Rapport - A6-0210/2009Rapport
A6-0210/2009

RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport stradali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE

2.4.2009 - (11783/1//2008 – C6‑0015/2009 – 2007/0098(COD)) - ***II

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Silvia-Adriana Țicău


Proċedura : 2007/0098(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0210/2009

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport stradali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE

(11783/1/2008 – C6‑0015/2009 – 2007/0098(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (11783/1/2008 – C6‑0015/2009),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0263),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6‑0210/2009),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

 

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(8) Jeħtieġ li persuni fiżiċi b'reputazzjoni tajba u b'kompetenza professjonali meħtieġa jiġu identifikati biċ-ċar u kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti. Dawn il-persuni, ("maniġers tat-trasport"), għandhom ikunu dawk li b'mod kontinwu u effettiv imexxu l-attivitajiet ta' trasport ta' l-impriżi tat-trasport stradali. Jaqbel għalhekk li jkunu speċifikati l-kondizzjonijiet li taħthom persuna titqies li b'mod kontinwu u effettiv tmexxil-operazzjonijiet ta' trasport ta’ impriża.

(8) Jeħtieġ li persuni fiżiċi b'reputazzjoni tajba u b'kompetenza professjonali meħtieġa jiġu identifikati biċ-ċar u kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti. Dawn il-persuni, ("maniġers tat-trasport"), għandhom ikunu residenti fi Stat Membru u b'mod kontinwu u effettiv imexxu l-attivitajiet ta' trasport tal-impriżi tat-trasport stradali. Jaqbel għalhekk li jkunu speċifikati l-kondizzjonijiet li taħthom persuna titqies li b'mod kontinwu u effettiv tmexxi l-operazzjonijiet ta' trasport ta’ impriża.

Emenda                     2

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 12

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(12) Il-kompetizzjoni ġusta, u t-trasport stradali li jirrispetta bis-sħiħ ir-regoli, jeħtieġu livell uniformi ta' monitoraġġ fost l-Istati Membri. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-monitoraġġ ta' l-impriżi u għall-validità ta' l-awtorizzazzjoni tagħhom għandhom rwol fundamentali xi jwettqu u huwa xieraq li jiġi żgurat li dawk l-awtoritajiet jieħdu l-miżuri xierqa meta meħtieġ, partikolarment is-sospensjoni jew l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet, jew bid-dikjarazzjoni ta’ l-inkompetenza tal-maniġers tat-trasport li jkunu negliġenti jew li jaġixxu in mala fede.

(12) Il-kompetizzjoni ġusta, u t-trasport stradali li jirrispetta bis-sħiħ ir-regoli, jitolbu li jkun hemm livell uniformi ta' monitoraġġ fost l-Istati Membri. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-monitoraġġ tal-impriżi u għall-validità tal-awtorizzazzjoni tagħhom għandhom rwol fundamentali xi jwettqu u huwa xieraq li jiġi żgurat li jieħdu l-miżuri xierqa meta meħtieġ, partikolarment fl-aktar każijiet serji billi jissospendu jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet, jew billi jiddikjaraw bħala inkompetenti l-maniġers tat-trasport li jkunu negliġenti jew li jaġixxu in mala fede. Dan għandu jsir wara konsiderazzjoni xierqa tal-miżura fir-rigward tal-prinċipju tal-proporzjonalità. Madankollu, impriża għandha tkun imwissija bil-quddiem, u għandha tingħata perjodu raġonevoli ta' żmien biex tirranġa s-sitwazzjoni qabel ma ġġarrab tali sanzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

L-impriżi għandhom ikunu mwissija bil-quddiem u għandu jkollhom iċ-ċans li jirranġaw in-nuqqasijiet.

Emenda  3

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Premessa 14 a (ġdida)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

(14a) Biex tittejjeb it-trasparenza u biex il-klijent ta' impriża tat-trasport ikun jista' jivverifika jekk din l-impriża għandhiex l-awtorizzazzjoni xierqa, ċerta dejta li tinsab fir-reġistru elettroniku nazzjonali għandha tkun aċċessibbli mill-pubbliku, sakemm id-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-ħarsien tad-dejta jkunu osservati.

Emenda  4

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 1 – paragrafu 4 – punt b

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(b) impriżi li jagħtu esklusivament servizzi ta' trasport stradali tal-passiġġieri għal finijiet mhux kummerċjali, jew mingħajr ħlas, jew li għandhom professjoni prinċipali differenti minn dik ta' operatur tat-trasport stradali tal-passiġġieri.

(b) impriżi li jagħtu esklussivament servizzi ta' trasport stradali tal-passiġġieri għal finijiet mhux kummerċjali, jew li għandhom professjoni prinċipali differenti minn dik ta' operatur tat-trasport stradali tal-passiġġieri.

