RAPPORT dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra

2.4.2009 - (COM(2008)0779 – C6‑0411/2008 – 2008/0221(COD)) - ***I

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Ivo Belet

Proċedura : 2008/0221(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0218/2009

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra

(COM(2008)0779 – C6‑0411/2008 – 2008/0221(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lil-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0779),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6–0411/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0218/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra

 

(Din l-emenda tapplika fit-test kollu. Jekk tiġi adottata se jkun hemm bżonn li jsiru l-bidliet korrispondenti fit-test kollu).

Ġustifikazzjoni

Loġikament, l-istrument magħżul għandu jkun regolament. L-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sikurezza, COM(2008)0316, li tindirizza n-naħa tal-provvista permezz ta’ rekwiżiti minimi, għandha tiġi kkumplimentata, bi qbil mar-raġunament tal-Kummissjoni, permezz ta’ din il-proposta li hija diretta lejn in-naħa tad-domanda. Dan għandu jiżgura livell standard għall-kwalita tat-tajers. Ir-regolament jiżgura li d-dispożizzjonijiet li jirreferu għall-obbligi tat-tikkettar japplikaw b’mod dirett, minħabba li mhix rikjesta t-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) It-tajers huma karatterizzati minn għadd ta’ parametri marbutin ma’ xulxin. It-titjib ta’ parametru wieħed bħar-reżistenza għat-tidwir jista' jkollu impatt avvers fuq parametri oħra, bħall-qbid fuq l-imxarrab, filwaqt li jekk jittejjeb il-qbid fuq l-imxarrab, jista' jkun hemm effett avvers fuq il-ħoss estern tat-tidwir. Il-manifatturi tat-tajers bgħandhom jiġu mħeġġa jtejbu l-parametri kollha.

(4) It-tajers huma karatterizzati minn għadd ta’ parametri marbutin ma’ xulxin. It-titjib ta’ parametru wieħed bħar-reżistenza għat-tidwir jista' jkollu impatt avvers fuq parametri oħra, bħall-qbid fuq l-imxarrab, filwaqt li jekk jittejjeb il-qbid fuq l-imxarrab, jista' jkun hemm effett avvers fuq il-ħoss estern tat-tidwir. Il-manifatturi tat-tajers għandhom jiġu mħeġġa jtejbu l-parametri kollha, bla ma jnaqqsu l-istandards tas-sikurezza li diġà nkisbu.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi ċċarat sew li s-sikurezza qiegħda tingħata l-ewwel prijorità.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Sabiex jiżdiedu l-fehim u l-kuxjenza dwar ir-reżistenza għat-tidwir, jekk jintuża kalkolatur tal-iffrankar ta' fjuwil, bħal dak li diġà jintuża għat-tajers C3, dan iservi bħala għodda sinifikanti biex jintwera l-iffrankar potenzjali ta' fjuwil, ta’ flus u tas-CO2.

Ġustifikazzjoni

L-iskema ta’ tikkettar għat-tajers fil-livell tal-UE għandha l-għan li twieġeb għat-trasformazzjoni subottimali tas-suq lejn tajers li jwasslu għall-użu effiċjenti tal-fjuwils li ġejja minn nuqqas ta' informazzjoni. Jekk jintuża kalkolatur tal-iffrankar ta' fjuwil, il-konsumatur ikun jista' jagħmel għażla iżjed informata.

Emenda          4

Proposta għal direttiva

Premessa 10 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) It-tajers tas-silġ u t-tajers Nordiċi tax-xitwa għandhom parametri speċifiċi li ma jistgħux jitqabblu b'mod sħiħ mat-tajers normali. Sabiex jiġi żgurat li l-utenti aħħarin jagħmlu deċiżjonijiet ġusti u infurmati, il-parametri ta' dawn it-tajers għandhom jintwerew b'mod li jpoġġihom fuq l-istess livell mat-tajers normali.

Ġustifikazzjoni

Fil-proposta ma sar l-ebda arranġament speċifiku għat-tajers tas-silġ (jew tajers Nordiċi għax-xitwa). Din hija ommissjoni, billi l-parametri tagħhom (bħall-qbid fuq l-imxarrab) ma jistgħux jitqabblu mat-tajers normali. It-tikketta għal dan it-tip ta' tajers għalhekk għandha tiġi addattata, sabiex tirrifletti l-ispeċifiċitajiet tagħhom. Dan għandu jsir permezz tal-kumitoloġija, peress li l-iskali ta' klassifikazzjoni u l-metodi tal-ittestjar għadhom ma ġewx stabbiliti s'issa.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 11 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Il-manifatturi, il-fornituri u d-distributuri tat-tajers għandhom jitħeġġu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament sa qabel l-2012 sabiex jitħaffef ir-rikonoxximent tal-iskema u t-twettiq tal-benefiċċji tagħha.

Ġustifikazzjoni

L-introduzzjoni tal-iskema tat-tikkettar kemm jista' jkun malajr, għall-bidu permezz ta' konformità volontarja, se tippromwovi r-rikonoxximent tal-iskema mill-konsumatur u ġġib magħha tnaqqis aktar bikri fil-konsum ta' fjuwil, fl-emissjoniiet ta' CO2 u fl-istorbju tat-traffiku fit-toroq.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 17 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) Ix-xerrejja potenzjali għandhom jingħataw informazzjoni supplimentari standardizzata li tispjega kull element tat-tikketta - l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, il-qbid fuq l-imxarrab u l-emissjoni tal-istorbju - u r-rilevanza tagħhom, u li tinkludi kalkolatur tal-iffrakar tal-fjuwil li juri l-medja tal-iffrankar tal-fjuwil, tas-CO2 u tal-ispejjeż. Din l-informazzjoni għandha tingħata fuq il-websajt tal-EU dwar it-tikkettar tat-tajers u fuq fuljetti spjegattivi u posters fil-postijiet kollha tal-bejgħ. L-indirizz tal-websajt għandu jkun indikat b'mod ċar fuq it-tikketta u fuq kull letteratura teknika promozzjonali.

Ġustifikazzjoni

Sors ta’ informazzjoni li jkun ċentrali, indipendenti u awtoritarju huwa essenzjali biex ikun hemm it-trasparenza u biex l-iskema tat-tikkettar tkun aċċettata mill-pubbliku. Il-websajt għandha tipprovdi spjegazzjonijiet sempliċi u qosra ta' kull pittogramma. Il-websajt għandha tispjega r-raġuni tal-iskema u l-benefiċċji għas-sewwieqa u għal dawk li jġorru l-merkanzija, kif ukoll il-kontribut ġenerali favur it-tnaqqis fl-emissjonijiet CO2 u fl-istorbju fit-toroq. Din il-websajt għandha tiġi stabbilita u mantenuta mill-Kummissjoni Ewropea, bħala l-awtorità għall-iskema tat-tikkettar, sabiex jiġi żgurat li tingħata l-istess informazzjoni lill-konsumaturi kollha fl-UE.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Meta l-Istati Membri jimplimentaw inċentivi favur tajers li jwasslu għall-effiċnejzna tal-fjuwil, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-klassijiet minimi tal-effiċjenza tal-fjuwil sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern. Dawn l-inċentivi għandhom mnejn jikkostitwixxu għanjuna mill-Istat. Din id-Direttiva hija bla ħsara għall-eżitu ta' kwalunkwe proċedura futura għall-għajnuna mill-Istat li tista' tittieħed skond l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat fir-rigward tagħhom.

(19) Sabiex jindirizzaw l-isfida tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 tat-trasport bit-triq, xieraq li l-Istati Membri jimplimentaw inċentivi favur tajers li jwasslu għall-effiċjenza tal-fjuwil. Dawn l-inċentivi għandhom ikunu konformi mal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat. Sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern, għandhom jiġu stabbiliti kategoriji għall-effiċjenza minima tal-fjuwil.

Ġustifikazzjoni

Strument importanti biex l-Istati Membri jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 hu l-implimentazzjoni ta' inċentivi (fiskali) li jiffavorixxu tajers aktar sostenibbli. Dawk l-inċentivi għandhom ikunu bi qbil mar-regola tal-Għajnuna tal-Istat u għandhom ikunu mmirati biex jippromwovu t-tajers li jwasslu għall-aktar effiċjenza tal-fjuwil.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Il-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar mill-manifatturi, il-fornituri u d-distributuri hija essenzjali għall-ilħqi tal-għanijiet ta' dawn id-dispożizzjonijiet. L-Istati Membri għandhom għalhekk jimmonitorjaw din il-konformità permezz tas-sorveljanza tas-suq u kontrolli ex-post regolari.

(20) Il-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar mill-manifatturi, il-fornituri u d-distributuri hija essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet ta' dawn id-dispożizzjonijiet u jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali fi ħdan il-Komunità. L-Istati Membri għandhom għalhekk jidentifikaw miżuri effettivi, fosthom is-sorveljanza tas-suq, kontrolli ex-post regolari u sanzjonijiet effettivi, biżżejjed biex jiżguraw l-infurzar tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-manifatturi kollha tat-tajers, kemm fi ħdan il-Komunità u fir-rigward tal-kompetituri internazzjonali tagħhom, huwa ta' importanza kbira li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jiġu infurzati bis-saħħa f'kull Stat Membru.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 20 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a) L-Istati Membri għandhom jirsistu, meta jkunu qed jimplimentaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolamenta, biex joqogħdu lura minn kull miżura li timponi obbligi inġustifikati, burokratiċi, u mhux prattiki fuq l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju (SMEs), u, meta jkun fattibbli, għandhom iqisu l-ħtiġijiet speċjali u l-limiti finanzjarji u amministrattivi tal-SMEs.

Ġustifikazzjoni

L-SMEs m’għandhomx l-istess riżorsi finanzjarji u amministrattivi bħall-kontrapartijiet il-kbar tagħhom. Barra minn dan, l-SMEs huma sensittivi b’mod speċjali għas-sistemi burokratiċi u mhux prattiċi. Għalhekk huwa importanti li ssir enfasi fuq l-importanza li l-Istati Membri jqisu s-sitwazzjoni vulnerabbli tal-SMEs meta jiġu biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 20 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20b) Biex l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tiġi evalwata sew, għandha ssir reviżjoni biex jiġi aċċertat jekk hemmx bżonn ta' bidliet. Din ir-reviżjoni għandha tiffoka b'mod partikulari fuq il-fehim tal-konsumatur tat-tikketta, inkluż tal-parametru tal-istorbju u l-adattament għall-bidla teknoloġika.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li titkabbar l-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil tat-trasport tat-triq permezz tal-promozzjoni ta’ tajers li jwasslu għal użu effċijenti tal-fjuwil.

