RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1692/2006 li jistabbilixxi t-tieni programm “Marco Polo” għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja tal-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija ("Marco Polo II")
2.4.2009 - (COM(2008)0847 – C6‑0482/2008 – 2008/0239(COD)) - ***I
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Ulrich Stockmann
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1692/2006 li jistabbilixxi t-tieni programm “Marco Polo” għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja tal-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija ("Marco Polo II")
(COM(2008)0847 – C6‑0482/2008 – 2008/0239(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2008)0847),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 71(1) u 80(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0482/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0217/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(3) Sabiex wieħed ilaħħaq ma’ dan it-tkabbir, wieħed għandu jagħmel użu akbar minn dak attwali tat-trasport marittimu fuq distanzi qosra, il-ferroviji u l-passaġġi tal-ilma interni, u huwa meħtieġ li jiġu stimulati inizjattivi aktar qawwija mis-settur tat-trasport u l-loġistika biex jiġu mħeġġa approċċi ġodda u l-użu ta' innovazzjonijiet tekniċi fil-mezzi tat-trasport kollha tagħna u l-ġestjoni tagħhom. |
(3) Sabiex wieħed ilaħħaq ma’ dan it-tkabbir, wieħed għandu jagħmel użu akbar minn dak attwali tat-trasport marittimu fuq distanzi qosra, il-ferroviji u l-passaġġi tal-ilma interni, u huwa meħtieġ li jiġu stimulati inizjattivi aktar qawwija mis-settur tat-trasport u l-loġistika, inklużi l-portijiet niexfa kif ukoll pjattaformi oħrajn li jiffaċilitaw l-intermodalità, biex jiġu mħeġġa approċċi ġodda u l-użu ta' innovazzjonijiet tekniċi fil-mezzi tat-trasport kollha tagħna u l-ġestjoni tagħhom. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 3a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3a) Hija l-ħidma tal-Unjoni Ewropea li ssaħħaħ il-modi ta' trasport li jirrispettaw l-ambjent, sewwa jekk twassal għal-bidla speċifika jew le jew inkella għal effett ta evitar tal-merkanzija fit-toroq. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-rati ta’ żieda qawwija totali fit-trasport tal-merkanzija jagħtu sens lit-tisħiħ ta’ mezzi tat-trasport favur l-ambjent, anki lilhinn mill-effett tagħhom ta’ bidla fil-modalità jew l-evitar tat-traffiku. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 8 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(8) Il-limiti tal-eliġibbiltà għall-proposti għall-finanzjament għandhom jitnaqqsu u jiġu espressi f'termini ta' tunnellati-kilometri ttrasferiti annwalment, ħlief għall-Azzjonijiet ta’ Tagħlim Komuni. Ma hemmx aktar il-ħtieġa għal limitu speċifiku li japplika għall-azzjonijiet tal-Evitar tat-Traffiku u hemm stabbilit tul ta' żmien minimu għal proġetti ta' dan it-tip u għall-proġetti Katalisti u Awtostradi tal-Baħar. |
