abbozz tar-reġistrazzjoni jew taċ-ċaħda.

Emenda  92

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi żmien 15-il ġurnata mill-irċevuta ta’ dik il-komunikazzjoni, is-CESR għandha tesprimi l-opinjoni tagħha fuq l-applikazzjoni. Is-CESR tista’ titlob lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali kkonċernat biex teżamina mill-ġdid id-deċiżjoni abbozz tar-reġistrazzjoni jekk tikkunsidra li l-kundizzjonijiet meħtieġa għar-reġistrazzjoni kif ippreżentati fit-II Titolu ma tħarsux jew li teżamina mill-ġdid id-deċiżjoni abbozz tar-rifjut tagħha jekk tikkunsidra li l-kundizzjonijiet meħtieġa għar-reġistrazzjoni kif ippreżentati f’dan ir-Regolament tħarsu.

imħassar

Emenda  93

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali għandha tadotta d-deċiżjoni tagħha fi żmien 15-il ġurnata mill-irċevuta tal-opinjoni tas-CESR. In case the competent authority of the home Member State departs from the opinion of CESR it shall motivate its decision. Fil-każ li ma tintbagħat l-ebda opinjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali għandha tadotta d-deċiżjoni tagħha fi żmien 30 ġurnata wara li d-deċiżjoni abbozz tar-reġistrazzjoni, kif riferut fl-1 paragrafu, tkun ikkomunikata lis-CESR. Fejn jidħol grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu l-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru lokali għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fuq il-bażi tar-riżultat tal-valutazzjoni konġunta riferut fl-Artikolu 14(5).

2. Is-CESR għandu jadotta d-deċiżjoni tiegħu fi żmien 15-il ġurnata wara tmiem l-iskadenza tat-tressiq tal-opinjoni msemmija f'paragrafu 1.

Emenda  94

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi żmien 10 ġranet wara l-adozzjoni jew ir-rifjut tad-deċiżjoni tar-reġistrazzjoni l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kkonċernati għandhom ikunu avżati, jekk kinux irreġistrati jew le. Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali tirrifjuta li tirreġistra l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, għandha tagħti r-raġunijiet fid-deċiżjoni tar-rifjut tagħha lill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kkonċernata.

Fi żmien 10 ġranet wara l-adozzjoni jew iċ-ċaħda tad-deċiżjoni tar-reġistrazzjoni l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kkonċernati għandhom ikunu avżati, jekk kinux irreġistrati jew le. Meta s-CESR jirrifjuta li jirreġistra l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, għandu jagħti r-raġunijiet fid-deċiżjoni taċ-ċaħda tiegħu lill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kkonċernata u għandu javża lill-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif ikun meħtieġ.

Emenda  95

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali għandha tavża lill-Kummissjoni Ewropea, lis-CESR u l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn bir-reġistrazzjoni li għamlet.

3. Is-CESR għandu javża lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bir-reġistrazzjoni li jkun għamel.

Emenda  96

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lista aġġornata tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati skont dan ir-Regolament fi żmien 30 ġurnata min-notifika tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lista aġġornata tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati skont dan ir-Regolament fi żmien 30 ġurnata min-notifika mis-CESR.

Emenda  97

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jippubblikaw il-kodiċi tal-kondotta tagħhom u n-numru tar-reġistrazzjoni tagħhom b'konformità ma’ dan ir-Regolament fil-paġna prinċipali tal-websajts tagħhom.

Emenda  98

Proposta għal regolament

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali tista’ titlob ħlas tar-reġistrazzjoni lill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Il-ħlas tar-reġistrazzjoni għandu jkun proporzjonali mal-ispejjeż tal-proċeduri f'dak l-Istat Membru.

Is-CESR jista’ jitlob ħlas tar-reġistrazzjoni lill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Il-ħlas tar-reġistrazzjoni għandu jkun proporzjonali mal-ispejjeż tal-proċeduri.

Emenda  99

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali għandha tirtira r-reġistrazzjoni tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu meta l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

1. Is-CESR għandu jirtira r-reġistrazzjoni tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu meta l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu:

Emenda  100

Proposta għal regolament

Artikolu 17 –paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) espressament tirrinunzja r-reġistrazzjoni jew ma pprovdiet l-ebda klassifikazzjoni tal-kreditu għas-sitt xhur ta’ qabel;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni.

Emenda  101

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membri lokali tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li jappartjenu għal grupp għandhom jikkooperaw mill-viċin ma’ xulxin. Għandhom jagħmlu valutazzjoni konġunta kkoordinata mill-faċilitatur. Għandhom jaslu għal ftehim dwar il-bżonn tal-irtirar tar-reġistrazzjoni. L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru lokali għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fuq il-bażi tal-ftehim.

imħassar

Emenda  102

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Is-CESR jew awtorità kompetenti minn Stat Membru ieħor, fejn il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kkonċernata jintużaw, tista' titlob lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali biex teżamina jekk tħarsux il-kundizzjonijiet għall-irtirar tar-reġistrazzjoni.

3. Is-CESR jista’ jintalab mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex teżamina jekk tħarsux il-kundizzjonijiet għall-irtirar tar-reġistrazzjoni. Fil-każ li s-CESR jiddeċiedi li ma jirtirax ir-reġistrazzjoni tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kkonċernata, għandu jipprovdi r-raġunijiet tiegħu.

Emenda  103

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali għandha tavża lill-Kummissjoni Ewropea, lis-CESR u l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn bl-irtirar tar-reġistrazzjoni, li tidħol fis-seħħ immedjatament madwar il-Komunità kollha.

4. Is-CESR għandu javża lill-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bl-irtirar tar-reġistrazzjoni, li għandha tidħol fis-seħħ immedjatament fil-Komunità kollha.

Emenda  104

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lista aġġornata tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li r-reġistrazzjoni tagħhom kienet irtirata fi żmien 30 ġurnata min-notifika tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lista aġġornata tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati skont dan ir-Regolament fi żmien 30 ġurnata min-notifika mis-CESR.

Emenda  105

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Fil-każ li tiġi rtirata r-reġistrazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu perjodu ta' tranżizzjoni għal klassifikazzjonijiet li jkunu saru qabel mill-aġenzija li ma tkunx aktar reġistrata u dawn il-klassifikazzjonijiet għandhom ikunu validi għal 12-il xahar billi jkollhom anness magħhom il-kwalifika xierqa mill-awtoritajiet kompetenti..

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li meta aġenżija ma tibqax reġistrata ma jkunx hemm destabbilizzazzjoni fis-suq minħabba li jiddgħajfu jew jitħassru opinjonijiet validi li jkunu saru qabel mill-aġenzija stess.

Emenda  106

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-CESR għandha tipprovdi pariri lill-awtoritajiet kompetenti, fil-każijiet ipprovduti f’dann ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw dawk il-pariri qabel ma jieħdu deċiżjoni finali taħt dan ir-Regolament.

1. Is-CESR, li huwa l-awtorità inkarigata mir-reġistrazzjoni tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, għandu jakkwista l-opinjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont l-Artikolu 15(1). Is-CESR għandu jikkunsidra dawk l-opinjonijiet qabel ma jieħu deċiżjoni finali skont dan ir-Regolament.

Emenda  107

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Is-CESR għandu jaħdem mill-qrib mal-Kumitat Ewropew tas-Superviżuri Bankarji (CEBS) imwaqqaf mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/5/KE tal-5 ta' Novembru 20031 u mal-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol (CEIOPS) imwaqqaf mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/6/KE tal-5 ta' Novembru 20032, minħabba l-irwol tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u tal-klassifikazzjonijiet ta' kreditu fil-kuntest tar-rekwiżiti ta' kapital u ta' solvibilità. Dan japplika, b'mod partikulari, għaċ-ċirkustanzi jew għar-rakkomandazzjonijiet għall-irtirar ta' reġistrazzjoni ta' aġenzija tal-klassifikazzjoni ta' kreditu.

 

1 ĠU L 3, 7.1.2004, p. 3.

2 ĠU L 3, 7.1.2004, p. 30.

Ġustifikazzjoni

Il-koperazzjoni mill-qrib bejn it-tliet Kumitati tat-tielet livell hija vitali.

Emenda  108

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sa [fi żmien sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] is-CESR għandha toħroġ gwida dwar:

2. Sa ... * is-CESR għandu joħroġ gwida dwar:

 

* ĠU jżid id-data:: 6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Is-CESR għandu joħroġ gwida qabel l-aġenziji tal-klassfikazzjoni ta' kreditu japplikaw biex jiġu reġistrati, ara l-Artikolu 35.

Emenda  109

Proposta għal regolament

Artikolu 18 –paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-proċess tar-reġistrazzjoni u l-arranġamenti tal-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u mas-CESR;

(a) il-proċess tar-reġistrazzjoni u l-arranġamenti tal-koordinazzjoni bejn is-CESR u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;

Emenda  110

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) prattiċi u attivitajiet tal-infurzar mill-awtoritajiet kompetenti;

(b) prattiki u attivitajiet tal-infurzar mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;

Emenda  111

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Is-CESR għandha tippubblika sa [fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull sena wara rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

3. Is-CESR għandu jippubblika sa ...* u kull sena wara rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jkollu, b'mod partikulari, evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Anness I mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati skont dan ir-Regolament.

 

* ĠU jżid id-data: sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda  112

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Is-CESR għandha tikkoopera, meta hemm bżonn, mal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/5/KE u l-Kumitat tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni Ewropea u tal-Pensjonijiet bl-Akkomodazzjoni stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/6/KE .

imħassar

Ġustifikazzjoni

Inkluża x'imkien ieħor.

Emenda  113

Proposta għal regolament

Artikolu 18 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18a

 

Riforma tas-CESR

 

Sa...*, is-CESR għandu jressaq pjan kummerċjali li jispeċifika fid-dettall kif għandha titħaddem aġenzija Ewropea. Il-Kummissjoni mbagħad għandha tippreżenta proposta korrispondenti, abbażi, fost oħrajn, tal-fatt li l-kapital tal-bidu għal aġenzija Ewropea futura jkun ipprovdut fuq bażi pro rata mill-baġit tal-Unjoni Ewropea, mill-industrija finanzjarja u l-entitajiet finanzjarji ikklassifikati. L-aġenzija għandha tirċievi dħul kurrenti addizzjonali taħt forma ta' tariffi għal klassifikazzjonijiet maħruġa li għandhom jitħallsu mill-klijent jew mill-applikant. L-aġenzija għandha taħdem b'mod li tkopri l-ispejjeż tagħha stess.