L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li titkabbar l-effiċjenza ekonomika u ambjentali u s-sikurezza tat-trasport tat-triq permezz tal-promozzjoni ta’ tajers sikuri u kwieti li jwasslu għal użu effiċjenti tal-fjuwil.

Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas għall-għoti ta’ informazzjoni dwar il-parametri tat-tajers permezz tat-tikkettar.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għall-għoti ta’ informazzjoni armonizzata dwar il-parametri tat-tajers permezz tat-tikkettar, li tippermetti li l-konsumatur jagħmel għażla informata meta jkun qed jixtri t-tajers.

Ġustifikazzjoni

Tenfasizza n-natura ta' approċċ integrat ta' dan ir-Regolament.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) 'tajer għas-silġ' tfisser tajer, li d-disinn tal-wiċċ imfellel tiegħu, il-kompożizzjoni jew l-istruttura tiegħu jkunu primarjament iddisinjati biex, f'kundizzjonijiet ta' silġ, ikollhom prestazzjoni aħjar minn dik ta' tajer normali f'dak li għandu x'jaqsam mal-kapaċità tiegħu biex vettura tibda jew tibqa' tiċċaqlaq;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjonijiet ta’ din il-proposta għandhom ikunu konformi mat-test li kien hemm qbil dwaru dan l-aħħar dwar ir-regolamenti propost rigward l-approvazzjoni tat-tajers għas-sikurezza ġenerali tal-karozzi.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) ‘punt tal-bejgħ’ tfisser post fejn it-tajers huma murija, maħżuna jew offruti għall-bejgħ, inkluż showrooms tal-karozzi fir-rigward ta' tajers murija li mhumiex armati fuq il-vetturi;

(3) ‘punt tal-bejgħ’ tfisser post fejn it-tajers huma murija jew offruti għall-bejgħ, inkluż showrooms tal-karozzi fir-rigward ta' tajers murija li mhumiex armati fuq il-vetturi;

Ġustifikazzjoni

It-tajers jistgħu jinħażnu fl-imħażen jew ċentri tal-loġistika, li mhumiex aċċessibbli għall-konsumaturi, u għalhekk m'għandhomx jiġu kkunsidrati bħala "punti ta' bejgħ".

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) ‘letteratura promozzjonali teknika’ tfisser kull materjal stampat u elettroniku użat fil-marketing tat-tajers jew tal-vetturi mmirat lejn l-utenti aħħarin jew id-distributuri , li jiddeskrivi l-parametri speċifiċi ta' tajer, inkluż manwali tekniċi, brochures, marketing fuq l-Internet, fuljetti u katalgi;

(4) ‘letteratura promozzjonali teknika’ tfisser manwali tekniċi, brochures, fuljetti u katalgi jew stampati jew f’forma elettronika, jew ippublikati fuq l-internet, bl-esklużjoni ta' riklamar fuq il-midja, użati fil-marketing tat-tajers jew tal-vetturi mmirati lejn l-utenti aħħarin jew id-distributuri li jiddeskrivu l-parametri speċifiċi ta' tajer;

Ġustifikazzjoni

L-emendi jiċċaraw in-natura tal-letteratura teknika f’forma stampata jew elettronika (eż. l-Internet) (b'mod distint min dak tar-reklamar fuq il-midja, bħall-ġurnali, l-Internet, it-televiżjoni etċ.).

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) 'kalkolatur tal-iffrankar tal-fjuwil' tfisser għodda pprovduta fuq il-websajts dedikati għat-tikkettar tat-tajrs biex jintwera kemm qed jiġi ffrankat bħala medja fi fjuwil, CO2 u spejjeż, għall-klassijiet C1, C2 u C3 tat-tajers;

Ġustifikazzjoni

Sabiex jintwerew il-benefiċċji diretti għas-sewwieqa, għal dawk li jġorru l-merkanzija, għal min jimmaniġġjar flotot ta' karozzi u għal xerrejja oħrajn f'termini ta' konsum ta' fjuwil u flus minfuqa, kif ukoll il-benefiċċji ambjentali.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 5 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b) ‘Websajt tal-UE dwar it-tikkettar tat-tajers’ tfisser sors ċentrali onlajn ta' informazzjoni spjegattiva u supplimentari amministrat mill-Kummissjoni, dwar kull element individwali tat-tikketta tat-tajer u li tinkludi kalkolatur tal-iffrankar tal-fjuwil;

Ġustifikazzjoni

Sors ta’ informazzjoni li jkun ċentrali, indipendenti u awtoritarju huwa essenzjali biex ikun hemm it-trasparenza u biex l-iskema tat-tikkettar tkun aċċettata mill-pubbliku. Il-websajt għandha tipprovdi spjegazzjonijiet sempliċi u qosra ta' kull pittogramma. Il-websajt għandha tispjega r-raġuni tal-iskema u l-benefiċċji għas-sewwieqa u għal dawk li jġorru l-merkanzija, kif ukoll il-kontribut ġenerali favur it-tnaqqis fl-emissjonijiet CO2 u fl-istorbju fit-toroq. Din il-websajt għandha tiġi stabbilita u mantenuta mill-Kummissjoni Ewropea, bħala l-awtorità għall-iskema tat-tikkettar, sabiex jiġi żgurat li tingħata l-istess informazzjoni lill-konsumaturi kollha fl-UE.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Responsabbiltajiet tal-Kummissjoni

 

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tamministra, sa mhux aktar tard minn Settembru 2010, ‘il-websajt tal-UE għat-tikkettar tat-tajers’ bħala sors ċentrali ta' informazzjoni għal kull element tat-tikketta.

 

Fuljetti spjegattivi u posters bl-istess kontenut essenzjali tal-websajt għandhom jitqassmu fil-punti tal-bejgħ tat-tajers u tal-vetturi.

 

Il-fuljetti u l-posters għandhom jiġu pprovduti fil-lingwi xierqa fil-punt tal-bejgħ.

 

Il-websajt, il-fuljetti u l-posters għandhom jinkludi:

 

(i) spjegazzjoni tal-pittogrammi stampati fuq it-tikketta;

 

(ii) kalkolatur tal-iffrankar tal-fjuwil li juri l-iffrankar potenzjali tal-fjuwil, tal-flus u tas-CO2 meta jiġu armati tajers b'reżistenza baxxa għat-tidwir għall-klassijiet C1, C2 u C3 tat-tajers.

 

(iii) stqarrija li tisħaq fuq il-fatt li l-iffrankar attwali tal-fjuwil u s-sikurezza fit-toroq jiddependu bil-kbir mill-imġiba tas-sewwieqa, partikolarment dan li ġej:

 

– l-ekosewqan, li jista' jnaqqas il-konsum tal-fjuwil b'mod sinifikanti;

 

– il-pressjoni tat-tajers, li trid tiġi ċċekkjata regolarment għal karatteristiċi ogħla tal-qbid fuq l-imxarrab u l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil;

 

– id-distanzi tal-waqfien, li għandhom dejjem jiġu osservati b'mod strett.

 

2. Sabiex jiġu kkomunikati lill-konsumatur il-konsegwenzi tal-għażla tat-tajers fuq il-kontijiet tal-fjuwil tal-ġejjieni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi għal kull klassi ta’ tajers (C1, C2, C3) formula li tippermetti l-kalkolu tal-konsum żejjed ta’ fjuwil jew tal-iffrankar ta’ fjuwil matul il-ħajja ta’ sett sħiħ ta’ dawn it-tajers meta mqabbel ma’ tajer tal-klassi C tal-istess kategorija. Dawn il-formuli għandhom jużaw il-valuri li ġejjin:

 

– stima tat-tul tal-ħajja fl-UE, f'km, tal-klassi tat-tajers;

 

– stima tal-medja tal-UE tal-konsum reali ta’ fjuwil għal kull km misjuq minn vettura mgħammra bil-klassi ta’ tajers kkonċernata;

 

– stima tal-persentaġġ tal-fjuwil ffrankat miksub għal kull kg/tunellata ta’ tnaqqis fir-reżistenza għat-tidwir għal vettura mgħammra bil-klassi ta’ tajers kkonċernata.

 

Il-formuli u r-riżultati f’termini ta’ konsum tal-fjuwil, spejjeż monetarji u emissjonijiet tas-CO2 għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku ġenerali permezz tal-websajt għat-tikkettar tat-tajers’ u jistgħu jiġu ppubblikati fuq il-websajts tal-manifatturi tat-tajers, tad-distributuri u tal-bejjiegħa.

 

3. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi linji gwida għall-manifatturi, il-fornituri u d-distributuri dwar kif l-informazzjoni rilevanti tat-tikketta għandha tkun ippreżentata fil-letteratura promozzjonali u teknika, inklużi, jekk ikun xieraq, rakkomandazzjonijiet għad-disinn grafiku.

Ġustifikazzjoni

Dan l-artikolu l-ġdid jagħmel enfasi fuq ir-responsabilitajiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-websajt, il-kalkolu u l-komunikazzjoni dwar kalkolatur tal-iffrankar fl-użu tal-fjuwil, u linji gwida fuq l-informazzjoni tat-tikketta.

Il-formuli komuni li skonthom l-iffrankar tal-fjuwil fil-ġejjieni, jew l-ispiża addizzjonali tal-fjuwil, għandhom ikunu kkalkolati u ppreżentati, iridu jiġu ddefiniti fuq il-livell tal-UE.

