Rapport - A6-0214/2009Rapport
A6-0214/2009

    RAPPORT il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tobbliga lill-Istati Membri jżommu livell minimu ta’ ħażniet taż-żejt mhux raffinat u/jew ta’ prodotti tal-petroleum

    2.4.2009 - (COM(2008)0775 – C6‑0511/2008 – 2008/0220(CNS)) - *

    Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
    Rapporteur: Miloslav Ransdorf


    Proċedura : 2008/0220(CNS)
    Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
    Ċiklu relatat mad-dokument :  
    A6-0214/2009
    Testi mressqa :
    A6-0214/2009
    Dibattiti :
    Testi adottati :

    ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

    dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tobbliga lill-Istati Membri jżommu livell minimu ta’ ħażniet taż-żejt mhux raffinat u/jew ta’ prodotti tal-petroleum

    (COM(2008)0775 – C6‑0511/2008 – 2008/0220(CNS))

    (Proċedura ta' konsultazzjoni)

    Il-Parlament Ewropew,

    –   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0775),

    –   wara li kkunsidra l-Artikolu 100 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0511/2008),

    –   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

    –   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, r-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0214/2009),

    1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

    2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

    3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

    4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

    5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

    Emenda         1

    Proposta għal direttiva

    Premessa 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (1) L-importanza tal-provvista tal-Komunità taż-żejt mhux raffinat u tal-prodotti taż-żejt hija kbira ħafna, b’mod partikolari għas-settur tat-trasport u għall-industrija kimika.

    (1) L-importanza tal-provvista tal-Komunità taż-żejt mhux raffinat u tal-prodotti taż-żejt hija kbira ħafna, b’mod partikolari għas-settur tat-trasport u għall-industriji tal-tal-kimiċi u tal-enerġija. It-tfixkil fil-provvista taż-żejt mhux raffinat u tal-prodotti tal-petroleum jew stokks insuffiċjenti jista' jirriżulta f'telf finanzjarju kbir għall-intrapriżi u jista' jipparalizza setturi oħra tal-ekonomija u l-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tal-Unjoni.

    Ġustifikazzjoni

    It-tfixkil fil-provvista taż-żejt mhux raffinat u tal-petroleum u/jew stokk insuffiċjenti ikollu effett dominò sinifikanti u jaffettwa s-setturi kollha.

    Emenda  2

    Proposta għal direttiva

    Premessa 1 a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (1a) Iż-żejt mhux raffinat għadu u se jibqa’ għal bosta snin wieħed mis-sorsi ta' enerġija primarja l-aktar importanti. Fl-istess waqt, se tkompli tikber l-isfida għall-Istati Membri biex jiżguraw provvista kostanti ta' żejt mhux raffinat bi prezz raġonevoli.

    Ġustifikazzjoni

    L-importanza ta' din il-proposta għat-tisħiħ tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija f'każijiet ta' emerġenza m’għandix tiġi sottovalutata. Għalkemm l-attenzjoni tal-pubbliku u tal-midja tiffoka ħafna aktar fuq sorsi oħra tal-enerġija (nukleari, gass, enerġija li tiġġedded) għal raġunijiet varji, iż-żejt jibqa' l-aktar sors importanti ta' enerġija primarja fl-UE.

    Emenda         3

    Proposta għal direttiva

    Premessa 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (2) Il-konċentrazzjoni dejjem akbar tal-produzzjoni, it-tnaqqis tar-riżervi taż-żejt kif ukoll iż-żieda tal-konsum dinji tal-prodotti taż-żejt jikkontribwixxu għaż-żieda tar-riskji u d-diffikultajiet ta’ provvista.

    (2) Il-konċentrazzjoni dejjem akbar tal-produzzjoni, it-tnaqqis tar-riżervi taż-żejt kif ukoll iż-żieda kostanti tal-konsum dinji tal-prodotti taż-żejt jikkontribwixxu għaż-żieda serja tar-riskji tad-diffikultajiet ta’ provvista.

    Ġustifikazzjoni

    Fid-dawl taż-żieda mhux mistennija fil-konsum dinji tal-prodotti taż-żejt, meta huwa diffiċli li jiġi mbassar l-futur tat-tkabbir taż-żejt, jeħtieġ li jkun enfasizzat il-periklu ta' bdil f'daqqa fil-bilanċ bejn l-istokk taż-żejt u l-konsum dinji.

    Emenda  4

    Proposta għal direttiva

    Premessa 2 a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (2a) Flimkien mal-miżuri biex tinħoloq klima favorevoli għall-investiment għall-iskopijiet tat-tiftix, u l-isfruttar, tar-riżervi taż-żejt fl-Unjoni Ewropea u 'l barra minnha, li hu vitali biex jiġu ggarantiti l-provvisti fit-tul, it-tisħiħ tar-riżervi taż-żejt huwa mezz ippruvat ta' kumpens għall-interruzzjonijiet qosra fil-provvista.

    Ġustifikazzjoni

    Jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn il-garanzija tal-provvista fit-tul u l-kumpens għall-interruzzjonijiet qosra fil-provvista. Din id-Direttiva għandha x'taqsam biss ma' tal-aħħar.

    Emenda         5

    Proposta għal direttiva

    Premessa 2 b (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (2b) Il-livell ta' dipendenza tal-Istati Membri fuq l-importazzjoni taż-żejt biex jilħqu l-ħtiġijiet tagħhom tal-enerġija huwa estremament għoli.

    Ġustifikazzjoni

    Jeħtieġ li jiġu adottati miżuri bil-għan li jintlaħaq l-ogħla livell possibbli ta' indipendenza enerġetika tal-Istati Membri. L-għejun alternattivi ta' enerġija jistgħu jagħtu spinta lill-istokk waqt l-emerġenzi u l-kriżijiet.

    Emenda         6

    Proposta għal direttiva

    Premessa 4 a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

     

    (4a) L-Unjoni Ewropea għandha rwol globali u l-politika tagħha għat-titjib tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija għandha għalhekk tifforma parti mill-objettivi tal-politiki fir-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi kandidati u mal-pajjiżi ġirien.

    Ġustifikazzjoni

    Il-pajjiżi kandidati u dawk ġara għandhom jikkunsidraw ukoll l-adozzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni.

    Emenda         7

    Proposta għal direttiva

    Premessa 4 b (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (4b) Il-Kummissjoni għandha tiżgura li t-tmien Stati Membri li mhumiex membri tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE)1 jiddaħħlu fuq l-istess livell fir-rigward tad-deċiżjonijiet adottai u tal-miżuri meħuda mill-Unjoni Ewropea b’konsultazzjoni mal-AIE.

     

    1 Il-Bulgarija, Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, ir-Rumanija u l-Islovenja.

    Ġustifikazzjoni

    Biex ikun possibbli li s-sistemi Komunitarji jitqarrbu lejn is-sistema tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE) għandu jkun żgurat li anke dawk l-Istati Membri li mhumiex membri tal-AIE (il-Bulgarija, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, ir-Rumanija, is-Slovenja u Ċipru) jiddaħħlu.

    Emenda         8

    Proposta għal direttiva

    Premessa 5 a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (5a) Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta u tappoġġja kif xieraq l-interessi tat-tmien Stati Membri tal-UE li mhumiex membri tal-IEA.

    Ġustifikazzjoni

    Għandhom ikunu appoġġati l-interessi tal-Istati Membri tal-UE kollha .

    Emenda  9

    Proposta għal direttiva

    Premessa 7

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (7) Il-konklużjonijiet tal-presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Brussell tat-8 u d-9 ta’ Marzu 2007 jindikaw li huwa aktar u aktar importanti u urġenti li l-Kummissjoni tistabbilixxi politika integrata dwar l-enerġija, li tassoċja xi miżuri applikati fuq livell Ewropew u fuq il-livell tal-Istati Membri. Għalhekk huwa essenzjali li jitqarrbu l-mekkaniżmi ta’ ħżin li huma implimentati fid-diversi Stati Membri.

    (7) Il-konklużjonijiet tal-presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Brussell tat-8 u d-9 ta’ Marzu 2007 jindikaw li huwa aktar u aktar importanti u urġenti li l-Kummissjoni tistabbilixxi politika integrata dwar l-enerġija, li tassoċja xi miżuri applikati fuq livell Ewropew u fuq il-livell tal-Istati Membri. Għalhekk huwa essenzjali li tkun żgurata l-kompatibilità bejn il-mekkaniżmi differenti ta’ ħżin li huma implimentati fid-diversi Stati Membri.

    Ġustifikazzjoni

    L-għan tal-leġiżlazzjoni tal-UE għandu jkun l-ewwel nett li tiġi żgurata l-kompatibilità iktar milli l-uniformità sħiħa. Jibqa' japplika l-prinċipju ta' Ewropa magħquda fil-multipliċità tagħha!

    Emenda  10

    Proposta għal direttiva

    Premessa 7 a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (7a) Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 jenfasizzaw ir-rieda tal-Unjoni li twaqqaf mekkaniżmi ta' solidarjetà fost l-Istati Membri f'każ ta' waqfien fil-provvista tal-enerġija u jissuġġerixxu l-implimentazzjoni tal-istrumenti kollha meħtieġa għal dan l-għan. Sistema effettiva għaż-żamma ta' ħażniet taż-żejt mhux raffinat u/jew prodotti taż-żejt li tkun koordinata fil-livell Komunitarju għandha wkoll rwol importanti sabiex il-prinċipju tas-solidarjetà fir-rigward tal-enerġija jitwettaq fil-prattika.

    Ġustifikazzjoni

    Għandha tkun ċara li din il-proposta tifforma parti mill-istrument tal-Unjoni biex twettaq fil-prattika s-solidarjetà fil-qasam tal-enerġija. Il-kriżi reċenti tal-gass bejn l-Ukrajina u r-Russja wriet kemm huma vulnerabbli xi Stati Membri f'każ ta' qtugħ fil-provvista u li huwa biss permezz ta' rispons unit tal-UE għal dawn l-isfidi li jistgħu jittaffew l-effetti negattivi.

    Emenda  11

    Proposta għal direttiva

    Premessa 8

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (8) Id-disponibbiltà tal-ħażniet taż-żejt u l-protezzjoni tal-provvista tal-enerġija huma elementi essenzjali tas-sigurtà pubblika tal-Istati Membri u tal-Kommunità. L-eżistenza ta’ korpi jew servizzi ċentrali ta’ ħżin fil-Komunità tippermetti li wieħed joqrob lejn dawn l-objettivi. Sabiex l-Istati Membri diversi jkunu jistgħu jużaw bl-aħjar mod id-dritt nazzjonali tagħhom biex jiddefinixxu l-istatuti tal-entità ċentrali ta’ ħżin tagħhom filwaqt li jimmoderaw il-piż finanzjarju għall-konsumaturi finali rappreżentat minn dawn l-attivitajiet ta’ ħżin, huwa biżżejjed, f’kuntest li l-ħażniet taż-żejt ikunu jistgħu jinżammu fi kwalunkwe post fil-Komunità u minn kull korp jew servizz ċentrali stabbilit għal dan il-għan, li jimpedixxu li jkun hemm skop ta’ profitt.

    (8) Id-disponibbiltà tal-ħażniet taż-żejt u l-protezzjoni tal-provvista tal-enerġija huma elementi essenzjali tas-sigurtà pubblika tal-Istati Membri u tal-Kommunità. L-eżistenza ta’ korpi jew servizzi ċentrali ta’ ħżin fil-Komunità tista' tikkontribwixxi lejn il-ksib ta' dawn il-miri b’mod li jkun effettiv fir-rigward tal-ispiża. Sabiex l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw bl-aħjar mod id-dritt nazzjonali tagħhom biex jiddefinixxu l-istatuti tal-entità ċentrali ta’ ħżin tagħhom u l-kundizzjonijiet li bihom jiddelegaw il-ħżin lil Stati Membri oħra jew lil entitajiet ta' ħżin oħra, filwaqt li jimmoderaw il-piż finanzjarju għall-konsumaturi finali li jirriżulta minn dawn l-attivitajiet ta’ ħżin, huwa biżżejjed, f’kuntest li l-ħażniet taż-żejt ikunu jistgħu jinżammu fi kwalunkwe post fil-Komunità u minn kull korp jew servizz ċentrali stabbilit għal dan il-għan.

    Ġustifikazzjoni

    Mhuwiex il-kompitu tal-Komunità li tiffavorixxi metodu partikolari u, anqas minn hekk, li tippromwovi strateġija ċentralista li tista' ddgħajjef il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Jibqa' japplika l-prinċipju ta' Ewropa magħquda fil-multipliċità tagħha!

    Emenda  12

    Proposta għal direttiva

    Premessa 8 a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (8a) Sabiex jittaffa l-piż finanzjarju għall-utenti aħħarin, l-Istati Membri għandhom jistipulaw koperazzjoni aktar mill-qrib fost l-entitajiet ċentrali taż-żamma tal-ħażniet u għat-twaqqif ta' entitajiet reġjonali għaż-żamma tal-ħażniet.

    Ġustifikazzjoni

    Jista' jkun jaqbel, rigward l-ispejjeż, li jinżammu ħażniet minimi ta' żejt mhux raffinat u/jew prodotti taż-żejt jekk l-Istati Membri jżidu l-koperazzjoni tagħhom. Faċilitajiet konġunti għaż-żamma tal-ħażniet f'xi reġjuni tal-UE (il-Baltiku, iċ-Ċirku tal-Atlantiku, il-Baħar Mediterran, l-Ewropa Ċentrali) jistgħu jirrappreżentaw għażla interessanti għall-iffrankar tal-fondi pubbliċi u biex jitnaqqas il-piż fuq l-utent aħħari għaż-żamma tal-ħażna taż-żejt.