(8) Il-limiti tal-eliġibbiltà għall-proposti għall-finanzjament għandhom jitnaqqsu u jiġu espressi f'termini ta' tunnellati-kilometri ttrasferiti annwalment, ħlief għall-Azzjonijiet ta’ Tagħlim Komuni. Dawn il-limiti għandhom jiġu kkalkulati tul il-perjodu kollu tal-implimentazzjoni tal-proġett mingħajr ma tiġi stabbilita kwalunkwe rata annwali ta' implimentazzjoni. Ma hemmx aktar il-ħtieġa għal limitu speċifiku li japplika għall-azzjonijiet tal-Evitar tat-Traffiku u hemm stabbilit tul ta' żmien minimu għal proġetti ta' dan it-tip u għall-proġetti Katalisti u Awtostradi tal-Baħar. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – paragrafu 2 Regolament (KE) Nru 1692/2006 Artikolu 4 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1692/2006 Artikolu 8 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għal bosta SMEs jeżistu ostakli biex tinbeda proċedura ta’ applikazzjoni għall-Marco Polo. Id-disponibilità ta’ assistenza teknika waqt il-proċess tal-applikazzjoni għall-Marco Polo, bħal pereżempju s-servizz ta’ assistenza bl-Internet, tista’ tnaqqas dawn l-ostakli u żżid il-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-Marco Polo. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – paragrafu 6 – punt -a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1692/2006 Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Peress li l-Anness II qed jiġi mħassar, ma tistax issir referenza għalih aktar. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – paragrafu 6 – punt a Regolament (KE) Nru 1692/2006 Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt d | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – paragrafu 6 – punt b Regolament (KE) Nru 1692/2006 Artikolu 9 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – paragrafu 7 Regolament (KE) Nru 1692/2006 Artikolu 14 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Fil-preparazzjoni tat-tielet Programm Marco-Polo hija meħtieġa evalwazzjoni komprensiva tar-riżultati li kien hemm s’issa tal-Programm Marco Polo. Din l-analiżi għandha tiġi ppreżentata lill-Parlament bħala komunikazzjoni u sservi bħala bażi għad-diskussjoni għal Programm Marco Polo III. Il-perjodu ta’ evalwzzjoni li hija bbażata fuqu l-komunikazzjoni għandu jiġi estiż, sabiex l-effetti ta’ dan ir-Regolament ikunu jistgħu jiġu inklużi fl-evalwazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 7 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1692/2006 Artikolu 14 – paragrafu 2 a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness I – Kundizzjonijiet ta’ finanzjament u rekwiżiti skont l-Artikolu 5(2) Regolament (KE) Nru 1692/2006 Punt 1: Kundizzjonijiet ta’ finanzjament – Tip ta' azzjoni : C. Il-bidla Modali – Artikolu 5(1)(c) – punt d | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness I – Kundizzjonijiet ta’ finanzjament u rekwiżiti skont l-Artikolu 5(2) Regolament (KE) Nru 1692/2006 Punt 1: Kundizzjonijiet ta’ finanzjament – Tip ta' azzjoni : A. Il-Katalist – Artikolu 5(1)(a) – punt f | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness I – Kundizzjonijiet ta’ finanzjament u rekwiżiti skont l-Artikolu 5(2) Regolament (KE) Nru 1692/2006 Punt 1: Kundizzjonijiet ta’ finanzjament – Tip ta' azzjoni : B. L-Awtostradi tal-Baħar – Artikolu 5(1)(b) – punt g | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness I – Kundizzjonijiet ta’ finanzjament u rekwiżiti skont l-Artikolu 5(2) Regolament (KE) Nru 1692/2006 Punt 1: Kundizzjonijiet ta’ finanzjament – Tip ta' azzjoni : D. L-evitar tat-traffiku – Artikolu 5(1)(d) – punt f | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness I – Kundizzjonijiet ta’ finanzjament u rekwiżiti skont l-Artikolu 5(2) Regolament (KE) Nru 1692/2006 Punt 2: L-intensità u l-ambitu tal-finanzjament – Tip ta’ azzjoni: A. Il-Katalist – Artikolu 5(1)(a) – punt a | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness I – Kundizzjonijiet ta’ finanzjament u rekwiżiti skont l-Artikolu 5(2) Regolament (KE) Nru 1692/2006 Punt 2: L-intensità u l-ambitu tal-finanzjament – Tip ta’ azzjoni: B. L-Awtostradi tal-Baħar – Artikolu 5(1)(b) – punt a | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness I – Kundizzjonijiet ta’ finanzjament u rekwiżiti skont l-Artikolu 5(2) Regolament (KE) Nru 1692/2006 Punt 2: L-intensità u l-ambitu tal-finanzjament – Tip ta’ azzjoni: C. Il-bidla Modali – Artikolu 5(1)(c) – punt a | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness I – Kundizzjonijiet ta’ finanzjament u rekwiżiti skont l-Artikolu 5(2) Regolament (KE) Nru 1692/2006 Punt 2: L-intensità u l-ambitu tal-finanzjament – Tip ta’ azzjoni: D. L-evitar tat-traffiku – Artikolu 5(1)(d) – punt a | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness I – Kundizzjonijiet ta’ finanzjament u rekwiżiti skont l-Artikolu 5(2) Regolament (KE) Nru 1692/2006 Punt 3: Il-forma u l-perjodu ta' żmien tal-ftehim dwar is-sussidju – Tip ta’ azzjoni: A. Il-Katalist – Artikolu 5(1)(a) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness I – Kundizzjonijiet ta’ finanzjament u rekwiżiti skont l-Artikolu 5(2) Regolament (KE) Nru 1692/2006 Punt 3: Il-forma u l-perjodu ta' żmien tal-ftehim dwar is-sussidju – Tip ta’ azzjoni: B. L-Awtostradi tal-Baħar – Artikolu 5(1)(b) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness I – Kundizzjonijiet ta’ finanzjament u rekwiżiti skont l-Artikolu 5(2) Regolament (KE) Nru 1692/2006 Punt 3: Il-forma u l-perjodu ta' żmien tal-ftehim dwar is-sussidju – Tip ta’ azzjoni: C. Il-Bidla Modali – Artikolu 5(1)(c) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness I – Kundizzjonijiet ta’ finanzjament u rekwiżiti skont l-Artikolu 5(2) Regolament (KE) Nru 1692/2006 Punt 3: Il-forma u l-perjodu ta' żmien tal-ftehim dwar is-sussidju – Tip ta’ azzjoni: D. L-evitar tat-traffiku – Artikolu 5(1)(d) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness I – Kundizzjonijiet ta’ finanzjament u rekwiżiti skont l-Artikolu 5(2) Regolament (KE) Nru 1692/2006 Punt 4: Il-limitu tal-valur tal-kuntratt – Tip ta’ azzjoni: B. L-Awtostradi tal-Baħar – Artikolu 5(1)(b) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness I – Kundizzjonijiet ta’ finanzjament u rekwiżiti skont l-Artikolu 5(2) Regolament (KE) Nru 1692/2006 Punt 4: Il-limitu tal-valur tal-kuntratt – Tip ta’ azzjoni: C. Il-Bidla Modali – Artikolu 5(1)(c) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
It-tnaqqis tal-ammonnt stabbilit mill-Kummissjoni biex tiżdied il-parteċipazzjoni mis-settur tat-tbaħħir fl-ilmijiet. Qed jitqies ukoll il-fatt li hwa rari li l-proġetti l-ġodda jiksbu bidla modali ta’ 17-il miljun tunnellati-kilometri fl-ewwel sena tagħhom. Għlhekk il-limitu minimu għandu jiġi stabbilit għal perjodu ta’ tliet snin b’minimu ta’ bidla modali totali ta’ 25 miljun tunnellati-kilometri, u mhux 3 x 17 miljun tunnellati-kilometri. |
NOTA SPJEGATTIVA
Introduzzjoni
Bir-Regolament (KE) Nru 1692/2006 ġie stabbilit it-tieni programm "Marco Polo" għall-għoti ta' assistenza finanzjarja tal-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema ta' trasport tal-merkanzija.
L-għan tal-programm huwa li jonqos il-piż żejjed fuq it-trasport fit-toroq, li tiżdied il-kompatibilità ambjentali tas-sistema tat-trasport u tissaħħaħ l-intermodalità. Dan għandu jikkontribwixxi għal sistema tat-trasport effiċjenti u sostenibbli li tista’ tagħti valur miżjud fl-Unjoni Ewropea mingħajr tiġi effettwata ħażin il-koeżjoni ekonomika, soċjali u reġjonali.