 

* ĠU jżid id-data: 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jkun hemm aġenzija Ewropea indipendenti b'biżżejjed riżorsi umani u finanzjarji, minħabba li x-xogħol transkonfinali meħtieġ mir-regolament ma jistax isir b'mod sodisfaċenti minn 27 aġenzija nazzjonali individwali jew aktar.

Emenda                     114

Proposta għal regolament

Artikolu 18 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18b

 

Organizzazzjonijiet li ma jagħmlux qliegħ.

 

Bil-għan li jiġi implimentat dan ir-Regolament, għandha titwaqqaf organizzazzjoni ġdida, indipendenti u li ma tagħmilx qliegħ, li għandha titwaqqaf biex toħroġ il-klassifikazzjonijiet ta' kreditu. Dik l-organizzazzjoni għandu jkollha kapital inizjali ta' EUR 200 miljun, li għandu

 

jkun ipprovdut fuq bażi pro rata mill-baġit tal-Unjoni Ewropea, mill-industrija finanzjarja Ewropea u mill-entitajiet ikklassifikati. L-aġenzija għandha tirċievi dħul kurrenti addizzjonali taħt forma ta' tariffi għal klassifikazzjonijiet maħruġa li għandhom jitħallsu mill-klijent jew mill-applikant. L-organizzazzjoni għandha taħdem b'mod li tkopri l-ispejjeż tagħha stess.

 

Il-Kummissjoni għandha tressaq proposta korrispondenti.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jkun hemm organizzazzjoni li ma tagħmilx qliegħ b'biżżejjed riżorsi umani u finanzjarji, minħabba li x-xogħol transkonfinali meħtieġ mir-regolament ma jistax isir b'mod sodisfaċenti minn 27 agenzija nazzjonali individwali jew aktar.

Emenda  115

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom personal biżżejjed biex ikunu jistgħu japplikaw dan ir-Regolament.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom kapaċità u kompetenza biżżejjed biex ikunu jistgħu japplikaw dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun hemm superviżjoni xierqa, il-korpi nazzjonali ta' superviżjoni għandu jkollhom biżżejjed impjegati bl-esperjenza meħtieġa biex jiġġudikaw u jifhmu s-swieq finanzjarji.

Emenda  116

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fit-twettiq tad-doveri tagħhom taħt dan ir-Regolament l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri m’għandhomx jindaħlu fil-kontenut tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

1. Fit-twettiq tad-doveri tagħhom taħt dan ir-Regolament la l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lanqas l-Istati Membri m’għandhom jindaħlu fil-kontenut tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jew fil-metodoloġiji li bihom l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-krediti tiddetermina l-klassifikazzjoni tal-krediti.

Ġustifikazzjoni

L-aġenziji ta' klassifikazzjoni ta' kreditu għandhom iwettqu d-dmirijiet tagħhom ta' klassifikazzjoni mingħajr korpi ta' superviżjoni u mingħajr il-gvern. Dan jinkludi wkoll il-metodoloġiji.

Emenda  117

Proposta għal regolament

Artikolu 20 –paragrafu 3 – punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ikollhom aċċess għal kull document f’kull forma u li jirċievu jew jieħdu kopja tiegħu;

(a) ikollhom aċċess għal kull dokument f’kull forma u li jirċievu jew jieħdu kopja tiegħu biex jużawh fil-kapaċità superviżorja tagħhom;

Emenda  118

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3 – punt (b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jitolbu informazzjoni mingħand kull persuni u jekk hemm bżonn isejħu u jistaqsu persuni bil-għan li jiksbu informazzjoni;

(b) jitolbu informazzjoni mingħand kull persuna, u jekk ikun hemm bżonn, isejħu u jistaqsu persuni bil-għan li jiksbu informazzjoni biex jużawha fil-kapaċità superviżorja tagħhom;

Emenda  119

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta jkunu qed jiġu eżerċitati s-setgħat imsemmija f’dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-istess regoli li jikkonċernaw is-segretezza professjonali u l-privileġġ professjonali legali skont il-liġijiet tal-Istati Membri li japplikaw fi proċeduri superviżorji kumparabbli għas-swieq finanzjarji.

Emenda  120

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali tista’ tieħu l-miżuri li ġejjin:

1. Is-CESR jista’ jieħu l-miżuri li ġejjin fil-każ ta’ vjolazzjoni ta’ dan ir-Regolament:

Emenda  121

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) timponi projbizzjoni temporanja fuq il-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu b’effett fil-Komunità kollha;

(b) timponi projbizzjoni temporanja fuq il-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu ġodda b’effett fil-Komunità kollha;

Ġustifikazzjoni

Din hija żieda biex ikun hemm kjarifika.

Emenda  122

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Is-CESR għandu jinnotifika lill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu biex jirranġaw kwalunkwe żball li jista’ jkun hemm qabel jieħu miżuri skont il-punti a, b jew c.

Ġustifikazzjoni

L-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jingħataw l-opportunità li jirranġaw l-iżbalji. L-istipular ta' terminu ta' żmien għat-teħid ta' azzjoni għandu jkun fid-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti.

Emenda  123

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jagħmlu użu mis-setgħet ipprovduti fl-1 Paragrafu u fl-Artikolu 22 qabel ma jikkomunikaw deċiżjoni mmotivata ta’ abbozz lis-CESR. Is-CESR għandha tesprimi l-opinjoni tagħha fuq id-deċiżjoni abbozz fi żmien 15-il ġurnata mill-irċevuta ta’ dik il-komunikazzjoni.

imħassar

L-ewwel sottoparagrafu m’għandux japplika f’każijiet ta’ urġenza, l-aktar quddiem sitwazzjoni li thedded il-funzjoni sew tas-swieq finanzjarji. F’dan il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tavża lis-CESR minnufih bid-deċiżjoni li ħadet.

 

Emenda  124

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fl-interess tal-investituri u tal-istabbilità tas-suq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri kollha possibbli biex jiżguraw li jkun hemm reviżjoni u, fejn ikun meħtieġ, ħruġ mill-ġdid tal-klassifikazzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

L-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jingħataw l-opportunità li jirranġaw l-iżbalji. L-istipular ta' terminu ta' żmien għat-teħid ta' azzjoni għandu jkun fid-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti.

Emenda  125

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Mingħajr preġudizzju għaċ-ċirkustanzi eċċezzjonali, b'mod partikolari meta jkun mhedded it-tħaddim tajjeb tas-swieq finanzjarji, qabel ma jagħmel użu mis-setgħat stipulati f'paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 22, is-CESR għandu jippreżenta abbozz raġunat ta' deċiżjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom f'dak l-abbozz ta' deċiżjoni lis-CESR fi żmien 15-il ġurnata mill-wasla. Wara tmiem dik l-iskadenza, is-CESR għandu jadotta d-deċiżjoni tiegħu, billi jqis l-opinjonijiet ippreżentati.

Emenda  126

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti minbarra l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru lokali

Azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri

Emenda  127

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha bażi biex taħseb li aġenzija rreġistklassifikazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li taġixxi ġewwa t-territorji qiegħda tikser l-obbligi li jinħolqu minn dan ir-Regolament, għandha tavża lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali.

Meta l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jkollha bażi biex taħseb li aġenzija rreġistrata tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li taġixxi fit-territorji tkun qiegħda tikser l-obbligi li jinħolqu minn dan ir-Regolament, għandha tavża lis-CESR sabiex tkun tista' tittieħed azzjoni xierqa.

Emenda  128

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru lokali tirrifjuta li taġixxi jew mhux kapaċi tadotta miżuri effettivi jew jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali dawn il-miżuri ma jkunux biżżejjed biex jipproteġu l-interessi tal-investituri tal-Istat Membru kkonċernat jew il-funzjoni sew tas-swieq, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru, wara li tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali tista’ tieħu l-miżuri xierqa kollha minbarra l-miżuri riferuti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 21(1). Is-CESR għandha tkun ikkonsultata qabel l-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri.

imħassar

Emenda  129

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru wieħed tista’ titlob l-għajnuna mingħand awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor dwar l-ispezzjoni jew l-investigazzjonijiet fuq il-post.

1. Is-CESR jew l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru wieħed tista’ titlob l-għajnuna ta’ kull awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor dwar l-ispezzjoni jew l-investigazzjonijiet fuq il-post.

Emenda  130

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità kompetenti għandha tinforma lis-CESR b’kull talba riferuta fl-ewwel sottoparagrafu. Fil-każ ta’ investigazzjoni jew spezzjoni b’effett ta’ qsim ta’ fruntieri, is-CESR tista’ tassumi l-koordinazzjoni tal-investigazzjoni jew l-ispezzjoni.

Fil-każ ta’ investigazzjoni jew spezzjoni b’effetti ta’ qsim ta’ fruntieri, is-CESR għandha tieħu r-responsabilità tal-koordinazzjoni tal-investigazzjoni jew l-ispezzjoni.

Emenda  131

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta awtorità kompetenti tirċievi talba mingħand awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor biex twettaq spezzjoni jew investigazzjoni fuq il-post, għandha tagħmel waħda minn dawn li ġejjin:

2. Meta awtorità kompetenti tirċievi talba mingħand is-CESR jew mingħand awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor biex twettaq spezzjoni jew investigazzjoni fuq il-post, għandha tagħmel waħda minn dawn li ġejjin:

Emenda  132

Proposta għal regolament

Artikolu 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 25

imħassar

Fil-każ ta’ grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu riferut fl-Artikolu 14(3) l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri lokali kkonċernati għandhom jikkonsultaw lil xulxin qabel ma jieħdu miżuri skont dan ir-Regolament.

 

1. Il-faċilitatur riferut fl-Artikolu 14(3) għandu jippjana u jikkoordina l-azzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru lokali kkonċernat.

 

2. Il-faċilitatur riferut fl-Artikolu 14(3) għandu jippjana u jikkoordina l-azzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru lokali kkonċernat.