    Emenda  13

    Proposta għal direttiva

    Premessa 9

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (9) Meta jiġu kkunsidrati l-objettivi tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-ħażniet taż-żejt, il-preokkupazzjonijiet ta’ sigurtà li jistgħu jkollhom xi Stati Membri li jingħaqdu, u x-xewqa li tiżdied ir-rigorożità u t-trasparenza tal-mekkaniżmi ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri, huwa meħtieġ li jiġi limitat għat-territorju nazzjonali il-qasam ta’ azzjoni tal-entitajiet ċentrali li jaġixxu mingħajr intermedjarju.

    imħassar

    Ġustifikazzjoni

    M'hemmx raġunijiet għaliex il-Kummissjoni għandha tirrestrinġi l-possibilità li ddaħħal aktar flessibilità rigward l-obbligu tal-provvista, u b'hekk tkompli tinkoraġġixxi l-"entitajiet ċentrali".

    Emenda  14

    Proposta għal direttiva

    Premessa 12

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (12) Minħabba l-ħtiġijiet relatati mat-twaqqif tal-politiki ta’ emerġenza, it-tqarrib tal-mekkaniżmi nazzjonali ta’ ħżin u l-ħtieġa li tiġi assigurata viżibilità aħjar, b’mod partikolari fil-każ ta’ kriżi, fuq il-livelli tal-ħażniet, huwa meħtieġ li l-Istati Membri u l-Komunità jkollhom mezzi għal kontroll imsaħħaħ ta’ dawn il-ħażniet.

    (12) Minħabba l-ħtiġijiet relatati mat-twaqqif tal-politiki ta’ emerġenza, li wieħed jiżgura l-kompatibilità bjen il-mekkaniżmi nazzjonali ta’ ħżin u l-ħtieġa li tiġi assigurata viżibilità aħjar, b’mod partikolari fil-każ ta’ kriżi, fuq il-livelli tal-ħażniet, huwa meħtieġ li l-Istati Membri u l-Komunità jkollhom mezzi għal kontroll imsaħħaħ ta’ dawn il-ħażniet.

    Ġustifikazzjoni

    Jeħtieġ li għal darb'oħra jiġi ċċarat li l-għan mhuwiex li jkun hemm uniformità imma li tiġi żgurata l-kompatibilità. Barra minn hekk, il-monitoraġġ m'għandux isir mill-Komunità, billi l-Istati Membri huma responsabbli għalih.

    Emenda  15

    Proposta għal direttiva

    Premessa 12 a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (12a) Filwaqt li għandha tingħata flessibilità suffiċjenti lill-Istati Membri biex jagħżlu l-arranġamenti għaż-żamma tal-ħażniet li huma l-aktar xierqa għall-karatterestiċi ġeografiċi u organizzattivi tagħhom, il-mekkaniżmi kollha meħtieġa għandhom jiġu implimentati sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tingħata, fi kwalunkwe waqt, tagħrif preċiż u affidabbli.

    Ġustifikazzjoni

    Għandu jkun ċar li l-proposta għandha l-għan li tipprovdi flessibilità lill-Istati Membri b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà biex jagħżlu l-aktar mekkaniżmi xierqa għall-ħażna taż-żejt, iżda fl-istess waqt li jiżguraw sistema li tkun effettiva u affidabbli f'każ ta' qtugħ fil-provvista li għadu ma ġiex esperjenzat.

    Emenda  16

    Proposta għal direttiva

    Premessa 12 b (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (12b) L-irwol tal-Istati Membri fiż-żamma u l-immaniġġjar ta' ħażniet ta' żejt għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza għandu jissaħħaħ.

    Ġustifikazzjoni

    Bħalissa huma biss ftit l-Istati Membri li għandhom ħażniet taż-żejt, iżda l-esperjenza ta' dawn l-Istati Membri hija pożittiva ħafna.

    Emenda  17

    Proposta għal direttiva

    Premessa 14

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (14) Sabiex jingħata kontribut għat-tisħiħ tas-sigurtà tal-provvista fil-Komunità, il-ħażniet akkwistati bħala proprjetà mill-Istati Membri jew l-entitajiet ċentrali, msejħin “ħażniet speċifiċi”, stabbiliti wara d-deċiżjonijiet meħuda mill-Istati Membri, għandhom jikkorrispondu għall-ħtiġijiet effettivi f’każ ta’ kriżi. Minbarra hekk, huwa meħtieġ li huma jibbenefikaw minn statut ġuridiku għalihom, li jassigura d-disponibbiltà assoluta tagħhom f’każ ta’ kriżi. Għal dan il-għan, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipproteġu mingħajr ebda kundizzjoni l-ħażniet inkwistjoni meta jiffaċċjaw xi miżuri eżekuttivi mġiegħla.

    (14) Sabiex jingħata kontribut għat-tisħiħ tas-sigurtà tal-provvista fil-Komunità, il-ħażniet disponibbli, b'konformità ma' din id-Direttiva, għandhom ikunu biżżejjed biex ikopru d-domanda tal-anqas għall-perjodu speċifikat. Minbarra hekk, huwa meħtieġ li huma jibbenefikaw minn statut ġuridiku għalihom, li jassigura d-disponibbiltà assoluta tagħhom f’każ ta’ kriżi. Għal dan il-għan, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipproteġu mingħajr ebda kundizzjoni l-ħażniet inkwistjoni meta jiffaċċjaw xi miżuri eżekuttivi mġiegħla.

    Ġustifikazzjoni

    Fil-każ ta' kriżi, il-ħtiġijiet attwali jistgħu jsiru magħrufa biss wara l-avveniment u mhux qabel, billi jiddependu min-natura u, fuq kollox, miż-żmien li tieħu l-kriżi. Id-disponibilità attwali tar-riżervi speċifikati hija ħafna aktar kruċjali. Dawn il-kwantitajiet ikunu biżżejjed biex ikopru kull interruzzjoni tal-provvista possibbli li ma tkunx motivata politikament. Fil-każ li jkun hemm interruzzjoni fil-provvista li tkun motivata politikament u li ddum aktar minn 90 jum, is-sitwazzjoni ta' kriżi dinjija li din iġġib magħha titlob li f'kull każ jittieħdu miżuri oħra meħtieġa.

    Emenda         18

    Proposta għal direttiva

    Premessa 15

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (15) L-ammonti li għandhom ikun proprjetarji tagħhom l-entitajiet ċentrali jew l-Istati Membri għandhom ikunu stabbiliti f’dan l-istadju għal livell stabbilit b’mod indipendenti u volontarju minn kull Stat Membru kkonċernat.

    (15) L-ammonti li għandhom ikun proprjetarji tagħhom l-entitajiet ċentrali jew l-Istati Membri għandhom ikunu stabbiliti f’dan l-istadju għal livell stabbilit minn qabel, b’mod indipendenti u volontarju minn kull Stat Membru kkonċernat.

    Ġustifikazzjoni

    Jeħtieġ li l-volumi ta' stocks ikunu stabbiliti minn qabel sabiex ikun evitat nuqqas mhux mistenni ta' żejt fil-każ ta' emerġenza.

    Emenda  19

    Proposta għal direttiva

    Premessa 18

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (18) Il-frekwenza għall-kejl tal-ħażniet, kif ukoll iż-żmien li fih din l-informazzjoni għandha tingħata, bħal ma huwa stabbilit fid-Direttiva 2006/67/KE, jidhru li qegħdin lura meta mqabbla ma’ sistemi diversi ta’ ħażniet taż-żejt stabbiliti f’partijiet oħra tad-dinja. F’deċiżjoni dwar il-konsegwenzi makroekonomiċi taż-żieda fil-prezz tal-enerġija, il-Parlament Ewropew wera l-appoġġ tiegħu biex tiġi adottata frekwenza ta’ informazzjoni akbar.

    (18) Il-frekwenza għall-kejl tal-ħażniet, kif ukoll iż-żmien li fih din l-informazzjoni għandha tingħata, bħal ma huwa stabbilit fid-Direttiva 2006/67/KE, jidhru li qegħdin lura meta mqabbla ma’ sistemi diversi ta’ ħażniet taż-żejt stabbiliti f’partijiet oħra tad-dinja. F’deċiżjoni dwar il-konsegwenzi makroekonomiċi taż-żieda fil-prezz tal-enerġija, il-Parlament Ewropew wera l-appoġġ tiegħu biex tiġi adottata frekwenza ta’ informazzjoni akbar. Fl-istess ħin jeħtieġ li jkun żgurat li l-informazzjoni tkun preċiża u ma tkunx teħtieġ li tiġi korretta kull ġimgħa jew kull xahar, kif għadu ta' sikwit il-każ fl-Unjoni Ewropea.

    Ġustifikazzjoni

    L-esperjenza f'pajjiżi oħra wriet ukoll li l-preċiżjoni tal-informazzjoni hija aktar importanti mill-pubblikazzjoni tagħha kull ġimgħa. Il-prijoritajiet għandhom jiġu stabiliti kif jixraq.

    Emenda  20

    Proposta għal direttiva

    Premessa 21

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (21) L-istess objettivi jimponu wkoll li l-istabbiliment u r-rapport tal-informazzjoni statistika jsir wkoll għall-ħażniet oħra li mhumiex dawk ta’ emerġenza, u li jiġi previst li din l-informazzjoni tingħata kull ġimgħa.

    (21) L-istess objettivi jimponu wkoll li l-istabbiliment u r-rapport tal-informazzjoni statistika jsir wkoll għall-ħażniet oħra li mhumiex dawk ta’ emerġenza, u li jiġi previst li din l-informazzjoni tingħata kull xahar. Filwaqt li tqis ir-riżultati tal-istudju ta' fattibilità li għandu jitwettaq dwar l-effettività li jsir rapport ta' kull ġimgħa dwar il-ħażniet kummerċjali taż-żejt, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tirrikjedi mill-Istati Membri li jippreżentaw dawk is-sommarji fuq bażi ta' kull ġimgħa, sakemm ikun jista' jiġi garantit li aġġustamenti minimi biss se jkunu neċessarji u li din toffri vantaġġi distinti f'termini ta' trasparenza fis-suq.

    Ġustifikazzjoni

    Għandu jkun ċar li l-proposta għandha l-għan li tipprovdi flessibilità lill-Istati Membri b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà biex jagħżlu l-aktar mekkaniżmi xierqa għall-ħażna taż-żejt, iżda fl-istess waqt li jiżguraw sistema li tkun effettiva u affidabbli f'każ ta' qtugħ fil-provvista li għadu ma ġiex esperjenzat.

    Emenda  21

    Proposta għal direttiva

    Premessa 23

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (23) Jista’ jkun hemm xi diskrepanzi jew żbalji fl-informazzjoni rrapportata lill-Kummissjoni. Il-persuni impjegati jew li ngħataw mandat mis-servizzi tal-Kummissjoni għandhom ikunu jistgħu jivverifikaw ir-realtà tal-ħażniet u tad-dokumenti li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jinvokaw.

    (23) Peress li jista’ jkun hemm xi diskrepanzi jew żbalji fl-informazzjoni rrapportata lill-Kummissjoni, il-persuni impjegati jew li ngħataw mandat mis-servizzi tal-Kummissjoni għandhom, fil-każ ta' suspett raġunat, ikunu jistgħu, flimkien mal-awtoritajiet ta' monitoraġġ tal-Istat Membru desinjat, jivverifikaw ir-realtà tal-ħażniet u tad-dokumenti li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jinvokaw.

    Ġustifikazzjoni

    L-Istati Membri huma responsabbli primarjament biex jiżguraw li jkun hemm konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha, għalhekk, tingħatalha s-setgħa li tibda l-investigazzjonijiet tagħha biss fil-każijiet fejn ikun hemm suspett ġustifikat.

    Emenda  22

    Proposta għal direttiva

    Premessa 25

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (25) Il-protezzjoni tal-individwi rigward it-trattament tal-informazzjoni personali mill-Istati Membri hija rregolata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta, u l-protezzjoni tal-individwi rigward it-trattament tal-informazzjoni personali mill-Kummissjoni hija koperta mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-dejta. Dawn l-atti jeżiġu b’mod partikolari li t-trattament tal-informazzjoni personali jkun iġġustifikat minn skop leġittimu u li l-informazzjoni personali miġbura b’mod aċċidentali titħassar minnufih.

    (25) Il-protezzjoni tal-individwi rigward it-trattament tal-informazzjoni personali mill-Istati Membri hija rregolata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta, u l-protezzjoni tal-individwi rigward it-trattament tal-informazzjoni personali mill-Kummissjoni hija koperta mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-dejta. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom ikunu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

    Ġustifikazzjoni

    Xi esperti (fosthom il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta) jirrakkomandaw li l-premessa għandha tistqarr b'mod ċar li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva huma bla ħsara għal-leġiżlazzjoni msemmija. L-aħħar sentenza hija tabilħaqq superfluwa, billi huwa prinċipju ġenerali li d-dejta personali ma tinżammx aktar milli hu meħtieġ għall-iskopijiet li għalihom tkun inġabret jew biex tkompli tiġi pproċessata.