L-informazzjoni ppreżentata fil-materjal tekniku u promozzjonali varju għandu jkollha identità viżiva li tingħaraf malajr u li tkun iddefinita fuq il-livell tal-UE, u għandha tkun ippreżentata lix-xerrejja potenzjali f'pożizzjoni prominenti.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafi 1 u 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) il-fornituri għandhom jiżguraw li t-tajers C1 u C2, li jiġu kkunsinjati lid-distributuri jew lill-utenti aħħarin, ikunu mgħammra bi sticker fuq wiċċ it-tajer li turi tikketta li tindika l-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil kif stipulat fl-Anness I, Parti A, u l-istorbju estern tat-tidiwir kif stipulata fl-Anness I, Parti C; It-tikketti tat-tajers C1 għandhom ukoll jindikaw il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab kif stipulata fl-Anness I, Parti B;

(1) il-fornituri għandhom jiżguraw li t-tajers C1 u C2 kkunsinjati lid-distributuri jew lill-utenti aħħarin jiġu pprovduti b'tikketta li għandha tintwera bi kwalunkwe mezz jew permezz ta' sticker fuq wiċċ it-tajer, li tindika l-klassi tal-l-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u tal-qbid fuq l-imxarrab u l-istorbju estern tat-tidwir kif stipulat fl-Anness I, Partijiet A, B u C rispettivament;

(2) il-format tal-isticker imsemmija fil-paragrafu 1 għandu ukun kif preskritt fl-Anness II;

(2) il-format tal-isticker u t-tikketta msemmijin fil-paragrafu 1 għandu ukun kif preskritt fl-Anness II;

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) il-fornituri għandhom jiddikjaraw il-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir fuq il-letteratura teknika promozzjonali kif stipulata fl-Anness I fl-ordni speċifikat fl-Anness III;

(3) il-fornituri għandhom jiddikjaraw il-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir fuq il-letteratura teknika promozzjonali kif stipulata fl-Anness I fl-ordni speċifikat fl-Anness III. Għat-tajers C2 u C3 il-koeffiċjenti mkejjel tar-reżistenza tat-tidwir għandu jiġi ddikjarat ukoll;

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) il-fornituri għandhom jippreżentaw il-valuri mkejla mit-test għall-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-koeffiċjenza tar-reżistenza għat-tidwir (f'kg/t), tal-indiċi tal-qbid fuq l-imxarrab (bħala indiċi ta' prestazzjoni, G, imqabbel mat-tajer ta' referenza standard) u tal-emissjonijiet ta' storbju (f'dB(A)), f'bażi ta' dejta aċċessibbli pubblikament.

Ġustifikazzjoni

L-infurzar xieraq tal-iskema ta' tikkettar tat-tajers mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti jkun essenzjali għall-kredibilità u s-suċċess ta' din l-iskema. Sabiex tkun iffaċilitata proċedura effettiva u armonizzata ta' verifika u l-applikazzjoni xierqa tal-iskema ta' tikkettar, huwa importanti li l-valuri mkejla għar-reżistenza għat-tidwir, għall-qbid fuq l-imxarrab u għall-istorbju, ikunu disponibbli pubblikament. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku kollu, iżda b'mod partikulari għandha tkun ta' użu għall-awtoritajiet għal skopijiet ta' monitoraġġ u nfurzar. Din għandha tkun disponibbli permezz tal-websajts tal-manifatturi.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b) il-fornituri għandhom jippreżentaw il-valuri mkejla mit-test għall-approvazzjoni tat-tip f'kull ġenb jew fuq kull ġenb għal kull mudell fir-rigward tal-koeffiċjenza tar-reżistenza għat-tidwir (f'kg/t), tal-indiċi tal-qbid fuq l-imxarrab (bħala indiċi ta' rendiment, G, imqabbel mat-tajer ta' referenza standard) u tal-emissjonijiet ta' storbju (f'dB).

Ġustifikazzjoni

Dikjarazzjoni tal-valuri mkejla mit-test tal-approvazzjoni tat-tip mal-ġenb tat-tajer tiffaċilita l-infurzar xieraq tal-iskema ta' tikkettar tat-tajers. Il-mod kif ikunu ffurmati l-ġnub ikun utli għall-awtoritajiet, id-distributuri u l-bejjiegħa biex jimmoniterjaw it-tqegħid korrett tat-tikketti u tad-dokumentazjzoni, biex jivverifikaw il-klassifikazzjoni ddikjarata u meta jerġgħu jittestjaw it-tajer, biex jivverifikaw il-valuri mkejla ddikjarati.

L-ispiża għal kull tajer biex jinbidel il-mod kif ikunu ffurmati mal-ġnub hija negliġibbli (13-il ewro kull forma, skont l-Evalwazzjoni tal-Impatt, li huma mqassma mal-katina ta' produzzjoni li tuża l-forma).

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) id-distributuri għandhom jiżguraw li t-tajers, fil-punt tal-bejgħ, ikollhom l-isticker ipprovdut mill-fornituri skond l-Artikolu 4(1) f’pożizzjoni ċarament viżibbli;

(1) id-distributuri għandhom jiżguraw li l-isticker jew it-tikketta ipprovduti mill-fornituri skond l-Artikolu 4(1) jew verżjoni spjegattiva aktar dettaljata tat-tikketta kif stipulat fl-Anness II, punt 2a jkunu disponibbli u muurija b'mod ċar jew fuq it-tajer jew qrib ħafna tiegħu fil-punt tal-bejgħ, rispettivament;

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) meta t-tajers offruti għall-bejgħ ma jkunux viżibbli għall-utent aħħari, id-distributuri għandhom jipprovdu lill-utent aħħari b'informazzjoni dwar il-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir għal dawk it-tajers;

(2) meta t-tajers offruti għall-bejgħ ma jkunux viżibbli għall-utent aħħari, id-distributuri għandhom jipprovdu lill-utent aħħari b'dokumentazzjoni dwar il-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir għal dawk it-tajers;

Ġustifikazzjoni

Għal għanijiet ta' ċarezza. L-informazzjoni orali mhijiex biżżejjed u ma tistax tiġi infurzata.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) għat-tajers C1 u C2, id-distributuri għandhom jipprovdu l-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u l-valur imkejjel tal-istorbju estern mal-kont mogħti lil-utent aħħari meta jixtri t-tajers. Għat-tajers C!, tsita’ wkol tiġi pprovduta l-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab.

(3) għat-tajers C1, C2 u C3, id-distributuri għandhom jipprovdu l-verżjoni spjegattiva tat-tikketta kif stipulat fl-Anness II, punt 2a jew 2b, li tiddikjara l-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab u l-valur imkejjel tal-istorbju estern, kif stipulat fl-Anness I, Partijiet A, B u C rispettivament fil-kont mogħti lil-utent aħħari meta jixtri t-tajers jew miegħu.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Responsabbiltajiet tal-fornituri tal-karozzi u d-distributuri tal-karozzi

Responsabbiltajiet tal-fornituri tal-vetturi u d-distributuri tal-vetturi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-karozzi u d-distributuri tal-karozzi jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-vetturi u d-distributuri tal-vetturi jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(1) il-fornituri tal-karozzi u d-distributuri tal-karozzi għandhom jiżguraw li l-letteratura promozzjonali teknika tipprovdi informazzjoni dwar it-tajers li huma armati fuq vetturi ġodda; dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil kif stipulat fl-Anness I, l-istorbju estern tat-tidwir kif stipulat fl-Anness I, Parti C, u għat-tajers C1 il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab kif stipulat fl-Anness I, Parti B;

(1) il-fornituri tal-vetturi u d-distributuri tal-vetturi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar it-tajers li huma armati fuq vetturi ġodda; dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil kif stipulat fl-Anness I, il-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir kif stipulat fl-Anness I, Parti C, u għat-tajers C1 il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab kif stipulat fl-Anness I, Parti B, fl-ordni speċifikat fl-Anness III. Din l-informazzjoni għandha tkun inkluża għall-inqas mal-letteratura promozzjonali u tingħata lill-utenti aħħarin qabel ma l-vettura tinbiegħ;

(2) meta tipi differenti ta’ tajers ikunu jistgħu jiġu armati fuq vettura ġdida, mingħajr ma l-utenti aħħarin jiġu offruti għażla bejniethom, il-klassi l-aktar baxxa tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab, u l-ogħla valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir ta' dawn it-tipi ta' tajers, għandu jissemma fil-letteratura promozzjonali teknika fl-ordni speċifikat fl-Anness III;

(2) meta tipi differenti ta’ tajers ikunu jistgħu jiġu armati fuq vettura ġdida, mingħajr ma l-utenti aħħarin jiġu offruti għażla bejniethom, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssemmi l-klassi l-aktar baxxa tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab, u l-ogħla valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir ta' dawn it-tipi ta' tajers;

(3) meta l-utenti aħħarin jiġu offruti għażla bejn tipi differenti ta’ tajers biex jiġu armati fuq vettura ġdida, il-fornituri tal-karozzi għandhom jiddikjaraw il-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab, u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir ta' dawn it-tipi ta' tajers fil-letteratura promozzjonali teknika fl-ordni speċifikat fl-Anness III;

(3) meta l-utenti aħħarin jiġu offruti għażla bejn tipi differenti ta’ tajers biex jiġu armati fuq vettura ġdida, l-informazzjoni msemmija fil-punt 1 għandha ssemmi l-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab, u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir ta' dawn it-tipi kollha ta' tajers;

(4) meta l-utenti aħħarin jiġu offruti għażla bejn tipi differenti ta’ tajers biex jiġu armati fuq vettura ġdida, id-distributuri tal-karozzi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab, u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir ta' dawn it-tajers qabel il-bejgħ.

 

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-informazzjoni pprovduta fl-Artikoli 4, 5, u 6 dwar il-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir, u l-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab tat-tajers għandha tinkiseb billi jiġu applikati l-metodi armonizzati tal-ittestjar imsemmija fl-Anness 1.

L-informazzjoni pprovduta fl-Artikoli 4, 5, u 6 dwar il-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir, u l-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab tat-tajers għandha tinkiseb billi jiġu applikati l-metodi armonizzati tal-ittestjar imsemmija fl-Anness 1. It-testijiet armonizzati għandhom jipprovdu lill-utenti aħħarin bi klassifika affidabbli u li tirrappreżenta b’mod komprensiv il-karatteristiċi ttestjati.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta’ sikurezza fit-toroq u l-ħarsien tal-konsumatur, il-metodi tal-ittestjar armonizzati għandhom jiġu implimentati taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk li japplikaw waqt l-użu proprju. Testijiet li ma jkunux preċiżi jew ġew simulati ħażin jistgħu jikkawżaw konfużjoni żejda għall-konsumaturi.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Verifiki ta' dan it-tip m’għandhom jippreġudikaw l-ebda vettura tal-UE jew approvazzjoni tat-tip ta’ tajer li jinkisbu skont id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi1 jew ir-Regolament (KE) Nru .../... [rigward rekwiżiti ta’ approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur]. Għall-evalwazzjoni ta’ konformità l-Istati Membri għandhom jirreferu, fejn applikabbli, għal dokumentazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tat-tajer u għal dokumentazzjoni supplimentari relevanti pprovduta mill-fornitur.

