– wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, kif ġie adottat finalment on 18 December 2008(2),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja solida(3),
– wara li kkunsidra l-Abbozz ta' Baġit ta' emenda Preliminari Nru 3/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, li l-Kummissjoni ppreżentat fis-6 ta' Marzu 2009 (COM(2009)0110),
– wara li kkunsidra l-Abbozz ta' Baġit ta' emenda Nru 3/2009, li l-Kunsill stabbilixxi fit-30 ta' Marzu 2009 (8153/2009 – C6‑0118/2009),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0000/2009),
A. billi l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 3 għall-baġit ġenerali tal-2009 jkopri l-punti li ġejjin: l-aġġustament mill-ġdid tas-sistema tar-riżorsi proprji skont id-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 u b'effett retroattiv mill-1 ta' Jannar 2007,
B. billi l-għan tal-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 3/2009 għandu jdaħħal formalment dawn l-aġġustamenti baġitarji fil-baġit tal-2009,
1. Jieħu nota tal-Abbozz ta' Baġit ta' emenda Preliminari Nru 3/2009;
2. Japprova l-Abbozz ta' Baġit ta' emenda Nru 3/2009 mingħajr emenda;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Skont l-Artikolu 37(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni tista' tressaq Abbozz ta' Baġits ta' emenda Preliminari, jekk ikunu "ċirkostanzi inevitabbli, eċċezzjonali jew imprevisti".
Kontenut tal-Proposta tal-Kummissjoni
Il-Proposta tal-Kummissjoni ssegwi d-dħul fis-seħħ sa mill-1 ta' Marzu 2009 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-Sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunità Ewropea (ORD 2007). Il-Parlament ġie kkonsultat abbażi tal-proċedura ta' konsultazzjoni Sempliċi dwar il-proposta leġiżlattiva u jagħti l-kunsens tiegħu lill-Kunsill biex japprova l-proposta. (Rapport ta' Lamassoure).
L-aġġustamenti għas-sistema tar-riżorsi proprji jkopru s-snin 2007/2013. L-Abbozz ta' Baġit ta' emenda Preliminari għandu l-għan li jaġġusta mill-ġdid is-sistema skont id-deċiżjoni u b'effett retroattiv għall-1 ta' Jannar 2007.
Id-dispożizzjonijiet ta' din id-deċiżjoni li għandhom impatt fuq il-proposta għall-PDAB3/2009 jirrigwardaw l-Olanda, l-Iżvezja u l-EUK.
1. Ir-rata ta' ġbir tar-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT
ORD tal-2007 tistabbilixxi r-rata uniforma ta' ġbir tar-riżorsi bbażati fuq il-VAT mill-1 ta' Jannar 2007 għal 30%. Għal erba' pajjiżi ġiet stabbilita b'mod differenti, i.e.:
Skont l-artikolu 2 paragrafu 5, id-deċiżjoni tipprevedi li "Għall-perjodu 2007-2013 huma l-Olanda li għandha tibbenefika minn tnaqqis gross fil-kontribuzzjonijiet annwali bbażati fuq il-GNI ta' EUR 605 miljun u l-Iżvezja minn tnaqqis gross fil-kontribuzzjonijiet annwali bbażati fuq il-GNI ta' EUR 150 miljun imkejla skont il-prezzijiet tal-2004 (...)"
Dan it-tnaqqis għandu jkun iffinanzjat mill-Istati Membri kollha skont l-Artikolu 10(9) tar-Regolament Nru 1150/2000, kif emendat mir-Regolament Nru 105/2009 li jimplimenta ORD 2007.
3. Korrezzjoni tar-Renju Unit
Skont l-artikolu 4 d-deċiżjoni tipprevedi li "Ir-Renju Unit għandu jingħata korrezzjoni fir-rigward tal-iżbilanċji baġitarji (...)" u li "(...) matul il-perjodu 207/2013 il-kontribuzzjoni addizzjonali fuq ir-Renju Unit li tirriżulta mit-tnaqqis tan-nefqa allokata (...) ma għandhiex taqbeż il-10.5 biljun euro, meta mkejla skont il-prezzijiet tal-2004. Kull sena s-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jivverifikaw jekk l-aġġustament kumulattiv tal-korrezzjoni jaqbiżx dan l-ammont (...) Jekk il-limitu ta' 10.5 biljun Euro jinqabeż, il-kontribuzzjonijiet tar-Renju unit għandhom jitnaqqsu kif xieraq. (…)"
Il-PDAB 3/2007 idaħħal fil-Kapitolu 15 l-ammont tal-ewwel aġġornament tal-2007 u l-ammont proviżorju tal-korrezzjoni tar-Renju Unit tal-2008 (li tieħu post l-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit tal-2007 li taqa' taħt il-kapitolu 15 - ara AB 5/2008 - u l-ammont proviżorju tal-korrezzjoni tar-Renju Unit tal-2008 mdaħħal fil-Kapitolu 15 tal-baġit tal-2009).