    Emenda                     23

    Proposta għal direttiva

    Premessa 29

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (29) Minħabba n-nuqqas għall-ħażniet speċifiċi ta’ livell minimu obbligatorju uniformi fuq il-livell Komunitarju, u n-numru ta’ mekkaniżmi ġodda li ddaħħlu b’din id-direttiva, l-applikazzjoni ta’ din id-direttiva għandha tkun evalwata relattivament ftit wara li tidħol fis-seħħ.

    (29) Minħabba n-nuqqas għall-ħażniet speċifiċi ta’ livell minimu obbligatorju uniformi fuq il-livell Komunitarju, u filwaqt li wieħed iqis l-istudju attwali dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji ta' miżuri biex iżidu t-trasparenza tas-suq taż-żejt, b'mod partikulari permezz tar-rappurtar ta' kull ġimgħa dwar il-ħażniet kummerċjali taż-żejt, u n-numru ta’ mekkaniżmi ġodda li ddaħħlu b’din id-direttiva, l-applikazzjoni ta’ din id-direttiva għandha tkun evalwata mhux iktar tard minn tliet snin wara li tidħol fis-seħħ.

    Ġustifikazzjoni

    Il-Kummissjoni nediet studju ta' fattibilità dwar ir-rappurtar ta' kull ġimgħa dwar il-ħażniet kummerċjali taż-żejt, li jeżamina l-effetti potenzjali tar-rappurtar ta' kull ġimgħa u l-modalitajiet mixtieqa. Ir-riżultati ta' din l-evalwazzjoni ta' fattibilità għandhom jitqiesu fl-evalwazzjoni. Huwa biss wara li jsir dan li għandu jiġi deċiż jekk ir-rappurtar ta' kull ġimgħa jsirx obbligatorju jew le.

    Emenda         24

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (e) “deċiżjoni finali effettiva ta’ tqegħid tal-ħażniet f’ċirkolazzjoni”: kull deċiżjoni fis-seħħ tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija bl-għan li tassigura t-tqegħid f’ċirkolazzjoni tal-ħażniet taż-żejt jew tal-prodotti taż-żejt ta’ Stat Membru;

    (e) “deċiżjoni finali effettiva ta’ tqegħid tal-ħażniet f’ċirkolazzjoni”: kull deċiżjoni fis-seħħ tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija bl-għan li tassigura t-tqegħid f’ċirkolazzjoni tal-ħażniet taż-żejt jew tal-prodotti taż-żejt ta’ pajjiż membru tal-AIE;

    Ġustifikazzjoni

    Deċiżjoni tal-IEA li jitqegħdu fiċ-ċirkolazzjoni stocks hija deċiżjoni ta' tmienja u għoxrin pajjiż tal-IEA, li tmienja minnhom mhumiex stati membri tal-UE.

    Emenda         25

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 2 – subparagrafu 1 – punt 1 a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (la) ‘sitwazzjonijiet ta' emerġenza' tfisser ċirkustanzi fejn ikun hemm tfixkil sinifikanti fil-provvista ta' żejt mhux raffinat jew ta' prodotti taż-żejt;

    Ġustifikazzjoni

    Hemm nuqqas ta' definizzjoni ta' 'emerġenza'.

    Emenda         26

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 3 – paragrafu 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    4. L-arranġamenti u l-metodi ta’ kalkolu tal-obbligi ta’ ħżin stabbiliti f’dan l-Artikolu jistgħu jiġu emendati b’mod konformi mal-proċedura ta’ regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(2).

    4. L-arranġamenti u l-metodi ta’ kalkolu tal-obbligi ta’ ħżin stabbiliti f’dan l-Artikolu jistgħu jiġu emendati b’mod konformi mal-proċedura ta’ regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(2) u wara li ssir konsultazzjoni mal-esperti u mal-partijiet interessati.

    Ġustifikazzjoni

    Il-metodu għall-kalkolu tal-obbligi ta' ħżin għandhom ikunu stipulati fil-liġi u l-bidliet għandhom ikunu msejsa fuq l-evalwazzjonijiet u l-konklużjonijiet f'dan il-qasam. Dan mhux garantit għall-emendi skont il-proċedura tal-kumitat skont l-Artikolu 24(2).

    Emenda         27

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 4 – paragrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3. L-arranġamenti u l-metodi ta’ kalkolu tal-livell tal-ħażniet speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu emendati b’mod konformi mal-proċedura ta’ regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(2).

    3. L-arranġamenti u l-metodi ta’ kalkolu tal-livell tal-ħażniet speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu emendati b’mod konformi mal-proċedura ta’ regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(2) u wara li ssir konsultazzjoni mal-esperti u mal-partijiet interessati.

    Ġustifikazzjoni

    Il-metodu għall-kalkolu tal-obbligi ta' ħżin għandhom ikunu stipulati fil-liġi u l-bidliet għandhom ikunu msejsa fuq l-evalwazzjonijiet u l-konklużjonijiet f'dan il-qasam. Dan mhux garantit għall-emendi skont il-proċedura tal-kumitat skont l-Artikolu 24(2).

    Emenda  28

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. L-Istati Membri għandhom dejjem jassiguraw l-aċċessibilità fiżika u d-disponibbiltà tal-ħażniet ta’ sigurtà u tal-istokkijiet speċifiċi, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 9, li jkunu fit-territorju nazzjonali tagħhom. Huma għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti ta’ identifikazzjoni, ta’ kontabilità u ta’ kontroll ta’ dawn il-ħażniet b’mod li jippermettu li jkun hemm verifika ta’ dawn il-ħażniet fi kwalukwe mument. Għall-ħażniet ta’ sigurtà u l-ħażniet speċifiċi li jagħmlu parti mill-ħażniet miżmuma minn xi operaturi ekonomiċi jew li huma mħalltin ma’ ħażniet bħal dawn, għandha ssir kontabilità separata.

    1. L-Istati Membri għandhom dejjem jassiguraw l-aċċessibilità fiżika u d-disponibbiltà tal-ħażniet ta’ sigurtà u tal-istokkijiet speċifiċi, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 9, li jkunu fit-territorju nazzjonali tagħhom. Huma għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti ta’ identifikazzjoni, ta’ kontabilità u ta’ kontroll ta’ dawn il-ħażniet b’mod li jippermettu li jkun hemm verifika ta’ dawn il-ħażniet fi kwalukwe mument. Dawn l-arranġamenti għandhom ikunu stabbiliti bi qbil minn qabel mal-Kummissjoni. Għall-ħażniet ta’ sigurtà u l-ħażniet speċifiċi li jagħmlu parti mill-ħażniet miżmuma minn xi operaturi ekonomiċi jew li huma mħalltin ma’ ħażniet bħal dawn, għandha ssir kontabilità separata.

    Ġustifikazzjoni

    Ftehim minn qabel dwar ir-regoli tal-kontabilità jwassal għall-avviċinar tal-metodi użati minn Stati Membri differenti, u dan għandu jiffaċilita l-kontroll sussegwenti.

    Emenda  29

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi inventarju dettaljat, aġġornat il-ħin kollu, tal-ħażniet ta’ sigurtà kollha li jkunu miżmuma għalih u li ma jkunux ħażniet speċifiċi skont l-Artikolu 9. Dan l-inventarju għandu jkollu b’mod partikolari l-informazzjoni kollha li tippermetti li jiġu lokalizzati b’mod preċiż il-ħażniet inkwistjoni kif ukoll li jiġu ddeterminati l-ammonti, il-propjetarju, kif ukoll in-natura eżatta tagħhom, b’referenza għall-kategoriji identifikati fil-punt 3.1 tal-paragrafu 1 tal-Anness C tar-Regolament (KE) Nru ****** tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-*********** dwar l-istatistiċi tal-enerġija.

    1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi inventarju dettaljat, aġġornat il-ħin kollu, tal-ħażniet ta’ sigurtà kollha li jkunu miżmuma għalih u li ma jkunux ħażniet speċifiċi skont l-Artikolu 9. Dan l-inventarju għandu jkollu b’mod partikolari informazzjoni dwar il-maħżen, ir-raffinerija jew il-faċilità ta' ħżin fejn ikunu jinsabu l-ħażniet ikkonċernati u l-ammonti involuti, il-propjetarju, kif ukoll in-natura eżatta tagħhom, b’referenza għall-kategoriji identifikati fil-punt 3.1 tal-paragrafu 1 tal-Anness C tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija*.

     

    * ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1.

    Ġustifikazzjoni

    L-esperjenza tal-Istati Membri wriet li r-rappurtaġġ u l-lokalizzazzjoni fil-livell ta' faċiltajiet kull xahar huma biżżejjed għall-iskopijiet ta' verifika u trasparenza.

    Emenda  30

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti lill-Kummissjoni kopja tal-inventarju tal-ħażniet li jeżistu fl-aħħar jum ta’ kull sena kalendarja, fi żmien tletin jum wara s-sena kalendarja li għaliha tgħodd l-informazzjoni.

    L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti lill-Kummissjoni kopja tal-inventarju tal-ħażniet li jeżistu fl-aħħar jum ta’ kull sena kalendarja, fi żmien ħamsa u erbgħin jum wara s-sena kalendarja li għaliha tgħodd l-informazzjoni.

    Ġustifikazzjoni

    L-informazzjoni li tinsab fl-inventarju hija ta' natura strateġika sensittiva u għalhekk għandha tkun disponibbli biss taħt skrutinju bir-reqqa għall-entità li tirċievi l-informazzjoni sensittiva.

    Emenda  31

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 6 - paragrafu 1 - subparagrafu 3 a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Il-Kummissjoni għandha tiggarantixxi l-kunfidenzjalità tad-dejta individwali li tinsab fl-inventarju.

    Ġustifikazzjoni

    L-informazzjoni li tinsab fl-inventarju hija ta' natura strateġika sensittiva u għalhekk għandha tkun disponibbli biss taħt skrutinju bir-reqqa għall-entità li tirċievi l-informazzjoni sensittiva.

    Emenda  32

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 7 - paragrafu 3 - subparagrafu 2 a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    F'każ li ftehima tiddelega dawn l-obbligi lill-Istat Membru fejn jinsabu dawn il-ħażniet jew lill-entità ċentrali taż-żamma tal-ħażniet imwaqqfa minn dak l-Istat Membru, din il-ftehima għandha tinkludi dispożizzjonijiet li jistipulaw

     

    (a) ir-responsabilità tal-Istat Mebru jew l-entità ċentrali taż-żamma tal-ħażniet li jiżguraw informazzjoni preċiża dwar il-livell tal-ħażna fi kwalunkwe waqt;

     

    (b) il-qafas taż-żmien biex jitwasslu dawn il-ħażniet miksuba, kostitwiti, miżmuma jew immaniġġjati fit-territorju tiegħu lill-Istat Membru li ddelega dawn il-ħidmiet;

     

    (c) sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, f'każ li l-Istat membru jew l-entità ċentrali taż-żamma tal-ħażniet ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehima.

    Ġustifikazzjoni

    Fl-imgħoddi kien hemm xi dubji dwar l-effettività u l-affidabbiltà tal-implimentazzjoni ta' ftehimiet bejn l-Istati Membri fil-każ ta' qtugħ serju tal-provvista. Il-leġiżlazzjoni attwali għandha l-għan li tistabbilixxi regoli ċari għall-arranġamenti, sabiex Stat Membru wieħed jiddelega l-obbligu tiegħu lil Stat Membru ieħor. Għal dan il-għan, kull ftehim għandu jkun fiha dispożizzjonijiet ċari dwar ċerti responsabiltajiet, li għandhom jiżguraw implimentazzjoni effettiva u affidabbli fil-każ ta kriżi.

    Emenda  33

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 7 – paragrafu 4 – punt b

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b) li tippubblika għallinqas sitt xhur qabel il-kundizzjonijiet li bihom toffri dawn is-servizzi lill-operaturi ekonomiċi.

    (b) li tippubblika għallinqas tliet xhur qabel il-kundizzjonijiet li bihom toffri dawn is-servizzi lill-operaturi ekonomiċi.

    Emenda  34

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b) lil entità ċentrali ta’ ħżin waħda jew aktar minn waħda li tista’ żżomm ħażniet bħal dawn, jew

    (b) lil entità ċentrali ta’ ħżin waħda jew aktar minn waħda li tista’ żżomm ħażniet bħal dawn, bil-kundizzjoni li tiġi konkluża ftehima bejn l-Istati Membri kkonċernati u l-Istati Membri li ma jżommux ħażniet, jew

    Ġustifikazzjoni

    Id-distribuzzjoni ġeografika tal-ħażniet għandha impatt kbir fuq is-sigurtà tal-provvisti għall-Istati Membri, kif ukoll il-ħeffa u l-effettività tal-azzjonijiet li jittieħdu f'każ ta' interruzzjoni tal-provvista. L-Istati Membri għandhom iżommu l-influwenza tagħhom fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni ta' dawk il-ħażniet.

    Emenda  35

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. Kull Stat Membru jista’ jinkariga ruħu b’mod irrevokabbli li jżomm livell minimu, iddeterminat f’numru ta’ jiem ta’ konsum, ta’ ħażniet taż-żejt filwaqt li jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu (iktar ‘il quddiem “ħażniet speċifiċi”).

    1. Kull Stat Membru jista’ jinkariga ruħu li jżomm livell minimu, iddeterminat f’numru ta’ jiem ta’ konsum, ta’ ħażniet taż-żejt filwaqt li jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu (iktar ‘il quddiem “ħażniet speċifiċi”).