 

3. Il-faċilitatur u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu arranġamenti tal-koordinazzjoni dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:

 

a) l-informazzjoni li tgħaddi bejn l-awtoritajiet kompetenti;

 

b) każijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lil xulxin;

 

c) każijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti jiddelegaw kompiti superviżorji skont l-Artikolu 24.

 

Emenda  133

Proposta għal regolament

Artikolu 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 26

imħassar

Delegazzjoni ta' kompiti bejn l-awtoritajiet kompetenti

 

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membri lokali tista’ tiddelega kull wieħed mill-kompiti tagħha lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor suġġett għall-ftehim ta’ dik l-awtorità. Id-delegazzjoni ta’ kompiti mhux maħsuba biex taffettwa r-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti nnominata.

 

Emenda  134

Proposta għal regolament

Artikolu 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 27

imħassar

Medjazzjoni

 

1. Is-CESR għandha tistabbilixxi mekkaniżmu tal-medjazzjoni biex jassisti biex tintlaħaq opinjoni komuni fost l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.

 

2. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dwar valutazzjoni jew azzjoni taħt dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirreferu l-każ lis-CESR għall-medjazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l-opinjoni tas-CESR.

 

Emenda  135

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtorità kompetenti jew għal kull awtorità jew persuna li l-awtorità kompetenti ddelegatilhom il-kompiti, inklużi awdituri u esperti ngaġġati mill-awtorità kompetenti. Informazzjoni koperta mis-segretezza professjonali ma tistax tkun żvelata lil xi persuna jew awtorità oħra minbarra meta t-tali żvelar ikun meħtieġ għal proċeduri legali.

1. L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għas-CESR jew għall-awtorità kompetenti jew għal kull awtorità jew persuna li l-awtorità kompetenti ddelegatilhom il-kompiti, inklużi awdituri u esperti ngaġġati mill-awtorità kompetenti. Informazzjoni koperta mis-segretezza professjonali ma tistax tkun żvelata lil xi persuna jew awtorità oħra minbarra meta t-tali żvelar ikun meħtieġ għal proċeduri legali.

Emenda  136

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-informazzjoni kollha skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti taħt dan ir-Regolament għandha titqies kunfidenzjali, minbarra meta l-awtorità kompetenti tiddikjara fil-mument tal-komunikazzjoni li t-tali informazzjoni tista' tkun żvelata jew meta t-tali żvelar hija meħtieġa għal proċeduri legali.

2. L-informazzjoni kollha skambjata bejn is-CESR u l-awtoritajiet kompetenti taħt dan ir-Regolament għandha titqies kunfidenzjali, minbarra meta s-CESR jew l-awtorità kompetenti tiddikjara fil-mument tal-komunikazzjoni li t-tali informazzjoni tista' tkun żvelata jew meta t-tali żvelar hija meħtieġa għal proċeduri legali.

Emenda  137

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkonkludu ftehim ta’ kooperazzjoni dwar l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi biss jekk l-informazzjoni żvelata hija suġġetta għall-garanziji tas-segretezza professjonali li jkunu mill-anqas ekwivalenti għal dawk ippreżentati fl-Artikolu 28. Dan l-iskambju ta' informazzjoni jrid ikun maħsub għat-twettiq tal-kompiti ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti.

Is-CESR jista’ jikkonkludi ftehim ta’ kooperazzjoni dwar l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi biss jekk l-informazzjoni żvelata tkun suġġetta għall-garanziji tas-segretezza professjonali li jkunu mill-anqas ekwivalenti għal dawk ippreżentati fl-Artikolu 28. Dan l-iskambju ta' informazzjoni jrid ikun maħsub għat-twettiq tal-kompiti ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti.

Emenda  138

Motion for a regulation

L-Artikolu 31 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -31

 

Ilmenti

 

Is-CESR għandu jiżgura li jiġu stipulati proċeduri li jippermettu lil min jagħmel il-ħruġ, lill-investituri u lil partijiet interessati oħra li jirreġistraw l-ilmenti dwar it-twettiq tar-rekwiżiti u l-kudizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament. L-ilmenti kollha jiġu trattati b'kura u kunfidenzjalità.

Ġustifikazzjoni

Minflok proċeduri ta' litigazzjoni bla bżonn, proċeduri ta' lmenti effettivi għandhom ikunu stimulati u stabbiliti. Is-CESR għandu jkun l-awtorità responsabbli biex ikun evitat l-arbitraġġ.

Emenda  139

Motion for a regulation

Artikolu 31 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -31a

 

Ftehim extra ġudizzjarju

 

1. L-Istati Membri għandhom iħeġġu t-twaqqif ta' proċeduri xierqa u effettivi ta' lmenti għall-ftehim extra gudizzjarju f'tilwimiet bejn l-aġenziji ta' klassifikazzjoni ta' kreditu u min jaħmel il-ħruġ, l-investituri u partijiet oħra interessati fejn xieraq dwar it-twettiq tar-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament.

 

2. L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-dawn il-korpi biex jikkoperaw fir-riżoluzzjoni ta' tilwimiet transkonfinali.

 

3. Is-CESR għandu jippromwovi konverġenza fil-proċeduri nazzjonali tal- ilmenti u l-kumpens.

Ġustifikazzjoni

Minflok proċeduri ta' litigazzjoni bla bżonn, proċeduri ta' lmenti effettivi għandhom ikunu stimulati u stabbiliti.

Emenda  140

Motion for a regulation

Artikolu 31 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw regoli fuq il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jkunu implimentati. Il-penali għandhom mill-inqas ikopru każijiet ta' mġieba professjonali ħażina ħafna u nuqqas ta' diliġenza xierqa. Il-penali pprovduti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u ddisswidi.

1. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw regoli fuq il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jkunu implimentati. Il-penali għandhom, mill-inqas, ikopru każijiet ta' mġiba professjonali ħażina ħafna u nuqqas ta' kura u attenzjoni xierqa fil-proċeduri ta' klassifikazzjoni. Il-penali pprovduti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Emenda  141

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafi 2 a, 2 b u 2 c (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-CESR għandu jippromwovi l-konverġenza fir-regoli nazzjonali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

2b. Kwalunkwe ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament m’għandux, fih innifsu, iwassal għad-dritt ta’ azzjoni għad-danni minn litigant terz.

 

2c. Il-paragrafu 2 m’għandux jeskludi ir-responsabilità ċivili tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu meta l-utent tal-klassifikazzjonijiet ikun ġarrab ħsara ekonomika li tkun kaġun ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Kull talba ċivili għal kumpens għal ħsara bħal din għandha ssir skont il-liġi nazzjonali applikabbli għar-responsabilità ċivili.

Ġustifikazzjoni

Is-CESR għandu jaħdem sabiex ikun hemm konverġenza fir-regoli applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament sabiex jiġi evitat l-arbitraġġ.

Emenda  142

Proposta għal regolament

Artikolu 31 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 31a

 

Responsabilità

 

Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa skema ta’ responsabilità li tkun kumparabbli għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u għall-awdituri.

Ġustifikazzjoni

Kif fil-każ tal-awdituri, għandu jkun possibbli li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jinżammu responsabbli u li jittelgħu il-qorti.

Emenda  143

Motion for a regulation

Artikolu 32 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista’ temenda l-Annessi sabiex tikkunsidra l-iżviluppi fuq is-swieq finanzjarji, b’mod partikolari dwar strumenti finanzjarji ġodda u dwar il-konverġenza tal-prattika superviżorja.

Il-Kummissjoni tista’ temenda l-Annessi sabiex tikkunsidra l-iżviluppi fuq is-swieq finanzjarji, inklużi l-iżviluppi internazzjonali, b’mod partikolari dwar strumenti finanzjarji ġodda u dwar il-konverġenza tal-prattika superviżorja.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jkun żgurat li jittieħed approċċ globali. Meta tirrevedi dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tqis l-iżviluppi fir-regolamentazzjoni internazzjonali.

Emenda  144

Proposta għal regolament

Artikolu 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluża valutazzjoni dwar kemm il-klassifikazzjoni tal-kreditu fil-Komunità huma affidabbli, u tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Sa...* il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluża valutazzjoni dwar kemm il-klassifikazzjoni tal-kreditu fil-Komunità huma affidabbli, u tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

 

* ĠU jżid id-data: sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda  145

Motion for a regulation

Artikolu 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li joperaw fil-Komunità qabel [id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa biex ikunu konformi ma’ dan ir-Regolament u għandhom jibagħtu applikazzjoni għar-reġistrazzjoni sa [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

1. L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li joperaw fil-Komunità qabel... * għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa biex ikunu konformi ma’ dan ir-Regolament u għandhom jibagħtu applikazzjoni għar-reġistrazzjoni sa ... **.

 

 

 

 

L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu riferuti fl-ewwel sottoparagrafu għandhom jieqfu joħorġu klassifikazzjonijiet tal-kreditu jekk ir-reġistrazzjoni tkun rifjutata.

2. L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu msemmija fl-ewwel paragrafu jistgħu jkomplu joħorġu klassifikazzjonijiet ta' kreditu għall-iskopijiet tal-Artikolu 2(1). Dawk il-klassifikazzjonijiet ta' kreditu jistgħu jintużaw għal skopijiet ta' regolazzjoni mill-istituzzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 4(1) sakemm ir-reġistrazzjoni tkun miċħuda.

Is-CESR għandu jkompli jkun ta' gwida rigward l-effett fuq klassifikazzjonijiet eżistenti u fuq kwalunkwe miżuri tranżizzjonali oħra li jkunu meħtieġa.

 

Fil-każ li r-reġistrazzjoni tinċaħad, il-klassifikazzjonijiet ta' kreditu maħruġa minn dik l-aġenzija tal-klassifikazzjoni ta' kreditu jistgħu jibqgħu validi, iżda dawn m’għandhomx jibqgħu jintużaw skont it-termini ta’ dan ir-Regolament.

 

* ĠU jżid id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

 

* ĠU jżid id-data: sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda  146

Proposta għal regolament

Artikolu 35 a u Artikolu 35 b (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 35 a

Rapport tal-Kummissjoni

 

Mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2010, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament, lill-Kunsill u lil istituzzjonijiet oħra kkonċernati rapport dwar aktar riforma tar-reġim superviżorju skont dan ir-Regolament u kull proposta leġiżlattiva xierqa, skont il-proċedura applikabbli skont it-Trattat.

