RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiv
2.4.2009 - (COM(2008)0852 – C6‑0509/2008 – 2008/0247(COD)) - ***I
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Petr Duchoň
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiv
(COM(2008)0852 – C6‑0509/2008 – 2008/0247(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0852),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0509/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0220/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 3 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) Minkejja li l-liberalizzazzjoni tat-traffiku tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija ppermettiet li jidħlu operaturi ġodda fin-netwerk, il-mekkaniżmi tas-suq mhumiex biżżejjed biex jorganizzaw, jirregolaw u jassiguraw it-traffiku tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija. L-ottimizzazzjoni u l-assigurazzjoni tal-affidabilità tiegħu jimplikaw, b’mod partikulari, it-tisħiħ tal-proċeduri għall-koperazzjoni u l-allokazzjoni tal-passaġġi ferrovjarji bejn l-amministratturi tal-infrastruttura. |
Ġustifikazzjoni | |
Jidher li hemm il-ħtieġa li l-iżvilupp tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija jiġi previst f’approċċ ta’ koperazzjoni bejn l-amministraturi tal-infrastruttura. | |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Il-ħolqien tan-netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva għandu jsir b’mod koerenti man-Netwerk trans-Ewropew tat-Trasport (“TEN-T”). Għal dan l-iskop, l-iżvilupp koordinat taż-żewġ netwerks huwa meħtieġ, u b’mod partikolari l-integrazzjoni tal-kurituri internazzjonali għat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija mat-TEN-T li diġà jeżisti. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti fuq livell Komunitarju xi regoli uniformi relatati ma’ dawn il-kurituri tal-merkanzija. Jekk ikun il-każ, il-ħolqien ta’ dawn il-kurituri jista’ jkun appoġġat finanzjarjament fil-qafas tal-programm TEN-T. |
(7) In-netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva għandu jsir b’mod koerenti man-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport ("TEN-T") u mal-kurituri tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju ("ERTMS"). Għal dan l-iskop, l-iżvilupp koordinat taż-żewġ netwerks huwa meħtieġ, u b’mod partikolari l-integrazzjoni tal-kurituri internazzjonali għat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija mat-TEN-T li diġà jeżisti u mal-kurituri tal-ERTMS. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti fuq livell Komunitarju xi regoli armonizzanti relatati ma’ dawn il-kurituri tal-merkanzija. Jekk ikun il-każ, il-ħolqien ta’ dawn il-kurituri għandu jkun appoġġat finanzjarjament fil-qafas tal-programmi TEN-T, kif ukoll tal-programmi ta’ riċerka u Marco Polo, u ta’ politiki u ta’ fondi Komunitarji oħrajn, bħall-Fond ta’ Koeżjoni. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 7 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7a) Il-ħoqlien ta' kuritur għall-merkanzija għandu jsir billi titqies l-importanza partikulari tal-estensjoni ppjanata tan-netwerk TEN-T għall-pajjiżi tal-Politka Ewropea tal-Viċinat (ENP) bil-ħsieb li jiġu żgurati interkonnessjonijiet aħjar mal-infrastruttura ferrovjarja ta’ pajjiżi terzi. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Fil-qafas ta’ kuritur għall-merkanzija, għandha tiġi assigurata koordinazzjoni tajba bejn l-Istati Membri u l-amministraturi tal-infrastruttura kkonċernati, li tingħata prijorità suffiċjenti għat-traffiku tal-merkanzija bil-ferrovija, biex jinħolqu komunikazzjonijiet biżżejjed u effiċjenti mal-modi l-oħra tat-trasport u jiġu stabbiliti kundizzjonijiet li huma ta’ inċentiv għall-iżvilupp tal-kompetizzjoni bejn dawk li jipprovdu s-servizz tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija. |