Il-programm jibda mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013. Sa tmiem il-Programm it-traffiku li jkun parti sostanzjali miż-żjieda aggregata annwali mistennija fit-traffiku internazzjonali tal-merkanzija bit-triq, imkejjel f'kilometri-tunnellata, għat-tbaħħir fil-qosor, għat-trasport bil-ferrovija u bil-passaġġi interni navigabbli jew għal kombinazzjoni ta’ mezzi ta’ trasport fejn vjaġġi bit-triq huma qosra kemm jista’ jkun.
Ir-riżultati tat-talba għal proposti tas-sena 2008 għat-tieni Programm Marco Polo u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni esterna tal-ewwel Programm Marco Polo wrew li qed iwasslu għal bidla modali tat-trasport. Madankollu, huwa probabbli li l-għan stabbilit fil-bażi legali tiegħu li parti kbira miż-żieda totali mbassra għat-trasport internazzjonali fit-toroq tal-Ewropa tiġi evitata jew mgħoddija fuq modalitajiet oħra, ma jintlaħaqx.
L-applikazzjonijiet għall-għajnuna finanzjarja u konsegwentement il-proġetti proposti biex jiġi evitat it-trasport fit-toroq jew biex jgħaddi għal modalitajiet oħra qed jonqsu kull sena. In-nuqqas ta’ interess ta’ applikanti potenzjali jista’ jkun ġej prinċipalment min-nuqqas ta’ motivazzjoni ta’ benefiċjarji potenzjali ta’ assistenza minħabba l-komplessità tal-programm, mekkaniżmi ta’ ffinanzjar insuffiċjenti jew appoġġ promozzjonali baxx.
Biex il-programm jilħaq l-għan tiegħu, Marco Polo II għandu jsir aktar attraenti. Barra minn hekk, il-bażi legali għandha tinbidel. Il-proċedura ta’ verifika għandha tiġi ssimplifikata u ppreċiżata. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet għall-assistenza u r-rekwiżiti għandhom jiġu adattati. Il-bidliet għandhom jiġu implimentati kemm jista’ jkun malajr sabiex jintlaħaq l-aqwa effett possibbli.
Bidliet prinċipali fil-proposta tal-Kummissjoni
· Aċċess aktar faċli ta’ intrapriżi żgħar għall-programm
Anki intrapriżi individwali jkunu jistgħu jissottomettu programmi. Ma jkunx iżjed meħtieġ li jiġi ffurmat grupp ta’ kumpaniji.
· Tnaqqis u simplifikazzjoni tal-limiti neċessarji biex proġett ikun eliġibbli għall-assistenza.
Il-proġetti (minbarra l-Kategorija “Tagħlim komuni”) għandhom jissodisfaw biss il-limitu għall-bidla tal-modalità tat-trasport, li ma tingħatax aktar għat-tul kollu tal-programm, iżda li tiġi kkalkulata għal kull sena; Il-limitu finanzjarju jitħassar. Il-biċċa l-kbira tal-limiti jitnaqqsu, u jiġi introdott limitu partikolarment baxx għal proġetti tat-tbaħħir fl-ilmijiet interni (17-il miljun tunnellata-kilometru). Dawn il-bidliet għandhom iġibu fil-programm aktar proġetti żgħar. Il-limitu speċifiku ta’ 10% għal miżuri tal-evitar tat-traffiku bit-toroq għandu jitħassar.
· Żieda fl-intensistà tal-assistenza
Minn naħa waħda fil-kalkoli tal-bidla minn modalità għal oħra jiġi kkunsidrat it-toqol tal-mezz ta’ trasport u t-tagħmir tat-trasport li jġorr il-merkanzija. Min-naħan l-oħra tiżdied l-għajnuna finanzjarja minn 1 € għal 2 € kull 500 tinnellata-kilometru li tgħaddi minn modalità għal oħra, kif kien ġie deċiż qabel f’deċiżjoni tal-Kummissjoni.
· Miżuri ta' simplifikazzjoni
Il-qafas attwali għall-assistenza fl-infrastruttura huwa kumpless, jinkludi bosta eċċezzjonijiet u rekwiżiti addizzjonali fir-rigward tal-perjodi ta’ skadenza għall-implimentazzjoni tal-proġett u jipprevedi kalkolazzjoni kkumplikata għall-għajuna finanzjarja li fl-aħħar mill-aħħar tkun iddestinata għall-proġetti individwali.