Emenda  5

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 1 – paragrafu 5 – parti introduttorja

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

5. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha jew ta' xi wħud ta' dan ir-Regolament operaturi tat-trasport stradali li jeżerċitaw esklusivament attvitajiet ta' trasport nazzjonali li għandhom biss impatt minuri fuq is-suq tat-trasport minħabba:

5. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha jew ta' xi wħud ta' dan ir-Regolament dawk l-operaturi tat-trasport stradali biss li jeżerċitaw esklussivament attivitajiet ta' trasport nazzjonali li għandhom biss impatt minuri fuq is-suq tat-trasport minħabba:

Emenda  6

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 5 – punt a

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(a) ikollha stabbiliment f’dak l-Istat Membru b'sede fejn fuq talba ta' l-awtorità kompetenti tkun tista' tagħmel disponibbli, fuq talba, lill-awtorità kompetenti d-dokumentazzjoni tan-negozju tagħha, partikolarment id-dokumenti ta' kontabbiltà tagħha, dwar il-ġestjoni tal-persunal, id-dokumenti li jkun fihom data relatata mal-ħin tas-sewqan u l-mistrieħ u kwalunkwe dokument ieħor li għalih l-awtorità kompetenti għandu jkollha aċċess biex tiġi vverifikata l-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-istabbilimenti fit-territorju tagħhom ikollhom tali dokumenti disponibbli fis-sede tagħhom fi kwalunkwe ħin;

(a) ikollha stabbiliment f’dak l-Istat Membru b'sede fejn iżżomm in-negozju ewlieni tagħha, partikolarment id-dokumenti ta' kontabbiltà tagħha, dwar il-ġestjoni tal-persunal, id-dokumenti li jkun fihom data relatata mal-ħin tas-sewqan u l-mistrieħ u kwalunkwe dokument ieħor li għalih l-awtorità kompetenti għandu jkollha aċċess biex tiġi vverifikata l-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-istabbilimenti fit-territorju tagħhom ikollhom ukoll dokumenti oħra disponibbli fis-sede tagħhom fi kwalunkwe ħin;

Emenda  7

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 5 – punt c

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(c) twettaq l-operazzjonijiet tagħha b'mod effettiv u kontinwu, bit-tagħmir meħtieġ f’ċentru operattiv li jkun jinsab f'dak l-Istat Membru.

(c) twettaq b'mod effettiv u kontinwu bit-tagħmir amministrattiv meħtieġ l-operazzjonijiet tagħha fir-rigward tal-vetturi msemmija f'(b) u bit-tagħmir u l-faċilitajiet tekniċi xierqa f’ċentru operattiv li jkun jinsab f'dak l-Istat Membru.

 

 

Emenda  8

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt a – punt v a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

(va) it-traffikar tal-bnedmin jew tad-droga.

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li dan il-kriterju jkun inkluż mar-raġunijiet għat-telf ta' reputazzjoni tajba.

Emenda  9

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b – subparagrafu 1

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(b) il-Kummissjoni għandha tħejji lista ta' kategoriji, tipi u gradi ta' serjetà ta' ksur ta' regoli Komunitarji li, b'żieda ma' dawk stabbiliti fl-Anness IV, jistgħu jwasslu għat-telf ta' reputazzjoni tajba. L-Istati Membri għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni l-informazzjoni dwar dak il-ksur, inkluż informazzjoni mingħand Stati Membri oħra, meta jistabbilixxu l-prijoritajiet għal verifiki skond l-Artikolu 12(1).

(b) il-Kummissjoni għandha tħejji lista ta' kategoriji, tipi u gradi ta' serjetà ta' ksur serju ta' regoli Komunitarji li, b'żieda ma' dawk stabbiliti fl-Anness IV, jistgħu jwasslu għat-telf ta' reputazzjoni tajba. L-Istati Membri għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni l-informazzjoni dwar dak il-ksur, inkluża informazzjoni mingħand Stati Membri oħra, meta jistabbilixxu l-prijoritajiet għal verifiki skont l-Artikolu 12(1).

Emenda  10

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 7 – paragrafi 1 u 2

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

1. Sabiex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 3(1)(c), impriża għandha f'kull ħin tkun kapaċi tissodisfa l-obbligi finanzjarji tagħha matul is-sena finanzjarja annwali. Għal dan il-għan, l-impriża għandha turi, abbażi tal-kontijiet annwali ċċertifikati minn awditur jew minn persuna akkreditata kif xieraq, li, kull sena, hija jkollha għad-disposizzjoni tagħha kapital u riżervi li jammontaw għal mill-anqas EUR 9,000 meta tintuża biss vettura waħda u EUR 5,000 għal kull vettura addizzjonali użata.