 

Artikolu 35 b

 

Żviluppi internazzjonali

 

Meta tipproponi l-emendi għal dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tqis l-iżviluppi internazzjonali.

 

 

Ġustifikazzjoni

Din il-klawżola għandha l-għan li tiżgura li r-regolament attwali jiġi rivedut fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-grupp de Larosière.

Emenda  147

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima A – punt 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha jkollha bord amministrattiv jew superviżorju li jkun responsabbli li jiżgura:

1. L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew il-gruppi ta’ aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jkollhom arranġamenti ta' tmexxija korporattiva soda. Meta jiġu biex jadottaw l-arranġamenti tat-tmexxija korporattiva tagħhom, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew il-grupp ta’ aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jikkunsidraw il-ħtieġa li jiżguraw li jagħtu klassifikazzjonijiet li jkunu indipendenti, oġġettivi u ta' kwalità għolja.

 

L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew il-gruppi ta' aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jkollhom bord amministrattiv jew superviżorju li jkun responsabbli biex jiżgura:

Ġustifikazzjoni

M'hemmx ħtieġa li jkun hemm numru ta' bords għall-grupp wieħed ta' aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Emenda  148

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima A – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tkun organizzata b’mod li tiżgura li l-interess tan-negozju tal-kumpanija ma jfixkilx l-indipendenza u l-preċiżjoni tal-proċess tal-klassifikazzjonijiet.

2. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tkun organizzata b’mod li tiżgura li l-interess tan-negozju tal-kumpanija ma jfixkilx l-indipendenza u l-preċiżjoni tal-proċess tal-klassifikazzjonijiet.

Il-maniġment għoli, kif definit fl-Artikolu 2(9) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE(1) ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jkun ta’ reputazzjoni tajba u bil-ħila u esperjenza biżżejjed, u għandu jiżgura l-maniġment sew u prudenti tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

 

Il-maniġment ta' livell għoli ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li jeżerċita r-responsabilità biex imexxi n-negozju tiegħu għandu jkun ta’ reputazzjoni tajba u bil-ħila u esperjenza biżżejjed, u għandu jiżgura l-maniġment sew u prudenti tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Il-bord amministrattiv jew superviżorju ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jinkludi mill-anqas tliet membri mhux eżekuttivi li għandhom ikunu indipendenti. Ir-remunerazzjoni tal-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju m’għandhiex tkun konnessa mal-prestazzjoni tan-negozju tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u għandha tkun irranġata biex tiżgura l-indipendenza tal-ġudizzju tagħhom. t-terminu tal-mandat tal-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju għandu jkun ta' perijodu fiss maqbul minn qabel li ma jeċċedix ħames snin u m'għandux ikun soġġett għal tiġdid. It-tneħħija tal-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju għandha ssir biss f'każ ta' mġiba ħażina jew rendiment professjonali insuffiċjenti..

Il-bord amministrattiv jew superviżorju ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jinkludi mill-anqas tliet membri mhux eżekuttivi li għandhom ikunu indipendenti. Il-bord amministrattiv jew superviżorju għandu jistabbilixxi funzjoni ta’ konformità li għandha taħdem b’mod indipendenti. L-għan tal-funzjoni tal-konformità għandu jkun li tissorvelja u tirraporta dwar il-konformità xierqa tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u tal-impjegati tagħha ma’ dan ir-Regolament u dwar il-politiki u l-proċeduri tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Il-maġġoranza tal-membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju, inklużi l-membri indipendenti, għandhom ikollhom -kompetenza biżżejjed fis-servizzi finanzjarji. Mill-anqas membri indipendenti wieħed ta’ dan il-bord għandu jkollu tagħrif fil-fond u esperjenza fuq livell għoli tal-swieq tal-kreditu strutturati u tat-titoli.

 

Bl-addizzjoni tar-responsabbiltà kollha tal-bord, il-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju għandhom ikollhom il-kompitu speċifiku tal-monitoraġġ tal-iżvilupp tal-politika tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, l-effettività tas-sistema tal-kontroll tal-kwalità interna tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq il-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li tiżgura li m’hemm l-ebda konflitti ta’ interess u l-konformita u l-proċessi tar-regolazzjoni inkluża l-effiċjenza tal-funzjoni tar-reviżjoni riferuta fil-punt 7 ta’ din it-Taqsima. L-opinjonijiet tad-diretturi indipendenti maħruġa fuq dawn il-kwistjonijiet għandhom ikunu ppreżentati lill-bord perjodikament u magħmula disponibbli għall-awtorità kompetenti, meta din tal-aħħar titlobhom.

Barra minn dan, il-funzjoni ta’ konformità għandu jkollha l-kompitu speċifiku tal-monitoraġġ fuq l-iżvilupp tal-politika tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, l-effettività tas-sistema tal-kontroll tal-kwalità interna tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq il-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu biex tiżgura li ma jkun hemm ebda konflitti ta’ interess u l-konformità u l-proċessi tar-regolazzjoni, inkluża l-effiċjenza tal-funzjoni tar-reviżjoni msemmija fil-punt 7 ta’ din it-Taqsima. L-opinjonijiet tal-funzjoni ta’ konformità maħruġa fuq dawn il-kwistjonijiet għandhom ikunu ppreżentati lill-bord perjodikament u magħmula disponibbli għall-awtorità kompetenti, meta din tal-aħħar titlobhom. Il-funzjoni ta’ konformità tista' ssir minn diretturi mhux eżekuttivi.

 

Ir-rinumerazzjoni tal-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju jew tal-persuni involuti fil-funzjoni ta’ konformità m’għandhiex ikollha rabta mal-prestazzjoni kummerċjali tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u għandha tkun irranġata b’tali mod li tiżgura l-indipendenza tal-ġudizzju tagħhom. It-terminu tal-mandat tal-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju jew tal-persuni involuti fil-funzjoni ta’ konformità għandu jkun għal perjodu fiss miftiehem minn qabel li ma jaqbiżx is-seba' snin u għandu jkun jista’ jerġa’ jiġġedded darba biss. It-tneħħija tal-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju u tal-persuni involuti fil-funzjoni ta’ konformità għandha ssir biss f'każ ta' mġiba ħażina jew prestazzjoni professjonali insuffiċjenti.

 

Il-maġġoranza tal-membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju, inklużi l-persuni kollha involuti fil-funzjoni ta' konformità, għandu jkollhom kompetenza biżżejjed fis-servizzi finanzjarji. Mill-anqas membru indipendenti wieħed ta’ dan il-bord u l-persuni kollha involuti fil-funzjoni ta' konformità għandu jkollu għarfien fil-fond u, fejn ikun meħtieġ, esperjenza fuq livell għoli tal-swieq tal-kreditu strutturati u tat-titoli.

 

 

Emenda  149

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima A – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tistabbilixxi arranġamenti tal-organizzazzjoni u amministrattivi biex tidentifika, tippreveni u titratta konflitti ta’ interess riferuta fl-1 punt tat-Taqsima B. Għandha żżomm rekord tat-theddid sinifikanti kollha għall-indipendenza tagħha u dik tal-impjegati involuti fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu kif ukoll is-salvagwardji applikati għall-mitigazzjoni ta' dak it-theddid.

5. Kull aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tistabbilixxi arranġamenti organizzazzjonali u amministrattivi adegwati u effettivi biex tidentifika, tippreveni, titratta, tirreġistra u tiżvela l-konflitti ta’ interess imsemmija fil-punt 1 tat-Taqsima B. It-theddid sinifikanti kollu għall-indipendenza tagħha u għall-impjegati involuti fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu kif ukoll is-salvagwardji applikati għall-mitigazzjoni ta' dak it-theddid għandu jkun irreġistrat.

Emenda  150

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima A – punt 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tistabbilixxi funzjoni tar-reviżjoni responsabbli biex tirrevedi perjodikament il-metodoloġiji, mudelli u bidliet sinifikanti għall-metodoloġiji u l-mudelli li tuża, kif ukoll kemm huma tajbin dawk il-metodoloġiji u l-mudelli għall-valutazzjoni ta’ strumenti finanzjarji ġodda.

7. Kull aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tistabbilixxi funzjoni tar-reviżjoni indipendenti li tkun responsabbli biex tirrevedi perjodikament il-metodoloġiji, il-mudelli u s-suppożizzjonijiet matematiċi, ta' korrelazzjoni u oħrajn ewlenin u kwalunkwe bidla jew modifika sinifikanti li ssirilhom, kif ukoll l-adegwatezza ta’ dawk il-metodoloġiji, il-mudelli u s-suppożizzjonijiet f'każ li jintużaw jew li jkun propost li jintużaw għall-evalwazzjoni ta’ strumenti finanzjarji ġodda.

Emenda  151

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima B – punt 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jifirdu l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-klassifikazzjoni oriġinali mill-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-evalwazzjoni u taż-żieda jew tat-tnaqqis possibbli fil-klassifikazzjoni oriġinali tal-prodotti finanzjarji strutturati. L-analisti responsabbli mill-klassifikazzjoni oriġinali m'għandhomx ikun responsabbli wkoll mill-monitoraġġ tal-klassifikazzjoni.

Emenda  152

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima B – punt 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu m'għandhiex toħroġ klassifikazzjoni tal-kreditu jew tirtira klassifikazzjoni tal-kreditu eżistenti fil-każijiet li ġejjin:

3. L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu m'għandhomx joħorġu klassifikazzjoni tal-kreditu jew għandhom, jiżvelaw minnufih ir-releazzjoni tagħhom jew ir-relazzjoni tal-impjegati tagħhom mal-entità kklassifikata li taffettwa tali klassifikazzjoni eżistenti tal-kreditu meta:

Emenda  153

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima B – punt 3 – punt c a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) analist li pparteċipa biex issir klassifikazzjoni tal-kreditu, jew persuna li tapprova l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, li reċentement tkun ġiet impjegata jew li kellha xi rabta kummerċjali sinifikanti mal-entità kklassifikata, li tista' toħloq jew tista' tidher li toħloq konflitt ta' interess;

Ġustifikazzjoni

Għandha tiġi żgurata konsistenza mal-kodiċi tal-IOSCO.