(8) Fil-qafas ta’ kuritur għall-merkanzija, għandha tiġi assigurata koordinazzjoni tajba bejn l-Istati Membri u l-amministraturi tal-infrastruttura kkonċernati, li tingħata faċilità aħjar u suffiċjenti għat-traffiku tal-merkanzija bil-ferrovija, biex jinħolqu komunikazzjonijiet biżżejjed u effiċjenti mal-modi l-oħra tat-trasport sabiex jiġi żviluppat netwerk integrat u effiċjenti għat-trasport tal-merkanzija, u jiġu stabbiliti kundizzjonijiet li huma ta’ inċentiv għall-iżvilupp tal-kompetizzjoni bejn dawk li jipprovdu s-servizz tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-koordinazzjoni tal-kurituri tal-merkanzija għandha tinkuraġġixxi s-sostenibilità u l-effiċjenza tat-trasport ferrorvjarju tal-merkanzija u jkollha l-iskop li tintegra aktar mill-qrib il-merkanzija ferrovjarja ma' modi oħra ta' trasport. | |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Il-ħolqien ta’ kuritur għall-merkanzija għandu jiġi eżaminat u approvat fuq livell Komunitarju skont kriterji u proċedura trasparenti, definiti b’mod ċar, u li jħallu lill-Istati Membri u lill-amministraturi tal-infrastruttura marġni ta’ deċiżjoni u ta’ ġestjoni biżżejjed biex jieħdu miżuri adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom. |
(9) Il-ħolqien ta’ kuritur għall-merkanzija għandu jkun bbażat fuq proposti magħmula mill-Istati Membri b'konsultazzjoni mal-amministraturi tal-infrastruttura ferrovjarja. Fit-tieni fażi għandu jkun approvat fil-livell Ewropew skont proċedura trasparenti u definita b'mod ċar. Il-kriterji għall-ħolqien ta’ kurituri għall-merkanzija għandhom ikunu definiti b'mod li jkun adattat għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-Istati Membri u tal-amministraturi tal-infrastruttura b'mod li jippermettu lilhom li jkollhom spazju suffiċjenti għat-teħid ta' deċiżjonijiet u għall-ġestjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-definizzjoni ta' merkanzija għandha tkun ibbażata fuq proposti magħmula mill-Istati Membri b'konsultazzjoni mal-amministraturi tal-infrastruttura ferrovjarja konċernati. Il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet għandu jkun garantit sabiex tinżamm l-awtonomija tal-infrastruttura tal-amministraturi. | |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Biex titħeġġeġ il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u l-amministraturi tal-infrastruttura, kull kuritur għall-merkanzija għandu jkun appoġġat minn korp ta’ governanza, magħmul minn amministraturi diversi tal-infrastruttura li għandhom x’jaqsmu ma’ dan il-kuritur għall-merkanzija. |
(10) Biex titħeġġeġ il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri, l-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji, kull kuritur għall-merkanzija għandu jkun appoġġjat minn korp ta’ governanza, magħmul minn amministraturi diversi tal-infrastruttura li għandhom x’jaqsmu ma’ dan il-kuritur għall-merkanzija. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-suq, il-metodi għall-ħolqien ta’ kuritur għall-merkanzija għandhom jiġu ppreżentati fi pjan ta’ implimentazzjoni li għandu jinkludi l-identifikazzjoni u l-issettjar ta' skeda għall-miżuri li ttejjeb il-prestazzjoni tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija. Barra minn hekk, biex jiġi assigurat li l-azzjonijiet ippjanati jew implimentati għall-ħolqien ta’ kuritur għall-merkanzija jissodisfaw il-ħtiġijiet jew l-aspettattivi ta’ dawk kollha li jużaw il-kuritur għall-merkanzija, dawn tal-aħħar għandhom jiġu kkonsultati, skont proċeduri ddefiniti b’mod ċar. |
(11) Biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-suq, il-metodi għall-ħolqien ta’ kuritur għall-merkanzija għandhom jiġu ppreżentati fi pjan ta’ implimentazzjoni li għandu jinkludi l-identifikazzjoni u l-issettjar ta' skeda għall-miżuri li ttejjeb il-prestazzjoni tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija. Barra minn hekk, biex jiġi assigurat li l-azzjonijiet ippjanati jew implimentati għall-ħolqien ta’ kuritur għall-merkanzija jissodisfaw il-ħtiġijiet jew l-aspettattivi tas-suq, l-impriżi ferrovjarji utenti għandhom jiġu kkonsultati, skont proċeduri xierqa kif definiti mill-korp ta’ governanza. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proċedura għall-konsultazzjoni tal-utenti tal-kurituri tal-mekanzija jeħtieġ li tiġi definita mill-korp ta' amministrazzjoni għaliex dan huwa l-livell xieraq li fih tista' tiġi deċiża l-proċedura adatta. | |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Biex tiġi assigurata l-koerenza u l-kontinwità tal-kapaċitajiet tal-infrastruttura disponibbli tul il-kuritur għall-merkanzija, għandhom jiġu kkoordinati l-investimenti fuq il-kuritur għall-merkanzija bejn l-Istati Membri u l-amministraturi tal-infrastruttura kkonċernati u jiġu ppjanati skont loġika li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-kuritur għall-merkanzija. Il-programm tal-ħolqien tagħhom għandu jkun ippubblikat biex tiġi assigurata l-informazzjoni tal-applikanti li jistgħu joperaw fil-kuritur. Dawn għandhom jinkludu proġetti ta’ intervent relatati mal-iżvilupp ta’ sistemi interoperabbli u maż-żieda tal-kapaċità tal-ferroviji. |
(12) Biex tiġi assigurata l-koerenza u l-kontinwità tal-kapaċitajiet tal-infrastruttura disponibbli tul il-kuritur għall-merkanzija, għandhom jiġu kkoordinati l-investimenti fuq il-kuritur għall-merkanzija bejn l-Istati Membri, l-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji kkonċernati, kif ukoll, jekk ikun applikabbli, bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, u jiġu ppjanati skont loġika li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-kuritur għall-merkanzija. Il-programm tal-ħolqien tagħhom għandu jkun ippubblikat biex tiġi assigurata l-informazzjoni tal-impriżi ferrovjarji li jistgħu joperaw fil-kuritur. Dawn għandhom jinkludu proġetti ta’ intervent relatati mal-iżvilupp ta’ sistemi interoperabbli u maż-żieda tal-kapaċità tal-ferroviji. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 17 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(17) Minħabba l-iskedi differenti ta’ programmar tal-ħinijiet għat-tipi differenti tat-traffiku, ikun tajjeb li wieħed jara li d-domandi ta’ kapaċità tal-infrastruttura għat-traffiku tal-merkanzija ma jkunux ristretti bla raġuni mid-domandi relatati mat- trasport ta’ passiġġieri, b’mod partikolari fir-rigward tal-valuri soċjo-ekonomiċi rispettivi tagħhom. L-ispejjeż għall-użu tal-infrastruttura għandhom ivarjaw skont il-kwalità u l-affidabbiltà tal-passaġġ tal-ferrovija allokat. |
(17) Minħabba l-iskedi differenti ta’ programmar tal-ħinijiet għat-tipi differenti tat-traffiku, ikun tajjeb li wieħed jara li d-domandi ta’ kapaċità tal-infrastruttura għat-traffiku tal-merkanzija jkunu kompatibbli mad-domandi relatati mat- trasport ta’ passiġġieri, b’mod partikolari fir-rigward tal-valuri soċjoekonomiċi rispettivi tagħhom. L-ispejjeż għall-użu tal-infrastruttura għandhom ivarjaw skont il-kwalità u l-affidabbiltà tal-passaġġ tal-ferrovija allokat. |
Ġustifikazzjoni | |
It-talbiet għal passaġġi ta' merkanzija ferrovjarja jridu jsiru bl-aktar mod kompatibbli mat-traffiku tal-passiġġieri sabiex ikun hemm l-anqas tfixkil għall-ferroviji tal-passiġġieri. | |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 18 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) Il-ferroviji li jassiguraw trasport tal-merkanzija sensittivi ħafna għad-dewmien ta’ trasport u għall-puntwalità għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn prijorità suffiċjenti f’każ ta' problemi tat-traffiku. |
(18) Il-ferroviji li jassiguraw trasport tal-merkanzija sensittivi ħafna għad-dewmien ta’ trasport u għall-puntwalità, kif definiti mill-korp ta’ governanza, għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn prijorità suffiċjenti f’każ ta' problemi tat-traffiku. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 19 | |
Text proposed by the Commission |
Emenda |
(19) Biex jiġi assigurat l-iżvilupp tal-kompetizzjoni bejn dawk li jipprovdu servizzi ferrovjarji tat-trasport tal-merkanzija, jidher li jkun tajjeb jekk jiġu awtorizzati applikanti oħra minbarra l-impriżi ferrovjarji jew il-gruppi tagħhom biex jitolbu għall-kapaċitajiet tal-infrastruttura. |