1. Sabiex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 3(1)(c), impriża għandha f'kull ħin tkun kapaċi tissodisfa l-obbligi finanzjarji tagħha matul is-sena finanzjarja annwali. Għal dan il-għan, l-impriża għandha turi, abbażi tal-kontijiet annwali ċċertifikati minn awditur jew minn persuna akkreditata kif xieraq, li, kull sena, hija jkollha għad-disposizzjoni tagħha kapital u riżervi li jammontaw għal mill-anqas EUR 9,000 meta tintuża biss vettura waħda u EUR 5,000 għal kull vettura addizzjonali użata.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-valur ta' l-euro fil-muniti nazzjonali ta’ l-Istati Membri li ma jipparteċipawx fit-tielet stadju ta' l-Unjoni Moneterja Ewropea għandu jkun iffissat kull ħames snin. Ir-rati li għandhom jiġu applikati għandhom ikunu dawk miksuba fl-ewwel jum tax-xogħol ta' Ottubru u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ mill-1 ta' Jannar tas-sena kalendarja li jmiss.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-valur tal-euro fil-muniti nazzjonali tal-Istati Membri li ma jipparteċipawx fit-tielet stadju tal-Unjoni Monetarja Ewropea għandu jkun iffissat kull sena. Ir-rati li għandhom jiġu applikati għandhom ikunu dawk miksuba fl-ewwel jum tax-xogħol ta' Ottubru u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ mill-1 ta' Jannar tas-sena kalendarja ta' wara.

L-elementi tal-kontijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu mifhuma bħala dawk definiti fir-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju 1978 bbażata fuq l-Artikolu 54 (3) (g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji.

L-elementi tal-kontijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu mifhuma bħala dawk definiti fir-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54 (3) (g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji.

2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista' taqbel jew teħtieġ li impriża turi l-pożizzjoni finanzjarja tagħha permezz ta’ ċertifikat bħall-assigurazzjoni fuq ir-responsabbiltà professjonali minn bank wieħed jew aktar jew istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn inklużi kumpanniji ta' assigurazzjoni li jipprovdu garanzija in solidum għall-impriża fir-rigward ta’ l-ammonti speċifikati fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-garanzija tista' tintalab flimkien mal-ftehim ta' l-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport stradali u li ma tistax tiġi rilaxxata mingħajr il-qbil ta’ dik l-awtorita'.

2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista' taqbel jew teħtieġ li impriża turi l-pożizzjoni finanzjarja tagħha permezz ta’ ċertifikat bħal garanzija bankarja jew assigurazzjoni, inkluża assigurazzjoni fuq ir-responsabbiltà professjonali minn bank wieħed jew aktar jew istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn inklużi kumpaniji ta' assigurazzjoni li jipprovdu garanzija in solidum għall-impriża fir-rigward tal-ammonti speċifikati fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

L-assikurazzjoni hija fattur importanti biex tintwera l-ħila li jiġu ssodisfati l-obbligi finanzjarji, u l-karta tal-bilanċ hija importanti wkoll bħala prova.

Emenda  11

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 8 – paragrafu 1 a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

1a. Il-persuni kkonċernati jagħmlu l-eżami fl-Istat Membru fejn ikollhom ir-residenza normali tagħhom jew fl-Istat Membru fejn jaħdmu.

 

Residenza normali tfisser il-post fejn persuna tgħix is-soltu, jiġifieri għal tal-anqas 185 ġurnata ta' kull sena kalendarja, minħabba rabtiet personali li juru konnessjonijiet mill-qrib bejn dik il-persuna u l-post fejn qed tgħix.

 

Madankollu, persuna li r-rabtiet professjonali tagħha jinsabu f'post differenti mill-post tar-rabtiet personali u li għalhekk tgħix daqqa f'post, daqqa f'ieħor, u l-postijiet jinsabu f'żewġ Stati Membri jew aktar, il-post ta' residenza normali tagħha jitqies li jkun jinsab fil-post tar-rabtiet personali tagħha, sakemm dik il-persuna tirritorna f'dak il-post b'mod regolari. Din l-aħħar kondizzjoni ma tkunx tapplika meta persuna tkun tgħix fi Stat Membru biex tagħmel xogħol partikulari ta' tul definit. Attendenza f'università jew skola ma' timplikax trasferiment ta' residenza normali.

Emenda  12

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 8 – paragrafu 3

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

3. L-Istati Membri jistgħu debitament jakkreditaw, skond il-kriterji li huma stess jiddefenixxu, korpi sabiex jipprovdu taħriġ ta' kwalità għolja lill-applikanti biex iħejjuhom għall-eżamijiet u lill-maniġers tat-trasport b’taħriġ kontinwu sabiex jaġġornaw l-għarfien tagħhom jekk dawn jagħżlu li jagħmlu dan.

3. L-Istati Membri jistgħu debitament jakkreditaw, skond il-kriterji li huma stess jiddefinixxu, korpi sabiex jipprovdu taħriġ ta' kwalità għolja lill-applikanti biex iħejjuhom għall-eżamijiet u lill-maniġers tat-trasport b’taħriġ kontinwu sabiex jaġġornaw l-għarfien tagħhom jekk dawn jagħżlu li jagħmlu dan. Dawn l-Istati Membri għandhom jivverifikaw b'mod regolari li dawn il-korpi dejjem jissodisfaw il-kriterji li fuq il-bażi tagħhom ġew awtorizzati.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li tkun iggarantita l-kwalità tal-eżamijiet u tat-taħriġ ipprovduti mill-korpi awtorizzati.

