RAPPORT dwar l-inizjattiva tar-Renju tal-Olanda dwar l-adozzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2002/956/JHA li tistabbilixxi Network Ewropew għall-Protezzjoni ta' Figuri Pubbliċi
1.4.2009 - (16437/2008 – C6‑0029/2009 – 2009/0801(CNS)) - *
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Gérard Deprez
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-inizjattiva tar-Renju tal-Olanda dwar l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2002/956/JHA li tistabbilixxi Network Ewropew għall-Protezzjoni ta' Figuri Pubbliċi
(16437/2008 – C6‑0029/2009 – 2009/0801(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Renju tal-Olanda (16437/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 30(1)(a) u (c) u l-Artikolu 34(2)(c) tat-Trattat tal-UE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat tal-UE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6‑0029/2009),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0193/2009),
1. Japprova l-inizjattiva tar-Renju tal-Olanda;
2. Jistieden lill-Kunsill sabiex javżah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-inizjattiva tar-Renju tal-Olanda;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-Gvern tar-Renju tal-Olanda bil-pożizzjoni tal-Parlament.
NOTA SPJEGATTIVA
L-Istati Membri bħalissa qed jikkoperaw fil-qasam tal-protezzjoni ta' figuri pubbliċi fil-limiti tad-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ fil-pajjiż ikkonċernat kif ukoll skont il-ftehim internazzjonali relevanti. Fl-2002 ġie stabbilit in-Netwerk Ewropew għall-Protezzjoni ta' Figuri Pubbliċi (ENPPF), maħsuba biex itejjeb il-komunikazzjoni u l-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli. Din id-Deċiżjoni (Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/956) tistabbilixxi protezzjoni ta' figuri pubbliċi kif definiti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' Stat Membru jew skont ir-regolamenti ta' organizzazzjoni jew istituzzjoni internazzjonali jew supranazzjonali. Il-protezzjoni ta' figuri pubbliċi hija responsabbiltà tal-istat ospitanti u f'kull Stat Membru jeżisti punt wieħed ta' kuntatt li jkollu din ir-responsabilità.
Wara inċident fi Frar 2008, meta figura Olandiża pubblika magħrufa sew, is-Sra Hirshi Ali, ex-membru tal-parlament Olandiż, kienet mhedda wara diskors tagħha dwar radikalizzazzjoni Iżlamika waqt seminar fil-PE, kienet imnedija inizjattiva mir-Renju tal-Olanda biex tiġi estiża d-Deċiżjoni msemmija hawn fuq.
Id-deċiżjoni ttieħdet biex ikun propost li d-Deċiżjoni tal-Kunsill diġà eżistenti dwar in-Network Ewropew għall-Protezzjoni ta' Figuri Pubbliċi tiġi emendata sabiex jitwessgħa l-Artikolu 2 li jiddefinixxi "figura pubblika" bħala pożizzjoni uffiċjali jew mhux uffiċjali li titqies li tkun taħt theddida minħabba l-kontribuzzjoni tagħha jew l-impatt fuq id-dibattitu pubbliku. Dan ifisser li tali persuna jixirqilha wkoll l-istess protezzjoni mill-istat li hi tkun qed iżżur.
Jista’ jissemma każ simili, li jikkonċerna rumanzier magħruf Ingliż-Indjan, is-Sur Salman Rushdie, li jinsab taħt theddida minħabba l-opinjonijiet espressi. Huwa jkun ukoll intitolat għal protezzjoni meta jżur stat fejn jista’ jiffaċċja assalti u attakki, speċjalment minħabba li huwa jinsab taħt theddida miftuħa ta’ mewt minn pajjiż terz partikolari.
Ir-Rapporteur huwa favur il-proposta.
Barra minn hekk, huwa jixtieq iqajjem dawn il-kwistjonijiet li tfaċċaw waqt li ġiet eżaminata din il-proposta:
· għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' reviżjoni sabiex jintlaħqu konklużjonijiet mill-każijiet esperjenzati u jiġi ċċekkjat il-valur miżjud reali ta' din is-sistema ta’ protezzjoni ta’ figuri, kemm jekk ikunu f’pożizzjoni uffiċjali kif ukoll jekk ma jkunux? Dan jippermettilna ntejbu s-sistema jekk ikun hemm bżonn.
· dan il-mekkaniżmu ta' reviżjoni jkun ukoll l-opportunità sabiex tiġi eżaminata sa fejn tista’ tiġi msaħħa l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri, u mhux biss tkun ibbażat fuq rieda tajba.
PROĊEDURA
Titolu |
Netwerk Ewropew għall-Protezzjoni ta’ Figuri Pubbliċi |
|||||||
Referenzi |
16437/2008 – C6-0029/2009 – 2009/0801(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
21.1.2009 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 3.2.2009 |
|||||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Gérard Deprez 9.2.2009 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
9.2.2009 |
31.3.2009 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
31.3.2009 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
38 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Alexander Alvaro, Catherine Boursier, Emine Bozkurt, Philip Bradbourn, Mihael Brejc, Kathalijne Maria Buitenweg, Maddalena Calia, Giusto Catania, Carlos Coelho, Gérard Deprez, Bárbara Dührkop Dührkop, Claudio Fava, Armando França, Urszula Gacek, Kinga Gál, Roland Gewalt, Jeanine Hennis-Plasschaert, Ewa Klamt, Magda Kósáné Kovács, Henrik Lax, Roselyne Lefrançois, Baroness Sarah Ludford, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Rareş-Lucian Niculescu, Maria Grazia Pagano, Martine Roure, Inger Segelström, Csaba Sógor, Vladimir Urutchev, Manfred Weber, Tatjana Ždanoka |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Edit Bauer, Simon Busuttil, Ignasi Guardans Cambó, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Antonio Masip Hidalgo, Rainer Wieland |
|||||||
Data tat-tressiq |
1.4.2009 |
|||||||