(19) Biex jiġi assigurat l-iżvilupp tal-kompetizzjoni bejn dawk li jipprovdu servizzi ferrovjarji tat-trasport tal-merkanzija, applikanti oħra minbarra l-impriżi ferrovjarji jew il-gruppi tagħhom għandhom ikunu jistgħu jitolbu l-kapaċitajiet tal-infrastruttura. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 22 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(22) Sabiex wieħed ikun jista’ jikkalkula b’mod oġġettiv il-benefiċċji tal-azzjonijiet li jwasslu għall-ħolqien ta’ kuritur għall-merkanzija u jassigura monitoraġġ effikaċi ta’ dawn l-azzjonijiet, għandhom jiġu stabbiliti u jiġu ppubblikati b’mod regolari indikaturi tal-prestazzjoni tas-servizz tul il-kuritur għall-merkanzija. |
(22) Sabiex wieħed ikun jista’ jikkalkula b’mod oġġettiv il-benefiċċji tal-azzjonijiet li jwasslu għall-ħolqien ta’ kuritur għall-merkanzija u jassigura monitoraġġ effikaċi ta’ dawn l-azzjonijiet, għandhom jiġu stabbiliti u jiġu ppubblikati b’mod regolari indikaturi tal-prestazzjoni tas-servizz tul il-kuritur għall-merkanzija. Id-definizzjoni tal-indikaturi ta’ prestazzjoni għandha tkun ifformulata b’konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha li jipprovdu u jużaw is-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija. |
Ġustifikazzjoni | |
L-indikaturi ta’ prestazzjoni huma utli biex tittejjeb il-kwalità tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju fil-livell Ewropew. Madankollu, definizzjoni bħal din għandha ssir skont il-ħtiġijiet tal-fornituri tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija u tal-klijenti tagħhom, sabiex ikun hemm qbil dwar l-indikaturi użati mill-partijiet interessati kollha. | |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 23 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(23) Għall-iskop li jittejjeb it-tixrid ta’ prattiċi tajbin u jiġi assigurat monitoraġġ effikaċi tal-ġestjoni tan-netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva, huwa tajjeb li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-amministraturi kollha tal-infrastruttura tal-Komunità bl-appoġġ tal-Kummissjoni. |
imħassra |
Ġustifikazzjoni | |
Din id-dispożizzjoni rigward tixrid tal-aħjar prattiki u dwar titjib fil-koperazzjoni bejn amministratturi infrastrutturali hija żejda u tista' twassal għal burokrazija żejda. | |
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 27 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(27a) L-iskop ta' dan ir-Regolament huwa li jtejjeb l-effiċjenza tat-trasport ta' merkanzija bil-ferrovija mkejla ma’ metodi oħra ta’ trasport, iżda dan l-iskop jeħtieġ li jintlaħaq ukoll permezz tal-azzjonijiet politiċi u l-involviment finanzjarju tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea. Il-koordinazzjoni għandha tiġi żgurata fl-ogħla livell fost l-Istati Membri sabiex jiġi garantit it-tħaddim l-aktar effiċjenti tal-kurituri tal-merkanzija. L-impenn finanzjarju fl-infrastruttura u f'tagħmir tekniku bħall-ERTMS għandu jkollu l-iskop li jżid il-kapaċità u l-effiċjenza tal-merkanzija bil-ferrovija b’konformità ma' dan ir-Regolament. |
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-ħolqien u l-organizzazzjoni tan-netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva magħmul minn kurituri ferrovjarji internazzjonali għall-merkanzija kompetittiva (iktar ’il quddiem imsejħa “kurituri għall-merkanzija”). Huwa jistabbilixxi r-regoli ta’ għażla u ta’ organizzazzjoni tal-kurituri tal-merkanzija kif ukoll tal-prinċipji armonizzati relatati mal-ippjanar tal-investimenti, mal-ġestjoni tal-kapaċitajiet u tat-traffiku. |
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-ħolqien u l-organizzazzjoni tan-netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva fil-kurituri ferrovjarji internazzjonali għall-merkanzija kompetittiva (iktar ’il quddiem imsejħa “kurituri għall-merkanzija”). Huwa jistabbilixxi r-regoli ta’ għażla u ta’ organizzazzjoni tal-kurituri tal-merkanzija kif ukoll tal-prinċipji kooperattivi relatati mal-ippjanar tal-investimenti, mal-ġestjoni tal-kapaċitajiet u tat-traffiku. |
Ġustifikazzjoni | |
Jidher li hemm il-ħtieġa li l-iżvilupp tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija jiġi previst f’approċċ ta’ koperazzjoni bejn l-amministraturi tal-infrastruttura. | |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
a) netwerks lokali u reġjonali awtonomi li jintużaw għas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri li jissellfu infrastruttura ferrovjarja; |