Emenda  13

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 8 – paragrafu 4 a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

4a. l-Istati Membri jistgħu jippromwovu taħriġ perjodiku dwar is-suġġetti elenkati fl-Anness I f'intervalli ta' 10 snin biex jiżguraw li l-maniġers tat-trasport ikunu konxji mill-iżviluppi fis-settur.

Emenda  14

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 8 – paragrafu 4 b (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

4b. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-persuni li għandhom ċertifikat ta' kompetenza professjonali imma li ma għamlux trasport ta' merkanzija bit-triq jew trasport ta' passiġġieri bit-triq f'dawn l-aħħar 5 snin, iridu jagħmlu taħriġ mill-ġdid sabiex jaġġornaw l-għarfien tagħhom rigward l-iżviluppi attwali fil-leġiżlazzjoni msemmija fil-Parti 1 tal-Anness I.

Emenda  15

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 9

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw mill-eżami msemmi fl-Artikolu 8(1) persuni li jipprovdu prova li huma kontinwament mexxew impriża tat-trasport stradali tal-merkanzija jew impriża tat-trasport stradali tal-passiġġieri fi Stat Membru għal perijodu ta’ 15-il sena qabel …

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw mill-eżami msemmi fl-Artikolu 8(1) persuni li jipprovdu prova li huma kontinwament mexxew impriża tat-trasport stradali tal-merkanzija jew impriża tat-trasport stradali tal-passiġġieri fi Stat Membru wieħed jew aktar għal perijodu ta’ 10 snin qabel …

Ġustifikazzjoni

Esperjenza prattika kontinwa għal 10 snin għandha tkun il-kriterju għal eżenzjoni mill-eżamijiet.

Emenda  16

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 11 – paragrafu 1

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

1. Impriża ta' trasport li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 għandha, wara li tapplika, tkun awtorizzata teżerċita l-professjoni ta' operatur tat-trasport stradali. L-awtorità kompetenti għandha taċċerta li impriża li tippreżenta applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f'dak l-Artikolu. L-Istati Membri jistgħu, fil-leġislazzjoni nazzjonali adatta, jispeċifikaw it-tul ta' l-awtorizzazzjonijiet biex wieħed jeżerċita l-professjoni ta' operatur tat-trasport stradali.

1. Impriża ta' trasport li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 għandha, wara li tapplika, tkun awtorizzata teżerċita l-professjoni ta' operatur tat-trasport stradali. L-awtorità kompetenti għandha taċċerta li impriża li tippreżenta applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f'dak l-Artikolu.

Il-valutazzjoni ta' applikazzjoni tista' twassal għall-ħruġ ta' liċenzja Komunitarja skond ir-Regolamenti (KE) Nru .../... u (KE) Nru.../...[2]*. Stat Membru jista' joħroġ awtorizzazzjoni barra minn liċenza Komunitarja għal impriżi li jwettqu biss operazzjonijiet ta' trasport fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.

 

Ġustifikazzjoni

Terġa' tiddaħħal il-pożizzjoni tal-Parlament. Ir-Regolament jistabbilixxi tip wieħed biss ta' liċenzja, jiġifieri għall-aċċess għall-professjoni ta' operatur tat-trasport stradali. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, it-tul tal-awtorizzazzjoni m'għandux ikun limitat biż-żmien, iżda għandhom jitwettqu kontrolli b'mod regolari sabiex ikun verifikat li l-impriżi jissodisfaw ir-rekwiżiti biex ikunu jistgħu jwettqu l-professjoni ta' operatur tat-trasport stradali.

Emenda  17

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 11 – paragrafu 3

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

3. Il-perijodu ta' żmien għall-eżami ta' applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni minn awtorità kompetenti għandu jkun qasir kemm jista jkun u m’għandux jeċċedi it-tliet xhur mid-data li fiha l-awtorità kompetenti tirċievi d-dokumenti kollha meħtieġa biex tivvaluta l-applikazzjoni. L-awtorità kompetenti tista' testendi l-limitu ta' żmien għal xahrejn addizzjonali f'każi debitament ġustifikati.

3. Il-perijodu ta' żmien għall-eżami ta' applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni minn awtorità kompetenti għandu jkun qasir kemm jista' jkun u m’għandux jeċċedi t-tliet xhur mid-data li fiha l-awtorità kompetenti tirċievi d-dokumenti kollha meħtieġa biex tivvaluta l-applikazzjoni. L-awtorità kompetenti tista' testendi l-limitu ta' żmien għal xahar addizzjonali f'każi debitament ġustifikati.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, il-limitu ta' żmien għall-eżami ta' applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni minn awtorità kompetenti għandu jkun kemm jista' jkun qasir.