 

____________

ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tingħata ċertezza legali lill-manifatturi tal-karozzi u tat-tajers għandu jkun ċar li l-kontrolli m’għandhomx iwasslu sabiex Stati Membri jimblukkaw karozzi u tajers milli jiċċirkolaw fl-UE li t-tip tagħhom ikun ġie approvat. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-produtturi u l-ispejjeż tal-ittestjar, l-istess metodi tal-ittestjar għandhom jiġu applikati bħal dawk definiti fil-leġiżlazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tat-tajers.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu sistema ta’ ispezzjonijiet bħala rutina barra r-rutina tal-postijiet ta’ bejgħ għall-iskop li tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

L-iskop huwa li tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva u armonizzata tal-iskema ta’ tikkettar madwar l-UE. Fil-konfront ta’ skemi oħra ta’ tikkettar dwar l-enerġija, l-organiżżazzjonijiet tal-konsumatur identifikaw tikkettar ħażin persistenti ta’ prodotti u nuqqas fil-preżentazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ispezzjonijiet barra r-rutina biex jivverifikaw tikkettar korrett u preżentazzjoni xierqa tal-informazzjoni fil-materjal tal-bejgħ, inklużi listi tal-istokkijiet, katalogi, fuljetti u siti fuq l-internet.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sakemm ikollhom evidenza li turi kontra, l-Istati Membri għandhom iqisu t-tikketti u l-infromazzjoni dwar il-prodott bħala li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Jistgħu jeħtieġu li l-fornituri jipprovdu dokumentazzjoni teknika sabiex tiġi vvalutata l-preċiżjoni tal-valuri ddikjarati.

2. Sakemm ikollhom evidenza li turi kontra, l-Istati Membri għandhom iqisu t-tikketti u l-infromazzjoni dwar il-prodott bħala li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Jistgħu jeħtieġu li l-fornituri jipprovdu dokumentazzjoni teknika, b'konformità mal-Artikolu 4(4), sabiex tiġi vvalutata l-preċiżjoni tal-valuri ddikjarati.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jkun żgurat li l-informazzjoni pprovduta fuq it-tikketta hija preċiża u bbażata fuq metodi ta' ttestjar armonizzati stipulati fl-Regolamenti UNECE. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw, fuq il-bażi tad-dokumentazzjoni teknika provduta mill-fornituri tat-tajers, li l-informazzjoni fuq it-tikketta hija tabilħaqq korretta.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri m’għandhomx jagħtu inċentivi fir-rigward tat-tajers taħt il-livell Klassi C tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil fi ħdan it-tifsira tal-Anness I Parti A.

L-Istati Membri m’għandhomx jagħtu inċentivi fir-rigward tat-tajers taħt il-livell Klassi C fir-rigward kemm tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil jew kemm tal-qbid fuq l-imxarrab C, fi ħdan it-tifsira tal-Anness I, Partijiet A u B rispettivament.

Ġustifikazzjoni

Taħt il-premessi espressi minn Nru (4) tal-proposta tal-Kummissjoni (b’mod particolari: ir-“reżistenza għat-tidwir jista' jkollu impatt avvers fuq parametri oħra, bħall-qbid fuq l-imxarrab…, Il-manifatturi tat-tajers għandhom jiġu mħeġġa jtejbu l-parametri kollha.”), il-qafas għall-inċentivi potenzjali għandu jikkunsidra wkoll il-prestazzjoni tal-qbid fuq l-imxarrab. Ma jidhirx li huwa fl-interess tal-konsumatur li Stat Membru joffri inċentivi, p. e. għal tajer tal-effiċjenza fil-fjuwil tal-Klassi A u għall-qbid fuq l-imxarrab tal-Klassi E.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – punt 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) introduzzjoni tar-rekwiżiti rigward it-tajers tas-silġ jew tajers tax-xitwa Nordiċi;

Ġustifikazzjoni

Fil-proposta ma sar l-ebda arranġament speċifiku għat-tajers tas-silġ (jew tajers Nordiċi għax-xitwa). Din hija ommissjoni, billi l-parametri tagħhom (bħall-qbid fuq l-imxarrab) ma jistgħux jitqabblu mat-tajers normali. It-tikketta għal dan it-tip ta' tajers għalhekk għandha tiġi addattata, sabiex tirrifletti l-ispeċifiċitajiet tagħhom. Dan għandu jsir permezz tal-komitoloġija, peress l-iskali ta' gradwazzjoni u l-metodi tal-ittestjar għadhom ma ġewx stabbiliti s'issa.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti fir-rigward ta’ parametri essenzjali oħra safejn dawn il-parametri jeffettwaw l-ambjent, is-saħħa jew is-sikurezza, dejjem sakemm ikunu disponibbli metodi xierqa ta' ttestjar armonizzati u dawn ir-rekwiżiti jwasslu għal infiq effettiv;

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-introduzzjoni ta' parametri ġodda għandha ssir permezz tal-kodeċiżjoni u mhux permezz tal-komitoloġija.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-penali

Infurzar u pieni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni għandhom ikunu effettivi, propozjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

1. L-Istati Membri għandhom, permezz ta' skambju kontinwu ta' informazzjoni, jiżguraw koperazzjoni mill-qrib fis-sorveljanza tas-suq fl-interess tal-implimentazzjoni konsistenti ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa għal kontrolli ex post regolari sabiex jiżguraw li t-tajers li ma jkunux tikkettati kif suppost jew jiġu jikkonformaw mar-regoli jew jitneħħew mis-suq.

 

 

2. L-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri li jistipulaw sanzjonijiet għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, inklużi regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont dan ir-Regolament u dispożizzjonijiet li jiżguraw li dawn jiġu implimentati.

 

3. Dawn il-miżuri għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disważivi.

 

4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk il-miżuri u kwalunkwe emendi sussegwenti tagħhom lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Ġustifikazzjoni

Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-manifatturi kollha tat-tajers, kemm fi ħdan il-Komunità u fir-rigward tal-kompetituri internazzjonali tagħhom, huwa ta' importanza kbira li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jiġu infurzati bis-saħħa f'kull Stat Membru.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa mhux aktar tard minn 5 snin wara l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa li tirrevdi l-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika u tal-qbid fuq l-imxarrab kif stipulat fl-Anness I.

1. Sa mhux aktar tard minn tliet snin wara l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, waqt li inter alia tikkunsidra:

 

(a) l-effettività tat-tikketta f'dak li għandu x;jaqsam mal-għarfien tagħha mill-konsumatur;

 

(b) jekk l-iskema tat-tikkettar għandhiex tiġi estiża biex tinkludi t-tajers b'wiċċ ġdid (retreaded);

 

(c) jekk għandhom jiġu introdotti parametri jew klassijiet ġodda ta' tajers;

 

(d) l-informazzjoni dwar il-parametri tat-tajers provduti mill-fornituri u d-distributuri tal-vetturi lill-utenti aħħarin.

 

2. Il-Kummissjoni, fuq il-bażi ta' din ir-reviżjoni u wara evalwazzjoni tal-impatt u servej tal-konsumaturi, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsilli, jekk ikun xieraq, flimkien ma' proposta għall-emendar ta' dan ir-Regolament.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-traspożizzjoni

Dispożizzjonijiet Finali

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Novembru 2011, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet flimkien ma’ tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Novembru 2012.

Għandu japplika minn [data tad-dħul fis-seħħ + 24 xahar].

 

Madankollu, l-Artikoli 4 u 5 m'għandhomx japplikaw għat-tajers prodotti qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandha tiġi inkluża referenza għal din id-Direttiva jew magħhom għandu jkun hemm it-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza.

 

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

2. Ir-Regolament għandu jkun jorbot kollu kemm hu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

 

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Anness I – parti A – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk tip ta’ tajer jiġi approvat għal aktar minn klassi ta’ tajer waħda (eż. C1 u C2), l-iskala tal-klassifika użata biex tiġi ddeterminata l-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil ta’ dan it-tip ta’ tajer għandha tkun applikabbli għall-ogħla klassi ta’ tajer (ez.C2, mhux C1)

imħassar

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex possibbli li tajer jiġi approvat għal aktar minn klassi waħda tat-tajers (C1 jew C2 jew C3); C1 huma tipi ta’ tajers li jiffurmaw parti mir-Regolament UNECE 30 u ma jistgħux ikunu parti wkoll mir-Regolament UNECE 54, li jikkonċerna tajers C2 u C3.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Anness I – parti C a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għat-tajers b'emissjonijiet ta' storbju baxxi ddefiniti skont il-klassifika speċifikata hawn taħt, it-tikkettar tal-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir imkejjel f'dB għandu jkun ikkumplimentat mill-"mark ta' storbju baxx":

Klassijiet ta’ storbju estern tat-tidwir (dB(A))

 

C1

C2

C3

Marka ta' Storbju Baxx *

≤68

≤69

≤70

*Marka ta' Storbju Baxx:

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Anness II - punt 1.1 - immaġni

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

72 dB(A)

72 dB

Ġustifikazzjoni

Għal għanijiet ta' ċarezza. L-(A) għandha titneħħa biex tiġi evitata l-konfużjoni mal-klassi A.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 1.1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-punt li ġej għandu jiżdied mad-disinn propost:

 

l-indirizz tal-websajt tal-UE dwar it-tikkettar tat-tajers, b'tipa kbira fil-qiegħ tat-tikketta,

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Format tat-tikketta spjegattiva estiża

 

Il-verżjoni spjegattiva tat-tikketta li jirreferi għaliha l-Artikolu 5 għandha tkun konformi mal-immaġini ta’ hawn taħt, u t-test għandu jkun tradott fil-lingwa relevanti fil-punt ta’ bejgħ. Il-verżjoni tat-tikketta għandha tiġi pprovduta fuq il-kont jew mal-kont lill-konsumatur, sakemm dan ma jikkawżax piż mhux xieraq għad-distributur, u f’dan il-każ l-informazzjoni tingħata skond l-Anness II, punt 2b.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li ħafna drabi l-konsumatur ikollu l-opportunità li jara l-isticker qabel il-bejgħ tat-tajer, sorsi ta’ informazzjoni komplimentari addizzjonali huma meħtieġa biex jintlaħqu setturi tas-suq u mezzi ta’ bejgħ differenti. Madanakollu, l-isticker teħtieġ aktar spjegazzjoni fil-forma ta’ test spjegattiv għal kull pittogramma. Dan għandu jiġi indirizzat f’informazzjoni oħra mogħtija lix-xerrej – l-aktar tard fuq il-fattura jew magħha. Il-preżenza ta’ informazzjoni aktar dettaljata fuq il-fattura żżid il-probabilità li l-konsumatur fil-futur jagħmel mistoqsijiet ibbażati fuq l-iskema ta’ tikkettar.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 2 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Format tal-informazzjoni fuq il-fattura