Skont il-bidliet proposti l-ispejjeż eliġibbli relatati mal-infrastruttura anċillari ma għandhomx ikunu aktar minn 10% tat-total tal-ispejjeż eliġibbli għall-proġett. Dan jikkonċerna kull tip ta’ azzjoni minbarra t-“Tagħim komuni”.
Id-deċiżjoni dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja ma titteħidx aktar fil-qafas tal-komitoloġija, iżda biss mill-Kummissjoni jew mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, li ħadet f’idejha l-amministrazzjoni tal-Programm mill-bidu tal-2008. Dwar id-dispożizzjonijiet individwali għall-proċedura dwar il-preżentazzjoni u l-għażla tal-azzjonijiet wara l-programm, id-deċiżjoni tibqa’ tittieħed fil-qafas tal-komitoloġija, mhux annwalment iżda darba għat-tul kollu tal-Programm. B’hekk wieħed jittama li t-tul taċ-ċiklu ta’ mmaniġġjar (bħalissa 470 jum) jitqassar.
· Tul tal-proġett
Għandu jiġi intodott perjodu ta’ tul minimu għal programm ta’ tliet snin għal kull tip ta’ azzjoni, minbarra t-“Tagħlim komuni”. It-tul massimu tal-kuntratti jista’ jiġi estiż eċċezzjonalment għal sitt xhur f’każ ta’ dewmien straordinarju li jkun iġġustifikat mill-benefiċjarju. Il-kunratti għat-“Tagħlim komuni” jistgħu jiġu estiżi minn 26 xahar għal 52 xahar.
Osservazzjonijiet tar-rapporteur
Skont ir-riżultati ta’ evalwazzjoni esterna minn Ecorys fis-sena 2007, intlaħqu 64% biss tal-għanijiet tal-ewwel Programm Marco Polo fil-bidla tat-trasport tal-merkanzija fit-toroq għal mezzi oħra tat-trasport. Minħabba n-numru dejjem jiċkien ta’ proġetti li jagħmlu suċċess, huwa previst li anki l-għan tat-tieni Programm Marco Polo, li parti sostanzjali tas-60 % tat-tkabbir fit-trasport internazzjonali tal-merkanzija fit-toroq (20.5 biljun tunnellata-kilometru) tgħaddi għal modalitajiet oħra tat-trasport, mhux se jintlaħaq.
Ir-raġuni għan-numru jiċkien ta’ proġetti li jagħmlu suċċess huwa qabel kollox in-nuqqas ta’ motivazzjoni fost il-benefiċjarji tal-għajnuna finanzjarja, li japplikaw għal proġetti. Dan huwa prinċipalment minħabba l-kumplessità tal-programm, il-kundizzjonijiet ta’ assistenza li mhumiex ċari u l-intensità baxxa tal-assistenza. Ir-rapporteur għalhekk jappoġġja mingħajr riservi l-aġġustamenti proposti mill-Kummissjoni biex tiżdied l-attrazzjoni u l-effikaċja tat-tieni Programm Marco Polo, li jibqa’ sejjer sal-2013 u li huwa mogħni b’450 miljun euro, u jittama li l-miżuri proposti jiġu adattati fi żmien qasir.