Emenda  154

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima B – punt 3 – punt c b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cb) klassifikazzjoni tal-kreditu mhix ibbażata fuq data suffiċjenti u affidabbli jew l-informazzjoni disponibbli mhix suffiċjenti biex tingħata klassifikazzjoni tal-kreditu affidabbli;

Emenda  155

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima B – punt 3 – punt c c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cc) analist li pparteċipa biex issir klassifikazzjoni tal-kreditu, jew persuna li tkun approvat il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, li kellha xi rabta mal-entità kklassifikata jew ma' kwalunkwe entità relatata magħha, li tista' toħloq jew tista' tidher li toħloq konflitt ta' interess;

Ġustifikazzjoni

Għandha tiġi żgurata konsistenza mal-kodiċi tal-IOSCO.

Emenda  156

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima B – punt 3 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta klassifikazzjoni tal-kreditu diġà tkun teżisti, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha immedjatament tanalizza jew, fejn ikun il-każ, tirrevedi l-klassifikazzjoni tal-kreditu eżistenti bi qbil mal-punt 1.

Ġustifikazzjoni

L-irtirar ta' klassifikazzjonijiet eżistenti mhijiex reazzjoni adegwata u tista' fl-aħħar mill-aħħar tagħmel ħsara lill-investituri. Fejn ikun hemm dubju dwar il-kwalità tal-informazzjoni li tappoġġja l-klassifikazzjoni attwali jew il-kumplessità tal-istrument finanzjarju l-iżvelar xieraq u evalwazzjoni tal-klassifikazzjoni tkun reazzjoni aktar adatta.

Emenda  157

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima B – punt 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tista’ tipprovdi servizzi minbarra l-ħruġ ta’ rati tal-kreditu, minn issa ’l quddiem "servizzi anċillari". Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tistabbilixxi x’tikkunsidra bħala servizzi anċillari. Għandha tiżgura li l-provvista ta’ servizzi anċillari ma jippreżentawx konflitti ta' interess mal-attività tagħha tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jistgħu jipprovdu servizzi oħrajn apparti l-ħruġ ta’ rati tal-kreditu, minn issa ’l quddiem "servizzi anċillari". Tali servizzi anċillari m’għandhomx jitqiesu bħala klassifikazzjonijiet, imma minflok dan, fost oħrajn, tbassir tas-suq u stimi ta' xejriet ekonomiċi, li għalihom ir-riżultati ta' klassifikazzjonijiet preċedenti jistgħu biss ikunu użati sakemm ikunu konformi mal-kunfidenzjalità u mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data. L-Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżgura li l-provvista ta’ servizzi anċillari ma tippreżentax konflitti ta' interess mal-attività tagħha tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u għandha tiżvela, fir-rapporti finali tal-klassifikazzjoni, kwalunkwe servizz anċillari pprovdut għall-kumpanija.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tkun evitata l-inċertezza u tkun żgurata l-fiduċja tal-partijiet interessati, jeħtieġ ikun definit it-terminu servizzi anċillari. Dan jagħmel l-affarijiet aktar ċari għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Emenda  158

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima B – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha żżomm rekords u sekwenzi tal-verifika tal-attivitajiet kollha tagħha, inklużi rekords ta’ ftehim bejn l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-entità kklassifikata jew parti terza relatata u l-elementi sinifikanti kollha tad-djalogu mal-entità kklassifikata u l-partijiet terzi relatati tagħha, kif ukoll rekords dwar l-obbligi ppreżentati fl-Artikolu 5, 6, u 7.

7. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jieħu ħsieb li jinżammu rekords adegwati tal-attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tagħha. Dawk ir-rekords għandhom jinkludu:

 

(a) għal kull deċiżjoni tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, l-identità tal-analist tal-kreditu li qed jipparteċipa biex issir il-klassifikazzjoni tal-kreditu, l-identità tal-persuni li approvaw il-klassifikazzjoni tal-kreditu, dettalji dwar jekk il-klassifikazzjoni tal-kreditu kinitx mitluba jew le u d-data li fiha saret il-klassifikazzjoni tal-kreditu;

 

(b) ir-reġistru tar-rekords dwar miżati li jirċievu dawk li joħorġu l-kreditu, id-debituri, is-sottoskritturi jew xi utent ieħor tal-klassifikazzjonijiet;

 

(c) Ir-reġistru tar-rekords dwar kull abbonat għall-klassifikazzjoni tal-kreditu jew ta' servizzi relatati;

 

(d) Ir-reġistru li jiddokumenta l-proċeduri u l-metodoloġiji stabbiliti użati mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu biex ikunu determinati l-klassifikazzjonijiet;

 

(e) ir-registri interni u l-fajls, inklużi informazzjoni mhux pubblika u dokumenti ta' ħidma, użati bħala l-bażi ta' kull deċiżjoni li ttieħdet għall-klassifikazzjoni tal-kreditu;

 

(f) rapporti ta' analiżi ta' kreditu, rapporti ta' valutazzjoni tal-kreditu u rapporti privati ta' klassifikazzjoni tal-kreditu u reġistri interni, inklużi informazzjoni li mhix pubblika u dokumenti ta' ħidma, użati bħala l-bażi tal-opinjonijiet espressi f'dawn ir-rapporti;

 

(g) reġistri tal-proċeduri li tkun għamlet l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu biex tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament; u

 

(h) kopji tal-komunikazzjonijiet interni u esterni, inklużi komunikazzjonijiet elettroniċi, li l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew l-impjegati tagħha irċevew u bagħtu, fir-rigward tal-bidu, id-determinazzjoni, iż-żamma, il-bdil jew l-irtirar tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Ġustifikazzjoni

L-obbligu taż-żamma tar-reġistru skont it-test attwali hi wisq vaga u wiesgħa (pereżempju, ir-referenza għall-"attività" kollha potenzjalment tinkludi l-aspetti kollha tan-negozju u l-operazzjonijiet tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu). Minflok għandu jkun hemm dispożizzjonijiet aktar speċifiċi u dettaljati li jagħmluha aktar ċara x'tipi ta' reġistri għandhom jinżammu. Dan huwa konsistenti ma' leġiżlazzjoni finanzjarja oħra Komunitarja.

Emenda  159

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima C – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Impjegat direttament involut fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu m’għandux jitlob jew jaċċetta flus, rigali jew favur minn xi ħadd li miegħu l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tagħmel in-negozju.

4. Impjegat jew xi persuna oħra li tkun direttament involuta fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu m’għandux jitlob jew jaċċetta flus, rigali jew favur minn xi ħadd li miegħu l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tagħmel in-negozju.

Ġustifikazzjoni

Il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni għandu jkun imwessa'

Emenda  160

Proposta għal regolament

Anness I - Taqsima D - parti I - punt 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżgura li kull klassifikazzjoni tal-kreditu tiddikjara b’mod ċar u prominenti kull attribut u limitazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. B’mod partikolari, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiddikjara b’mod prominenti f’kull klassifikazzjoni tal-kreditu jekk tikkunsidrax sodisfaċenti l-kwalità ta’ informazzjoni disponibbli dwar l-aġenzija kklassifikata u sa fejn ivverifikat l-informazzjoni pprovduta lilha mill-aġenzija kklassifikata jew il-parti terza relatata tagħha. Jekk klassifikazzjoni tal-kreditu tinvolvi tip ta’ entità jew strument finanzjarju li dwaru d-dejta storika hija limitata, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha turi biċ-ċar, f’post prominenti, il-limitazzjoni tar-klassifikazzjoni tal-kreditu.

3. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżgura li kull klassifikazzjoni tal-kreditu tiddikjara b’mod ċar u prominenti kull attribut u limitazzjoni ta’ kull klassifikazzjonijiet tal-kreditu. B’mod partikolari, kull aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tadotta miżuri xierqa sabiex l-informazzjoni li tuża biex tagħti klassifikazjzoni hi ta' kwalità tajba biżżejjed biex tappoġġja klassifikazzjoni kredibbli. Jekk klassifikazzjoni tal-kreditu tinvolvi tip ta’ entità jew strument finanzjarju li dwaru d-data storika tkun limitata, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha turi biċ-ċar, f’post prominenti, il-limitazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni fil-forma attwali tagħha tkun diffiċli biex tiġi implimentata fil-prattika. L-obbligu tal-verifika tad-data għandu jibqa' mal-entitajiet li għandhom kuntatt dirett mal-informazzjoni u l-kompetenza meħtieġa li jivverifikawha, ukoll permezz ta' awdituri terzi.

Emenda  161

Proposta għal regolament

Anness I - Taqsima D - parti I - punt 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ ta' nuqqas ta' dejta affidabbli jew tal-kumplessà tal-istruttura ta' tip ġdid ta' strument jew li l-kwalità tal-informazzjoni disponibbli ma tkunx sodisfaċenti jew tqajjem dubji serji dwar jekk aġenzija tal-klassifikazzjoni tistax tipprovdi klassifikazzjoni ta' kreditu affidabbli, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha toqgħdolura milli toħroġ klassifikazzjoni ta' kreditu jew inkella tikkanċella klassifikazzjoni eżistenti.

Fil-każ ta' nuqqas ta' data affidabbli jew tal-kumplessà tal-istruttura ta' tip ġdid ta' strument jew li l-kwalità tal-informazzjoni disponibbli ma tkunx sodisfaċenti jew tqajjem dubji serji dwar jekk aġenzija tal-klassifikazzjoni tistax tipprovdi klassifikazzjoni ta' kreditu affidabbli, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha toqgħod lura milli toħroġ klassifikazzjoni ta' kreditu.

Ġustifikazzjoni

L-irtirar ta' klassifikazzjonijiet eżistenti mhijiex reazzjoni adegwata u tista' fl-aħħar mill-aħħar tagħmel ħsara lill-investituri. Fejn ikun hemm dubju dwar il-kwalità tal-informazzjoni li tappoġġja l-klassifikazzjoni attwali jew il-kumplessità tal-istrument finanzjarju l-iżvelar xieraq u evalwazzjoni tal-klassifikazzjoni tkun reazzjoni aktar adatta.