a) netwerks lokali u reġjonali awtonomi li jintużaw għas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri li jissellfu infrastruttura ferrovjarja, ħlief meta s-servizzi joperaw fuq parti mill-kuritur għall-merkanzija; |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa possibbli li ċerti netwerks lokali u reġjonali awtonomi għas-servizzi tal-passiġġieri jużaw partijiet mill-kuritur għall-merkanzija. F’dan il-każ, għandhom japplikaw ir-regolamenti rigward il-kuritur għall-merkanzija. | |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
a) “kuritur għall-merkanzija” għandha tfisser il-linji ferrovjarji kollha stabbiliti fit-territorju tal-Istati Membri u, jekk ikun il-każ, tal-pajjiżi terzi Ewropej li huma kollegati ma’ wieħed jew bosta terminals strateġiċi, li għandhom fus ewlieni, rotot alternattivi u binarji li jikkomunikawhom, kif ukoll l-infrastrutturi ferrovjarji u t-tagħmir tagħhom fit-terminals tal-merkanzija, l-istazzjonijiet ta’ tqassim u ta’ kompożizzjoni, kif ukoll il-binarji ta’ kollegament ta’ dawn tal-aħħar; |
a) “kuritur għall-merkanzija” għandha tfisser il-linji ferrovjarji kollha stabbiliti fit-territorju tal-Istati Membri u, jekk ikun il-każ, tal-pajjiżi terzi Ewropej li huma kollegati ma’ tnejn jew bosta terminals strateġiċi, li għandhom fus ewlieni, rotot alternattivi u binarji li jikkomunikawhom, kif ukoll l-infrastrutturi ferrovjarji u t-tagħmir tagħhom fit-terminals tal-merkanzija, l-istazzjonijiet ta’ tqassim u ta’ kompożizzjoni, kif ukoll il-binarji ta’ kollegament ta’ dawn tal-aħħar, inkużi s-servizzi kollha relatati mal-ferrovija msemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2001/14/KE; |
Ġustifikazzjoni | |
Is-servizzi relatati mal-ferrovija huma essenzjali għall-provediment ta’ operazzjonijiet tas-suq tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija fl-oqsma kollha tas-suq (inkluż in-negozju ta' vagun uniku). S’issa, il-parteċipanti l-ġodda huma esklużi kważi għal kollox minn dan in-negozju, u wkoll, għalkemm relattivament inqas, milli jipprovdu traffiku intermodali għax l-aċċess tagħhom għal dawn is-servizzi huwa ineżistenti, limitat jew inġust. Is-servizzi relatati mal-ferrovija kienu s-suġġett ewlieni tal-istudju “Servrail” tal-2006, li ġie kkummissjonat mill-KE u li ser ikun parti mir-Riformulazzjoni tal-Ewwel Pakkett Ferrovjarju. Is-servizzi relatati mal-ferrovija huma importanti wkoll għal operaturi ferrovjarji tal-passiġġieri ġodda jew indipendenti. | |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
c) “xogħol estensiv ta’ manutenzjoni” għandu jfisser kwalunkwe intervent jew tiswija tal-infrastruttura ferrovjarja u tat-tagħmir tagħha meħtieġa għaċ-ċirkolazzjoni tal-ferroviji tul il-kuritur għall-merkanzija li jimplika xi restrizzjonijiet tal-kapaċitajiet tal-infrastruttura b’mod konformi mal-Artikolu 28 tad-Direttiva 2001/14/KE; |
c) “xogħol estensiv ta’ manutenzjoni” għandu jfisser kwalunkwe intervent jew tiswija, li jkunu ppjanati mill-inqas sena qabel, tal-infrastruttura ferrovjarja u tat-tagħmir tagħha meħtieġa għaċ-ċirkolazzjoni tal-ferroviji tul il-kuritur għall-merkanzija li jimplika xi restrizzjonijiet tal-kapaċitajiet tal-infrastruttura b’mod konformi mal-Artikolu 28 tad-Direttiva 2001/14/KE; |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
e) “terminal strateġiku” għandu jfisser it-terminal tal-kuritur għall-merkanzija, miftuħ għall-applikanti kollha u li għandu rwol importanti fit-trasport ferrovjarju tal-merkanzija tul il-kuritur għall-merkanzija; |
e) “terminal strateġiku” għandu jfisser it-terminal tal-kuritur għall-merkanzija, miftuħ għall-applikanti kollha u li diġà għandu rwol importanti, jew hemm il-ħsieb li jkollu rwol importanti fit-trasport ferrovjarju tal-merkanzija tul il-kuritur għall-merkanzija; |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt f | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
f) “punt wieħed ta' waqfa” hija d-dipartiment konġunt stabbilit mill-amministraturi tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija li tagħti lill-applikanti l-possibbiltà li f'post wieħed u f'operazzjoni waħda jsaqsu għal passaġġ bil-ferrovija għal vjaġġ li jaqsam tal-inqas fruntiera waħda. |