 

Meta l-ispejjeż tal-istampar tat-tikketta spjegattiva kif definit fl-Anness II, punt 2a, ifissru piż mhux xieraq għad-distributur, l-informazzjoni tat-tikketta għandha tiġi pprovduta skont l-immaġini ta’ hawn taħt:

 

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Anness III – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-fornituri jridu juru wkoll fuq il-websajt tagħhom

3. Il-fornituri jridu juru wkoll fuq il-websajt tagħhom

 

(–i) link għall-websajt tal-UE dwar it-tikkettar tat-tajers;

(i) spjegazzjoni tal-pittogrammi stampati fuq it-tikketta;

(i) spjegazzjoni tal-pittogrammi stampati fuq it-tikketta, u kalkolatur tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil li hu pprovdut fil-websajt tal-EU dwar it-tikkettar tat-tajers;

(ii) stqarrija li tisħaq dwar il-fatt li l-iffrankar attwali tal-fjuwil u s-sikurezza fit-toroq jiddependu bil-kbir mill-imġiba tas-sewwieqa, partikolarment dan li ġej:

(ii) stqarrija li tisħaq dwar il-fatt li l-iffrankar attwali tal-fjuwil u s-sikurezza fit-toroq jiddependu bil-kbir mill-imġiba tas-sewwieqa, partikolarment dan li ġej:

– l-ekosewqan jista' jnaqqas il-konsum tal-fjuwil b'mod sinifikanti;

– l-ekosewqan jista' jnaqqas il-konsum tal-fjuwil b'mod sinifikanti;

– il-pressjoni tat-tajers trid tiġi ċċekkjata regolarment għal karatteristiċi ogħla tal-qbid fuq l-imxarrab u l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil;

– il-pressjoni tat-tajers trid tiġi ċċekkjata regolarment għal karatteristiċi ogħla tal-qbid fuq l-imxarrab u l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil;

– id-distanzi tal-waqfien għandhom jiġu osservati b'mod strett.

– id-distanzi tal-waqfien għandhom jiġu osservati b'mod strett.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni taħt l-emenda għall-Artikolu 3, punt 5a (ġdid).

NOTA SPJEGATTIVA

Skema tat-tikkettar integrata għat-tajers

Bi kważi 25% tal-emissjonijiet totali tas-CO2 ġejjin mit-trasport bit-triq, it-tnaqqis tal-intensità enerġetika u l-impronta tal-karbonju hija sfida mill-kbar nett għall-UE. It-tajers huma responsabbli għal 20 sa 30% tal-konsum tal-fjuwil totali tal-vetturi u s-sostenibilità aktar b’saħħitha tat-tajers, għalhekk, għandha titqies bħala parti mill-approċċ integrat biex jitnaqqas il-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet fit-trasport bit-triq. Il-lista ta’ azzjonijiet immirati magħmula fl-Energy Efficiency Action Plan biex jitnaqqas il-konsum b’20% sal-2020 jenfasizza wkoll it-tikkettar bħala mod possibbli kif jintlaħaq dan il-għan.

Din il-proposta tistabbilixxi sistema li tiżgura li tingħata informazzjoni standardizzata dwar l-effiċjenza tal-fjuwil, il-qbid fuq l-imxarrab u l-istorbju estern tat-tidwir tat-tajers. Dan jippermetti lill-konsumaturi u l-utenti aħħarin jagħmlu għażla infurmata meta jixtru t-tajers. Skont il-proposta, mill-2012 fuq it-tajers kollha tal-karozzi tal-passiġġieri, vetturi ħfief u tqal (tajers C1, C2 u C3), li jitqiegħdu fis-suq, se jkun hemm pittogrammi li jinftiehmu faċilment u universalment, li jindikaw il-prestazzjoni tat-tajers fi tliet parametri.

Il-proposta għandha titqies b’interazzjoni mill-qrib mar-regolament tal-proposta dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tipi għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur (COM(2008)0316). Filwaqt li dan tal-aħħar jindirizza l-aspett tal-forniment permezz ta’ rekwiżiti minimi u jiggarantixxi li t-tajers jintużaw fuq toroq Erwopej ikunu ta’ kwalità aċċettabbli u xierqa, il-proposta attwali hija diretta lejn l-aspett tad-domanda u timmira lejn promozzjoni ta’ titjib fl-effiċjenza tal-enerġija u s-sikurezza, li jkun ġej mis-suq.

Ir-Rapporteur jilqa’ b’sodisfazzjon din il-proposta. Il-ħolqien ta’ sistema armonizzata ta’ tikkettar ikun pass importanti biex tiġi żgurata trasformazzjoni fis-suq lejn tajers li jwasslu għall-użu effiċjenti tal-fjuwil. Peress li studji tas-suq jindikaw b’mod ċar l-interess tal-konsumatur fix-xiri ta’ tajers aktar sostenibbli, id-direttiva proposta tgħin biex tqajjem kuxjenza u biex tiftaħ djalogu bejn il-bejjiegħ u x-xerrej li jippermetti lill-konsumaturi jagħmlu għażla infurmata. Dan jagħmel lill-konsumaturi konxji tad-differenza sinifikattiva (kemm f’sens ambjentali u ekonomiku) li teżisti bejn it-tajers – għall-karozzi tal-passiġġieri, attwalment teżisti differenza sa’ 10% fil-konsum tal-fjuwil bejn it-tajers bl-aħjar u bl-agħar prestazzjoni. L-impatt totali fil-livell tal-UE jaf ikun wieħed impressjonanti: l-evalwazzjoni tal-impatt identifikat potenzjal ta’ ffrankar ta’ 0.56 għal 1.51 Mtoe fis-sena. Dan huwa ekwivalenti għat-tneħħija ta’ 0.5 miljun sa 1.3 miljun karozza tal-passiġġieri mit-toroq tal-UE.

Ir-Rapporteur jilqa’ b’soddisfazzjon ukoll l-approċċ integrat ta’ din il-proposta. Peress li titjib fil-prestazzjoni ta’ kriterju wieħed jista' jeffettwa kriterju ieħor b’mod negattiv (pereżempju tajer aktar effiċjenti fl-enerġija spiss jeħel anqas u għalhekk huwa anqas sikur), huwa importanti li l-utent aħħari jingħata t-tliet parametri kollha. Barra minn hekk, it-tikkettar ma jkunx biss ta’ benefiċċju għall-konsumaturi u n-negozjanti. Jista’ jagħti prova ta’ utilità kbira għall-awtoritajiet pubbliċi fl-isforzi tagħhom li jintużaw tajers li jkunu aktar effiċjenti fl-enerġija, aktar sikuri u anqas storbjużi, u dawn jistgħu jipprovdu inċentivi (fiskali) favur tajers aktar sostenibbli.

Il-proposta ġiet ippreparata wara konsultazzjoni estensiva ma’ dawk kollha interessati, li hija riflessa fil-bilanċ miksub. Dawk interessati, inkluża l-industrija, jappoġġaw din il-proposta b’mod estensiv. Ir-Rapporteur jixtieq jenfasizza li din il-proposta, jekk tiġi implimentata tajjeb, tista’ tagħti spinta għal kompetizzjoni akbar fis-suq tat-tajers, bil-possibilità li l-produtturi jibbenefikaw minn differenzjazzjoni tal-prodott li twassal għal kompetizzjoni fuq il-bażi tal-kwalità tal-prodott u tagħti lill-manifatturi tat-tajers inċentivi biex jgħollu l-livell tal-prodotti tagħhom. X’aktarx ukoll li dan inaqqas l-ostakli għad-dħul fis-suq għall-impriżi ġodda li jkunu msejsa fuq il-fama. Informazzjoni oġġettiva, affidabbli u komparabbli dwar il-parametri tat-tajers tiżgura li l-industrija tirċievi ritorn akbar fuq l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp fl-isforzi tagħhom li jqiegħdu fis-suq prodotti ta’ kwalità aħjar. F’dan ir-rigward, l-armonizzazzjoni proposta hija fl-interess akbar tal-industrija.

Ir-Rapporteur jixtieq jenfasizza li l-iskema proposta għandha tkun kapaċi tiffunzjona, tkun effettiva kemm jista’ jkun meta mqabbla mal-ispejjeż u għandha twassal għal kundizzjonijiet indaqs għal kulħadd;

Tikketta jew sticker

Fil-proposta, it-tajers kollha għall-karozzi tal-passiġġieri u karozzi ħfief (C1 u C2) għandu jkollhom sticker bl-indikazzjoni tat-tliet parametri. It-tajers tal-vetturi tqal biss (C3) huma eżentati minn dan l-obbligu – iridu jipprovdu din l-informazzjoni fil-letteratura promozzjonali teknika. Il-ħsieb wara l-isticker huwa li, bħal fil-każ tat-tagħmir elettriku attwalment, hija l-alternattiva l-aktar viżibbli għall-konsumaturi u l-aktar mod faċli għall-awtoritajiet pubbliċi li jiggarantixxu li l-informazzjoni kollha tasal sal-utent aħħari. Fil-kunsiderazzjoni tal-proposta tal-użu ta’ sticker, wieħed għandu jikkunsidra li llum diġà jeżistu stickers fuq tajers ta’ manifattura superjuri (spiss bil-marka u n-numru tas-serje). Il-proposta, għalhekk, ma żżidx piż żejjed sinifikattiv fuq il-manifatturi: ġie stmat li l-informazzjoni miżjuda fuq l-isticker twassal għal spiża addizzjonali ta’ inqas minn 1 euro cent kull tajer. Barra minn hekk, tippermetti li r-responsabilità biex tiġi kkomunikata l-kwalità tat-tajers taqa’ b’mod ċar u kompletament f’idejn il-manifattur tat-tajer.