Emenda  162

Proposta għal regolament

Anness I - Taqsima D - parti I - punt 3 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tagħmel differenza bejn il-klassifikazzjonijiet tal-prodotti ta' finanzi strutturati u l-klassifikazzjonijiet ta' bond tradizzjonali. Kull aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għanda tindika wkoll meta tikklassifika prodott għall-ewwel darba u meta tikklassifika prodott li jkun inħoloq għall-ewwel darba.

Emenda  163

Proposta għal regolament

Anness I - Taqsima D - parti I - punt 3 – paragrafu 2 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kwalunkwe bidla fil-kwalità tal-informazzjoni disponibbli għall-monitoraġġ tal-klassifikazzjoni tal-kreditu eżistenti għandha ssir pubblika u l-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tkun analizzata u, fejn ikun il-każ, riveduta.

Ġustifikazzjoni

L-irtirar ta' klassifikazzjonijiet eżistenti mhijiex reazzjoni adegwata u tista' fl-aħħar mill-aħħar tagħmel ħsara lill-investituri. Fejn ikun hemm dubju dwar il-kwalità tal-informazzjoni li tappoġġja l-klassifikazzjoni attwali jew il-kumplessità tal-istrument finanzjarju l-iżvelar xieraq u evalwazzjoni tal-klassifikazzjoni tkun reazzjoni aktar adatta.

Emenda  164

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima D – parti II – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tagħti klassifikazzjoni lil strument finanzjarju strutturat, għandha tipprovdi fir-klassifikazzjoni tal-kreditu informazzjoni dwar it-telf u analiżi tal-fluss tal-flus li wettqet.

1. Meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tagħti klassifikazzjoni lil strument finanzjarju strutturat, għandha tipprovdi fil-klassifikazzjoni tal-kreditu l-informazzjoni kollha dwar it-telf u analiżi tal-fluss tal-flus li tkun wettqet jew li tkun qed isserraħ fuqha kif ukoll indikazzjoni ta’ kwalunkwe bidla mistennija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (indikatur tal-istabilità tal-kreditu).

Emenda  165

Proposta għal regolament

Anness I - Taqsima E - parti I - punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Metodoloġiji, mudelli u suppożizzjonijiet tal-klassifikazzjonijiet ewlenin kif ukoll bidliet materjali fihom;

5. Metodoloġiji, u deskrizzjonijiet tal-mudelli u suppożizzjonijiet matematiċi, ta' korrelazzjoni u suppożizzjonijiet oħra ewlenin kif ukoll bidliet materjali fihom;

Emenda  166

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima E – parti II – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fuq bażi ta’ kull sena l-informazzjoni li ġejja:

imħassar

a) lista tal-akbar 20 klijent tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu bħala dħul;

 

b) lista ta’ dawk il-klijenti tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li l-konribuzzjoni tagħhom għar-klassifikazzjoni tat-tkabbir fid-dħul tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fis-sena finanzjarja ta’ qabel qabżet ir-klassifikazzjoni tat-tkabbir fid-dħul totali tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu f’dik is-sena b’fattur ta’ aktar 1.5 darba; kull tali klijent ikun inkluż f'din il-lista biss jekk f'dik is-sena akkonta għal aktar minn 0.25 % tad-dħul dinji totali tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq livell globali.

 

Għall-iskopijiet tal-ewwel sottoparagrafu tat-2 punt "klijent" ifisser kumpanija, is-sussidjarji tagħha, u kumpaniji assoċjati li fihom il-kumpanija għandha aktar minn 20 %, kif ukoll kull entità oħra li dwarha nnegozjat l-istruttura tal-ħruġ tas-self f’isem klijent u fejn sari l-ħlas, direttament jew indirettament, lill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għall-għoti ta' klassifikazzjoni għal dak il-ħruġ tas-self.

 

Emenda  167

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. isem u dettalji tal-kuntatt tal-persuni tal-kuntatt;

2. isem u dettalji tal-kuntatt tal-uffiċjal tal-konformità kif definit fl-Anness I;

(1)

              ĠU L 241, 2.9.2006, p.26.


NOTA SPJEGATTIVA

It-tfassil ta' regolament dwar l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu huwa neċessarju minħabba n-nuqqasijiet u l-fallimenti li jinstabu fil-ħruġ u l-immonitorjar tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Huwa ċar li dawn in-nuqqasijiet u l-fallimenti kkontribwew għall-kriżi finanzjarja dinjija attwali.

Jidher ċar li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, li fil-fatt jinsabu f'sitwazzjoni ta' oligopolija, ma tawx biżżejjed importanza lir-riskju tal-kreditu inerenti partikolarment tal-prodotti ta' kreditu strutturati u ma adattawx il-klassifikazzjonijiet tagħhom fil-waqt tal-kriżi tas-suq.

Ir-raġunijiet għal dawn il-fallimenti, li l-konsegwenzi tagħhom huma kbar, huma ċertament varji: mudelli mhux adegwati, laxkezza, kunflitti ta' interessi, kwalifiki tal-analisti, metodu tal-governanza, nuqqas ta' monitoraġġ reali tal-kwalità tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

Safrattant, fil-prattika, minkejja l-argumenti li jippruvaw joħorġu bihom l-aġenziji ewlenin, il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa mhumiex meqjusa mill-professjonisti u l-investituri tal-finanzi bħala sempliċi opinjonijiet maħsuba biex jinfurmawhom iżda bħala referenzi serji u uniċi li għal dawn in-nies huma l-element essenzjali għad-deċiżjonijiet biex jinvestu.

Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandhom funzjoni regolatorja, rikonoxxuta mit-testi tal-Komunità applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-kreditu, tal-assikurazzjoni,…

F'dawn il-kundizzjonijiet, huwa opportun u ġġustifikat li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jkunu soġġetti għal regolazzjoni stretta u jieqfu jkunu sempliċiment kodiċi ta' kondotta.

Anki qabel il-kriżi, il-Parlament kien xtaq li l-attività tal-aġenziji tal-klassifkazzjoni tal-kreditu tkun ikkontrollata aħjar. Il-proposta tal-Kummissjoni hija għalhekk milqugħa.

Fil-kuntest tar-regolamentazzjoni, hija globalment sodisfaċenti.

Imma hija dehret insuffiċjenti għal punt essenzjali: l-għażla tal-metodu ta' reġistrazzjoni u superviżjoni.

Il-proposta tal-Kummissjoni, li għaliha nistgħu nifhmu r-raġunijiet fuq livell istituzzjonali, tissuġġerixxi proċedura kkumplikata għar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni.

Ir-rapporteur tagħkom jiddubita l-effikaċja reali fir-rigward tal-objettivi mfittxija.

Huwa importanti li wieħed ma jinsiex il-fatt li r-raġuni ta' din ir-regolamentazzjoni hija l-kriżi finanzjarja gravi li qed ngħaddu minnha. Din il-kriżi turi li s-superviżjoni u r-regolazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji mhux dejjem kienu effikaċi daqskemm hu mixtieq.

Illum il-ġurnata, sar il-ħin li nisiltu l-lezzjonijiet mill-esperjenza, inkluż fl-oqsma li fil-preżent mhumiex irregolati.

Fir-rigward tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, huwa importanti li jiġi żgurat li, safejn hu possibbli, ir-regolamentazzjoni jkollha l-effetti pożittivi li huma mistennija.

Ma jistax jiġi nnegat li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu huma numerużi, li għandhom qasam ta' attività globali u li l-uffiċċji prinċipali tagħhom jinsabu fil-parti l-kbira barra mill-Komunità.

Din tqajjem mistoqsijiet varji, l-ewwel u qabel kollox dik tal-effikaċja ta' regolamentazzjoni strettament Ewropea. Huwa ċar li għandha ssir u tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi biex jinbena pedament regolatorju armonizzat.

Ir-regolamentazzjoni Ewropea għandha tiċċentralizza r-responsabilità għar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni, filwaqt li fl-istess ħin tistabbilixxi kooperazzjoni tajba bejn ir-regolatur Ewropew u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. B'konsegwenza, ir-rapporteur tagħkom jipproponi li jagħmel lis-CESR il-pern tal-implimentazzjoni tar-regolament.

Għall-bqija, ir-regolament għandu bżonn jiddefinixxi b'mod ċar l-obbligi differenti tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu biex jiggarantixxi l-indipendenza tagħhom, it-trasparenza tagħhom, il-governanza tajba tagħhom u l-prevenzjoni u t-trattament tal-kunflitti tal-interess. Dawn il-punti differenti huma ttrattati b'mod globali u sodisfaċenti fil-proposta tar-regolament.

Madankollu hemm żewġ mistoqsijiet li ħaqqhom attenzjoni partikolari.

Jekk wieħed iżomm f'moħħu l-importanza tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, jidher mixtieq li r-regolament ma jiġix limitat għal raġunijiet regolatorji u għat-tfassil ta' regoli ġenerali fir-rigward tal-ħruġ kollu tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu bl-eċċezzjoni tal-eċċezzjonijiet espliċiti mniżżla f'dan ir-regolament.

Madankollu, il-prinċipju li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li jiġu ppubblikati u li jkunu jistgħu jintużaw fil-Komunità jridu tabilħaqq jitfasslu mill-aġenziji b'bażi legali fil-Komunità u b'konsegwenza soġġetti għar-regolament Ewropew, huwa tajjeb.

Madankollu, hemm bżonn inkunu realistiċi.

L-aġenziji stabbiliti fil-Komunità u soġġetti għar-regolament Ewropew mhumiex neċessarjament l-iktar mgħammra biex joħorġu l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu dwar entitajiet jew dwar krediti jew strumenti finanzjarji f'pajjiżi terzi.

Sakemm ikun hemm regoli globali armonizzati, huwa xieraq li wieħed jiftakar li l-klassifikazzjonijiet maħruġa mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mhux soġġetti għar-regolament Ewropew huma utli sakemm dawn il-klassifikazzjonijiet ikunu kkonfermati u meqjusa minn aġenzija bbażata fl-Unjoni Ewropea, b'tali mod li din tieħu r-responsabilità u tiċċertifika li l-aġenzija li tkun ħarġet il-klassifikazzjoni tkun marbuta minn regolament eżistenti li jkun ekwivalenti għal dak li jeżisti fil-Komunità.