Emenda  18

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

(a) limitu ta' żmien li ma jeċċedix is-sitt xhur, li jista' jiġi estiż b'sitt xhur fl-eventwalità ta' mewt jew diżabbiltà fiżika tal-maniġer tat-trasport, għar-reklutaġġ ta' sostitut għall-maniġer tat-trasport meta l-maniġer tat-trasport ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti ta' reputazzjoni jew kompetenza professjonali;

(a) limitu ta' żmien li ma jeċċedix is-sitt xhur, li jista' jiġi estiż bi tliet xhur fl-eventwalità ta' mewt jew diżabbiltà fiżika tal-maniġer tat-trasport, għar-reklutaġġ ta' sostitut għall-maniġer tat-trasport meta l-maniġer tat-trasport ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti ta' reputazzjoni tajba jew kompetenza professjonali;

Ġustifikazzjoni

Biex terġa' tiddaħħal il-pożizzjoni tal-Ewwel Qari.

Emenda  19

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 16 – paragrafi 1 u 2

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

1. Għall-finijijet ta' l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 26 tiegħu, kull Stat Membru għandu jżomm reġistru elettroniku nazzjonali ta’ l-impriżi tat-trasport stradali li jkunu ġew awtorizzati minn awtorità kompetenti maħtura minnu biex jeżerċitaw il-professjoni ta' operatur tat-trasport stradali. It-trattament tad-data li jkun hemm f'dan ir-reġistru għandu jsir taħt is-sorveljanza ta' l-awtorità pubblika li tkun inħatret għal dan il-għan. Id-data rilevanti li tinsab fir-reġistru elettroniku nazzjonali għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kollha kompetenti ta' dak l-Istat Membru.

1. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 26 tiegħu, kull Stat Membru għandu jżomm reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport stradali li jkunu ġew awtorizzati minn awtorità kompetenti maħtura minnu biex jeżerċitaw il-professjoni ta' operatur tat-trasport stradali. It-trattament tad-data li jkun hemm f'dan ir-reġistru għandu jsir taħt is-sorveljanza tal-awtorità pubblika li tkun inħatret għal dan il-għan. Id-data rilevanti li tinsab fir-reġistru elettroniku nazzjonali għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kollha kompetenti ta' dak l-Istat Membru.

Sal-1 ta' Ġunju 2009, il-Kummissjoni għandha toħroġ linji gwida dwar ir-rekwiżiti minimi għad-data li li għandha tiddaħħal fir-reġistru elettroniku nazzjonali mid-data ta' l-istabbiliment tiegħu sabiex tiġi ffaċilitata l-interkonnessjoni futura tar-reġistri. Hija tista' tirrakkomanda l-inklużjoni tal-marki ta' reġistrazzjoni tal-vettura addizzjonalment mad-data li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 2.

Sal-31 ta' Diċembru 2009, il-Kummissjoni għandha tadotta Deċiżjoni dwar ir-rekwiżiti minimi għad-data li għandha tiddaħħal fir-reġistru elettroniku nazzjonali mid-data tal-istabbiliment tiegħu sabiex tiġi ffaċilitata l-interkonnessjoni futura tar-reġistri. Hija tista' tirrakkomanda l-inklużjoni tal-marki ta' reġistrazzjoni tal-vettura addizzjonalment mad-data li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 2.

2. Ir-Reġistri elettroniċi nazzjonali għandhom, ta' l-inqas, jinkludu d-data li ġejja:

2. Ir-Reġistri elettroniċi nazzjonali għandhom, tal-inqas, jinkludu d-data li ġejja:

(a) l-isem u l-forma ġuridika ta' l-impriża;

(a) l-isem u l-forma ġuridika tal-impriża;

(b) l-indirizz tal-istabbiliment tagħha;

(b) l-indirizz tal-istabbiliment tagħha;

(c) isem il-maniġers tat-trasport maħtura biex jissodisfaw il-kondizzjonijiet tar-reputazzjoni tajba u tal-kompetenza professjonali jew, fejn applikabbli, l-isem ta’ rappreżentant ġuridiku;

(c) isem il-maniġers tat-trasport maħtura biex jissodisfaw il-kondizzjonijiet tar-reputazzjoni tajba u tal-kompetenza professjonali jew, fejn applikabbli, l-isem ta’ rappreżentant ġuridiku;

(d) it-tip ta' l-awtorizzazzjoni, l-għadd tal-vetturi li tkopri u, fejn applikabbli, in-numru tas-serje tal-liċenzja Komunitarja u tal-kopji attestati;

(d) it-tip tal-awtorizzazzjoni, l-għadd tal-vetturi li tkopri u, fejn applikabbli, in-numru tas-serje tal-liċenzja Komunitarja u tal-kopji attestati;

(e) in-numru, il-kategorija u t-tip tal-ksur serju, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1)(b), li rriżultaw f'kundanna jew piena waqt l-aħħar sentejn;

(e) in-numru, il-kategorija u t-tip tal-ksur serju, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1)(b), li rriżultaw f'kundanna jew piena waqt l-aħħar sentejn;

(f) l-isem ta' kull persuna ddikjarata inkompetenti biex tmexxi l-attivitajiet ta' trasport ta' impriża, sakemm ma tkunx ġiet stabbilita mill-ġdid ir-reputazzjoni tajba ta' dik il-persuna skond l-Artikolu 6(3) u l-miżuri ta' rijabilitazzjoni applikabbli.