Mill-banda l-oħra, wieħed irid jikkunsidra l-partikularitajiet tas-suq tat-tajers: Il-bejgħ tat-tajers isir f’diversi postijiet – minn showrooms kbar fejn it-tajers huma esposti għal garaxxijiet fejn il-konsumaturi għandhom aċċess limitat jew l-ebda aċċess għall-prodott li jkunu qed jixtru. Barra minn hekk, hemm tħassib rigward il-possibilità li l-istickers jitneħħew mit-tajer, kemm mill-bniedem u b’mod naturali. Għalhekk, għażliet prammatiċi huma essenzjali biex jinstab l-aħjar approċċ biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ din il-proposta u l-informazzjoni relevanti tiġi kkomunikata b’mod effettiv lix-xerrej tat-tajer.

Għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-fornituri tal-karozzi u lid-distributuri tal-karozzi. Filwaqt li huwa importanti li l-konsumatur jiġi infurmat dwar it-tajers armati fuq vettura mixtrija ġdida (speċjalment jekk dan iwassal sabiex il-konsumaturi jkunu aktar eżiġenti dwar l-effiċjenza tal-fjuwil jew is-sikurezza tat-tajers armati), wieħed għandu jikkunsidra wkoll il-loġistika u l-piż amministrattiv li dan iġib miegħu. Partikolarment fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarji u ekonomika attwali, għandu jinstab approċċ ibbilanċjat u jiġi evitat kull piż amministrattiv żejjed.

Kundizzjonijiet indaqs

Punt importanti ta’ tħassib huwa l-fatt li din id-Direttiva m’għandhiex tfixkel il-kompetizzjoni. Ir-Rapporteur jemmen li huwa importanti li jkunu garantiti, fl-għażla tal-forma legali nnifisha, kundizzjonijiet indaqs għall-manifatturi kollha, kemm fil-Komunità u fir-rigward tal-kompetituri internazzjonali. Anki jekk mill-perspettiva legali direttiva għandha effett legali fl-Istati Membri kollha, irrispettivament mit-trapożizzjoni nazzjonali, huwa kruċjali li t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni, kif ukoll l-infurzar (is-sorveljanza u l-penali), ta’ din il-proposta jsiru b’mod uniformi fl-Istati Membri kollha.

Implimentazzjoni

Ir-Rapporteur jemmen li l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tħalli biżżejjed żmien lill-manifatturi biex jikkonformaw mal-kundizzjonijiet ġodda imposti fuqhom, filwaqt li fl-istess ħin tiġi ggarantita tranżizzjoni rapida. Barra minn hekk, huwa importanati li jkun hemm skema flessibbli iżda prevedibbli, fejn il-parametri jkunu jistgħu jiġu aġġustati għall-progress tekniku (biex jiġi evitat li fil-ġejjieni t-tajers kollha jkunu fil-klassi ‘A’), iżda fuq żmien twil tiġi kkunsidrata l-prevedibilità meħtieġa għall-manifatturi.

Tajers tas-silġ

Ir-Rapporteur jemmen li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għat-tajers tas-silġ jew tajers Nordiċi tax-xitwa, li jeħtieġu informazzjoni addizzjonali dwar il-kapaċità tagħhom li jiffaċċjaw kundizzjonijiet partikolari. Huwa importanti li jiġi żgurat li t-tikkettar jindirizza l-preokkupazzjonijiet kollha tal-utent aħħari f’kwalunkwe klima possibbli.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (18.3.2009)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra
(COM(2008)0779 – C6‑0411/2008 – 2008/0221(COD))Rapporteur: Rebecca Harms

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-iskema tal-UE għat-tikkettar tat-tajers se tkun kumplimentari għall-valuri limiti għall-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, il-qbid fuq l-imxarrab u l-emissjoni ta' storbju, kif stipulati fir-Regolament (KE) Nru XXXX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tajers għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur (COM(2008)0316). Filwaqt li r-Regolazzjoni se tistipula standards sabiex eventwalment jinqatgħu mis-suq il-mudelli bl-agħar rendiment, id-direttiva għat-tikkettar se tistimula l-innovazzjoni u l-iżvilupp aktar ta' malajr tas-suq ta' tajers b'effiċjenza akbar fl-użu tal-fjuwil, aktar sikuri u b'anqas storbju.

Is-suq tat-tajers fl-Ewropa huwa kompettittiv ħafna. Minħabba nuqqas ta' informazzjoni għall-konsumaturi, il-kompetizzjoni madankollu hija kontrollata mill-prezz u mill-ismijiet ta' ditti magħrufa aktar milli mill-karatteristiċi tar-rendiment. Deċiżjoni għax-xiri li huma bbażżati l-fuq il-prezz aktar milli fuq il-kwalità tal-prodott m'humiex kapaċi jmexxu s-suq lejn tajers aktar sikuri u aktar effiċjenti. Bl-introduzzjoni tal-iskema tat-tikkettar il-konsumaturi għall-ewwel darba se jkollhom aċċess għal sors sistematiku u uniformi ta' informazzjoni verifikata b'mod indipendenti dwar ir-rendiment tat-tajers. L-inklużjoni ta' tliet karatteristiċi ta' rendiment, l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, il-qbid fuq l-imxarrab u l-istorbju, hija xierqa sabiex tiżgura li jsiru sforzi sabiex kull wieħed minn dawn jittejjeb (u mhux jitjieb wieħed a skapitu ta' ieħor).

Ir-reżistenza għat-tidwir tat-tajers jagħmel 20-30% mill-konsum tal-fjuwil tal-vetturi. Rigward rendiment, hemm firxa wiesgħa ħafna (100%) bejn l-agħar u l-aħjar tajer fost tajers li attwalment jinsabu fis-suq Ewropew. L-Evalwazzjoni ta' Impatt tal-Kummissjoni turi li tajers effiċjenti fl-użu tal-fjuwil irendu nfiq effettiv u huma mezz bi prezz baxx biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 (COM(2008)746). Tnaqqis ta' 30% fir-reżistenza għat-tidwir fil-medja attwali tas-suq tat-tajers tal-karozzi (madwar 10kg/t) għal-livell attwali tal-aħjar rendiment (madwar 7kg/t) jirriżulta fl-iffrankar ta' madwar 5% ta' fjuwil fil-flotta ta' vetturi kollha. Kwalunkwe żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni u fil-prezzijiet għall-konsumatur tat-tajers huwa mistenni li jagħmel tajjeb għaliha l-iffrankar ta' fjuwil fuq perjodu ta' anqas minn 8 xhur għal dawk it-tajers li huma l-aktar effiċjenti rigward użu ta' fjuwil. B'mod partikolari meta jitqiesu l-prezzijiet dejjem ogħla tal-fjuwil, dan se jkun fl-interess finanzjarju tal-konsumaturi kif ukoll tal-ambjent.

L-użu ta' tajers b'anqas storbju jnaqqas il-livell ta' storbju fit-toroq u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja u tas-saħħa għal dawk li jgħixu f'zoni urbani u qrib toroq prinċipali Dan jnaqqas ukoll l-impatt fuq is-saħħa u l-ispejjeż relatati miegħu, jippermettti lill-amministratturi pubbliċi li jallokaw mod ieħor parti mill-ispiża li attwalment tintuża għal ilqugħ għal kontra l-isorbju, u jipproteġi l-valur tal-proprjetà maġemb it-toroq. Madankollu, il-konsumaturi m'għandhomx ikunu mistennija li jkunu familjari ma' kejl bid-decibels u għandhom jingħataw skema sempliċi bil-kulur li turi mudelli bi storbju qawwi. storbju medju u bla storbju.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tassumi rwol kruċjali fl-għoti ta' informazzjoni lill-pubbliku billi tniedi websajt u kampanja ta' komunikazzjoni dwar benefiċċji rigward l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, kif ukoll rigward benefiċċji ambjentali. Bil-websajt il-konsumatur għandu jkun jista' jikkalkola l-iffrankar potenzjali fl-użu ta' fjuwil kieku kellu jibdel u juża tajers aktar effiċjenti. Ir-rekwiżiti għall-manifatturi u l-atturi kollha fid-distribuzzjoni tul il-katina tal-bejgħ bl-imnut iridu jkunu ċari u soġġetti għal sorveljanza. Sabiex tiġi żgurata konformità mal-iskema tat-tikkettar l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jridu jagħmlu spezzjonijiet u jridu jiġu implimentati multi effettivi.

Huwa importanti li jiġi rikonoxxut li l-iskema għat-tikkettar mhux se tkun utli biss għall-konsumaturi u sewwieqa individwali, imma wkoll għax-xerrejja ta' flotot u għal skopijiet ta' akkwist pubbliku. Filwaqt li xerrejja bħal dawn ikollhom livell aktar sofistikat ta' għarfien espert, studji tas-swieq jindikaw li x-xerrejja ta' flotot japprezzaw ħafna aktar informazzjoni rigward l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) It-tajers huma karatterizzati minn għadd ta’ parametri marbutin ma’ xulxin. It-titjib ta’ parametru wieħed bħar-reżistenza għat-tidwir jista' jkollu impatt avvers fuq parametri oħra, bħall-qbid fuq l-imxarrab, filwaqt li jekk jittejjeb il-qbid fuq l-imxarrab, jista' jkun hemm effett avvers fuq il-ħoss estern tat-tidwir. Il-manifatturi tat-tajers bgħandhom jiġu mħeġġa jtejbu l-parametri kollha.

 

(4) It-tajers huma karatterizzati minn għadd ta’ parametri marbutin ma’ xulxin. It-titjib ta’ parametru wieħed bħar-reżistenza għat-tidwir jista' jkollu impatt negattiv fuq parametri oħra, bħall-qbid fuq l-imxarrab, filwaqt li jekk jittejjeb il-qbid fuq l-imxarrab, jista' jkun hemm effett negattiv fuq il-ħoss estern tat-tidwir. Bl-istess mod, it-tniġġis tal-partikoli jista’ jiżdied minħabba żieda fl-abrażjoni tat-tajers li tkun konnessa ma’ bidla fil-parametri. Il-manifatturi tat-tajers għandhom jiġu mħeġġa jtejbu l-parametri kollha.