Fid-dawl tad-diskussjoni dwar it-tielet programm Marco Polo r-rapporteur madankollu jitlob lill-Kummissjoni Ewropea wkoll tippreżenta komunikazzjoni lill-Parlament dwar l-impatt ta’ dan ir-Regolament. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni Ewropea għandha tevalwa l-esperjenza mal-Aġenzija eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, li minn Marzu 2008 tamministra l-Programm Marco Polo għall-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, il-Kummissjoni Ewropea għandha teżamina jekk differenzjazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-assistenza skond il-mezz ta’ trasport u tnaqqis fil-valuri ta’ gwida jistgħux iżidu fl-attrattività tal-programm, peress li merkanzija li titħassar malajr tista’ tinġarr biss għal distanzi qosra. Barra minn hekk, il-Kummissjoni Ewropea għandha tevalwa mill-ġdid l-azzjoni “Evitar tat-traffiku”, li għalih sa issa l-ebda proġett mill-Programm Marco Polo ma ġie ffinanjat, fil-qafas tal-ippjanar tat-tielet Programm Marco Polo. Il-Kummissjoni Ewropea għandha teżamina wkoll jekk hemmx il-bżonn li tintensifika l-għajnuna teknika lill-Istati Membri fl-applikazzjoni u li testendi ż-żmien tal-proġett waqt perjodu ta’ riċessjoni, biex tagħti aktar żmien lill-impriżi jilħqu l-għanijiet ta’ tibdil minn mezz ta’ trasport għal ieħor. Għal darb'oħra, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk huwiex xieraq li tinkludi unità ta' trasport fid-definizzjoni ta' "prodotti". U għandha titqies ukoll l-kwistjoni li tindika l-limiti ta' eliġibilità għall-finanzjament ta' proġetti proposti f'termini ta' benefiċċji ambjentali minflok fil-kuntest ta' tunnellati-kilometri mgħoddija min-naħa għall-oħra kull sena.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (23.2.2009)
għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u Kunsill dwar l-emendi għar-Regolament (KE) Nru 1692/2006 li jistabbilixxi t-tieni Programm 'Marco Polo' għall-għoti tal-assistenza finanzjarja komunitarja biex titjieb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-ġarr tal-merkanzija ('Marco Polo II')
(COM(2008)0847 – C6‑0482/2008 – 2008/0239(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Anne E. Jensen
ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR
Il-programm Marco Polo jimmira li jnaqqas il-konġestjoni bħala parti minn strateġija koerenti tal-UE dwar il-politika tat-trasport li tinkludi l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni u l-użu ta' strumenti bbażati fuq is-suq biex jiġi rifless l-utilizz tal-infrastruttura.
Inkisbu riżultati mhux tajbin matul l-implimentazzjoni tal-Programm. Valutazzjoni esterna tar-riżultati tal-ewwel Programm Marco Polo stmat li l-Programm ma kienx se jilħaq l-objettivi tiegħu f'termini ta' ċaqliqa modali u tat għadd ta' rakkomandazzjonijiet biex titjieb l-effettività tiegħu. Fil-fatt, 64% biss mill-objettiv taċ-ċaqliqa modali nkiseb.
B'mod aktar partikolari, ir-riżultati tas-sejħiet Marco Polo huma mqassrin fit-tabella ta' hawn taħt:
SEJĦIET |
MP I 2003 |
MP I 2004 |
MP I 2005 |
MP I 2006 |
MP II 2007 |
MP II 2008 |
|
Baġit disponibbli (f'M€’) |
15 |
20.4 |
30.7 |
35.7 |
56 |
58** |
|
Baġit iffissat (f'M€’) |
13 |
20.4 |
21.4 |
18.9 |
45 |
34 |
|
Proposti rċevuti |
92 |
62 |
63 |
48 |
55 |
46 |
|
Kuntratti konklużi |
13 |
12 |
15 |
15 |
20 |
28 |
|
Ġarr ta' merkanzija ppjanat li jkun imċaqlaq (f'biljuni ta' tkm) |
12.4 |
14.4 |
9.5 |
11.5 |
23.6 |
16 |
|
Ċaqliqa modali reali mistennija (bn ta' tkm) |
7.5* |
7.5* |
7.5* |
7.5* |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
|
Objettivi taċ-ċaqliq modali (bn ta' tkm) |
12 |
12 |
12 |
12 |
<20 |
<20 |
|
Medja annwali tal-istima globali b'valutazzjoni esterna fl-2007, ikkonfermata mill-EACI fl-2008.