Fl-aħħar, jidher mument xieraq li titħeġġeġ il-kompetizzjoni sikura fil-qasam tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu billi jiġi ppreferut it-twaqqif ta' aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li jkollhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom fl-Ewropa. Għal dan il-għan, jista' jiġi speċifikat li l-Istati Membri jridu jħeġġu l-entitajiet ikklassifikati biex jitolbu għal parti mill-klassifikazzjoni li trid tinġabar minn aġenziji li jkollhom l-uffiċċji prinċipali fil-Komunità.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (10.3.2009)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu

(COM(2008)0704 – C6‑0397/2008 – 2008/0217(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Sharon Bowles

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li tistabbilixxi reġim tar-reġistrazzjoni u tas-sorveljanza li jorbot legalment għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li joħorġu l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħsuba primarjament għall-użu għal skopijiet regolatorji minn istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti tal-investiment, impriżi tal-assigurazzjoni, tal-assigurazzjoni tal-ħajja u tar-riassigurazzjoni, skemi ta’ investiment kollettiv u fondi tal-pensjoni. L-objettiv ewlieni tal-proposta huwa li jiġi żgurat li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu użati fil-Komunità jkunu indipendenti, oġġettivi u tal-ogħla kwalità.

Ir-rapporteur għal opinjoni tqajjem dawn il-punti ewlenin li ġejjin fir-rigward tal-qasam tal-kompetenzi tas-soltu tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali:

Huwa xieraq li l-proposta tkun ibbażata fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea kif inhu propost, jew għandha tkun ibbażata fuq l-Artikolu 47(2) tiegħu?

L-Artikolu 95 jikkonċerna l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern.

L-Artikolu 47(2) tat-Trattat, li jagħmel parti mill-Kapitolu 2 dwar il-Libertà tal-Istabbiliment, jirrigwarda 'Il-moviment liberu tal-persuni, servizzi u kapital' u l-miżuri ta' armonizzazzjoni kollha għas-servizzi finanzjarji fl-Unjoni Ewropea s'issa ġew adottati fuq il-bażi legali tal-Artikolu 47(2). Dan huwa l-każ b'mod partikolari għall-istituzzjonijiet tal-kreditu (Direttiva 2006/48/KE), id-ditti tal-investiment (Direttiva 2004/39/KE), l-impriżi tal-assigurazzjoni (Direttiva 2002/83), l-impriżi tar-riassigurazzjoni (Direttiva 2005/68/KE), l-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS - qed tiġi mfassla mill-ġdid), l-istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali (Direttiva 2003/41/KE).

Għal raġunijiet ta' konsistenza, l-objettiv tal-proposta attwali, biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li bihom l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jistgħu jiġu stabbiliti u joperaw fl-Unjoni Ewropea, jidher li jkun inkluż ukoll fl-ambitu tal-Artikolu 47(2).

Il-proposta għandha tkun fil-forma ta' Regolament jew Direttiva?

Wieħed jifhem ir-raġunijiet għalfejn kien preferut Regolament minflok Direttiva fil-kuntest u fl-ambjent finanzjarju attwali, u sabiex tintlaħaq implimentazzjoni konsistenti u rapida. Madankollu l-Artikolu 47(2) jistipula li l-koordinazzjoni rigward l-aċċess għall-attivitajiet jew il-professjonijiet stipulati u l-eżerċizzju tagħhom għandha ssir biss permezz ta' Direttivi, u teskludi l-użu tar-Regolamenti.

Jekk hu meqjus li l-argumenti favur l-użu ta' Regolament f'dan il-każ partikolari huma validi, u għaldaqstant jinżamm l-Artikolu 95 bħala l-bażi legali, għandhom jiġu kkunsidrati l-implikazzjonijiet ta' dan.

Kriterji ta' Tmexxija

Fil-kriterji tat-tmexxija fit-Taqsima A tal-Anness hu propost li diretturi mhux eżekuttivi jwettqu ċerti responsabilitajiet maħsuba biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-klassifikazzjonijiet. Dan l-irwol essenzjalment hu maħsub biex jiġu mħarsa l-partijiet esterni: l-investituri u s-swieq. Mhux ċar jekk dan hux fiċ-ċirkostanzi kollha funzjoni xierqa għal direttur mhux eżekuttiv li jirrappreżenta wkoll lill-azzjonisti. F'xi Stati Membri jista' jkun possibbli għal diretturi mhux eżekuttivi li jkollhom funzjoni bħal din, iżda m'hemmx bżonn li wieħed ikun daqstant preskrittiv, u r-rapporteur tipproponi li l-bord amministrattiv jew superviżorju jkun suġġett għal persuni li jwettqu funzjoni ta' monitoraġġ indipendenti. Dawn jistgħu jkunu diretturi mhux eżekuttivi jekk ikun xieraq li jsir hekk. Għal grupp ta' aġenziji ta' klassifikazzjoni m'hemmx bżonn ta' duplikazzjoni, u l-funzjoni tista' tkun għall-grupp sħiħ.

Ir-responsabilità ċivili

Il-proposta attwali tissuġġerixxi li r-regolament se jiffaċilita l-litigazzjoni. Ir-rapporteur tqis li m'hemmx għalfejn jiġu estiżi r-responsabilitajiet ċivili attwalment disponibbli fl-Istati Membri li b'mod ġenerali diġà jkopru każijiet ta' negliġenza kbira u mġiba ħażina. Fil-fatt ikun perikoluż li tiġi inkoraġġita, jew iffaċilitata, litigazzjoni li tista' tinfluwenza d-deċiżjonijiet tal-klassifikazzjoni u tagħti lok għall-possibilità ta' rikatti u ddgħajjef dik l-indipendenza stess hu maħsub li tiġi żgurata u miżmuma. Qed tiġi mħeġġa l-attenzjoni f'dan il-qasam u qed jiġu proposti emendi biex jiġi ċċarat li m'hemm l-ebda ħsieb li jiġi estiż ir-reġim attwali tar-responsabilità.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Relazzjonijiet fit-tul bl-entitajiet bl-istess klassifikazzjoni jew partijiet terzi relatati magħhom jistgħu jikkompromettu l-indipendenza ta’ analisti u persuni li japprovaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Għalhekk dawk l-analisti u persuni għandhom ikunu suġġetti għal mekkaniżmu tar-rotazzjoni.

(13) Relazzjonijiet fit-tul bl-entitajiet bl-istess klassifikazzjoni jew partijiet terzi relatati magħhom jistgħu jikkompromettu l-indipendenza ta’ analisti li huma f'kuntatt dirett mal-persuni li japprovaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Għalhekk dawk l-analisti għandhom ikunu suġġetti għal mekkaniżmu mandatorju tar-rotazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-konflitt ta'interess għall-analisti li huma f'kuntatt frekwenti mal-persuni li japprovaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu m'għandux jitħalla. Il-kumitati tal-klassifikazzjoni mhumiex f'kuntatt dirett u għandhom ħiliet settorjali ta' valur.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Sabiex tiżgura l-kwalità tal-klassifikazzjonijiet, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tieħu miżuri biex tiżgura li l-informazzjoni li tuża biex tassenja klassifikazzjoniklassifikazzjoni hija kredibbli. Għal dan il-għan, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jistgħu jistennew, fost elementi oħrajn dipendenza fuq kontijiet finanzjarji vverifikati independentement u żvelar pubbliku; verifika minn servizzi ta' partijiet terzi b’reputazzjoni; eżami ta’ teħid ta’ kampjuni bl-addoċċ bl-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-informazzjoni riċevuta; jew dispożizzjonijiet kuntrattwali li jistipulaw obbligazzjoni biċ-ċar għall-entità kklassifikata jew il-partijiet terzi relatati tagħhom, jekk l-informazzjoni pprovduta taħt il-kuntratt hija magħrufa bħala falza b’mod materjali jew li tiżgwida jew jekk l-entità kklassifikata jew il-partijiet terza relatati tagħha jonqsu li jwettqu diliġenza raġonevoli dovuta dwar il-preċiżjoni tal-informazzjoni kif speċifikata taħt it-termini tal-kuntratt.

(15) Sabiex tiżgura l-kwalità tal-klassifikazzjonijiet, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tieħu miżuri biex tiżgura li l-informazzjoni li tuża biex tassenja klassifikazzjoni hija kredibbli. L-irwol ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mhuwiex li tivverifika d-dejta prodotta u d-diliġenza dovuta mill-emittenti u l-partijiet terzi, iżda l-aġenzija għandha taċċerta lilha nnifisha li s-sorsi li tiddependi fuqhom jiġġustifikaw dik il-fiduċja, pereżempju fuq il-bażi tar-reputazzjoni jew l-indipendenza professjonali tagħhom. Għal dan il-għan, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tista' tipprevedi, fost elementi oħrajn, dipendenza fuq kontijiet finanzjarji vverifikati independentement u żvelar pubbliku; verifika minn servizzi ta' partijiet terzi b’reputazzjoni; eżami ta’ teħid ta’ kampjuni bl-addoċċ mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-informazzjoni riċevuta; jew dispożizzjonijiet kuntrattwali fid-dokumenti tat-tranżazzjoni li jistipulaw responsabilità biċ-ċar għall-entità kklassifikata jew il-partijiet terzi relatati tagħha, jekk l-informazzjoni pprovduta fil-kuntratt hija magħrufa bħala falza b’mod materjali jew li tiżgwida jew jekk l-entità kklassifikata jew il-partijiet terzi relatati tagħha jonqsu li jwettqu diliġenza raġonevoli dovuta dwar il-preċiżjoni tal-informazzjoni kif speċifikata fit-termini tal-kuntratt.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li tiġi evitata l-konfużjoni dwar l-irwol tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni fir-rigward tad-diliġenza dovuta minn partijiet oħra u li fuqha jiddependu l-aġenziji tal-klassifikazzjoni.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Aktar ma jkun riġidu u ċar il-qafas legali li fih se joperaw l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu katar ma jkun faċli ir-rikors għal azzjonijiet ċivili fir-rigward tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fil-każijiet xierqa, skont ir-reġimi applikabbli ta' responsabbiltà fl-Istati Membri.