    Ġustifikazzjoni

    L-obbligu irrevokabbli li jinżammu ħażniet speċifiċi jaf jiskoraġġixxi lill-Istati Membri milli jistabbilixxu ħażniet speċifiċi u ma jqisx il-bidliet possibbli fil-kundizzjonijiet esterni li jappartjenu għas-suq tal-enerġija.

    Emenda  36

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 9 – paragrafu 3 – introduzzjoni

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3. Il-ħażniet speċifiċi jaqgħu biss taħt il-kategoriji ta’ prodotti li ġejjin, bħal ma huma definiti fil-punt 4 tal-Anness B, tar-Regolament (KE) Nru ******* tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-******* dwar l-istatistiċi tal-enerġija:

    3. Il-ħażniet speċifiċi jistgħu jaqgħu biss taħt il-kategoriji ta’ prodotti li ġejjin, li għandhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, b’mod partikolari dwar l-istandards tal-kombustibbli u l-protezzjoni tal-ambjent, kif definiti fit-Taqsima 4 tal-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008:

    Ġustifikazzjoni

    Għandu jkun iċċarat li l-ħażniet speċifiċi jistgħu jkopru biss prodotti li huma konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE. Importazzjonijiet li għadhom ma ġewx ipproċessati biex isiru konformi mal-istandards tal-UE dwar il-fjuwil u l-leġiżlazzjoni ambjentali ma jistgħux jintużaw b'mod effettiv f'każ ta' kriżi mingħajr ma jipperikolaw il-funzjonament tas-suq komuni u l-implimentazzjoni tal-acquis communautaire.

    Emenda  37

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    5. Kull Stat Membru li ddeċieda li jżomm xi ħażniet speċifiċi għandu jagħti avviż lill-Kummissjoni, li huwa ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jispeċifika l-livell ta’ ħażniet speċifiċi li jinkariga ruħu b’mod irrevokabbli li jżomm, għal kull waħda mill-kategoriji u b’mod permanenti. Il-livell minimu obbligatorju nnotifikat huwa uniku u japplika b’mod identiku għall-kategoriji kollha ta’ ħażniet speċifiċi użati mill-Istat Membru.

    5. Kull Stat Membru li ddeċieda li jżomm xi ħażniet speċifiċi għandu jagħti avviż lill-Kummissjoni, li huwa ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jispeċifika l-livell ta’ ħażniet speċifiċi li jinkariga ruħu li jżomm, għal kull waħda mill-kategoriji u l-perjodu li jkun impenja ruħu għalih b’mod permanenti. Il-livell minimu obbligatorju nnotifikat huwa uniku u japplika b’mod identiku għall-kategoriji kollha ta’ ħażniet speċifiċi użati mill-Istat Membru.

    Ġustifikazzjoni

    L-obbligu irrevokabbli li jinżammu ħażniet speċifiċi jaf jiskoraġġixxi lill-Istati Membri milli jistabbilixxu ħażniet speċifiċi u ma jqisx il-bidliet possibbli fil-kundizzjonijiet esterni li jappartjenu għas-suq tal-enerġija.

    Emenda  38

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi inventarju dettaljat u aġġornat il-ħin kollu tal-ħażniet speċifiċi kollha miżmuma fit-territorju nazzjonali tiegħu. Dan l-inventarju għandu jkollu b’mod partikolari l-informazzjoni kollha li tippermetti li jiġu lokalizzati b’mod preċiż il-ħażniet inkwistjoni.

    1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi inventarju dettaljat u aġġornat kontinwament fuq il-bażi ta’ kull xahar tal-ħażniet speċifiċi kollha miżmuma fit-territorju nazzjonali tiegħu. Dan l-inventarju għandu jkollu b’mod partikolari informazzjoni dwar il-maħżen, ir-raffinerija jew il-faċilità ta’ ħżin fejn ikunu jinsabu l-ħażniet ikkonċernati.

    Emenda  39

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-Istat Membru għandu jagħti lill-Kummissjoni kopja tal-inventarju fi żmien tmint ijiem wara kull talba tas-servizzi tal-Kummissjoni, li ssir fi żmien għaxar snin mid-data relatata mal-informazzjoni mitluba.

    L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni kopja tal-inventarju fi żmien għaxart ijiem wara li ssir talba mill-Kummissjoni. Talba bħal din tista’ ssir fi żmien tliet snin mid-data relatata mal-informazzjoni mitluba.

    Ġustifikazzjoni

    Ir-riżerva obbligatorja hija strument għall-immaniġġjar tal-kriżi u ma tirrikjedix il-ġbir kostanti tal-informazzjoni. Jekk il-Kummissjoni tkun tixtieq tivverifika l-konformità mar-riżervi obbligatorji, l-informazzjoni mit-tliet snin preċedenti hija suffiċjenti. Hija r-responsabilità tal-Kummissjoni li żżomm il-verifiki tagħha aġġornati.

    Emenda  40

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 11 – paragrafu 1 a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Kwalunkwe ftehima bejn Stati Membri u entità ċentrali għaż-żamma ta' ħażniet għandha tinkludi ċerti dispożizzjonijiet, li jistipulaw:

     

    (a) ir-responsabilità tal-Istat Mebru jew l-entità ċentrali taż-żamma tal-ħażniet li jiżguraw informazzjoni preċiża dwar il-livell tal-ħażna fi kwalunkwe waqt;

     

    (b) il-qafas taż-żmien biex jitwasslu dawn il-ħażniet miksuba, kostitwiti, miżmuma jew immaniġġjati fit-territorju tiegħu lill-Istat Membru li ddelega dawn il-ħidmiet;

     

    (c) sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, f'każ li l-Istat membru jew l-entità ċentrali taż-żamma tal-ħażniet ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehima.

    Ġustifikazzjoni

    Fl-imgħoddi kien hemm xi dubji dwar l-effettività u l-affidabbiltà tal-implimentazzjoni ta' ftehimiet bejn l-Istati Membri fil-każ ta' qtugħ serju tal-provvista. Il-leġiżlazzjoni attwali għandha l-għan li tistabbilixxi regoli ċari għall-arranġamenti, sabiex Stat Membru wieħed jiddelega l-obbligu tiegħu lil Stat Membru ieħor. Għal dan il-għan, kull ftehim għandu jkun fiha dispożizzjonijiet ċari dwar ċerti responsabiltajiet, li għandhom jiżguraw implimentazzjoni effettiva u affidabbli fil-każ ta kriżi.

    Emenda  41

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 15

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. L-Istati Membri għandhom jirraportaw lill-Kummissjoni informazzjoni statistika kull ġimgħa dwar il-livell tal-ħażniet kummerċjali miżmuma fit-territorju nazzjonali tagħhom. Rigward dan, huma għandhom jassiguraw li tiġi protetta n-natura sensittiva tal-informazzjoni u għalhekk ma jsemmux l-ismijiet tal-proprjetarji tal-ħażniet inkwistjoni.

    1. L-Istati Membri għandhom jirraportaw lill-Kummissjoni informazzjoni statistika kull xahar dwar il-livell tal-ħażniet kummerċjali miżmuma fit-territorju nazzjonali tagħhom. Rigward dan, huma għandhom jassiguraw li tiġi protetta n-natura sensittiva tal-informazzjoni u għalhekk ma jsemmux l-ismijiet tal-proprjetarji tal-ħażniet inkwistjoni.

    2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni statistika kull ġimgħa dwar il-ħażniet kummerċjali fil-Komunità fuq il-bażi tal-informazzjoni li tkun ġiet irrapportata lilha mill-Istati Membri, billi tuża livelli aggregati.

    2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni statistika kull xahar dwar il-ħażniet kummerċjali fil-Komunità fuq il-bażi tal-informazzjoni li tkun ġiet irrapportata lilha mill-Istati Membri, billi tuża livelli aggregati.

    3. Il-Kummissjoni għandha tadotta, b’mod konformi mal-proċedura ta’ regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(2), l-arranġamenti ta’ applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2.

    3. Il-Kummissjoni għandha tadotta, b’mod konformi mal-proċedura ta’ regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(2), l-arranġamenti ta’ applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2.

     

    (3a) Wara r-reviżjoni tagħha skont l-Artikolu 23, il-Kummissjoni tista’ teżiġi li Stat Membru jibgħat sommarju statistiku kull ġimgħa (għall-kuntrarju ta’ kull xahar) dwar il-livelli tal-ħażniet kummerjali taż-żejt, jekk eżami bir-reqqa tal-fattibilità u l-effettività tal-informazzjoni statistika ta’ kull ġimgħa juri li dawn joffru vantaġġi ċari f’termini ta’ trasparenza tas-suq u li ma hija neċessarja l-ebda korrezzjoni sussegwenti fuq bażi ta' rutina għall-informazzjoni miksuba għal sommarji ta’ dan it-tip.

    Ġustifikazzjoni

    Jeħtieġ li jiġu evalwati l-konsegwenzi qabel il-preżentazzjoni tad-dispożizzjonijiet proposti. Dan ma sarx fir-rigward tal-effett li jirrirulta jekk tiġi mitluba informazzjoni statistika kull ġimgħa minflok kull xahar. Għalhekk din il-bidla m’għandhiex issir qabel ma joħorġu r-riżultati tal-istudju, li għandhom jiġu kkunsidrati.

    Emenda  42

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 19 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. Is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu f’kull ħin jiddeċiedu li jwettqu azzjonijiet ta’ kontroll fuq il-ħażniet ta’ sigurtà u l-ħażniet speċifiċi fl-Istati Membri. Is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jistaqsu għal parir mill-grupp ta’ koordinazzjoni waqt it-tħejjija ta’ dawn il-kontrolli.

    1. Is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jekk ikun hemm bażi ġustifikata ta’ suspett jiddeċiedu li jwettqu azzjonijiet ta’ kontroll fuq il-ħażniet ta’ sigurtà u l-ħażniet speċifiċi fl-Istati Membri. Is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jistaqsu għal parir mill-grupp ta’ koordinazzjoni waqt it-tħejjija ta’ dawn il-kontrolli.

    Ġustifikazzjoni

    Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-monitoraġġ huwa r-responsabilità tal-Istati Membri u l-Kummissjoni għandha tniedi l-investigazzjonijiet tagħha stess jekk ikun hemm bażi ġustifikata ta’ suspett.

    Emenda  43

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 19 – paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2. L-objettivi tal-azzjonijiet ta’ kontroll stabbiliti fil-paragrafu 1 ma jinkludux ġbir ta’ informazzjoni personali. L-informazzjoni personali li tista’ tinsab jew li jiltaqgħu magħha waqt il-kontrolli ma tinġabarx u ma tiġix ikkunsidrata, u, f’każ li tinġabar aċċidentalment, tiġi mħassra minnufih.

    2. L-objettivi tal-azzjonijiet ta’ kontroll stabbiliti fil-paragrafu 1 ma jinkludux l-ipproċesar ta’ informazzjoni personali. L-informazzjoni personali li tista’ tinsab jew li jiltaqgħu magħha waqt il-kontrolli ma tinġabarx u ma tiġix ikkunsidrata, u, f’każ li tinġabar aċċidentalment, tiġi mħassra minnufih.

    Ġustifikazzjoni

    Sabiex it-test ikun konformi mat-test użat fil-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta u sabiex jiġi evitat kwalunkwe nuqqas ta’ fehim, qed jiġi rrakkomandat li l-kelma "ġbir" tkun sostitwita bil-kelma “pproċessar”.

    Emenda  44

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 19 – paragrafu 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    4. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, waqt l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ kontroll stabbiliti fil-paragrafu 1, il-persuni li huma responsabbli għaż-żamma u l-ġestjoni tal-ħażniet ta’ sigurtà u tal-ħażniet speċifiċi fit-territorju tagħhom jikkollaboraw mal-persuni impjegati jew li jkollhom mandat mis-servizzi tal-Kummissjoni.

    4. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, waqt l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ kontroll stabbiliti fil-paragrafu 1, il-persuni li huma responsabbli għaż-żamma u l-ġestjoni tal-ħażniet ta’ sigurtà u tal-ħażniet speċifiċi fit-territorju tagħhom jikkollaboraw mal-impjegati jew aġenti awtorizzati mill-Kummissjoni.

    Ġustifikazzjoni

    Minħabba s-sensitività tal-informazzjoni dwar ħażniet taż-żejt għall-emerġenza, għandu jkun assolutament ċar li l-impjegati tal-Kummissjoni għandhom jiġu speċifikament awtorizzati biex iwettqu żjarat ta' kontroll.

    Emenda  45

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 19 – paragrafu 7

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    7. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw iż-żamma tal-informazzjoni, karti, reġistrazzjoni ta’ ċifri u dokumenti relatati mal-ħażniet ta’ sigurtà u l-ħażniet speċifiċi għal perjodu ta’ mhux inqas minn għaxar snin.

    7. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw iż-żamma tal-informazzjoni, karti, reġistrazzjoni ta’ ċifri u dokumenti relatati mal-ħażniet ta’ sigurtà u l-ħażniet speċifiċi għal perjodu ta’ mhux inqas minn tliet snin.

    Ġustifikazzjoni

    Ir-riżervi obbligatorji huma strument għall-immaniġġjar tal-kriżi u ma jeħtiġux il-ġbir kostanti tad-dejta. Jekk il-Kummissjoni tixtieq tivverifika l-konformità mal-obbligi f’dan ir-rigward, huwa suffiċjenti li teżamina t-tliet snin preċedenti. Hija r-responsabilità tal-Kummissjoni li żżomm il-verifiki tagħha aġġornati.