f) “punt wieħed ta' waqfa” hija d-dipartiment konġunt stabbilit minn kull amministratur tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija li tagħti lill-applikanti l-possibbiltà li jistaqsu għal passaġġ bil-ferrovija għal vjaġġ li jaqsam tal-inqas fruntiera waħda. |
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-kuritur għall-merkanzija għandu l-għan li jħaddem servizzi ferrovjarji internazzjonali u nazzjonali tal-merkanzija fit-territorju ta’ mhux inqas minn żewġ Stati Membri. Dan għandu l-karatteristiċi li ġejjin: |
1. Il-kuritur għall-merkanzija għandu jgħaqqad mill-inqas żewġ Stati Membri u jħaddem servizzi ferrovjarji internazzjonali u nazzjonali tal-merkanzija. Dan għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin: |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
a) jagħmel parti mit-TEN-T; |
a) għandu jagħmel parti, jew tal-anqas ikun kompatibbli, mat-TEN-T, jew, fejn ikun applikabbli, mal-kurituri tal-ERTMS. Jekk ikun meħtieġ, xi sezzjonijiet li mhumiex inklużi fit-TEN-T, li jkollhom volum qawwi jew potenzjalment qawwi ta' traffiku tat-trasport tal-merkanzija, jistgħu wkoll jagħmlu parti mill-kuritur; |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) jippermetti żvilupp sinifikattiv tat-traffiku tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija; |
(b) għandu jippermetti żvilupp sinifikattiv tat-traffiku tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u jqis il-flussi ewlenin tal-kummerċ u tat-traffiku tal-merkanzija; |
Ġustifikazzjoni | |
It-twaqqif ta’ netwerk li jagħti prijorità lill-merkanzija għandu jikkorrispondi wkoll mal-assi Ewropej ewlenin fejn tkun ġiet innotata domanda sinifikanti għat-trasport internazzjonali tal-merkanzija. | |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
ca) għandu jippermetti interkonnessjonijiet aħjar bejn l-Istati Membri tal-fruntiera u l-pajjiżi terzi tal-viċinat; |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-ħolqien jew il-modifikazzjoni ta’ kuritur għall-merkanzija huwa propost mill-Istati Membri kkonċernati. Għal dan, huma jirraportaw lill-Kummissjoni proposta elaborata mal-amministraturi tal-infrastruttura kkonċernati, filwaqt li jqisu l-kriterji msemmija fl-Anness. |
2. Il-ħolqien jew il-modifikazzjoni ta’ kuritur għall-merkanzija għandhom ikunu deċiżi mill-Istati Membri kkonċernati, wara li jkunu għarrfu lill-Kummissjoni bl-intenzjonijiet tagħhom, billi jehmżu proposta mfassla flimkien mal-amministraturi tal-infrastruttura kkonċernati, filwaqt li jqisu l-inizjattivi u l-opinjonijiet ta’ impriżi ferrovjarji li jużaw il-kuritur jew li jkunu interessati li jagħmlu dan u l-kriterji msemmija fl-Anness. L-impriżi ferrovjarji interessati jistgħu jipparteċipaw fil-proċess, kull meta jkun hemm investimenti sostanzjali li jirrigwardawhom. |
Ġustifikazzjoni | |
Sakemm l-RUs ikunu “suġġetti ekonomiċi”, jiġifieri jipparteċipaw b’mod attiv – minn perspettiva finanzjarja – fil-ħolqien jew fil-modifikazzjoni ta’ kuritur għall-merkanzija, dawn jistgħu jkunu parti mill-proċess. | |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, it-territorju ta’ kull Stat Membru li għandu għallinqas żewġ fruntieri fuq l-art ma’ xi Stati Membri oħra għandu jaċċetta għallinqas proposta waħda ta’ kuritur għall-merkanzija; |
(a) sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, it-territorju ta’ kull Stat Membru li għandu għallinqas żewġ konnessjonijiet ferrovjarji diretti ma’ xi Stati Membri oħra għandu jaċċetta għallinqas proposta waħda ta’ kuritur għall-merkanzija; |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-riferenza għal konnessjonijiet ferrovjarji diretti iżjed milli għal fruntieri fuq l-art tidher iżjed rilevanti. | |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
b) l-aktar tard tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, it-territorju ta’ kull Stat Membru għandu jkollu għallinqas: |
b) Mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, it-territorju ta’ kull Stat Membru għandu jkollu għallinqas kuritur wieħed għall-merkanzija. |
