RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (riformulazzjoni)
2.4.2009 - (11786/1/2008 – C6‑0016/2009 – 2007/0097(COD)) - ***II
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Mathieu Grosch
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (riformulazzjoni)
(11786/1/2008 – C6‑0016/2009 – 2007/0097(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (11786/1/2008 – C6‑0016/2009),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0264),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0215/2009),
1. Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Premessa 5 a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(5a) Il-kontrolli mal-ġenb tat-triq għandhom jitwettqu mingħajr diskriminazzjoni, diretta jew indiretta, minħabba n-nazzjonalità tal-operatur tat-trasport stradali jew il-pajjiż tal-istabbiliment tal-operatur tat-trasport stradali jew ir-reġistrazzjoni tal-vettura. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-kontrolli mal-ġenb tat-triq huma importanti ħafna għal implimentazzjoni effettiva. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Premessa 19 a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(19a) Biex jiġu mħeġġa t-turiżmu u l-użu ta' mezzi tat-trasport li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 għandu jiġi emendat biex is-sewwieqa li jwettqu servizz wieħed okkażjonali ta' trasport tal-passiġġieri b'xarabanks u kowċis ikunu jistgħu jipposponu l-perjodu ta' mistrieħ tagħhom ta' kull ġimgħa sa 12-il perjodu konsekuttiv ta' 24 siegħa f'każ li jkunu involuti f'attivitajiet ta' trasport tal-passiġġieri li tipikament ma jinkludux sigħat ta' sewqan kontinwi u twal. Din il-possibilità għandha tkun permessa biss b'kundizzjonijiet stretti ħafna li jippreservaw is-sikurezza fit-toroq u jqisu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-sewwieqa, inter alia l-obbligu li jittieħdu perjodi ta' mistrieħ ta' kull ġimgħa immedjatament qabel u wara dan is-servizz. Il-Kummissjoni għandha timmoniterja mill-qrib l-użu ta' din il-possibilità. Jekk is-sitwazzjoni fattwali li tiġġustifika din id-deroga tinbidel b'mod sostanzjali u d-deroga twassal għal deterjorazzjoni tas-sikurezza fit-toroq, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Id-dħul mill-ġdid tar-regola tat-12-il jum hija bbażata fuq ftehim bejn l-imsieħba soċjali. Dan huwa importanti ħafna għas-sikurezza fit-toroq, il-ħtiġijiet tas-sewwieqa, il-ħtiġijiet operattivi tal-kumpaniji u jikkonforma aħjar mat-tul medju ta' vaganza bil-kowċ u għalhekk huwa ta' benefiċċju għall-passiġġieri. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 6 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-operatur ta' servizz regolari jista' juża vetturi addizzjonali biex ilaħħaq ma' sitwazzjonijiet temporanji u eċċezzjonali. |
L-operatur ta' servizz regolari jista' juża vetturi addizzjonali biex ilaħħaq ma' sitwazzjonijiet temporanji u eċċezzjonali. Dawn il-vetturi addizzjonali jistgħu jintużaw biss bl-istess kundizzjonijiet kif stabbilit fl-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 3. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-abbuż għandu jiġi evitat billi l-operatur ikun obbligat juża vetturi addizzjonali bl-istess kundizzjonijiet kif inhu stipulat fil-paragrafu 3. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Fil-każ li s-servizz internazzjonali eżistenti tal-kowċ u tax-xarabank ikun qiegħed serjament jaffettwa l-vijabilità ta' servizz komparabbli kopert minn kuntratt ta' servizz pubbliku wieħed jew aktar li jikkonforma mal-liġi Komunitarja fuq is-sezzjonijiet diretti konċernati, l-Istat Membru jista', bi qbil mal-Kummissjoni, jissospendi jew jirtira l-awtorizzazzjoni biex jitħaddem is-servizz internazzjonali tal-kowċ u/jewtax-xarabank wara li jingħata sitt xhur żmien lit-trasportatur. |
Fil-każ li s-servizz internazzjonali eżistenti tal-kowċ u tax-xarabank ikun qiegħed serjament jaffettwa l-vijabilità ta' servizz komparabbli kopert minn kuntratt ta' servizz pubbliku wieħed jew aktar li jikkonforma mal-liġi Komunitarja fuq is-sezzjonijiet diretti konċernati, minħabba raġunijiet mhux tas-soltu li ma setgħux ikunu mbassra meta ngħatat l-awtorizzazzjoni, l-Istat Membru jista', bi qbil mal-Kummissjoni, jissospendi jew jirtira l-awtorizzazzjoni biex jitħaddem is-servizz internazzjonali tal-kowċ u/jew tax-xarabank wara li jingħata sitt xhur żmien lit-trasportatur. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-operaturi għandhom joqogħdu fuq l-awtorizzazzjoni li jirċievu mingħajr il-biża' li jitilfuha. L-awtorità tkun inkonsistenti ħafna jekk dawn jingħataw imbagħad jitneħħew. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Fil-każ ta' ksur serju tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq, imwettqa jew aċċertati minn kwalunkwe Stat Membru , b'mod partikolari għar-rigward tar-regoli applikabbli għall-vetturi, il-ħin tas-sewqan u l-perijodi tal-mistrieħ tas-sewwieqa u l-provvista mingħajr awtorizzazzjoni ta' servizz parallel jew temporanju, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1), il-ħames sottoparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment tat-trasportatur li jkun ikkommetta dan il-ksur għandhom jieħdu azzjoni xierqa biex isegwu l-kwistjoni tista' twassal inter alia, għall-impożizzjoni tal-penali amministrattivi li ġejjin: |
Fil-każ ta' ksur serju tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq, imwettaq jew aċċertat fi kwalunkwe Stat Membru , b'mod partikolari għar-rigward tar-regoli applikabbli għall-vetturi, il-ħin tas-sewqan u l-perijodi tal-mistrieħ tas-sewwieqa u l-provvista mingħajr awtorizzazzjoni ta' servizz parallel jew temporanju, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1), il-ħames sottoparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment tat-trasportatur li jkun ikkommetta dan il-ksur għandhom jieħdu azzjoni xierqa, li tista' tinkludi twissija jekk ikun stipulat hekk fil-liġi nazzjonali, biex isegwu l-kwistjoni, li tista' twassal inter alia, għall-impożizzjoni tal-penali amministrattivi li ġejjin: | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-Istati Membri għandhom l-ewwel iwissu qabel ma jimponu penali amministrattivi. Rigward il-fatt li xi Stati Membri m'għandhomx dan il-mekkaniżmu ta' twissija, tibqa' suġġeriment qawwi għall-Istati Membri li għandhom mekkaniżmi ta' twissija. It-twissija hija importanti biex il-leġiżlazzjoni tinżamm konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' stabbiliment għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat fejn ikunu ġew aċċertati l-ksur minnufih, mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn xahrejn wara d-deċiżjoni finali tagħhom dwar il-kwistjoni, jekk ġewx imposti l-penali previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u f’dak il-każ, liema minnhom. |
2. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' stabbiliment għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat fejn ikun ġie aċċertat il-ksur minnufih, mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara d-deċiżjoni finali tagħhom dwar il-kwistjoni, jekk ġewx imposti l-penali previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u f’dak il-każ, liema minnhom. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-komunikazzjoni bejn l-Istati Membri għandha sseħħ malajr kemm jista' jkun. Wieħed jista' jistenna mill-Istat Membru tal-istabbiliment li jibgħat l-informazzjoni fi żmien xahar. Dan mhux biss importanti biex tiġi evitata sanzjoni doppja iżda wkoll għall-prinċipju taċ-ċertezza legali. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jkunu jafu dwar ksur gravi ta' dan ir-Regolament jew tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq imwettaq minn trasportatur li mhux residenti, l-Istat Membru fit-territorju fejn ġie ivverifikat il‑ksur għandu jittrażmetti l-informazzjoni sussegwenti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbilment tat-trasportatur, mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn xahrejn wara d-deċiżjoni finali dwar il-kwistjioni: |
Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jkunu jafu dwar ksur gravi ta' dan ir-Regolament jew tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq imwettaq minn trasportatur li mhux residenti, l-Istat Membru fit-territorju fejn ġie vverifikat il‑ksur għandu jittrażmetti l-informazzjoni sussegwenti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbilment tat-trasportatur, mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara d-deċiżjoni finali dwar il-kwistjoni: | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-komunikazzjoni bejn l-Istati Membri għandha sseħħ malajr kemm jista' jkun. Wieħed jista' jistenna mill-Istat Membru tal-istabbiliment li jibgħat l-informazzjoni fi żmien xahar. Dan mhux biss importanti biex tiġi evitata sanzjoni doppja iżda wkoll għall-prinċipju taċ-ċertezza legali. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 25 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet bilaterali u multilaterali dwar aktar liberalizzazzjoni tas-servizzi koperti b'dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tas-sistema ta' awtorizzazzjoni u s-simplifikazzjoni jew abolizzjoni ta' dokumenti ta' kontroll. |