(35) Dan ir-Regolament ma jaffettwax il-liġi nazzjonali li tirregola d-dritt ta' azzjoni ċivili fir-rigward tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li huma mmirati għall-użu ta’ skopijiet regolatorji jew mod ieħor minn istituzzjonijiet tal-kreditu kif definiti fid-Direttiva 2006/48/KE, id-ditti tal-investiment kif definiti fid-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, impriżi tal-assigurazzjoni suġġetti għad-Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE, impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja kif definiti fid-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, impriżi tar-riassigurazzjoni kif definiti fid-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, impriżi għall-investment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) kif definiti taħt Direttiva [2009/XX/KE] jew istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar bl-akkomodazzjoni kif definiti fid-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u huma żvelati pubblikament jew distribwiti bl-abbonament.

1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li huma mmirati għall-użu ta’ skopijiet regolatorji minn istituzzjonijiet tal-kreditu kif definiti fid-Direttiva 2006/48/KE, id-ditti tal-investiment kif definiti fid-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, impriżi tal-assigurazzjoni suġġetti għad-Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE, impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja kif definiti fid-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, impriżi tar-riassigurazzjoni kif definiti fid-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, impriżi għall-investment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) kif definiti taħt Direttiva [2009/XX/KE] jew istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar bl-akkomodazzjoni kif definiti fid-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u huma żvelati pubblikament jew distribwiti bl-abbonament.

Ġustifikazzjoni

l-iskop tal-applikazzjoni tar-regolament għandu jkun definit b'mod ċar bl-użu ta' skopijiet regolatorji. Dawk li se jintlaqtu l-aktar b'mod ħażin bi skop daqshekk wiesa' se jkunu l-investituri u utenti oħrajn.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżgura li l-analisti u l-persuni li japprovaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ma jkunux involuti fil-provvista ta' servizzi tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu lill-istess entità li ngħata klassifikazzjoni jew il-partijiet terzi tagħha għal perjodu li jaqbeż l-erba' snin. Għal dak l-iskop għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ rotazzjoni dwar dawk l-analisti u persuni.

4. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżgura li l-analisti li jkunu f'kuntatt dirett mal-persuni li japprovaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ma jkunux involuti fil-provvista ta' servizzi tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu lill-istess entità li ngħata klassifikazzjoni jew il-partijiet terzi tagħha għal perjodu li jaqbeż l-erba' snin. Għal din ir-raġuni għandu jkun stabbiliti mekkaniżmu ta' rotazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-konflitt ta' interess għall-analisti li huma f'kuntatt frekwenti mal-persuni li japprovaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu m'għandux jitħallew. Il-kumitati tal-klassifikazzjoni mhumiex f'kuntatt dirett u għandhom ħiliet settorjali ta' valur.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-perjodu li warajh l-analisti u persuni li japprovaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jistgħu jkunu involuti fil-provvista ta’ servizzi tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu lill-entità li ngħatat klassifikazzjoni jew partijiet terzi relatati fl-ewwel sottoparagrafu ma jistax ikun iqsar minn sentejn.

Il-perjodu li warajh l-analisti jistgħu jkunu mill-ġdid f'kuntatt dirett mal-entità li ngħatat klassifikazzjoni jew partijiet terzi relatati msemmija fl-ewwel subparagrafu, sabiex jipprovdu servizzi ta' għoti ta' klassifikazzjoni ma jistax ikun iqsar minn sentejn.

Ġustifikazzjoni

Il-konflitt ta' interess għall-analisti li huma f'kuntatt frekwenti mal-persuni li japprovaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu m'għandux jitħalla. Il-kumitati tal-klassifikazzjoni mhumiex f'kuntatt dirett u għandhom ħiliet settorjali ta' valur.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ikollhom aċċess għal kull document f’kull forma u li jirċievu jew jieħdu kopja tiegħu;

(a) ikollhom aċċess għal kull dokument f’kull forma u li jirċievu jew jieħdu kopja tiegħu għal użu fil-kapaċità superviżorja tagħhom;

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jitolbu informazzjoni mingħand kull persuni u jekk hemm bżonn isejħu u jistaqsu persuni bil-għan li jiksbu informazzjoni;

(b) jitolbu informazzjoni mingħand kull persuna u jekk hemm bżonn isejħu u jistaqsu persuni bil-għan li jiksbu informazzjoni għal użu fil-kapaċità superviżorja tagħhom;

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta jkunu qed jiġu eżerċitati dawn is-setgħat għandhom japplikaw l-istess regoli li jikkonċernaw is-segretezza professjonali u l-privileġġ professjonali legali skont il-liġijiet tal-Istati Membri li japplikaw fi proċeduri superviżorji oħra għas-swieq finanzjarji.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali tista’ tieħu l-miżuri li ġejjin:

1. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tista’ tieħu l-miżuri li ġejjin f'każ li jkun hemm ksur ta' dan ir-Regolament:

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtorità kompetenti jew għal kull awtorità jew persuna li l-awtorità kompetenti ddelegatilhom il-kompiti, inklużi awdituri u esperti ngaġġati mill-awtorità kompetenti. Informazzjoni koperta mis-segretezza professjonali ma tistax tkun żvelata lil xi persuna jew awtorità oħra minbarra meta t-tali żvelar ikun meħtieġ għal proċeduri legali.

1. L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtorità kompetenti, għas-CESR jew għal kwalunkwe awtorità jew persuna li l-awtorità kompetenti ddelegatilhom il-kompiti, inklużi awdituri u esperti mqabbda mill-awtorità kompetenti. Informazzjoni koperta mis-segretezza professjonali ma tistax tkun żvelata lil xi persuna jew awtorità oħra minbarra meta t-tali żvelar ikun meħtieġ għal proċeduri legali.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-ksur fih innifsu tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma jagħti l-ebda dritt ta' azzjoni għal danni minn partijiet terzi litiganti u dawn it-talbiet jistgħu jsiru biss skont il-liġi nazzjonali applikabbli dwar ir-responsabilità ċivili.

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafu l-ġdid li jiġi wara l-ewwel paragrafu qed jiddaħħal biex jiġu evitati d-dubji. It-test għandu jkun dak spjegat fl-ewwel paragrafu kif implimentat fil-liġi nazzjonali.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-CESR għandu jippromwovi l-konverġenza fir-regoli applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Il-CESR għandu jippromwovi l-konverġenza fir-regoli applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 31 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 31a

 

Ilmenti

 

Il-CESR għandu jiżgura li jiġu stabbiliti proċeduri huma stabbiliti li jħallu l-persuni li japprovaw il-klassifikazzjoni, l-investituri u partijiet oħra interessati li jissottomettu lmenti dwar il-konformità tar-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament. L-ilmenti kollha għandhom jiġu ttrattati b'diliġenza u b'kunfidenza.

Ġustifikazzjoni

Minflok proċeduri ta' litigazzjoni bla bżonn, proċeduri ta' lmenti effettivi għandhom ikunu stimulati u stabbiliti. Il-CESR għandu jkun l-awtorità li tieħu ħsieb sabiex ma jitħallix isir arbitraġġ.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 31 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 31b

 

Rimedju barra mill-qorti

 

1. L-Istati Membri għandhom ukoll jinkoraġġixxu t-twaqqif ta' sistemi xierqa u effettivi għas-soluzzjoni ta' tilwim barra l-qorti bejn aġenziji ta' klassifikazzjoni ta' kreditu u dawk il-persuni li japprovaw il-klassifikazzjoni,l-investituri u fejn hu meħtieġ, partijiet oħra interessati, li jikkonċernaw il-konformità jew le tar-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

 

2. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lil dawn il-korpi biex jikkoperaw fir-riżoluzzjoni ta' tilwim bejn il-fruntieri.

 

3. Il-CESR għandu jippromwovi l-konverġenza fl-ilmenti u l-proċeduri ta' rimedju.

Ġustifikazzjoni

Minflok proċeduri ta' litigazzjoni bla bżonn, proċeduri ta' lmenti effettivi għandhom ikunu stimulati u stabbiliti.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima D – Kapitolu I – punt 3 – subparagrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

F'każ li jkun hemm bidliet fil-kwalità tal-informazzjoni disponibbli għall-monitoraġġ ta’ klassifikazzjoni eżistenti, dan għandu jsir pubbliku u għandha ssir reviżjoni xierqa tal-klassifikazzjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu

Referenzi

COM(2008)0704 – C6-0397/2008 – 2008/0217(COD)

Kumitat responsabbli

ECON

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

20.11.2008

 

 

 

Rapporteur

       Data tal-ħatra

Sharon Bowles

19.1.2009

 

 

Eżami fil-kumitat

12.2.2009

 

 

 

Data tal-adozzjoni

9.3.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Monica Frassoni, Giuseppe Gargani, Neena Gill, Klaus-Heiner Lehne, Manuel Medina Ortega, Eva-Riitta Siitonen, Francesco Enrico Speroni, Diana Wallis, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Vicente Miguel Garcés Ramón, Jean-Paul Gauzès, Kurt Lechner, Georgios Papastamkos, Gabriele Stauner, Ieke van den Burg

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bill Newton Dunn

(1) PROĊEDURA

Titlu

Aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu

Referenzi

COM(2008)0704 – C6-0397/2008 – 2008/0217(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

12.11.2008

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

20.11.2008

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

20.11.2008

 

 

 

Rapporteur

Data tal-ħatra

Jean-Paul Gauzès

24.9.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

1.12.2008

20.1.2009

9.3.2009

 

Data tal-adozzjoni

23.3.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

7

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mariela Velichkova Baeva, Paolo Bartolozzi, Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Slavi Binev, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Elisa Ferreira, Jean-Paul Gauzès, Donata Gottardi, Benoît Hamon, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Sophia in ‘t Veld, Wolf Klinz, Christoph Konrad, Gay Mitchell, Sirpa Pietikäinen, John Purvis, Bernhard Rapkay, Dariusz Rosati, Eoin Ryan, Antolín Sánchez Presedo, Peter Skinner, Margarita Starkevičiūtė, Ivo Strejček, Ieke van den Burg

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Daniel Dăianu, Harald Ettl, Thomas Mann, Gianni Pittella, Margaritis Schinas, Eva-Riitta Siitonen

Data tat-tressiq

1.4.2009

Avviż legali - Politika tal-privatezza