4. Emendi ulterjuri huma previsti mill-PDAB 3/2009.
Bl-implimentazzjoni tar-regoli l-ġodda rigward ir-rata ta' ġbir tar-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT, il-kontribuzzjonijiet tar-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT għas-snin baġitarji 2007, 2008 u 2009 naqsu b'EUR 4 382 748 876, EUR 3 269 127 949 u EUR 4 313 990 408 rispettivament.
Biex ikun rrispettat il-prinċipju tal-ekwilibriju applikabbli għall-baġit tal-Unjoni Ewropea, ir-rata uniformi li għandha tkun applikata għat-total tal-GNI tal-Istati Membri kollha trid tiġi kkalkulata mill-ġdid, b'kunsiderazzjoni għat-total tad-dħul kollu l-ieħor, inkluża l-kontribuzzjoni tar-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT.
Finalment emendi tekniċi huma previsti minħabba d-dħul fis-seħħ tal-ORD 2007, primarjament:
- it-tneħħija tad-distinzjoni bejn it-taxxi agrikoli u dawk fuq l-importazzjoni: it-taxxi doganali kollha, inklużi dwak li jirreferu għall-agrikoltura huma introdotti fil-Kapitolu 12;
- il-ħolqien ta' Artikolu ġdid 160 fil-Kapitolu 1 biex jakkomoda t-tnaqqis gross fil-kontribuzzjoni annwali bbażata fuq il-GNI mogħtija lill-Olanda u lill-Iżvezja;
- l-introduzzjoni ta' kapitolu ġdid fin-nomenklatura baġitarja għall-aġġustamenti relatati mal-implimentazzjoni tal-ORD fis-snin 2007 u 2008; l-aġġustamenti se jiġu integrati fit-titolu 3, fil-kapitolu l-ġdid 37.
Il-pożizzjoni tar-Rapporteur
Ir-Rapporteur taqbel mal-proposta tal-baġit ta' emenda, madankollu tixtieq tenfasizza dan li ġej.
Il-kwistjoni tar-riżorsi proprji hija indirizzata mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew skont il-proċedura ta' konsultazzjoni sempliċi. Fil-mument li l-PE ġie mitlub jesprimi l-pożizzjoni tiegħu dwar il-proposta ta' Deċiżjoni, il-PE talab dan li ġej:
–sistema ta' riżorsi proprji li tkun ġusta, trasparenti u aktar sempliċi;
–"kull meta tkun modifikata r-reviżjoni ġenerali tar-riżorsi proprji, il-Kummissjoni għandha takkumpanja l-proposti tagħha skont il-kundizzjonijiet stipulati fid-Dikjarazzjoni numru 3 dwar ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju, annessa mal-ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod";
–"meta tipproċedi għal reviżjoni sħiħa fuq medda wiesgħa li tkopri l-aspetti kollha tal-infiq tal-UE u tar-riżorsi" (...) il-Kummissjoni "għandha tikkunsidra r-riżultati tal-ħidma mwettqa b'mod konġunt mill-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew" (...) u "tqis il-ħidma u r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew f'konformità mad-dikjarazzjoni 3 ta' IIA".
Minkejja l-qbil mal-kontenut tal-proposta tal-PDAB, li hija sempliċement implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill, ir-Rapporteur jiddispjaċiha li r-rikjesti tal-PE matul il-konsultazzjoni dwar id-Deċiżjoni ma ġewx integrati mill-Kunsill fid-deċiżjoni finali.
Finalment ir-Rapporteur ipproponiet l-adozzjoni tal-PDAB 3/2009 mingħajr emendi.
NOTA SPJEGATTIVA
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data ta' l-adozzjoni
31.3.2009
Riżultat tal-votazzjoni finali
+:
–:
0:
13
Membri preżenti għall-votazzjoni finali
Reimer Böge, Salvador Garriga Polledo, Ingeborg Gräßle, Janusz Lewandowski, László Surján, Catherine Guy-Quint, Jutta Haug, Vladimír Maňka, Kyösti Virrankoski, Wiesław Stefan Kuc