    Emenda  46

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 21 – paragrafi 3 u 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3. Meta jkun hemm deċiżjoni internazzjonali effettiva ta’ tpoġġija fiċ-ċirkolazzjoni ta’ ħażniet, kull Stat Membru kkonċernat jista’ juża l-ħażniet ta’ sigurtà u l-ħażniet speċifiċi tiegħu biex jissodisfa l-obbligi internazzjonali li jirriżultaw minn dik id-deċiżjoni. F’dan il-każ, l-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni, li tista’ ssejjaħ il-grupp ta’ koordinazzjoni jew tipproċedi b’talba għal konsultazzjoni mal-membri ta’ dan il-grupp b’mezz elettroniku b’mod partikolari sabiex tevalwa l-effetti tat-tqegħid f’ċirkolazzjoni.

    3. Il-Kummissjoni għandha taħdem f'kooperazzjoni mill-qrib ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra li għandhom il-poter li jieħdu deċiżjoni biex jirrilaxxaw il-ħażniet u għandhom isaħħu l-koordinazzjoni multilaterali u bilaterali dwar dawn il-kwistjonijiet madwar id-dinja. Meta jkun hemm deċiżjoni internazzjonali effettiva ta’ tpoġġija fiċ-ċirkolazzjoni ta’ ħażniet, kull Stat Membru kkonċernat jista’ juża l-ħażniet ta’ sigurtà u l-ħażniet speċifiċi tiegħu biex jissodisfa l-obbligi internazzjonali li jirriżultaw minn dik id-deċiżjoni. F’dan il-każ, l-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni, li tista’ ssejjaħ il-grupp ta’ koordinazzjoni jew tipproċedi b’talba għal konsultazzjoni mal-membri ta’ dan il-grupp b’mezz elettroniku b’mod partikolari sabiex tevalwa l-effetti tat-tqegħid f’ċirkolazzjoni.

    4. Meta jkun hemm xi diffikultajiet fil-provvista taż-żejt mhux maħdum jew tal-prodotti taż-żejt tal-Komunità jew ta’ xi Stat Membru, il-Kummissjoni għandha ssejjaħ, fl-iqsar żmien possibbli, fuq talba ta’ xi Stat Membru jew minn jeddha, il-grupp ta’ koordinazzjoni. Il-grupp ta’ koordinazzjoni, li jeżamina s-sitwazzjoni Il-Kummissjoni tistabbilixxi jekk ikunx hemm interruzzjoni maġġuri ta’ provvista.

    4. Meta jkun hemm xi diffikultajiet fil-provvista taż-żejt mhux maħdum jew tal-prodotti taż-żejt tal-Komunità jew ta’ xi Stat Membru, il-Kummissjoni għandha ssejjaħ, fl-iqsar żmien possibbli, fuq talba ta’ xi Stat Membru jew minn jeddha, il-grupp ta’ koordinazzjoni. Kull Stat Membru għandu jiżgura li jista' jiġi rappreżentat, permezz ta' persuna jew permezz ta' mezzi elettroniċi, f'laqgħa tal-Grupp ta' Koordinazzjoni fi żmien 24 siegħa wara s-sejħa għal-laqgħa. Il-grupp ta’ koordinazzjoni, li jeżamina s-sitwazzjoni fuq il-bażi tal-impenn għall-prinċipju ta' solidarjetà fost l-Istati Membri, u l-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-evalwazzjoni mill-grupp ta' koordinazzjoni, għandhom jiddeterminaw jekk ikunx hemm interruzzjoni maġġuri ta’ provvista.

    Jekk jiġi stabbilit li hemm interruzzjoni maġġuri fil-provvista, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza t-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni totali jew parzjali tal-ammonti proposti għal dan l-iskop mill-Istat Membri kkonċernati.

    Jekk jiġi stabbilit li hemm interruzzjoni maġġuri fil-provvista, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza t-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni totali jew parzjali tal-ammonti proposti għal dan l-iskop mill-Istat Membri kkonċernati.

    Ġustifikazzjoni

    Fir-rispett tal-prinċipju ta’ solidarjetà tal-enerġija fuq bażi konfederali, l-ebda Stat Membru ma għandu jiġi sfurzat biex iċedi r-riżorsi ta’ żejt mhux raffinat tiegħu, b’mod partikulari bid-deċiżjoni ta’ korp mhux elett, taħt l-ebda ċirkostanza, mingħajr il-kunsens sħiħ minn qabel tiegħu.

    Emenda  47

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 23

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Fi tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva, il-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħha u teżamina b’mod partikolari l-oppotunità li timponi lill-Istati Membri kollha livell minimu obbligatorju ta’ ħażniet speċifiċi.

    Mhux iktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva, il-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħha u teżamina b’mod partikolari

     

    (a) jekk l-informazzjoni dwar il-ħażniet hijiex preċiża u ngħatatx fil-waqt;

     

    (b) jekk il-livell tal-ħażniet kummerċjali taż-żejt għandhomx jiġu rappurtati fuq bażi ta' kull ġimgħa jew ta' kull xahar;

     

    (c) jekk ikunx xieraq li timponi fuq l-Istati Membri kollha livell minimu obbligatorju ta’ ħażniet speċifiċi li jkopru tul ta' żmien itwal.

    Ġustifikazzjoni

    Il-reviżjoni għandha tikkunsidra l-aktar kapaċità approprjata tal-ħażniet (90 jew 120 ġurnata) kif ukoll ir-riżultati tal-istudju ta' fattibbiltà dwar ir-rappurtar ta' kull ġimgħa ta' stokkijiet kummerċjali taż-żejt, li għadha kemm tnediet mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, trid tevalwa jekk il-problemi ta' rappurtar, li kienu l-kawża ewlenija biex il-Kummissjoni tipproponi leġiżlazzjoni ġdida, ġew indirizzati b'mod effettiv.

    Emenda  48

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 26 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentarji u amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 20XX. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentarji u amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 20XX, bl-eċċezzjoni ta’ dawk l-Istati Membri li għalihom japplika perjodu ta’ tranżizzjoni għall-bini ta' riżervi taż-żejt jew tal-prodotti taż-żejt skont it-trattat ta’ adeżjoni mal-Unjoni Ewropea fejn l-iskadenza biex jiġu implimentati tkun id-data meta jiskadi l-perjodu ta’ tranżizzjoni. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

    Emenda  49

    Proposta għal direttiva

    Anness III – paragrafu 11

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Meta jiġu kkalkulati il-ħażniet tagħhom, l-Istati Membri għandhom inaqqsu b’10% l-ammonti ta’ ħażniet kkalkulati skont dak imsemmi qabel. Dan it-tnaqqis japplika għall-ammonti kollha kkunsidrati f’kalkolu speċifiku.

    Meta jiġu kkalkulati il-ħażniet tagħhom, l-Istati Membri għandhom inaqqsu b’5 % l-ammonti ta’ ħażniet kkalkulati skont dak imsemmi qabel. Dan it-tnaqqis japplika għall-ammonti kollha kkunsidrati f’kalkolu speċifiku.

    Ġustifikazzjoni

    Il-karatteristiċi tekniċi tat-tagħmir ta’ ħażna għall-prodotti taż-żejt mhux raffinat jippermettu li l-ammont ta’ żejt moħli jinżel għal 2%. il-fdalijiet taż-żejt mhux raffinat li jkunu ikbar mill-minimu li jintilef waqt it-tneħħija ta’ prodotti taż-żejt mhux raffinat iwasslu għal spejjeż ta’ ħżin ikbar.

    NOTA SPJEGATTIVA

    1. Daħla

    Iż-żejt jirrappreżenta r-riżorsa ewlenija ta’ enerġija tal-Unjoni Ewropea. L-ekonomija tiddependi strettament fuq il-kontinwità u l-affidabbiltà tal-provvista tiegħu bi prezz raġonevoli. Minħabba d-dipendenza għolja u li qed tikber fuq l-importazzjonijiet, is-sigurtà tal-provvista hija ta’ importanza partikolari.

    Il-Kummissjoni taħseb li sas-sena 2030 id-domanda għaż-żejt fl-UE se tkompli tikber, anke b’0.25 fil-mija fis-sena. Anke fl-2030 iż-żejt se jibqa’ jikkonsisti f’madwar 35 fil-mija tal-konsum totali gross ta’ enerġija u b’hekk jibqa’ l-iktar sors importanti ta’ enerġija primarja fl-UE. L-Amministrazzjoni tal-Informazzjoni dwar l-Enerġija fl-Istati Uniti qiegħda tikkalkula li fis-sena 2030, id-domanda se tkun ‘il fuq minn terz ogħla minn dik tal-2006. Peress li bħalissa l-provvista u l-kapaċitajiet tar-raffinerji ma jistgħux ilaħħqu mal-pass tat-tkabbir tad-domanda, is-sitwazzjoni tas-suq se tibqa’ waħda ta’ tensjoni.

    Dawn il-fatturi jridu jiġu riflessi fit-tfassil ta' politika Ewropea koerenti u realistika għall-enerġija. Parti minn din il-politika għandha tkun il-kapaċità tal-UE li taġixxi għal kwalunkwe kriżi potenzjali mhux mistennija fil-provvista. Il-ħażniet jipprovdu ħarsien importanti kontra qtugħ mhux mistenni fil-provvista. Fl-agħar ċirkustanzi ipotetiċi, pajjiż jista' jkun sfurzat li jieħu mill-ħażniet tiegħu biex jevita nuqqas fiżiku ċar ta' żejt, li jwassal biex jingħalqu xi setturi jew is-setturi kollha tal-ekonomija u jikkomprometti l-ħila militari tiegħu. F'dan il-kuntest, il-ħażna hija kwistjoni ta' sigurtà bażika nazzjonali u interess ekonomiku fundamentali relevanti għall-UE kollha kemm hi.

    Fl-aħħar tas-snin sittin u fil-bidu tas-snin sebgħin, l-UE diġà implimentat qafas legali biex jindirizza l-iskarsezza fil-provvista taż-żejt, kemm fuq żmien twil kif ukoll fuq żmien qasir.

    - Id-Direttiva 2006/67/KE tal-Kunsill tal-24 ta’ Lulju 2006 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri li jżommu ħażniet minimi ta’ prodotti taż-żejt mhux raffinat u/jew ta’ prodotti taż-żejt[1];

    - Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 68/416/KEE tal-20 ta’ Diċembru 1968 dwar il-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-patti ta’ ftehim individwali bejn il-Gvernijiet li għandhom x’jaqsmu mal-obbligu tal-Istati Membri li jżommu ħażniet minimi ta’ żejt mhux maħdum u/jew tal-prodotti taż-żejt[2];

    - Id-Direttiva 73/238/KEE tal-Kunsill tal-24 ta’ Lulju 1973 dwar miżuri sabiex jittaffew l-effetti tad-diffikultajiet fil-provvista ta’ żejt mhux raffinat u ta’ prodotti taż-żejt[3].

    Id-Direttiva proposta tissostitwixxi t-tliet atti leġiżlattivi msemmija hawn fuq.

    2. Analiżi tal-problema

    Fl-aħħar snin, ir-riskju ta' qtugħ fil-provvista taż-żejt kibret għal numru ta' raġunijiet, bħat-domanda globali dejjem tiżdied, kapaċità ta' produzzjoni qrib tad-domanda, konċentrazzjoni ikbar ta' riżorsi taż-żejt f'numru żgħir ta' pajjiżi (li spiss ikunu politikament instabbli), prinċipalment fil-Lvant Nofsani , kif ukoll il-proliferazzjoni ta' kunflitti ġeopolitiċi li jinvolvu l-enerġija. Dawn it-tendenzi attwali globali, flimkien mal-fatt li r-riżorsi interni taż-żejt fl-UE qed jonqsu, ikomplu jżidu l-importanza li titjieb is-sistema tal-UE għall-ħażna taż-żejt. L-analiżi tas-sistema attwali tikxef nuqqasijiet li jistgħu jxekklu milli taħdem kif xieraq fil-każ li verament ikun hemm qtugħ ta' provvista:

    a. Forom diversi ta' sjieda tal-ħażniet

    Bħalissa l-Istati Membri huma ħielsa biex jagħżlu l-arranġamenti tagħhom għaż-żamma tal-ħażniet. Dan jirrifletti l-differenzi nazzjonali f'termini ta' ġeografija, l-infrastruttura, raffinar tal-kopertura u sitwazzjoni tal-provvista. Il-ħażniet taż-żejt jistgħu jinżammu minn kumpaniji u/jew minn gvernijiet u/jew aġenziji. Skont stħarriġ tal-Kummissjoni, 62% tal-ħażniet tal-UE huma miżmuma mill-kumpaniji, 35% mill-aġenziji u 3% mill-gvernijiet.

    Ħafna ħażniet jinżammu minn entitajiet privati f'isem il-gvern. Madankollu, il-ħażniet taż-żejt miżmuma mill-kumpaniji jistgħu jintużaw għal qliegħ spekulattiv. Meta l-prezzijiet reali qed jinżlu, dan jiskoraġġixxi ż-żamma ta' ħażniet għal finijiet spekulattivi peress li tendenza 'l isfel fil-prezz timplika profitt negattiv miż-żamma tal-ħażniet. Ir-rapporteur jemmen li s-sitwazzjoni titjieb jekk jiġu imposti xi restrizzjonijiet jew standards regolatorji aħjar fuq ħażniet ta' emerġenza tal-kumapaniji.

