RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 637/2008 fir-rigward tal-programmi ta’ ristrutturazzjoni [programmi nazzjonali ta' ristrutturar] għas-settur tal-qoton

2.4.2009 - (COM(2009)0037 – C6‑0063/200 – 2009/0008(CNS)) - *

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: María Isabel Salinas García

Proċedura : 2009/0008(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0200/2009
Testi mressqa :
A6-0200/2009
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 637/2008 fir-rigward tal-programmi ta’ ristrutturazzjoni [programmi nazzjonali ta' ristrutturar] għas-settur tal-qoton

(COM(2009)0037 – C6‑0063/200 – 2009/0008(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0037),

–   wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-1979, u b'mod partikolari l-paragrafu 6 tal-Protokoll Nru 4 anness miegħu dwar il-qoton,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37(2), subparagrafu 3 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-00063/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikultura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0200/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.   Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 1 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Ir-riforma li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2006 wasslet għal tnaqqis drastiku fil-produzzjoni tal-qoton fi Spanja, li pperikolat bil-kbir anke s-sopravivenza ta' dan is-settur, fattur li esiġa r-ristrutturazzjoni immedjata tal-industrija tal-ħalġ.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tiċċara l-kawża reali tal-kriżi li attwalment qed tolqot dan is-settur.

NOTA SPJEGATTIVA

Sfond

Is-settur tal-qoton Ewropew igawdi importanza soċjo-ekonomika fiz-zoni ta’ produzzjoni, mhux biss minħabba d-dħul għall-produtturi u għall-fabbriki tal-ħalġ, iżda wkoll minħabba d-dipendenza ta’ għadd kbir ta’ setturi oħra fuq dan il-settur (mit-tkabbir sal-kummerċjalizzazzjoni tal-fibra). F’dawn l-aħħar snin, din l-industrija għexet riformi importanti.

Fis-7 ta' Settembru 2006, permezz tas-sentenza ta’ C-310/04, il-Qorti tal-Ġustizzja annullat ir-riforma tas-settur tal-qoton, adottata fl-2004, għal ksur tal-prinċipju tal-proporzjonalità, għax din ma kinitx qieset ir-riperkussjonijiet tas-sitwazzjoni fuq iz-zoni ta’ produzzjoni, li l-ispejjeż tas-salarji ma kinux ġew inklużi bħala spejjeż ta’ produzzjoni u lanqas ma ġie meqjus l-impatt fuq l-industrija tal-ħalġ. Minkejja dan, ir-riforma baqgħet għaddejja fl-istennija tal-adozzjoni ta’ regolament ġdid. Tul tliet snin kummerċjali, is-settur tal-qoton kien iggwidat permezz tar-regolament annullat, b'konsegwenzi diżastrużi.

Ir-regolament il-ġdid ġie adottat mill-Kunsill fit-23 ta’ Ġunju 2008, wara negozjati intensivi li biddlu l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni u simili ħafna għal dik li kienet ġiet annullata fl-2006. Ir-Regolament (KE) Nru 637/2008 li jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 rigward il-programmi ta’ ristrutturazzjoni [programmi nazzjonali ta' ristrutturar] għas-settur tal-qoton, b’mod ġenerali qeda l-ħtiġijiet tas-settur. Din is-sistema ġdida ta’ għajnuniet tipprevedi pagamenti skont id-daqs tal-erja kkultivata, b’erja massima garantita għal kull Stat Membru, u taħseb għal programmi nazzjonali ta’ ristrutturazzjoni bl-għan li jgħinu lis-settur Ewropew tal-qoton jiffaċċja s-sitwazzjoni l-ġdida li tirriżulta mill-adozzjoni tas-sistema l-ġdida ta’ għajnuniet u li jadatta ruħu għall-eżiġenzi ġodda tas-swieq. L-industrija tal-ħalġ, b’mod partikulari, għandha twettaq trasformazzjonijiet importanti sabiex issolvi l-kwistjoni tal-kapaċità żejda f’ċerti reġjuni tal-produzzjoni.

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-20 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill talab lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposti li tippermetti lill-Istati Membri konċernati li jtawlu l-iskadenza tal-pjanijiet tagħhom ta’ ristrutturazzjoni, li kienu ta’ erba’ snin, b’erba’ snin oħra, sabiex ikun jistgħu iwettqu l-proċess ta’ ristrutturazzjoni bl-aktar mod effettiv possibbli.