i) kuritur għall-merkanzija wieħed, |
|
ii) żewġ kurituri tal-merkanzija jekk l-attività annwali tal-merkanzija bil-ferrovija fl-Istat Membru kkonċernat hija aktar jew ugwali għal 30 biljun tunnellata-kilometru, |
|
iii) tliet kurituri tal-merkanzija jekk l-attività annwali tal-merkanzija bil-ferrovija fl-Istat Membru kkonċernat hija aktar jew ugwali għal 70 biljun tunnellata-kilometru. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Ir-Regolament għandu jitlob li kull Stat Membru joħloq kuritur wieħed biss. Għandu jkun f'idejn l-Istati Membri jekk joħolqux iżjed kurituri, abbażi tal-ħtiġijiet tas-suq. Il-preżenza ta’ fruntiera (irrispettivament minn jekk tkunx tal-art jew mal-kosta) ma’ pajjiż ieħor għandha tkun biżżejjed għal Stat Membru biex ikun jista' jressaq proposta għal kuritur għall-merkanzija. | |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-proposti ta’ ħolqien ta’ kurituri tal-merkanzija stabbiliti fil-paragrafu 2, u b’mod konformi mal-proċedura ta’ regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 18(3), għandha tadotta Deċiżjoni relatata mal-ewwel grupp ta’ kurituri tal-merkanzija sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Fil-qafas ta’ dan l-eżami, il-kriterji stipulati fl-Anness għandhom jiġu kkunsidrati. |
4. Il-Kummissjoni għandha tinnota l-proposti ta’ ħolqien ta’ kurituri tal-merkanzija stabbiliti fil-paragrafu 2 u għandha teżamina l-konsistenza tagħhom mal-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-Anness. Il-Kummissjoni tista’ tistqarr l-oġġezzjonijiet tagħha jew tipproponi modifiki b’konformità ma’ dak li tqis adegwat. |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Il-grupp tal-kurituri tal-merkanzija stabbilit fil-paragrafu 4 huwa mibdul b’mod progressiv u kkompletat fuq il-bażi tal-proposti ta’ ħolqien jew modifikazzjoni ta’ kuritur għall-merkanzija, u skont Deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata skont il-proċedura ta’ regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 18(3). Il-proposti tal-Istati Membri għandhom jiġu eżaminati billi jiġu kkunsidrati l-kriterji msemmijin fl-Anness. |
imħassar |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Għal kull kuritur għall-merkanzija, l-amministraturi tal-infrastruttura kkonċernati, bħal m’huma ddefiniti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/14/KE, għandhom jistabbilixxu korp ta’ governanza inkarigat bid-definizzjoni, id-direzzjoni tal-ħolqien u l-aġġornament tal-pjan ta’ implimentazzjoni tal-kuritur għall-merkanzija. Il-korp ta’ governanza għandu jirrapporta b’mod regolari l-attività tiegħu lill-Istati Membri kkonċernati, u jekk ikun il-każ lill-koordinaturi Ewropej tal-proġetti prijoritarji tat-TEN-T stabbiliti fl-Artikolu 17a tad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill integrati bil-kuritur għall-merkanzija. |
2. Għal kull kuritur għall-merkanzija, l-amministraturi tal-infrastruttura kkonċernati, bħal mhuma ddefiniti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/14/KE, għandhom jistabbilixxu korp ta’ governanza inkarigat bid-definizzjoni, id-direzzjoni tal-ħolqien u l-aġġornament tal-pjan ta’ implimentazzjoni tal-kuritur għall-merkanzija. L-impriżi ferrovjarji interessati jew il-gruppi ta’ impriżi ferrovjarji li jużaw il-kuritur regolarment jipparteċipaw f’dan il-korp fuq bażi konsultattiva. Il-korp ta’ governanza għandu jirrapporta b’mod regolari l-attività tiegħu lill-Istati Membri kkonċernati, u jekk ikun il-każ lill-Kummissjoni u lill-koordinaturi Ewropej tal-proġetti prijoritarji tat-TEN-T stabbiliti fl-Artikolu 17a tad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill integrati bil-kuritur għall-merkanzija. |
Ġustifikazzjoni | |
In-netwerk orjentat lejn il-merkanzija huwa importanti ħafna għas-suċċessi tal-ġejjieni tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, u jeħtieġ superviżjoni iżjed b’saħħitha mill-KE sa mill-bidu nett. | |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. L-Istati Membri kkonċernati għandhom iwaqqfu bord eżekuttiv li jkun responsabbli mill-awtorizzazzjoni tal-pjan ta’ implimentazzjoni tal-kuritur mill-korp ta’ governanza u mis-superviżjoni tat-twettiq tiegħu. F’dan il-każ, il-membri individwali tal-bord eżekuttiv għandu jkollhom mandat mill-awtoritajiet kompetenti. |