1. L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet bilaterali u multilaterali dwar aktar liberalizzazzjoni tas-servizzi koperti b'dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tas-sistema ta' awtorizzazzjoni u s-simplifikazzjoni jew abolizzjoni ta' dokumenti ta' kontroll, b'mod partikolari fir-reġjuni tal-fruntieri. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Xi Stati Membri għandhom reġjuni tal-fruntieri li għandhom konnessjonijiet ekonomiċi intensivi ma' xulxin u livell għoli ta' traffiku transkonfinali. Għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu regoli li huma inqas restrittivi u jimminimizzaw il-piż amministrattiv. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 28 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 561/2006 Artikolu 8 – paragrafu 6 a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Id-dħul mill-ġdid tar-regola tat-12-il jum hija bbażata fuq ftehim bejn l-imsieħba soċjali. Dan huwa importanti ħafna għas-sikurezza fit-toroq, il-ħtiġijiet tas-sewwieqa, il-ħtiġijiet operattivi tal-kumpaniji u jikkonforma aħjar mat-tul medju ta' vaganza bil-kowċ u għalhekk huwa ta' benefiċċju għall-passiġġieri. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Pożizzjoni komuni tal-Kunsill Artikolu 30 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għandu japplika minn ...* |
Għandu japplika minn... * bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 28a, li għandu japplika sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
______________ * ĠU: sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
______________ * ĠU: sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-regoli ta' dan ir-Regolament huma meħtieġa; jeħtieġ li jkunu applikabbli malajr kemm jista' jkun. Id-data tal-1 ta' Jannar 2010 hija data realistika ħafna, li minn naħa waħda mhix qrib wisq u għaldaqstant tagħti lill-Istati Membri biżżejjed żmien biex jistabbilixxu r-regoli meħtieġa, u min-naħa l-oħra mhix tard wisq. |
- [1] Testi adottati, 5.6.2008, P6_TA(2008)0249.
NOTA SPJEGATTIVA
Daħla
L-intenzjoni inizjali fil-proposta tal-Kummissjoni kienet li tissimplifika l-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi tal-kowċ u x-xarabank billi tissostitwixxi żewġ regolamenti b'wieħed. Ir-Regolament (KEE) Nru 684/92 ikopri l-aċċess għas-suq tat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ jew bix-xarabank filwaqt li r-Regolament (KE) Nru 12/98 jistipula l-kundizzjonijiet għat-trasportaturi mhux residenti biex joperaw servizzi fi Stat Membru.
L-eżami tat-tħaddim taż-żewġ Regolamenti u l-kummenti mill-partijiet interessati ssuġġerew li l-adozzjoni ta' sett wieħed ta' regoli komuni għaż-żewġ oqsma f'Regolament riformulat tgħin biex tiżdied iċ-ċarezza u titnaqqas il-burokrazija. L-abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni ċċara b'mod speċifiku l-ambitu tal-leġiżlazzjoni li tapplika għat-trasport internazzjonali kollu; introduċa dispożizzjonijiet ġodda biex tiġi standardizzata l-liċenzja Komunitarja; issimplifika l-proċeduri għall-awtorizzazzjoni tas-servizzi interni; u fil-parti l-kbira tagħhom ma biddilx id-dispożizzjonijiet dwar il-kabotaġġ tal-leġiżlazzjoni eżistenti.
L-Ewwel Qari tal-Parlament
Il-Parlament laqa' r-Regolament propost u aċċetta l-premessa tiegħu dwar il-ħtieġa ta' aktar simplifikazzjoni u ċarezza. Madankollu, kien hemm għadd ta' oqsma fejn il-Parlament adotta emendi biex isaħħaħ, u mhux biex ibiddel b'mod radikali, il-proposta tal-Kummissjoni. Fir-rigward ta' servizzi transkonfinali fuq distanza qasira, l-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li ma japplikawx il-proċedura ta' awtorizzazzjoni. Il-Parlament ipprova jinkludi emenda biex it-twettiq ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ jiġi kopert mid-Direttiva 96/71/KE dwar l-impjieg ta' ħaddiema. Il-possibilità ta' miżuri ta' salvagwardja f'każ ta' xkiel serju tas-suq nazzjonali tat-trasport kienet ukoll prevista f'emenda Parlamentari.
Fuq kollox il-Parlament qies li l-kwistjoni diffiċli tal-posponiment tal-perjodi ta' mistrieħ għas-sewwieqa involuti fit-trasport internazzjonali okkażjonali għandha tkun indirizzata u solvuta permezz ta' dispożizzjoni ta' deroga fir-Regolament. L-emenda korrispondenti proposta mill-Parlament irriflettiet b'mod preċiż il-pożizzjoni miftiehma tal-imsieħba soċjali f'dak il-punt.
Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill
Il-Kunsill aċċetta 10 mill-31 emenda tal-Parlament, f'xi każijiet b'test imtejjeb. Għandu jiġi nnutat f'dan il-punt li l-perjodu ta' żmien bejn l-Ewwel Qari tal-Parlament u l-ftehim politiku fil-Kunsill kien wieħed relattivament qasir ta' 8 ġranet. Peress li l-ftehim politiku huwa rifless sew fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill, hemm raġunijiet għalfejn wieħed jissoponi li hemm possibilità ta' aktar kunsiderazzjoni tal-proposta min-naħa tal-Kunsill.
Għad baqa' oqsma importanti fejn hemm diverġenza li r-rapporteur jixtieq jindirizza. Dawn jikkonċernaw is-servizzi transkonfinali fuq distanza qasira u jekk l-Istati Membri jitħallewx jeżentawhom. Il-Kunsill lanqas fil-fatt irreaġixxa b'mod pożittiv għall-ħtieġa li jkunu koperti fatti li jfixklu serjament is-swieq nazzjonali tat-trasport.
Fl-aħħarnett, għalkemm hija xi ħaġa importanti ħafna, il-Kunsill ma għamel l-ebda progress dwar il-posponiment tal-perjodi ta' mistrieħ għas-sewwieqa li jkunu qed iwettqu servizzi internazzjonali okkażjonali (ir-regola tat-12-il ġurnata). Din hija kwistjoni ewlenija li trid tiġi solvuta.
Il-Proposta tar-Rapporteur
Wara d-diskussjonijiet bejn il-Kunsill, il-Kummissjoni, ir-rapporteur u x-shadow rapporteurs, ir-rapporteur hu tal-fehma li l-Kunsill jista' jasal biex jara l-ħtieġa ta' progress f'dawk l-oqsma li għadhom mhumiex sodisfaċenti. Iqis li l-Kunsill jista' jindika, jekk mhux approvazzjoni verbatim tal-emendi tal-Parlament fl-Ewwel Qari, għall-inqas emendi li jindirizzaw b'mod sodisfaċenti l-kwistjonijiet ewlenin li għad fadal.
Għalhekk huwa jipproponi li tiġi aċċettata l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fejn fis-sustanza hija tirrifletti l-fehma tal-Parlament, iżda li tiġi emendata biex tirrifletti l-pożizzjoni tal-Parlament dwar
– is-servizzi fir-reġjuni tal-fruntieri,
– il-koperazzjoni aktar effiċjenti u t-trażmissjoni aktar mgħaġġla ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri,
– id-data ta' applikazzjoni tar-Regolament,
– il-posponiment tal-perjodi ta' mistrieħ (ir-regola tat-12-il jum).
Huwa possibbli li jintlaħaq ftehim komprensiv dwar il-punti essenzjali kollha qabel l-adozzjoni tat-Tieni Qari tal-Parlament u r-rapporteur huwa impenjat biex jaħdem f'din id-direzzjoni flimkien max-shadow rapporteurs.
PROĊEDURA
Titolu |
Aċċess għas-suq għas-servizzi tat-trasport bil-kowċ u b’tal-linja (riformulazzjoni) |
|||||||
Referenzi |
11786/1/2008 – C6-0016/2009 – 2007/0097(COD) |
|||||||
Data tal-1 qari tal-PE - Numru P |
5.6.2008 T6-0249/2008 |
|||||||
Proposta tal-Kummissjoni |
COM(2007)0264 - C6-0147/2007 |
|||||||
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja tal-wasla tal-pożizzjoni komuni |
15.1.2009 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 15.1.2009 |
|||||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Mathieu Grosch 19.1.2009 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
16.2.2009 |
16.3.2009 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
31.3.2009 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
32 0 2 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Gabriele Albertini, Paolo Costa, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Arūnas Degutis, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Mathieu Grosch, Georg Jarzembowski, Stanisław Jałowiecki, Timothy Kirkhope, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Sepp Kusstatscher, Jörg Leichtfried, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Erik Meijer, Seán Ó Neachtain, Reinhard Rack, Ulrike Rodust, Gilles Savary, Brian Simpson, Dirk Sterckx, Ulrich Stockmann, Michel Teychenné, Silvia-Adriana Ţicău, Yannick Vaugrenard, Armando Veneto |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Philip Bradbourn, Jeanine Hennis-Plasschaert, Anne E. Jensen |
|||||||
Data tat-tressiq |
2.4.2009 |
|||||||