RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll dwar l-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Alpina fil-qasam tat-Trasport (Protokoll dwar it-Trasport)
2.4.2009 - (COM(2008)0895 – C6-0073/2009 – 2008/0262(CNS)) - *
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Reinhard Rack
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll dwar l-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Alpina fil-qasam tat-Trasport (Protokoll dwar it-Trasport)
(COM(2008)0895 – C6-0073/2009 – 2008/0262(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0895),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6‑0073/2009),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0000/2009),
1. Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri bil-pożizzjoni tal-Parlament.
NOTA SPJEGATTIVA
Ir-reġjun Alpin jestendi, b’kollox, madwar tmien pajjiżi, li jirsistu biex isibu soluzzjonijiet komuni u koordinazzjoni bejniethom għal dan ir-reġjun uniku u estremament sensittiv. Partikolarment biex jiġu solvuti problemi ambjentali u l-bidla fil-klima, li b’mod partikolari jeffettwaw dan ir-reġjun, hemm bżonn ta’ azzjoni kkoordinata u transkonfinali.
Bid-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni Alpina tal-4 ta’ April 1998 ngħata sinjal importanti ħafna fis-sens li l-ħarsien u l-konservazzjoni ta’ dan ir-reġjun huma kwistjoni importanti u urġenti. Il-protezzjoni tar-reġjun Alpin titlob, speċjalment, politika komuni tat-trasport immirata lejn is-sostenibilità. B’dan l-isfond, il-Protokoll dwar l-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Alpina fil-qasam tat-trasport (Protokoll dwar it-Trasport), li jipprovdi għal miżuri konkreti u qafas legali għall-mobilità sostenibbli fl-Alpi, ġie adottat fl-24-26 ta’ Mejju 2000.
Madankollu, il-Protokoll dwar it-Trasport għadu ma ġiex ratifikat mill-pajjiżi kollha li huma partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni Alpina. Kważi disa’ snin wara l-adozzjoni tal-Protokoll, wasal iż-żmien sewwa li din is-sitwazzjoni insoddisfaċenti tintemm u li jiġi żgurat li l-Protokoll jidħol fis-seħħ fl-istati Alpini kollha.
Ir-rapporteur jilqa’ b’sodisfazzjon espressament ir-ratifika proposta tal-Protokoll dwar it-Trasport mill-Komunità Ewropea u jixtieq jirrimarka għal darb’oħra li ratifikazzjoni sħiħa tal-Protokoll għandha tkun prijorità. L-approvazzjoni tal-Parlament tar-ratifika tal-Protokoll għandha titqies ukoll bħala sejħa lil dawk il-pajjiżi li għadhom ma ffirmawx il-Protokoll biex jirsistu bil-proċess ta' ratifika.
PROĊEDURA
Titolu |
Protokoll über die Durchführung der Alpenkonvention im Bereich Verkehr (Verkehrsprotokoll) |
|||||||
Referenzi |
KOM(2008)0895 – C6-0073/2009 – 2008/0262(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
24.2.2009 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 9.3.2009 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 9.3.2009 |
|
|
|
||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ENVI 11.2.2009 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Reinhard Rack 20.1.2009 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
16.3.2009 |
|
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
31.3.2009 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
35 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Gabriele Albertini, Inés Ayala Sender, Paolo Costa, Luis de Grandes Pascual, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Brigitte Fouré, Mathieu Grosch, Georg Jarzembowski, Stanisław Jałowiecki, Timothy Kirkhope, Jaromír Kohlíček, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Jörg Leichtfried, Eva Lichtenberger, Erik Meijer, Luís Queiró, Reinhard Rack, Ulrike Rodust, Gilles Savary, Brian Simpson, Renate Sommer, Dirk Sterckx, Ulrich Stockmann, Michel Teychenné, Yannick Vaugrenard, Armando Veneto, Roberts Zīle |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Elisabeth Jeggle, Anne E. Jensen, Marie Panayotopoulos-Cassiotou |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Elisabeth Schroedter |
|||||||