    Is-sistema tal-UE tippermetti wkoll li pajjiż iżomm ħażniet fuq it-territorju ta' membru ieħor sakemm jeżisti ftehim bilaterali intergovernattiv. Per eżempju, fl-2007, id-Danimarka, l-Irlanda u l-Iżvezja kollha kienu qed iżommu xi wħud mill-ħażniet tagħhom fir-Renju Unit permezz ta' sensiela ta' ftehimiet bilaterali. Huwa wkoll stmat li madwar 11% ta' ħażniet ta' emerġenza jkunu qed jinżammu permezz ta' arranġamenti ta' "biljett", fejn il-ħażniet ikunu l-proprjetà u jinħażnu fiżikament minn pajjiż ieħor. Dawn il-biljetti jagħtu d-dritt lid-detentur li jixtri l-ħażna f'sitwazzjoni ta' kriżi, bil-prezz stilupat fil-ftehim. Din is-sistema tista' tipprovdi mod effettiv, meta wieħed iqis in-nefqa, biex ikun hemm konformità mal-obbligu taż-żamma ta' ħażniet, madankollu, is-sistema għandha tippermetti li jsir rappurtar preċiż tal-ħażniet taż-żejt u li tingħata risposta affidabbli fil-każ ta' qtugħ fil-provvista.

    Mhuwiex żgur li s-sistemi li jeżistu jistgħu jiggarantixxu li l-ħażniet li jinżammu għall-emerġenza jkunu kompletament disponibbli u lesti għall-użu biex jilqgħu għad-domanda.

    b. Ir-riskju li jkun hemm min japprofitta ruħu

    Iż-żamma tal-ħażniet tiswa l-flus, mhux l-inqas minħabba l-investiment fl-infrastruttura, iżda wkoll għall-manutenzjoni tal-faċilitajiet. Per eżempju ġie stmat li r-Riżerva Strateġika taż-Żejt tal-Istati Uniti, miżmuma fl-għerien tal-melħ, teħtieġ ispiża ta' investiment fl-infrastruttura ta' xi $ 6 għal kull barmil[4]. Ir-rilaxx tal-ħażniet taż-żejt x'aktarx li jwassal għal benefiċċji għall-pajjiżi kollha li jikkunsmaw iż-żejt, peress li s-suq taż-żejt huwa globali.

    Billi l-benefiċċji huma kollettivi, iżda l-ispejjeż jinġarru mill-pajjiż li jaħżen iż-żejt, hemm ir-riskju li jkun hemm min japprofitta ruħu: l-Istati Membri li għandhom sistemi li huma inqas affidabbli jistgħu jistrieħu fuq il-pajjiżi li għandhom arranġamenti b’saħħithom. Madankollu, din is-sitwazzjoni tikkomprometti l-istat ta’ preparazzjoni għas-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza tal-Unjoni Ewropea kollha.

    Sabiex tiggarantixxi li s-sistema tal-ħażna taż-żejt tal-UE tiffunzjona fil-każ ta' qtugħ ta' provvista, ir-rapporteur jemmen li huwa essenzjali li l-Kummissjoni jkollha l-poter li tivverifika l-implimentazzjoni korretta tagħha u tobbliga lill-Istati Membri biex jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE.

    c. Kompatibilità mal-metodi tal-IEA

    L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (IEA), imwaqqfa fl-1974, topera sistema parallela. Għalkemm, b'mod ġenerali, l-istess ħażniet jistgħu jintużaw għall-konformità mal-obbligi tal-UE u tal-IEA għaż-żamma tal-ħażniet, id-differenzi fil-metodi tal-kalkoli u r-rappurtar jimponu piż amministrattiv addizzjonali fuq l-Istati Membri li huma wkoll membri tal-IEA.

    d. Kjarifika tal-proċeduri għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza

    L-Unjoni Ewropea lanqas għandha proċeduri ta’ intervent koordinati u, minħabba dan, it-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ malajr u ta’ miżuri effikaċji, kruċjali f’każ ta’ kriżi, jkun diffiċli fil-prattika. L-UE m'għandhiex regoli ċari dwar ir-rilaxx u lanqas ma jeżisti xi proċess ċar ta' deċiżjoni fil-livell tal-UE. Effettivament, id-deċiżjoni tibqa' tal-gvernijiet nazzjonali u f'każ ta' emerġenza, l-irwol tal-Kummissjoni permezz tal-Istati Membri huwa limitat għall-konsultazzjoni.

    Filwaqt li sett ta' kriterji stabbiliti għar-rilaxx ta' ħażniet taż-żejt ta' emerġenza, joħloq trasparenza u jiżgura reazzjoni fil-pront, sistema ta' dan it-tip jista' jkollha nuqqas ta' flessibilità biex taġixxi b'mod xieraq għal tipi differenti ta' limiti fil-provvista. Deċiżjoni ad hoc adattata għaċ-ċirikustanzi minn entità indipendenti tista' tkun aktar xierqa. Minkejja dan, il-leġiżlazzjoni għandha tipprovdi mekkaniżmu effettiv għat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar ir-rilaxx tal-ħażniet taż-żejt. F'dan il-kuntest, l-irwol tas-sistema tal-UE vis-à-vis l-IEA u l-proċeduri tagħha jeħtieġ li jiġu ċċarati fil-leġiżlazzjoni attwali.

    e. Garanzija tat-trasparenza tas-swieq taż-żejt

    Hemm tħassib serju dwar l-affidabilità tad-data kif ukoll il-frekwenza tar-rappurtar. Jeħtieġ li jkun hemm data preċiża u f'waqtha, sabiex tiżdied it-trasparenza tas-suq. Il-konsumaturi għandhom jiġu assigurati li qed iħallsu prezz ġust fil-pompi. Data żbaljata tista' twassal għal deċiżjonijiet żbaljati u żżid il-volatilità tal-prezzijiet. Il-Kummissjoni tilmenta dwar rappurtar mhux spiss u li jaqa' lura mill-Istati Membri. Fl-istess ħin hemm dubji serji dwar kemm mill-ħażniet "irrappurtati" jkunu disponibbli fil-verità għall-użu f'emerġenza u kemm ikunu meħtieġa għal finijiet operattivi għas-sistema u għalhekk mhux disponibbli għall-konsum.

    Il-Kummissjoni tipproponi li l-Istati Membri għandhom jirrapportaw fuq bażi ta' kull ġimgħa minflok kull xahar. Dan għandu jġib is-sistema tal-UE konformi mal-prattika tal-Istati Uniti. Madankollu, il-kumpaniji taż-żejt kif ukoll uħud mill-Istati Membri jibżgħu minn piż amministrattiv addizzjonali u jsostnu li l-pubblikazzjoni tal-ħażniet taż-żejt fuq bażi ta' kull ġimgħa se żżid l-inċertezza għas-swieq, billi rapporti ta' kull ġimgħa dwar il-ħażniet huma saħansitra inqas preċiżi. L-esperjenza Amerikana turi li d-data ta' kull ġimgħa spiss twassal għal korrezzjonijiet retro-attivi meta tiġi ppreżentata data ta' kull xahar aktar preċiża. Il-kwalità tad-data għandha tieħu prijorità fuq il-kwantità.

    3. L-għażliet ta' politika għat-titjib tas-sistema

    Fuq it-talba tal-Kummissjoni, saret evalwazzjoni tal-impatt tal-għażliet tal-politika, li eżaminat sistematikament l-effetti fuq l-istat ta' tħejjija għall-emerġenzi, jiġifieri l-kapaċità tal-UE sabiex tlaħħaq mal-possibbiltà ta' qtugħ fil-provvista taż-żejt, kif ukoll il-piż finanzjarju u amministrattiv iffaċċjat mill-Istati Membri, l-industrija u l-Kummissjoni.

    L-erbgħa għażliet tal-politika evalwati kienu:

    § Għażla ta’ Politika 0: L-ebda bidla politika, li ovvjament ma tinvolvix piż finanzjarju u amministrattiv addizzjonali iżda li ma tistax tiggarantixxi stat ta' tħejjija effettiv madwar l-UE f'każ ta' emerġenza;

    § Għażla ta’ Politika 1: It-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’ kontroll u ta’ koordinazzjoni tas-sistema attwali;

    § Għażla ta’ Politika 2: It-twaqqif ta’ sistema Komunitarja ċċentralizzata flimkien ma’ obbligu ta’ pussess tal-Istat/pubbliku tal-ħażniet ta’ emerġenza;

    § Għażla ta’ Politika 3: Il-ħolqien ta' ħażniet speċifiċi ta' emerġenza mill-UE, li jfisser li l-Istati Membri jżommu porzjon obbligatorju ta' ħażniet ta' emerġenza fil-forma ta' ħażniet fil-pussess tal-gvern jew ta' aġenzija - fi ħdan verżjoni riveduta tas-sistema eżistenti.

    L-għażla ta' politika 3 hija l-għażla preferuta mill-Kummissjoni; madankollu, għadha mhijiex aċċettabbli politikament li l-Istati Membri jiġu obbligati jibnu ħażniet speċifiċi. Għalhekk il-proposta tal-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq din l-għażla, filwaqt li għalissa tħalli l-bini ta’ ħażniet speċifiċi fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri.

    Il-proposta tipprevedi klawżola ta' reviżjoni, sabiex tippermetti lill-Kummissjoni tevalwa, wara perjodu ta' żmien, jekk l-Istati Membri li ma jibnux ħażniet speċifiċi humiex qed japplikaw soluzzjonijiet alternattivi konvinċenti.

    4. Suġġerimenti tar-rapporteur għat-titjib

    Ir-rapporteur jappoġġja l-għażla politika 3: Il-ħolqien ta' xi ħażniet speċifiċ għal perjodu ta' żmien itwal flimkien ma' bidla tal-bażi ta' kalkolu għall-istandards tal-IEA, ir-restrizzjoni tal-użu tal-ħażniet kummerċjali, il-limitar tas-sistema ta' "biljetti" u t-titjib tas-sistema tat-teħid ta' deċiżjonijiet fil-każ ta' kriżi jiffurmaw l-aħjar triq biex jiġi żgurat li s-sistema tal-UE tista' tilqa' sfidi futuri marbuta maż-żejt. B'mod ġenerali, l-irwol tal-Istati Membri fiż-żamma u l-immaniġġjar ta' ħażniet ta' żejt għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza għandu jissaħħaħ.

    Fl-ispirtu ta' din l-għażla ta' politika, ir-rapporteur jixtieq jintroduċi xi emendi għall-proposta bil-għan li:

    § Tissaħħaħ it-trasparenza b'mod ġenerali fuq is-suq taż-żejt u, b'mod partikolari, tal-ħażniet taż-żejt disponibbli rigward il-lokazzjoni tagħhom, il-kwantità u s-sjieda bil-għan li titrawwem l-affidabbiltà tas-sistema ta' emerġenza;

    § Jiġu żgurati l-provvista u l-ipproċessar ta' data preċiża u f'waqtha fuq il-ħażniet kollha ta' emerġenza, b'mod partikulari rigward ħażniet mhux speċifiċi (Artikolu 6, Artikolu 15);

    § Jitwaqqfu regoli ċari għall-Istati Membri rigward ir-responsabilità tal-immaniġġjar ta' ħażniet speċifiċi barra mit-territorju nazzjonali (Artikolu 11);

    § Jiġi determinat qafas ta' żmien u ambitu għar-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni (Artikolu 23);

    § Il-Kummissjoni tkun tista' teżamina b'mod effettiv l-implimentazzjoni korretta ta' din il-leġiżlazzjoni (Artikolu 19; Аrtikolu 22);

    § Jiġi pprovdut proċess ċar u mgħaġġel għat-teħid ta' deċiżjonijiet sabiex l-UE tkun tista' tieħu miżuri kumplimentarji għall-politiki ta' emerġenza tal-IEA u biex jiġu ggarantiti deċiżjonijiet xierqa u mhux politiċizzati jew preġudikati, fl-ispirtu tas-solidarjetà tal-UE fil-qasam tal-enerġija (Artikolu 21);

    § Jiġi żgurat li kwalunkwe sistema ta' żamma tal-ħażniet, bħas-sistema tal-"biljetti", tippermetti l-eżattezza fl-irrappurtar ta' ħażniet disponibbli u hija kompletament affidabbli fil-każ ta' qtugħ ta' provvista (Artikolu 8, Artikolu 11).

    • [1]  ĠU L 217, 8.8.2006, p. 8.
    • [2]  ĠU L 308, 23.12.1968, p. 19.
    • [3]  ĠU L 228, 16.8.1973, p. 1.
    • [4]  "HOW EMERGENCY OIL STOCKS FIT THE GENERAL OIL CHALLENGE", tal-Professur Paul Stevens.

    OPINJONI TAL-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (25.3.2009)

    għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

    dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tobbliga lill-Istati Membri jżommu livell minimu ta’ ħażniet taż-żejt mhux raffinat u/jew ta’ prodotti tal-petroleum
    (COM(2008)0775 – C6-0511/2008 – 2008/0220(CNS))

    Rapporteur: Slavi Binev

    ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

    Il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Kunsill li timponi l-obbligu li l-Istati Membri jżommu ħażna minima ta' żejt mhux raffinat u/jew ta' prodotti taż-żejt hija ta' importanza kbira għaż-żamma tal-istabilità ekonomika u tal-iżvilupp soċjali tal-Istati Membri waqt il-kriżijiet u l-emerġenzi.

