RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tħassar d-Direttiva 83/515/KEE u 11-il Deċiżjoni li skadew fil-qasam tal-Politika Komuni tas-Sajd

2.4.2009 - (COM(2009)0088 – C6‑0094/2009 – 2009/0022(CNS)) - *

Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Philippe Morillon
(Proċedura simplifikata - Artikolu 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura­)

Proċedura : 2009/0022(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0203/2009
Testi mressqa :
A6-0203/2009
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar li tħassar d-Direttiva 83/515/KEE u 11-il Deċiżjoni li skadew fil-qasam tal-Politika Komuni tas-Sajd

(COM(2009)0088 – C6‑0094/2009 – 2009/0022(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0088),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 u 300(2) u (3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0094/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u l-Artikolu 43, paragrafu 1, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6‑0203/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Tħassir tad-Direttiva u 11-il Deċiżjoni li skadew fil-qasam tal-Politika Komuni tas-sajd

Referenzi

COM(2009)0088 – C6-0094/2009 – 2009/0022(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

9.3.2009

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

12.3.2009

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Philippe Morillon

5.3.2009

 

 

Data ta' l-adozzjoni

31.3.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Elspeth Attwooll, Iles Braghetto, Paulo Casaca, Avril Doyle, Emanuel Jardim Fernandes, Carmen Fraga Estévez, Hélène Goudin, Heinz Kindermann, Rosa Miguélez Ramos, Philippe Morillon, Ulrike Rodust, Struan Stevenson, Catherine Stihler, Margie Sudre, Cornelis Visser