Proposta tal-Kummissjoni

Din il-proposta tikkonċerna emendi tekniċi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 bl-għan li tiffaċilita t-twettiq tal-programmi nazzjonali ta' ristrutturazzjoni. Fis-sistema attwali, dawn il-programmi għandhom tul ta’ erba’ snin, li ma jippermettix l-adozzjoni tal-miżuri kollha meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi definiti ta' ristrutturazzjoni, meta wieħed iqis is-sitwazzjoni tant diffiċli li jinsab fiha s-settur.

Għaldaqstant, mingħajr ma żżid il-pakkett baġitarju annwali disponibbli għall-Istati Membri għall-programmi ta' ristrutturazzjoni tagħhom, Il-Kummissjoni tixtieq tipproponi lill-Istati membri il-possibilità li jippreżentaw programm għal tul ta' żmien ta' tmien snin, jiġifieri għall-perjodu mill-2017 sal-2017. Il-livell tal-appoġġ annwali għall-programm ta' ristrutturazzjoni diġà ġie stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2007 u jibqa' bla mittiefes. Jekk l-Istati Membri jagħżlu li jippreżentaw programm ta' tmien snin, fl-2018 l-pakkett baġitarju annwali tagħhom għandu jiġi ttrasferit awtomatikament għal-limitu nazzjonali tagħhom ta’ pagamenti diretti, skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Barra minn dan, sabiex il-fabbriki tal-ħalġ kollha użati tul il-perjodu ta’ referenza jkunu ammissibbli li jieħdu l-għajnuna, il-fabbriki tal-ħalġ li mhumiex imħaddma mis-sidien tagħhom stess fis-sena tas-suq ta’ referenza huma inklużi bħala benefiċjarji tal-miżuri previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-rapporteur tilqa’ b’sodisfazzjon ir-riforma proposta tal-Kummissjoni tar-Regolament (KE) Nru 637/2008, għax din se tagħti lok li l-programmi ta’ ristrutturazzjoni nazzjonali jkunu aktar adatti għar-realtajiet tas-settur. Hi taqbel b’mod sħiħ mal-għażla li t-tul tal-programmi jkun estiż għal tmien snin, u li jiġu inklużi s-sidien tal-fabbriki kollha li kienu attivi fil-perjodu ta’ referenza. Tenfasizza wkoll il-ħtieġa li r-riforma titwettaq fl-iqsar ħin possibbli biex l-awtoritajiet relevanti ta’ kull Stat Membru jkunu jistgħu jaġġustaw b'ħeffa il-programmi nazzjonali ta' ristrutturazzjoni rispettivi tagħhom għar-rekwiżiti l-ġodda.

Jeħtieġ li wieħed jindika wkoll li l-modifiki tekniċi proposti ma jinvolvu l-ebda tibdil fid-dispożizzjonijiet baġitarji.

Għal dawn ir-raġunijiet, u biex jitħaffu l-proċeduri, dan ir-rapport qed jiħi ppreżentat mingħajr emendi, għax il-proposta tal-Kummissjoni tissodisfa l-ħtieġa attwali tas-settur tal-qoton li jimplimenta l-programmi ta’ ristrutturazzjoni malajr kemm jista' jkun. Ta' min isemmi li din l-industrija diġà ġarrbet il-konsegwenzi tal-implimentazzjoni tar-Regolament annullat tal-2004, u jeħtieġ li r-regolament il-ġdid jiġi implimentat fl-aktar data bikrija possibbli.

PROĊEDURA

Titolu

Programmi nazzjonali ta' ristrutturar għas-settur tal-qoton

Referenzi

COM(2009)0037 – C6-0063/2009 – 2009/0008(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

13.2.2009

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

19.2.2009

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

María Isabel Salinas García

17.2.2009

 

 

Data tal-adozzjoni

31.3.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Vincenzo Aita, Peter Baco, Luis Manuel Capoulas Santos, Albert Deß, Michl Ebner, Carmen Fraga Estévez, Ioannis Gklavakis, Lutz Goepel, Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf, Elisabeth Jeggle, Heinz Kindermann, Stéphane Le Foll, Véronique Mathieu, Mairead McGuinness, Rosa Miguélez Ramos, James Nicholson, María Isabel Salinas García, Agnes Schierhuber, Willem Schuth, Czesław Adam Siekierski, Alyn Smith, Petya Stavreva, Witold Tomczak, Andrzej Tomasz Zapałowski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Gábor Harangozó, Catherine Neris, Maria Petre