    Jeħtieġ li jingħelbu d-dgħjufijiet u l-ksur tas-sistema attwali sabiex ikunu garantiti s-sikurezza, l-aċċessibilità, id-disponibilità u l-affidabilità fit-tul ta' ħażniet taż-żejt mhux raffinat u tal-prodotti taż-żejt fil-każ ta' qtugħ fil-fornitura tal-enerġija.

    Il-kriżi serja tal-gass li xi Stati Membri qegħdin iġarrbu, minħabba li sfaw vittmi tal-kunflitti, tkompli tenfasizza l-ħtieġa li jinżamm livell minimu ta' ħażniet ta' enerġija.

    Ir-Rapporteur jaqbel mal-approċċ adottat mill-Kummissjoni, imma jixtieq li jressaq xi emendi għall-proposta tal-Kummissjoni.

    Ir-Rapporteur jixtieq ukoll jenfasizza li t-tfixkil fil-forniment ta' żejt mhux raffinat u ta' prodotti taż-żejt u/jew ħażniet mhux suffiċjenti se jkollu effett dominò sinifikanti u se jolqot lis-setturi kollha. Il-livell ta' dipendenza mill-enerġija jvarja minn Stat Membru għal ieħor, u dan ifixkel ukoll kwalunkwe reazzjoni mgħaġġla u xierqa f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza. Għalhekk dan il-livell ta' dipendenza għandu jkun fattur meqjus fil-kalkolu tal-volum tal-ħażniet. Huwa importanti ħafna li jiġi promoss u stimulat l-użu ta' sorsi alternattivi ta' enerġija, li jkattar il-ħażniet fi żminijiet ta' kriżi.

    Il-ħruġ ta' sommarji tal-istatistika kull xahar jevita żieda fil-piż amministrattiv.

    Għandu jkun osservat li mhux l-istati membri kollha tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (IEA) huma wkoll membri tal-UE u li għalhekk il-koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-IEA hija tassew importanti sabiex jiġi evitat li jkun applikat approċċ differenzjat għall-Istati Membri tal-UE.

    L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jagħżlu b'mod indipendenti liema miż-żewġ kwantitatjiet (90 jum ta' importazzjoni netta jew 70 jum ta' konsum) jużaw meta jikkalkulaw il-ħażniet minimi obbligatorji.

    EMENDI

    Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

    Emenda 1

    Proposta għal direttiva

    Premessa 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (1) L-importanza tal-provvista tal-Komunità taż-żejt mhux raffinat u tal-prodotti taż-żejt hija kbira ħafna, b’mod partikolari għas-settur tat-trasport u għall-industrija kimika.

    (1) L-importanza tal-provvista tal-Komunità taż-żejt mhux raffinat u tal-prodotti taż-żejt hija kbira ħafna, b’mod partikolari għas-settur tat-trasport u għall-industriji tal-kimika u tal-enerġija. It-tfixkil fil-provvista taż-żejt mhux raffinat u tal-prodotti taż-żejt jew ħażniet mhux suffiċjenti jista' jirriżulta f'telf finanzjarju kbir għall-intrapriżi u jista' jwaqqaf setturi oħra tal-ekonomija u tal-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tal-Unjoni.

    Ġustifikazzjoni

    It-tfixkil fil-provvista taż-żejt mhux raffinat u tal-prodotti taż-żejt u/jew ħażniet mhux suffiċjenti se jkollhom effett dominò sinifikanti u se jolqot lis-setturi kollha.

    Emenda 2

    Proposta għal direttiva

    Premessa 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (2) Il-konċentrazzjoni dejjem akbar tal-produzzjoni, it-tnaqqis tar-riżervi taż-żejt kif ukoll iż-żieda tal-konsum dinji tal-prodotti taż-żejt jikkontribwixxu għaż-żieda tar-riskji u d-diffikultajiet ta’ provvista.

    (2) Il-konċentrazzjoni dejjem akbar tal-produzzjoni, it-tnaqqis tar-riżervi taż-żejt kif ukoll iż-żieda kostanti tal-konsum dinji tal-prodotti taż-żejt jikkontribwixxu għal żieda serja fir-riskju ta' diffikultajiet fil-provvista.

    Ġustifikazzjoni

    Fid-dawl taż-żieda mhux mistennija fil-konsum dinji tal-prodotti taż-żejt, meta huwa diffiċli li titbassar ir-rata ta' tkabbir tagħhom għall-ġejjieni, jeħtieġ li jkun enfasizzat il-periklu ta' tibdil f'daqqa fil-bilanċ bejn il-ħażniet taż-żejt u l-konsum dinji.

    Emenda 3

    Proposta għal direttiva

    Premessa 2 a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (2a) Il-livell ta' dipendenza tal-Istati Membri mill-importazzjoni taż-żejt biex ilaħħqu mal-ħtiġijiet tagħhom ta' enerġija, huwa għoli ħafna;

    Ġustifikazzjoni

    Jeħtieġ li jiġu adottati miżuri bil-għan li jintlaħaq l-ogħla livell possibbli ta' indipendenza enerġetika mill-Istati Membri. Is-sorsi alternattivi tal-enerġija jistgħu jkattrul-ħażniet fl-emerġenzi u l-kriżijiet.

    Emenda 4

    Proposta għal direttiva

    Premessa 4 a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

     

    (4a) L-Unjoni Ewropea għandha rwol globali u l-politika tagħha għat-titjib tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija għandha għalhekk tifforma parti mill-objettivi tal-politika fir-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi kandidati u mal-pajjiżi ġirien.

    Ġustifikazzjoni

    Il-pajjiżi kandidati u dawk ġirien għandhom jikkunsidraw ukoll l-adozzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni.

    Emenda 5

    Proposta għal direttiva

    Premessa 4 b (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (4b) Il-Kummissjoni ghandha tiżgura li t-tmien Stati Membri li mhumiex membri tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (IEA)¹ huma involuti b'mod ugwali fir-rigward tad-deċiżjonijiet adottati u l-miżuri meħuda mill-Unjoni Ewropea b'konsultazzjoni mal-IEA.

     

    1 il-Bulgarija, Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, ir-Rumanija u s-Slovenja.

    Ġustifikazzjoni

    Biex ikun possibbli li s-sistemi Komunitarji jitqarrbu lejn is-sistema tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (IEA) għandu jkun żgurat li jiddaħħlu wkoll dawk l-Istati Membri li mhumiex membri tal-IEA (il-Bulgarija, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, ir-Rumanija, is-Slovenja u Ċipru).

    Emenda 6

    Proposta għal direttiva

    Premessa 4 c (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (4c) Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta u tappoġġja b'mod adegwat l-interessi tal-Istati Membri li mhumiex membri tal-IEA.

    Ġustifikazzjoni

    Għandhom ikunu appoġġjati bl-istess mod l-interessi tal-Istati Membri tal-UE kollha.

    Emenda 7

    Proposta għal direttiva

    Premessa 15

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (15) F'dan l-istadju, l-ammonti li għandhom ikun proprjetarji tagħhom l-entitajiet ċentrali jew l-Istati Membri

    għal livell stabbilit b’mod indipendenti u volontarju minn kull Stat Membru kkonċernat.

    (15) F'dan l-istadju, l-ammonti li għandhom ikunu proprjetarji tagħhom l-entitajiet ċentrali jew l-Istati Membri

    għandhom ikunu stabbiliti f'livell stabbilit minn qabel b’mod indipendenti u volontarju minn kull Stat Membru kkonċernat.

    Ġustifikazzjoni

    Jeħtieġ li l-volum tal-ħażniet taż-żejt ikunu stabbiliti minn qabel sabiex ikun evitat nuqqas mhux mistenni ta' żejt fil-każ ta' emerġenza.

    Emenda 8

    Proposta għal direttiva

    Premessa 21

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (21) L-istess objettivi jimponu wkoll li l-istabbiliment u r-rapport tal-informazzjoni statistika jsir wkoll għall-ħażniet oħra li mhumiex dawk ta’ emerġenza, u li jiġi previst li din l-informazzjoni tingħata kull ġimgħa.

    (21) L-istess objettivi jimponu wkoll li l-istabbiliment u r-rapport tal-informazzjoni statistika jsir ukoll għal ħażniet oħra li mhumiex dawk ta’ emerġenza jew dawk speċjalizzati, u li jiġi previst li din l-informazzjoni tingħata kull xahar.

    Ġustifikazzjoni

    L-għoti ta' informazzjoni statistika kull ġimgħa jżid il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri.

    Emenda 9

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt e

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (e) “deċiżjoni finali effettiva ta’ tqegħid tal-ħażniet f’ċirkolazzjoni”: kull deċiżjoni fis-seħħ tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija bl-għan li tassigura t-tqegħid f’ċirkolazzjoni tal-ħażniet taż-żejt jew tal-prodotti tal-petroleum ta’ Stat Membru;

    (e) “deċiżjoni internazzjonali effettiva ta’ tqegħid tal-ħażniet f’ċirkolazzjoni”: kull deċiżjoni fis-seħħ tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija bl-għan li tassigura t-tqegħid f’ċirkolazzjoni tal-ħażniet taż-żejt jew tal-prodotti taż-żejt ta' pajjiż membru tal-IEA;

    Ġustifikazzjoni

    Deċiżjoni tal-IEA li jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni ħażniet hija deċiżjoni ta' tmienja u għoxrin pajjiż membru tal-IEA, li tmienja minnhom mhumiex Stati Membri tal-UE.

    Emenda 10

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 2 – subparagrafu 1 – punt 1 a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (la)' sitwazzjonijiet ta' emerġenza' tfisser ċirkustanzi fejn ikun hemm tfixkil sinifikanti fil-provvista ta' żejt mhux raffinat jew ta' prodotti taż-żejt;

    Ġustifikazzjoni

    Id-definizzjoni tal-kelma 'emerġenza' hija nieqsa.

    Emenda 11

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 3 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. L-Istati Membri għandhom jadottaw kull dispożizzjoni leġiżlattiva, regolamentarja jew amministrattiva xierqa biex jassiguraw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 20XX, iż-żamma għall-benefiċċju tagħhom, fit-territorju tal-Komunità u b’mod permanenti, ta’ livell totali ta’ ħażniet taż-żejt li jkun għallinqas ekwivalenti għall-akbar kwantità rrappreżentata jew b’disgħin jum ta’ importazzjonijiet netti jew b’sebgħin jum ta’ konsum.

    1. L-Istati Membri għandhom jadottaw kull dispożizzjoni leġiżlattiva, regolamentarja jew amministrattiva xierqa biex jassiguraw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 20XX, iż-żamma għall-benefiċċju tagħhom, fit-territorju tal-Komunità Ewropea u b’mod permanenti, ta’ livell totali ta’ ħażniet taż-żejt li jkun għallinqas ekwivalenti għal disgħin jum ta’ importazzjoni netta jew sebgħin jum ta’ konsum.

    Ġustifikazzjoni

    Il-kalkolu u l-paragun parallel taċ-ċifri għad-90 jum ta' importazzjoni netta u 70 jum ta' konsum se jwasslu għal żieda fl-attivitajiet amministrattivi.

    Emenda 12

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 3 – paragrafu 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    4. L-arranġamenti u l-metodi ta’ kalkolu tal-obbligi ta’ ħżin stabbiliti f’dan l-Artikolu jistgħu jiġu emendati b’mod konformi mal-proċedura ta’ regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(2).

    4. Il-metodi u l-proċeduri ta’ kalkolu tal-obbligi ta’ ħżin stabbiliti f’dan l-Artikolu jistgħu jiġu emendati b’mod konformi mal-proċedura regolatorja stabbilita fl-Artikolu 24(2) u wara li ssir konsultazzjoni mal-esperti u mal-partijiet interessati.

    Ġustifikazzjoni

    Il-metodu għall-kalkolu tal-obbligi ta' ħżin għandhom ikunu stipulati fil-liġi u l-bidliet għandhom ikunu msejsa fuq l-evalwazzjonijiet u l-konklużjonijiet f'dan il-qasam. Dan mhux garantit għall-emendi konformi mal-proċedura tal-kumitat skont l-Artikolu 24(2).

    Emenda 13

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 4 – paragrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3. L-arranġamenti u l-metodi ta’ kalkolu tal-livell tal-ħażniet, speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu emendati b’mod konformi mal-proċedura ta’ regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(2).

    3. Il-metodi u l-proċeduri ta’ kalkolu tal-livell tal-ħażniet, speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu emendati b’mod konformi mal-proċedura regolatorja stabbilita fl-Artikolu 24(2) u wara li ssir konsultazzjoni mal-esperti u mal-partijiet interessati.

    Ġustifikazzjoni

    Il-metodu għall-kalkolu tal-obbligi ta' ħżin għandhom ikunu stipulati fil-liġi u l-bidliet għandhom ikunu msejsa fuq l-evalwazzjonijiet u l-konklużjonijiet f'dan il-qasam. Dan mhux garantit għall-emendi konformi mal-proċedura tal-kumitat skont l-Artikolu 24(2).

    Emenda 14

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 5 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. L-Istati Membri għandhom dejjem jassiguraw l-aċċessibilità fiżika u d-disponibbiltà tal-ħażniet ta’ sigurtà u tal-istokkijiet speċifiċi, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 9, li jkunu fit-territorju nazzjonali tagħhom. Huma għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti ta’ identifikazzjoni, ta’ kontabilità u ta’ kontroll ta’ dawn il-ħażniet b’mod li jippermettu li jkun hemm verifika ta’ dawn il-ħażniet fi kwalukwe mument. Għall-ħażniet ta’ sigurtà

    u l-ħażniet speċifiċi li jagħmlu parti mill-ħażniet miżmuma minn xi operaturi ekonomiċi jew li huma mħalltin ma’ ħażniet bħal dawn, għandha ssir kontabilità separata.