(f) l-isem ta' kull persuna ddikjarata inkompetenti biex tmexxi l-attivitajiet ta' trasport ta' impriża, sakemm ma tkunx ġiet stabbilita mill-ġdid ir-reputazzjoni tajba ta' dik il-persuna skont l-Artikolu 6(3) u l-miżuri ta' riabilitazzjoni applikabbli.

Għall-iskopijiet tal-punt (e), l-Istati Membri jistgħu, sal-31 ta' Diċembru 2015, jagħżlu li jinkludu fir-reġistru elettroniku nazzjonali il-ksur l-aktar serju biss stabbiliti fl-Anness IV.

Għall-iskopijiet tal-punt (e), l-Istati Membri jistgħu, sal-31 ta' Diċembru 2015, jagħżlu li jinkludu fir-reġistru elettroniku nazzjonali il-ksur l-aktar serju biss stabbiliti fl-Anness IV.

Stati Membri jistgħu jagħżlu li jżommu d-data li hemm riferenza għaliha fil-punti (e) u (f) tal-ewwel sub-paragrafu f'reġistri separati. F'dan il-każ, id-data rilevanti għandha tkun disponibbli fuq talba jew direttament aċċessibbli lill-awtoritajiet kompetenti kollha ta' l-Istat Membru konċernat. L-informazzjoni mitluba għandha tkun ipprovduta fi żmien 30 jum ta' ħidma minn meta tasal it- talba.

Stati Membri jistgħu jagħżlu li jżommu d-data li hemm riferenza għaliha fil-punti (e) u (f) tal-ewwel sub-paragrafu f'reġistri separati. F'dan il-każ, id-data rilevanti għandha tkun disponibbli fuq talba jew direttament aċċessibbli lill-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istat Membru konċernat. L-informazzjoni mitluba għandha tkun ipprovduta fi żmien 30 jum ta' ħidma minn meta tasal it- talba. Id-data msemmija fil-punti (a) sa (d) għandha tkun aċċessibbli mill-pubbliku skont id-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-ħarsien tad-data personali.

Fi kwalunkwe każ, id-data li hemm referenza għaliha fil-punti (e) u (f) ta' l-ewwel sub-paragrafu għandha tkun aċċessibbli biss għall-awtoritajiet minbarra l-awtoritajiet kompetenti jekk huma jkunu debitament vestiti b'setgħat relatati mas-superviżjoni u l-impożizzjoni ta' pieni fis-setturi tat-trasport stradali u l-uffiċjali tagħhom ikunu ħadu ġurament jew huma b'xi mod ieħor taħt obbligu formali ta' segretezza.

Fi kwalunkwe każ, id-data li hemm referenza għaliha fil-punti (e) u (f) tal-ewwel sub-paragrafu għandha tkun aċċessibbli biss għall-awtoritajiet minbarra l-awtoritajiet kompetenti jekk huma jkunu debitament vestiti b'setgħat relatati mas-superviżjoni u l-impożizzjoni ta' pieni fis-settur tat-trasport stradali u l-uffiċjali tagħhom ikunu ħadu ġurament jew huma b'xi mod ieħor taħt obbligu formali ta' segretezza.

Emenda  20

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 16 – paragrafi 5 u 6

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li r-reġistri elettroniċi nazzjonali huma aċċessibbli fil-Komunità permezz tal-punti ta' kuntatt nazzjonali kif definit fl-Artikolu 18. Aċċessibbiltà permezz tal-punti ta' kuntatt nazzjonali għandha tiġi implimentata sal-31 ta' Diċembru 2012 b’tali mod li awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru tkun tista' tikkonsulta r-reġistri elettroniċi nazzjonali ta’ kull Stat Membru.

5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li r-reġistri elettroniċi nazzjonali huma interkonnessi u aċċessibbli fil-Komunità permezz tal-punti ta' kuntatt nazzjonali kif definit fl-Artikolu 18. L-aċċessibbiltà permezz tal-punti ta' kuntatt nazzjonali u l-interkonnessjoni għandhom jiġu implimentati sal-31 ta' Diċembru 2012 b’tali mod li awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru tkun tista' tikkonsulta r-reġistri elettroniċi nazzjonali ta’ kull Stat Membru.

6. Regoli komuni li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-paragrafu 5, bħall-format tad-data skambjata, il-proċeduri tekniċi għal konsultazzjoni teknika tar-reġistri elettroniċi nazzjonali ta' l-Istati Membri l-oħra u l-promozzjoni ta' l-interoperabbiltà ta' dawn ir-reġistri ma' data bases rilevanti oħra għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2). Dawk ir-regoli komuni għandhom jiddeterminaw liema awtorità hija responsabbli għall-aċċess għad-data u, l-użu ulterjuri u l-aġġornar ta’ data wara l-aċċess u, għal dan il-għan, għandhom jinkludu regoli dwar id-dħul tad-data u l-monitoraġġ tad-data.