Ġustifikazzjoni

It-trasport bit-triq huwa wieħed mill-kawżi prinċipali tal-emissjonijiet CO2. L-emissjonijiet tal-partikoli annwali kkaġunati mill-abrażjoni tat-tajers ilaħħqu s-6.5 kt. Pass ulterjuri fir-regoli li jirregolaw l-emissjonijiet tal-partikoli għandu jidħol fis-seħħ bejn issa u l-2010. Jekk il-parametri bħar-reżistenza għat-tidwir jinbidlu, għandhom dejjem jitqiesu l-implikazzjonijiet fuq it-tniġġis ikkaġunat mill-abrażjoni tat-tajers u mill-partikoli.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 11 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Il-manifatturi, fornituri u distributuri ta' tajers għandhom jiġu mħeġġa jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva sa qabel l-2012 sabiex jitħaffef ir-rikonoxximent tal-iskema u t-twettiq tal-benefiċċji.

Ġustifikazzjoni

L-introduzzjoni tal-iskema għat-tikkettar kemm jista' jkun malajr, għall-bidu permezz ta' konformità volontarja, se tippromwovi r-rikonoxximent tal-iskema mill-konsumatur u ġġib magħha tnaqqis aktar kmieni fil-konsum ta' fjuwil, emissjoniiet ta' CO2 and storbju tat-traffiku fit-toroq.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 17 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) Xerrejja potenzjali għandhom jingħataw informazzjoni supplimentari standardizzata sabiex jispjegaw kull element tat-tikketta, l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, il-qbid fuq l-imxarrab u l-emissjoni tal-istorbju, u r-relevanza tagħhom, inkluż kalkolatur tal-iffrankar ta' fjuwil li juri l-iffrankar medju ta' fjuwil, CO2 u spejjeż. Din l-informazzjoni għanhda tingħata b'fuljett spjeggattiv u posters fil-postijiet kollha ta' bejgħ, u fuq il-websajt tal-UE dwar it-tikkettar tat-tajers. L-indirizz tal-websajt għandu jkun indikat b'mod ċar fuq it-tikketta u fuq kull letteratura teknika promozzjonali.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi stabbilit sors ċentrali ta' informazzjoni biex jispjega b'mod ċar ir-raġunijiet għall-iskema tat-tikkettar, il-benefiċċji għall-konsumatur f'termini ta' ffrankar ta' fjuwil u spejjeż, kif ukoll is-sehem mogħti għat-tnaqqis ta' CO2 u storbju tat-traffiku.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) B’mod partikolari, għandh tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni li tintroduċi rekwiżti fir-rigward tal-klassifikar tal-qbid fuq l-imxarrab għall-klassijiet tat-tajers C2 u C3, tintrodċui rekwiżiti fir-rigward ta' parametri essenzjali tat-atjers għajr l-effiċejenza tal-użu tal-fjuwil, il-qbid fuq l-imxarrab u l-istorbju estern tat-tidwir, u tadattat l-Annessi għall-progress tekniku. Ladarba dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(22) B’mod partikolari, għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tintroduċi rekwiżiti fir-rigward tal-klassifikar tal-qbid fuq l-imxarrab għall-klassijiet tat-tajers C2 u C3, tintrodċui rekwiżiti fir-rigward ta' parametri essenzjali tat-tajers għajr l-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u l-istorbju estern tat-tidwir, u tadatta l-Annessi għall-progress tekniku anki rigward it-tniġġis tat-trab fin mill-abrażjoni tat-tajers. Ladarba dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Ġustifikazzjoni

L-imsemmi parametru tal-qbid fuq l-imxarrab jirrepeti ruħu fil-proposta tal-Kummissjoni.

It-trasport bit-triq huwa wieħed mill-kawżi prinċipali tal-emissjonijiet CO2. L-emissjonijiet tal-partikoli annwali kkaġunati mill-abrażjoni tat-tajers ilaħħqu s-6.5 kt. Pass ulterjuri fir-regoli li jirregolaw l-emissjonijiet tal-partikoli għandu jidħol fis-seħħ bejn issa u l-2010. Jekk il-parametri bħar-reżistenza għat-tidwir jinbidlu, għandhom dejjem jitqiesu l-implikazzjonijiet fuq it-tniġġis ikkaġunat mill-abrażjoni tat-tajers u mill-partikoli.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) ‘letteratura promozzjonali teknika’ tfisser kull materjal stampat u elettroniku użat fil-marketing tat-tajers jew tal-vetturi mmirat lejn l-utenti aħħarin jew id-distributuri , li jiddeskrivi l-parametri speċifiċi ta' tajer, inkluż manwali tekniċi, brochures, marketing fuq l-Internet, fuljetti u katalgi;

(4) ‘letteratura promozzjonali teknika’ tfisser kull materjal stampat u elettroniku użat fil-marketing tat-tajers jew tal-vetturi mmirat lejn l-utenti aħħarin jew id-distributuri, li jiddeskrivi l-parametri speċifiċi ta' tajer jew juri l-prezz tal-bejgħ, inkluż manwali tekniċi, brochures, elenkar ta' stokk, marketing fuq l-Internet, fuljetti u katalgi;

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun żgurat li x-xerrejja potenzjali li ma jarawx it-tajers qabel ma jitwaħħlu (pereżempju, ordnijiet online, kuntratti għall-imaniġġjar ta' flotot) huwa essenzjali li tingħata informzzjoni ta' tikkettar f'sorsi oħrajn ta' materjal promozzjonali. L-informazzjoni tat-tikkettar trid tingħata kulfejn jinwterew il-prezzijiet tal-bejgħ.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Article 3 - paragraph 5 a (new)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. ‘Websajt tal-UE dwar it-tikkettar tat-tajers’ tfisser sors ċentrali onlajn ta' informazzjoni spjegattiva u supplimentari dwar kull element individwali tat-tikketta tat-tajer u li tinkludi kalkolatur tal-iffrankar fl-użu ta' fjuwil, amministrata mill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi stabbilit sors ċentrali ta' informazzjoni biex jispjega b'mod ċar ir-raġunijiet għall-iskema tat-tikkettar, il-benefiċċji għall-konsumatur f'termini ta' ffrankar ta' fjuwil u spejjeż, kif ukoll is-sehem mogħti għat-tnaqqis ta' CO2 u storbju tat-traffiku.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 5 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b. "kalkolatur tal-iffrankar fl-użu ta' fjuwil" tfisser għodda li tipprovdi l-websajt tal-UE dwar it-tikkettar tat-tajers u permezz ta' fuljetti u posters spjegattivi sabiex jintwera l-iffrankar medju potenzjali fi fjuwil (bħala persentaġġ, litri u euros) u tnaqqis ta' CO2, għal tajers tat-tip C1, C2 u C3.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jitkattar l-għarfien tat-tikketti u l-interess fihom u sabiex jintwerew il-benefiċċji diretti għall-konsumatur f'termini ta' konsum ta' fjuwil u flus minfuqa, kif ukoll il-benefiċċji ambjentali,

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 - punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) il-fornituri għandhom jiżguraw li t-tajers C1 u C2, li jiġu kkunsinjati lid-distributuri jew lill-utenti aħħarin, ikunu mgħammra bi sticker fuq wiċċ it-tajer li turi tikketta li tindika l-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil kif stipulat fl-Anness I, Parti A, u l-istorbju estern tat-tidiwir kif stipulata fl-Anness I, Parti C; it-tikketti tat-tajers C1 għandhom ukoll jindikaw il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab kif stipulata fl-Anness I, Parti B.

(1) il-fornituri għandhom jiżguraw li t-tajers C1 u C2, ikkunsinjati fil-postijiet ta' bejgħ ikollhom tikketta, li tintwera b'kull mod jew permezz ta' sticker fuq wiċċ it-tajer li tindika l-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u l-informazzjoni dwar il-qbid fuq l-imxarrab kif ukoll l-istorbju estern tat-tidwir kif stipulata fl-Anness I, Parti A, B u C rispettivament.

Ġustifikazzjoni

L-arranġament tal-kliem propost jiċċara l-informazzjoni li tingħata fil-postijiet ta' bejgħ, tiżgura li jintuża l-aħjar mezz u l-aktar mod effiċjenti biex jiġu infurmati l-konsumaturi; ir-referenzi magħmula għall-"post ta' bejgħ" huma konformi mal-Artikolu 3(3) rranġat.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) il-fornituri għandhom jiddikjaraw il-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir fuq il-letteratura teknika promozzjonali kif stipulata fl-Anness I fl-ordni speċifikat fl-Anness III;

(3) il-fornituri għandhom jiddikjaraw il-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir fuq il-letteratura teknika promozzjonali kollha kif stipulat fl-Anness I fl-ordni speċifikat fl-Anness III;

Ġustifikazzjoni

Punt ta' kjarifika sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni tat-tikkettar tingħata fuq il-materjal tekniku promozzjonali kollu.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Article 4 - paragraph 4 a (new)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) il-materjal tekniku promozzjonali kollu għandu jinkludi link ċar għall-websajt tal-UE dwar it-tikkettar tat-tajers;

Ġustifikazzjoni

Sabiex titqajjem kuxjenza u fehim aħjar tal-iskema, il-konsumaturi għandhom ikunu indirizzati lejn il-websajt tal-UE bħala sors ċentrali li tispjega u tagħti informazzjoni supplimentari.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 - punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) id-distributuri għandhom jiżguraw li t-tajers, fil-punt tal-bejgħ, ikollhom l-isticker ipprovdut mill-fornituri skond l-Artikolu 4(1) f’pożizzjoni ċarament viżibbli;

(1) id-distributuri għandhom jiżguraw li t-tikketta ta' informazzjoni pprovduta mill-fornituri skont l-Artikolu 4(1) f’pożizzjoni ċarament viżibbli, tingħata fil-post tal-bejgħ;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ttejjeb il-kliem użat fit-tisħiħ tal-użu tat-tikketta ta' infomazzjoni b'mod konsistenti.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 - titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Responsabbiltajiet tal-fornituri tal-karozzi u d-distributuri tal-karozzi

Responsabbiltajiet tal-fornituri tal-vetturi u d-distributuri tal-vetturi

 

Emenda orizzontali li jekk tiġi adottata tapplika għall-Artikolu kollu.