    1. L-Istati Membri għandhom dejjem jiżguraw l-aċċessibilità fiżika u d-disponibilità tal-ħażniet ta’ sigurtà u tal-ħażniet speċifiċi, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 9, li jkunu fit-territorju nazzjonali tagħhom. Huma għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti ta’ identifikazzjoni, ta’ kontabilità u ta’ kontroll ta’ dawn il-ħażniet b’mod li jippermettu li jkun hemm verifika ta’ dawn il-ħażniet fi kwalukwe mument. L-Istati Membri għandhom ifittxu li jiddefinixxu dawn l-arranġamenti bi ftehim minn qabel mal-Kummissjoni. Għall-ħażniet ta’ emerġenza u l-ħażniet speċifiċi li jagħmlu parti mill-ħażniet miżmuma minn xi operaturi ekonomiċi jew li huma mħalltin ma’ ħażniet bħal dawn, għandha ssir kontabilità separata.

    Ġustifikazzjoni

    Ftehim minn qabel dwar ir-regoli tal-kontabilità jwasslu għall-avviċinar tal-metodi użati minn Stati Membri differenti, u dan għandu jiffaċilita l-kontroll sussegwenti.

    Emenda 15

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi inventarju dettaljat, aġġornat il-ħin kollu, tal-ħażniet ta’ sigurtà kollha li jkunu miżmuma għalih u li ma jkunux ħażniet speċifiċi skont l-Artikolu 9. Dan l-inventarju għandu jkollu b’mod partikolari l-informazzjoni kollha li tippermetti li jiġu lokalizzati b’mod preċiż il-ħażniet inkwistjoni kif ukoll li jiġu ddeterminati l-ammonti, il-propjetarju, kif ukoll in-natura eżatta tagħhom, b’referenza għall-kategoriji identifikati fil-punt 3.1 tal-paragrafu 1 tal-Anness C tar-Regolament (KE) Nru ****** tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-*********** dwar l-istatistiċi tal-enerġija.

    1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi inventarju dettaljat, aġġornat kull xahar, tal-ħażniet ta’ sigurtà kollha li jkunu miżmuma għalih u li ma jkunux ħażniet speċifiċi skont l-Artikolu 9. Dan l-inventarju għandu jkollu b’mod partikolari l-informazzjoni kollha li tippermetti li jiġu lokalizzati b’mod preċiż il-ħażniet inkwistjoni permezz tal-faċilità ta' ħażna kif ukoll li jiġu ddeterminati l-ammonti, il-propjetarju, kif ukoll in-natura eżatta tagħhom, b’referenza għall-kategoriji identifikati fil-punt 3.1 tal-paragrafu 1 tal-Anness C tar-Regolament (KE) Nru 1009/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar l-istatistiċi tal-enerġija¹.

     

    1 ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1.

    Ġustifikazzjoni

    It-tibdil jagħmel il-proposta tal-Kummissjoni aktar speċifika.

    Emenda 16

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 7 – paragrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3. Ebda entità ċentrali ta’ ħżin ma tista’ takkwista, tibni, iżżomm jew tamministra xi ħażniet ta’ sigurtà ’l barra mit-territorju nazzjonali tal-Istat Membru li stabbilixxa din l-entità, jekk mhux b’delega konvenzjonali lill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsabu dawn il-ħażniet jew lill-entità ċentrali ta’ ħżin stabbilita minn dan tal-aħħar.

    3. Entità ċentrali ta’ ħżin tista’ takkwista, tibni, iżżomm jew tamministra xi ħażniet ta’ emerġenza ’l barra mit-territorju nazzjonali tal-Istat Membru li stabbilixxa din l-entità.

    Ebda Stat Membru ma jista’ jakkwista, jibni, iżomm jew jamministra xi ħażniet ta’ sigurtà ’l barra mit-territorju nazzjonali tiegħu, jekk mhux b’delega konvenzjonali lill-Istat Membru li fih jinsabu dawn il-ħażniet jew lill-entità ċentrali ta’ ħżin stabbilita minn dan tal-aħħar.

    Stat Membru jista’ jakkwista, jibni, iżomm jew jamministra xi ħażniet ta’ emerġenza ’l barra mit-territorju nazzjonali tiegħu.

    Ġustifikazzjoni

    Entità ta' ħżin tista' tissodisfa l-obbligi tagħha permezz ta' delegazzjoni lill-intrapriżi fil-pajjiż tagħha stess imma mhux permezz ta' xi intrapriża fi Stati Membri oħra tal-UE. B'dan il-mod l-entità jew l-Istat Membru jista’ jkollhom ħażniet ta’ emerġenza b’mod limitat f'pajjiż ieħor barra l-Unjoni Ewropea. Skont il-proposta tal-Kummissjoni dan huwa possibbli biss permezz tal-entità ta’ ħżin ta' dak il-post jew permezz ta’ ftehima bilaterali, u jwassal għal sforzi u ħinijiet amministrattivi żejda konsiderevoli.

    Emenda 17

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. Kull Stat Membru jista’ jinkariga ruħu b’mod irrevokabbli li jżomm livell minimu, iddeterminat f’numru ta’ jiem ta’ konsum, ta’ ħażniet taż-żejt filwaqt li jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu (iktar ‘il quddiem “ħażniet speċifiċi”).

    1. Kull Stat Membru jista’ jinkariga ruħu li jżomm livell minimu, iddeterminat f’numru ta’ jiem ta’ konsum, ta’ ħażniet taż-żejt filwaqt li jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu (iktar ‘il quddiem “ħażniet speċifiċi”).

    Ġustifikazzjoni

    Obbligu irrevokabbli ma joffrix lill-Istati Membri l-flessibilità meħtieġa biex ikunu jistgħu jirreaġixxu għal bidliet esterni u l-fluttwazzjonijiet tas-suq.

    Emenda 18

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 9 – paragrafu 3 – parti introduttorja

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3. Il-ħażniet speċifiċi jkopru biss il-kategoriji ta’ prodotti li ġejjin, bħal ma huma definiti fil-punt 4 tal-Anness B, tar-Regolament (KE) Nru ******* tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-******* dwar l-istatistiċi tal-enerġija:

    3. Il-ħażniet speċifiċi jistgħu jkopru l-kategoriji ta' prodotti li ġejjin, bħal ma huma definiti f'Sezzjoni 4 tal-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008:

    Ġustifikazzjoni

    Sabiex ikun possibbli li jkun hemm flessibilità fil-provvista ta’ ħażniet speċifiċi, il-lista m’għandhiex tkun esklużiva. Il-ħażniet kollha tal-prodotti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għal dan, għandhom ikunu jistgħu jiġu ddikjarati bħala ħażniet speċifiċi.

    Emenda 19

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    5. Kull Stat Membru li ddeċieda li jżomm xi ħażniet speċifiċi għandu jagħti avviż lill-Kummissjoni, li huwa ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jispeċifika l-livell ta’ ħażniet speċifiċi li jinkariga ruħu b’mod irrevokabbli li jżomm, għal kull waħda mill-kategoriji u b’mod permanenti. Il-livell minimu obbligatorju nnotifikat huwa uniku u japplika b’mod identiku għall-kategoriji kollha ta’ ħażniet speċifiċi użati mill-Istat Membru.

    5. Kull Stat Membru li ddeċieda li jżomm xi ħażniet speċifiċi għandu jagħti avviż lill-Kummissjoni, li huwa ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li jispeċifika l-livell ta’ ħażniet speċifiċi li jinkariga ruħu li jżomm b’mod permanenti.

    Ġustifikazzjoni

    L-ispeċifikar dwar il-livell minimu biss, skont in-numru ta’ ġranet ta’ provvista, għall-kategoriji kollha ta’ prodotti ta’ ħażniet speċifiċi, ifisser li l-prodott bl-inqas numru ta’ ġranet ta’ ħżin jippreżenta l-limitu massimu ffissat b’mod permanenti għall-prodotti kollha.

    Emenda 20

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 15 – paragrafi 1 u 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. L-Istati Membri għandhom jirraportaw lill-Kummissjoni informazzjoni statistika kull ġimgħa dwar il-livell tal-ħażniet kummerċjali miżmuma fit-territorju nazzjonali tagħhom. Rigward dan, huma għandhom jassiguraw li tiġi protetta n-natura sensittiva tal-informazzjoni u għalhekk ma jsemmux l-ismijiet tal-proprjetarji tal-ħażniet inkwistjoni.

    1. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni informazzjoni statistika kull xahar dwar il-livell tal-ħażniet kummerċjali miżmuma fit-territorju nazzjonali tagħhom. Rigward dan, huma għandhom jassiguraw li tiġi protetta n-natura sensittiva tal-informazzjoni u għalhekk ma jsemmux l-ismijiet tal-proprjetarji tal-ħażniet inkwistjoni.

    2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni statistika kull ġimgħa dwar il-ħażniet kummerċjali fil-Komunità fuq il-bażi tal-informazzjoni li tkun ġiet irrapportata lilha mill-Istati Membri, billi tuża livelli aggregati.

    2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni statistika kull xahar dwar il-ħażniet kummerċjali fil-Komunità fuq il-bażi tal-informazzjoni li tkun ġiet irrapportata lilha mill-Istati Membri, billi tuża livelli aggregati.

    Ġustifikazzjoni

    L-għoti ta' informazzjoni statistika kull ġimgħa dwar il-livelli tal-ħażniet kummerċjali miżmuma fit-territorju nazzjonali tal-Istat Membru jżid il-piż amministrattiv. Is-soluzzjoni għas-sigurtà u t-trasparenza tas-swieq taż-żejt hija l-imġiba responsabbli ta' dawk indirizzati u l-konformità sħiħa mal-obbligi skont din id-Direttiva.

    Emenda 21

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 23

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Fi tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva, il-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħha u teżamina b’mod partikolari l-oppotunità li timponi lill-Istati Membri kollha livell minimu obbligatorju ta’ ħażniet speċifiċi.

    Fi żmien tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni tal-applikazzjoni tagħha.

    Ġustifikazzjoni

    Għandha tkun preferuta klawsola ta’ reviżjoni ġenerali, milli klawsola ta' reviżjoni li fiha r-riżultat ikun diġà stabbilit minn qabel.

    PROĊEDURA

    Titolu

    Ħażniet minimi ta’ żejt mhux raffinat u/jew ta’ prodotti tal-petroleum

    Referenzi

    COM(2008)0775 – C6-0511/2008 – 2008/0220(CNS)

    Kumitat responsabbli

    ITRE

    Opinjoni mogħtija minn

           Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    ECON

    18.12.2008

     

     

     

    Rapporteur għal opinjoni:

           Data tal-ħatra

    Slavi Binev

    17.12.2008

     

     

    Eżami fil-kumitat

    20.1.2009

    23.3.2009

     

     

    Data tal-adozzjoni

    23.3.2009

     

     

     

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    17

    0

    0

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Mariela Velichkova Baeva, Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Slavi Binev, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Elisa Ferreira, Jean-Paul Gauzès, Sophia in ‘t Veld, Wolf Klinz, Gay Mitchell, Eoin Ryan, Antolín Sánchez Presedo, Peter Skinner, Margarita Starkevičiūtė, Ieke van den Burg

    Sostitut preżenti għall-votazzjoni finali

    Eva-Riitta Siitonen

    PROĊEDURA

    Titolu

    Livell minimu ta’ ħażniet taż-żejt mhux raffinat u/jew ta’ prodotti tal-petroleum

    Referenzi

    COM(2008)0775 – C6-0511/2008 – 2008/0220(CNS)

    Data meta ġie kkonsultat il-PE

    16.12.2008

    Kumitat responsabbli

           Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    ITRE

    18.12.2008

    Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

           Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    BUDG

    18.12.2008

    ECON

    18.12.2008

    ENVI

    18.12.2008

    TRAN

    18.12.2008

    Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

           Data tad-deċiżjoni

    BUDG

    1.12.2008

    ENVI

    2.12.2008

    TRAN

    8.12.2008

     

    Rapporteur(s)

           Data tal-ħatra

    Miloslav Ransdorf

    2.12.2008

     

     

    Eżami fil-kumitat

    17.2.2009

    19.3.2009

     

     

    Data tal-adozzjoni

    31.3.2009

     

     

     

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    47

    0

    0

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Šarūnas Birutis, Jan Březina, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Dragoş Florin David, Pilar del Castillo Vera, Den Dover, Adam Gierek, Fiona Hall, Rebecca Harms, Erna Hennicot-Schoepges, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Werner Langen, Pia Elda Locatelli, Eugenijus Maldeikis, Eluned Morgan, Antonio Mussa, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Atanas Paparizov, Aldo Patriciello, Anni Podimata, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Mechtild Rothe, Paul Rübig, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Adina-Ioana Vălean, Alejo Vidal-Quadras

    Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

    Ivo Belet, Danutė Budreikaitė, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Juan Fraile Cantón, Robert Goebbels, Edit Herczog, Gunnar Hökmark, Toine Manders, Bernhard Rapkay, Esko Seppänen, Hannes Swoboda, Silvia-Adriana Ţicău, Vladimir Urutchev, Lambert van Nistelrooij

    Data tat-tressiq

    2.4.2009