6. Regoli komuni li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-paragrafu 5, bħall-format tad-data skambjata, il-proċeduri tekniċi għal konsultazzjoni elettronika tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra u l-promozzjoni tal-interoperabbiltà ta' dawn ir-reġistri ma' data bases rilevanti oħra għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) u għall-ewwel darba qabel il-31 ta' Diċembru 2010. Dawk ir-regoli komuni għandhom jiddeterminaw liema awtorità hija responsabbli għall-aċċess għad-data u l-użu ulterjuri u l-aġġornar ta’ data wara l-aċċess u, għal dan il-għan, għandhom jinkludu regoli dwar id-dħul tad-data u l-monitoraġġ tad-data.

Emenda  21

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Artikolu 17 – punt d a (ġdid)

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Emenda

 

(da) l-impriżi jikkonformaw, fejn ikun applikabbli, mad-dispożizzjonijiet rispettivi

  • [1]  Testi adottati, 21.5.2008, P6_TA(2008)0217.
  • [2] *              ĠU: daħħal in-numri tar-Regolamenti fil-premessa 3.

NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

L-intenzjoni ddikjarata mill-Kummissjoni meta pproponiet dan ir-Regolament kienet ibbażata fuq żewġ raġunijiet. L-ewwel nett sabiex tibbenefika mill-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tad-Direttiva eżistenti 96/26/KE billi jitfasslu mill-ġdid ċerti dispożizzjonijiet leġiżlattivi u t-tieni biex tkun żgurata implimentazzjoni aktar uniformi billi jintuża Regolament minflok Direttiva bħala l-att ġuridiku.

L-abbozz ta' Regolament stabbilixxa l-kundizzjonijiet (stabbiliment, reputazzjoni, sitwazzjoni finanzjarja u kompetenza professjonali) li persuna trid tissodisfa sabiex tkun tista' twettaq il-professjoni ta' operatur tat-trasport stradali. Stabbilixxa wkoll il-kundizzjonijiet li bihom impriża tista' timpjega lil maniġer tat-trasport; proċeduri msaħħa ta' awtorizzazzjoni u ta' monitoraġġ; reġistri elettroniċi rregolati u l-protezzjoni tad-data elettronika; ittratta l-kwistjoni tal-penali għall-ksur tar-Regolament u waqqaf sistema ta' rikonoxximent reċiproku tad-diplomi u tal-jeddijiet li kienu jeżistu minn qabel.

L-Ewwel Qari tal-Parlament

Il-Parlament wessa' l-qasam ta' applikazzjoni biex japplika għall-impriżi li kien beħsiebhom jidħlu f'dan il-qasam iżda neħħa dawk b'vetturi b'veloċità massima ta' anqas minn 40 km fis-siegħa. Il-Parlament insista li l-maniġer tat-trasport irid ikollu rabta kuntrattwali ġenwina mal-impriża u impona limitu massimu fuq l-għadd ta' vetturi li jistgħu jkunu mmaniġġjati minn maniġer wieħed. Iddaħħlu wkoll emendi sabiex jissaħħu r-rekwiżiti ta' stabbiliment.

Ir-reputazzjoni tajba tista' tintilef minħabba involviment fit-traffikar tal-bnedmin jew tad-droga. Ġiet stabbilita lista ta' ksur serju li jwassal għall-esklużjoni mill-professjoni, flimkien mat-tneħħija tad-dispożizzjonijiet dwar ksur anqas serju. L-assikurazzjoni ddaħħlet bħala prova tas-sitwazzjoni finanzjarja u tneħħiet il-"quick ratio" tal-assi mqabbla mad-dejn.

L-eżami bil-miktub obbligatorju, fil-pajjiż ta' residenza, inżamm bħala rekwiżit sabiex wieħed ikun jista' jwettaq din il-professjoni, bil-possibilità ta' eżenzjoni għal 10 snin ta' esperjenza prattika kontinwa.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-istruttura tad-data għar-reġistri elettroniċi nazzjonali sa tmiem l-2009 u dawn ir-reġistri, li għandu jkun fihom taqsima pubblika u taqsima kunfidenzjali, għandhom ikunu operattivi sat-30 ta' April 2011 u għandhom ikunu interkonnessi.

Fl-aħħar nett il-jeddijiet li kienu jeżistu minn qabel tneħħew u l-Kummissjoni ntalbet biex sal-1 ta' Ġunju 2010 tirrapporta dwar x'jista' jkun l-impatt tat-twessigħ tal-qasam ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament biex ikun inkluż it-trasport kummerċjali b'vetturi li d-disinn u t-tagħmir tagħhom ikunu xierqa u li jkunu magħmula biex iġorru sa disa' persuni, inkluż is-sewwieq.

Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill

Il-Pożizzjoni komuni adottat 70 mill-113-il emenda tal-Parlament jew kif inhuma inkella s-sustanza tagħhom. Dawn jinkludu emendi dwar ksur anqas serju, id-definizzjoni tar-rabta bejn l-impriżi u l-maniġers tat-trasport; id-dritt għall-appell ta' min ikun suġġett għal deċiżjonijiet dwar l-operat bħala maniġer tat-trasport, ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati, il-jeddijiet li jeżistu minn qabel, l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u t-traffikar tal-bnedmin u tad-droga bħala raġuni għall-esklużjoni mill-professjoni.

Rigward ir-reġistri, kemm il-Parlament kif ukoll il-Kunsill jaqblu dwar approċċ gradwali, iżda jipproponu kalendarji differenti, bil-Kunsill effettivament jipposponi l-implimentazzjoni.

Għad fadal għadd ta' kwistjonijiet fejn il-pożizzjoni tal-Kunsill tvarja minn dik tal-Parlament. Għall-Kunsill l-Istati Membri, permezz ta' leġiżlazzjoni nazzjonali xierqa, jistgħu jispeċifikaw it-tul ta' żmien tal-awtorizzazzjoni u l-inklużjoni mill-ġdid fir-reġistru tiddependi mill-kisba mill-ġdid tar-reputazzzjoni tajba. Il-Kunsill ma aċċettax il-proposta tal-Parlament dwar taqsima pubblika u taqsima privata għar-reġistru jew li għandu jinħoloq reġistru dwar il-maniġers tat-trasport. Il-Kunsill lanqas aċċetta li r-reġistru elettroniku għandu jinkludi marki tar-reġistrazzjoni tal-vettura. Differenzi oħra jinkludu l-użu tal-parkeġġi biex ikun iddeterminat l-istabbiliment "veru", il-qasam ta' applikazzjoni tal-eżenzjoni għat-trasport mhux kummerċjali; x'għandu jgħodd bħala prova ta' riżorsi finanzjarji xierqa u l-fatt li wieħed jgħaddi l-eżami professjonali fl-Istat Membru ta' residenza.

Il-Proposta tar-Rapporteur

F'dan l-istadju, minkejja li sar progress ċar, għad hemm differenzi sinifikanti bejn il-Parlament u l-Kunsill. Fl-emendi li ġew proposti għall-Pożizzjoni Komuni, ir-Rapporteur qed tiffoka fuq dawk l-oqsma. Rigward il-kalendarju preċiż għall-introduzzjoni u l-operat tar-reġistru elettroniku, u rigward xi kwistjonijiet oħra, jista' jkun possibbli li jintlaħaq ftehim malajr. Ir-Rapporteur se teżamina dawn il-possibilitajiet mal-Kunsill u bl-għajnuna tal-Kummissjoni, b'koperazzjoni mill-qrib max-shadow rapporteurs. Sadattant qed tipproponi emendi għall-Pożizzjoni Komuni li jkopru l-oqsma ewlenin li ġejjin;

· it-tnaqqis tal-piż amministrattiv

· il-perjodu ta' validità tal-liċenzja Komunitarja vs kontrolli regolari

· il-kalendarju għat-twaqqif u t-tħaddim tar-reġistru

· il-ħolqien ta' reġistru b'taqsima pubblika u taqsima kunfidenzjali

· id-definizzjoni ta' 'mhux kummerċjali' biex tingħata eżenzjoni

· kontroll aktar strett ta' "stabbiliment" b'rabta mal-parkeġġi

· assikurazzjoni bħala strument finanzjarju sabiex tkun ikkonfermata s-sitwazzjoni finanzjarja u

· it-tħeġġiġ tat-taħriġ għall-impjieg

· il-protezzjoni tad-data personali

Ir-Rapporteur se teżamina l-possibilità ta' ftehim komprensiv dwar dawn il-punti kollha qabel it-Tieni Qari tal-Parlament, filwaqt li se tinkludi fid-diskussjoni lix-shadow rapporteurs.

PROĊEDURA

Titolu

Kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq

Referenzi

11783/1/2008 – C6-0015/2009 – 2007/0098(COD)

Data tal-1 qari tal-PE - Numru P

21.5.2008                     T6-0217/2008

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2007)0263 - C6-0145/2007

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja tal-wasla tal-pożizzjoni komuni

15.1.2009

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

15.1.2009

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Silvia-Adriana Ţicău

19.1.2009

 

 

Eżami fil-kumitat

17.2.2009

16.3.2009

 

 

Data tal-adozzjoni

31.3.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Albertini, Paolo Costa, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Arūnas Degutis, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Mathieu Grosch, Georg Jarzembowski, Stanisław Jałowiecki, Timothy Kirkhope, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Sepp Kusstatscher, Jörg Leichtfried, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Erik Meijer, Seán Ó Neachtain, Reinhard Rack, Ulrike Rodust, Gilles Savary, Brian Simpson, Dirk Sterckx, Ulrich Stockmann, Michel Teychenné, Silvia-Adriana Ţicău, Yannick Vaugrenard, Armando Veneto

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Philip Bradbourn, Jeanine Hennis-Plasschaert, Anne E. Jensen

Data tat-tressiq

2.4.2009