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni għandha tapplika għad-distributuri kollha tal-vetturi li jridu jitgħammru b'tajers suġġetti għal din id-Direttiva, inklużi vannijiet, trakkijiet u karozzi tal-linja, sabiex jiġi żġurat li xerrejja "minn negozju għal negozju", li jirrappreżentaw sehem dejjem akbar tas-suq tat-tajers, ikunu konxji wkoll tal-iskema tat-tikkettar.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – subparagrafu 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu sistema ta’ ispezzjonijiet bħala rutina u barra r-rutina tal-postijiet ta’ bejgħ għall-iskop li tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Ċerti studji minn assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi identifikaw tikkettar ħażin persistenti ta’ prodotti u nuqqas ta’ informazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw permezz ta’ ispezzjonijiet barra r-rutina li l-prodotti jkunu ttikkettati b’mod korrett u li l-informazzjoni relevanti tkun disponibbli fil-letteratura kollha dwar il-promozzjoni teknika, kif ġie definit. L-ingastar ta' valuri mkejla fuq il-ġenb tat-tajers jiffaċilita l-moniteraġġ u l-infurzar ta' implimentazzjoni tajba.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 - subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għall-valutazzjoni u għall-infurzar tal-konformità, l-Istati Membri għandhom jirreferu wkoll, fejn ikun applikabbli, għad-dokumentazzjoni dwar l-Approvazzjoni tat-Tip ta' Tajer u għal dokumentazzjoni addizzjonali rilevanti li għandha tingħata mill-fornitur.

Ġustifikazzjoni

Ir-regolamenti attwali jiddefinixxu diġà kif l-Istati Membri għandhom jiddeteminaw il-konsum tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fl-imxarrab u l-valuri tar-reżistenza esterna fit-tidwir waqt it-test ta' approvazzjoni tat-tip għall-vetturi l-ġodda. Proċessi stabbiliti tal-UE għandhom jintużaw u ma jitpoġġewx fid-dubju biex jiġi evitat ittestjar żejjed u burokrazija żejda. Huwa importanti wkoll li jitnaqqsu t-testijiet fuq it-tajers u jiġu armonizzati sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-produtturi u l-ispejjeż tal-ittestjar, l-istess metodi tal-ittestjar għandhom jiġu applikati bħal dawk definiti fil-leġiżlazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip dwar it-tajers.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 - subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sa mhux aktar tard mid-29 ta' Ottubru 2010 l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport, flimkien ma' analiżi tal-impatt u, jekk ikun xieraq, proposti għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill għal aktar reviżjoni ta' din id-Direttiva u Regolament relevanti oħrajn, rigward l-estensjoni tal-iskema għat-tikkettar biex tinkludi tajers b'wiċċ ġdid (retreads).

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Anness I - parti A - tablella - kolonni 1 u 2

Test propost mill-Kummissjoni

Tajers C1

RRC f’ kg/t

Klassi tal-effiċjenza enerġetika

RRC≤6.5

A

6.6≤RRC≤7.7

B

7.8≤RRC≤9.0

C

Vojt

D

9.1≤RRC≤10.5

E

10.6≤RRC≤12.0

F

RRC≥12.1

G

Emenda

Tajers C1

RRC f’ kg/t

Klassi tal-effiċjenza enerġetika

RRC≤6.5

A

6.6≤RRC≤7.5

B

7.6≤RRC≤8.5

C

8.6≤RRC≤9.5

D

9.6≤RRC≤10.5

E

10.6≤RRC≤11.5

F

RRC≥11.6

G

Ġustifikazzjoni

Biex l-iskema tinftiehem aħjar u ssir konnessjoni aktar ċara mal-iffrankar ta’ fjuwil, ikun xieraq li jkun hemm bandwidths lineari ta’ 1kg/t, għax din tista' turi b'mod ċar li tirrappreżenta ffrankar ta’ fjuwil ta’ 1.5% għal kull titjib fil-faxxa, i.e. ffrankar ta’ 7.5% meta mudell ta’ faxxa F jinbidel b’mudell ta’ faxxa A.

Il-faxxa vojta D toħloq konfużżjoni għall-konsumaturi. Ikun aħjar li l-iskema tkun aktar kontinwa milli jinqasmu l-marki f'żewġ kategoriji sekondarji li jista' jnaqqas l-effettività tagħha.

It-tnaqqis ta' bandwidths ma jirnexxilux jipprovdi inċentivi konsistenti biex jitjieb it-twettiq fis-suq sħiħ (inqas inċentiva biex isir titjib dejjem aktar bejn il-faxex E, F, G).

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Anness II - parti A - tablella - kolonni 1 u 2

Test propost mill-Kummissjoni

Tajers C2

RRC f’ kg/t

Klassi tal-effiċjenza enerġetika

RRC≤5.5

A

5.6≤RRC≤6.7

B

6.8≤RRC≤8.0

C

Vojt

D

8.1≤RRC≤9.2

E

9.3≤RRC≤10.5

F

RRC≥10.6

G

Emenda

Tajers C2

RRC f’ kg/t

Klassi tal-effiċjenza enerġetika

RRC≤5.5

A

5.6≤RRC≤6.5

B

6.6≤RRC≤7.5

C

7.6≤RRC≤8.5

D

8.6≤RRC≤9.5

E

9.6≤RRC≤10.5

F

RRC≥10.6

G

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun hemm fehim aħjar tal-iskema u ssir rabta ċara mal-iffrankar fl-użu ta' fjuwil, ikun xieraq li jkun hemm ħxuna ta' faxxa lineari (linear band width) ta' 1kg/t, billi tista' sssir rabta ċara mal-iffrankar ta' fjuwil skont kull faxxa.

Il-faxxa vojta D toħloq konfużżjoni għall-konsumaturi. Ikun aħjar li l-iskema tkun aktar kontinwa milli jinqasmu l-marki f'żewġ kategoriji sekondarji li jista' jhedded l-effettività tagħha..

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Anness I - parti B - tablella - kolonni 1 u 2

Test propost mill-Kummissjoni

Tajers C1

G

Klassijiet tal-Qbid fuq l-Imxarrab

155≤G

A

140≤G≤154

B

125≤G≤139

C

Vojt

D

110≤G≤124

E

G≤109

F

Vojt

G

Emenda

Tajers C1

G

Klassijiet tal-Qbid fuq l-Imxarrab

155≤G

A

140≤G≤154

B

125≤G≤139

C

110≤G≤124

D

G≤109

E

Vojt

F

Vojt

G

Ġustifikazzjoni

Il-faxxa vojta D toħloq konfużżjoni għall-konsumaturi. Huwa essenzjali li l-iskema tkun trasparenti u li tiftiehem. L-iskema trid tkun aktar kontinwa milli maqsuma f'żewġ kategoriji sekondarji ta' marki, li jhedded l-effettività tagħha..

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Anness III - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-fornituri jridu juru wkoll fuq il-websajt tagħhom

3. Il-fornituri jridu juru wkoll fuq il-websajt tagħhom

(i) spjegazzjoni tal-pittogrammi stampati fuq it-tikketta;

(i) link għall-websajt tal-UE dwar it-tikkettar tat-tajers;

(ii) stqarrija li tisħaq dwar il-fatt li l-iffrankar attwali tal-fjuwil u s-sikurezza fit-toroq jiddependu bil-kbir mill-imġiba tas-sewwieqa, partikolarment dan li ġej:

(ii) spjegazzjoni tal-pittogrammi stampati fuq it-tikketta u kalkolatur tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil skont il-websajt tal-EU dwar it-tikkettar tat-tajers;

 

(iii) stqarrija li tisħaq dwar il-fatt li l-iffrankar attwali tal-fjuwil u s-sikurezza fit-toroq jiddependu bil-kbir mill-imġiba tas-sewwieqa, partikolarment dan li ġej:

l-ekosewqan jista' jnaqqas il-konsum tal-fjuwil b'mod sinifikanti;

l-ekosewqan jista' jnaqqas il-konsum tal-fjuwil b'mod sinifikanti;

il-pressjoni tat-tajers trid tiġi ċċekkjata regolarment għal karatteristiċi ogħla tal-qbid fuq l-imxarrab u l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil;

il-pressjoni tat-tajers trid tiġi ċċekkjata regolarment għal karatteristiċi ogħla tal-qbid fuq l-imxarrab u l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil;

id-distanzi tal-waqfien għandhom jiġu osservati b'mod strett.

id-distanzi tal-waqfien għandhom jiġu osservati b'mod strett.

(il-punt (ii) tal-Kummissjoni tqiegħed fil-punt (iii) tal-emenda)

PROĊEDURA

Titolu

It-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil

Referenzi

COM(2008)0779 – C6-0411/2008 – 2008/0221(COD)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

4.12.2008

 

 

 

Rapporteur

       Data tal-ħatra

Rebecca Harms

22.1.2009

 

 

Eżami fil-kumitat

9.2.2009

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

16.3.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Adamos Adamou, Georgs Andrejevs, Pilar Ayuso, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Martin Callanan, Dorette Corbey, Chris Davies, Mojca Drčar Murko, Jill Evans, Anne Ferreira, Elisabetta Gardini, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Gyula Hegyi, Marie Anne Isler Béguin, Linda McAvan, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Dagmar Roth-Behrendt, Guido Sacconi, Carl Schlyter, Richard Seeber, María Sornosa Martínez, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jutta Haug, Caroline Lucas, Alojz Peterle, Renate Sommer

PROĊEDURA

Titolu

Tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-fjuwil

Referenzi

COM(2008)0779 – C6-0411/2008 – 2008/0221(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

13.11.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

4.12.2008

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

4.12.2008

IMCO

4.12.2008

TRAN

4.12.2008

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

IMCO

1.12.2008

TRAN

8.12.2008

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Ivo Belet

17.12.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

21.1.2009

17.2.2009

 

 

Data tal-adozzjoni

31.3.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Šarūnas Birutis, Jan Březina, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Dragoş Florin David, Pilar del Castillo Vera, Den Dover, Adam Gierek, Fiona Hall, David Hammerstein, Rebecca Harms, Erna Hennicot-Schoepges, Mary Honeyball, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Werner Langen, Pia Elda Locatelli, Eugenijus Maldeikis, Eluned Morgan, Antonio Mussa, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Atanas Paparizov, Aldo Patriciello, Anni Podimata, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Mechtild Rothe, Paul Rübig, Andres Tarand, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Adina-Ioana Vălean, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Ivo Belet, Danutė Budreikaitė, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Neena Gill, Robert Goebbels, Edit Herczog, Gunnar Hökmark, Toine Manders, Bernhard Rapkay, Esko Seppänen, Silvia-Adriana Ţicău, Vladimir Urutchev

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Victor Boştinaru

Data tat-tressiq

2.4.2009