** Dovut għall-infiq b'anqas ta' €20 miljun li ġew ttrasferiti għal programm ieħor
Għaldaqstant, il-Kummissjoni ħarġet bi proposta ġdida biex ittejjeb il-Programm Marco Polo u żżid l-effettività tiegħu f'termini ta' evitar tat-traffik u l-objettivi taċ-ċaqliq modali.
Ir-regolament Marco Polo II jikkontempla modifiki f'dawn l-oqsma:
· il-miżuri li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni mill-intrapriżi ż-żgħar;
· il-miżuri li jbaxxu l-limiti ta' tunnellati-kilometri għall-eliġibbiltà;
· iż-żjieda fl-intensità tal-finanzjament;
· is-simplifikazzjoni tal-proċeduri tal-Programm.
Il-fehma tar-rapporteur
Ir-rapporteur tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni, għax taqbel mal-objettivi ġenerali li jkun imtejjeb il-Programm Marco Polo.
B'mod partikolari tapprezza li l-proposta tieħu lejn is-simplifikazzjoni tal-proċeduri biex ikun hemm rispons għas-sejħa għall-offerti u tippromwovi l-parteċipazzjoni ta' intrapriżi iżgħar. Għandu jkun aċċentwat li s-simplifikazzjoni tikkontempla wkoll l-eliminazzjoni tal-proċedura tal-Komitoloġija għall-għażla ta' kull sena tal-proġetti għall-finanzjament.
Temmen li aktar ma jkun hemm burokrazija fil-proċeduri tal-applikazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-proġetti, aktar jinħela ħin u aktar ikun hemm krediti li ma jintużawx, kif wera l-istudju estern li ntwera fir-rigward tal-Programm Marco Polo I.
B'danakollu, ir-Rapporteur tisħaq illi, jekk kemm-il darba tippersisti l-problema ta' nuqqas ta' implimentazzjoni tal-krediti ddedikati għall-Marco Polo II, dawn għandhom ikunu allokati għal programmi oħrajn fil-qasam tat-trasport.
******
Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, jipproponi li tiġi approvata l-proposta tal-Kummissjoni.
PROĊEDURA
Titolu |
Il-programm Marco Polo II |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0847 – C6-0482/2008 – 2008/0239(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
TRAN |
|||||||
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 13.1.2009 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni: Data tal-ħatra |
Anne E. Jensen 21.1.2009 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
10.2.2009 |
23.2.2009 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
23.2.2009 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
15 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Reimer Böge, Costas Botopoulos, Göran Färm, Vicente Miguel Garcés Ramón, Salvador Garriga Polledo, Nathalie Griesbeck, Catherine Guy-Quint, Jutta Haug, Anne E. Jensen, Janusz Lewandowski, Vladimír Maňka, Gérard Onesta, László Surján, Kyösti Virrankoski, Ralf Walter |
|||||||
Sostitut (i) preżenti għall-votazzjoni finali |
|
|||||||
Sostitut (i) skont l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali |
|
|||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Programm Marco Polo II |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0847 – C6-0482/2008 – 2008/0239(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
10.12.2008 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 13.1.2009 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 13.1.2009 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Ulrich Stockmann 5.1.2009 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
17.2.2009 |
30.3.2009 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
31.3.2009 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
33 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Gabriele Albertini, Inés Ayala Sender, Paolo Costa, Luis de Grandes Pascual, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Brigitte Fouré, Mathieu Grosch, Georg Jarzembowski, Stanisław Jałowiecki, Timothy Kirkhope, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Jörg Leichtfried, Eva Lichtenberger, Erik Meijer, Luís Queiró, Reinhard Rack, Ulrike Rodust, Gilles Savary, Brian Simpson, Renate Sommer, Dirk Sterckx, Ulrich Stockmann, Michel Teychenné, Yannick Vaugrenard, Armando Veneto, Roberts Zīle |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Anne E. Jensen, Marie Panayotopoulos-Cassiotou |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Elisabeth Schroedter |
|||||||
Data tat-tressiq |
2.4.2009 |
|||||||