Ġustifikazzjoni | |
L-irwol ta’ direzzjoni u r-responsabilitajiet rispettivi tal-Istati Membri fil-kuritur tagħhom għandhom ikunu ċċarati. Għalhekk irridu niddistingwu bejn “korp ta’ governanza”, li l-membri tiegħu jistgħu jkunu biss amministraturi tal-infrastruttura u impriżi ferrovjarji, u "bord eżekuttiv" li jistgħu jkunu membri tiegħu r-rappreżentanti tal-Istati Membri. | |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Qed jiġi stabbilit grupp ta’ ħidma magħmul minn amministraturi u proprjetarji tat-terminals strateġiċi tal-kuritur għall-merkanzija, imsemmija fl-Artikolu 9. Dan jista’ jagħti opinjoni fuq kull proposta tal-korp ta’ governanza li jkollha konsegwenzi diretti fuq l-investimenti u l-ġestjoni tat-terminals strateġiċi. Il-korp ta’ governanza ma jistax jieħu deċiżjoni kontra din l-opinjoni. |
5. Għandu jiġi stabbilit grupp ta’ ħidma magħmul minn amministraturi u proprjetarji tat-terminals strateġiċi tal-kuritur għall-merkanzija, inklużi l-portijiet tal-baħar u tal-ilmijiet navigabbli, imsemmija fl-Artikolu 9. Dan jista’ jagħti opinjoni fuq kull proposta tal-korp ta’ governanza li jkollha konsegwenzi diretti fuq l-investimenti u l-ġestjoni tat-terminals strateġiċi. Il-korp ta’ governanza ma jistax jieħu deċiżjoni kontra din l-opinjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Tkun ħaġa għaqlija li dawn l-amministraturi jkunu inklużi fi stadju iżjed bikri, pereżempju, meta titfassal il-proposta mill-amministraturi tal-infrastruttura kkonċernati u titressaq lill-Kummissjoni. | |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-pjan ta’ implimentazzjoni, approvat mill-korp ta’ governanza, jinkludi: |
1. Il-pjan ta’ implimentazzjoni, approvat u aġġustat regolarment mill-korp ta’ governanza, tal-anqas għandu jinkludi: |
Ġustifikazzjoni | |
Għandha tkun garantita lill-korpi ta’ governanza tal-kurituri ċerta flessibilità fid-definizzjoni tal-pjan ta' implimentazzjoni sabiex ikunu jistgħu jiddefinixxu l-bżonnijiet u l-proċeduri tagħhom. | |
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
a) desrkrizzjoni tal-kwalitajiet tal-kuritur għall-merkanzija, kif ukoll il-programm ta’ implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-ħolqien tal-kuritur għall-merkanzija; |
a) desrkrizzjoni tal-kwalitajiet tal-kuritur għall-merkanzija, fosthom il-punti ta’ konġestjoni potenzjali, kif ukoll il-programm ta’ implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jiġi ffaċilitat il-ħolqien tiegħu; |
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
c) l-għanijiet tal-korp ta’ governanza f'termini tal-prestazzjoni tal-kuritur għall-merkanzija, espressa fi kwalità ta’ servizz u kapaċità tal-kuritur għall-merkanzija b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16; |
c) l-għanijiet tal-korp ta’ governanza u l-programm tiegħu għat-titjib tal-prestazzjoni tal-kuritur għall-merkanzija, b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16; |
Ġustifikazzjoni | |
Għandha tkun garantita lill-korpi ta’ governanza tal-kurituri ċerta flessibilità fid-definizzjoni tal-pjan ta' implimentazzjoni sabiex ikunu jistgħu jiddefinixxu l-bżonnijiet u l-proċeduri tagħhom. | |
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
d) il-programm ta’ ħolqien u titjib tal-prestazzjoni tal-kuritur għall-merkanzija stabbilit fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Għandha tkun garantita lill-korpi ta’ governanza tal-kurituri ċerta flessibilità fid-definizzjoni tal-pjan ta' implimentazzjoni sabiex ikunu jistgħu jiddefinixxu l-bżonnijiet u l-proċeduri tagħhom. | |
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-pjan ta’ implimentazzjoni għandu jiġi aġġornat b’mod regolari, billi jiġi kkunsidrat l-progress fl-istabbiliment tal-miżuri inklużi fih, fis-suq tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija tul il-kuritur għall-merkanzija u fil-prestazzjoni kkalkolata b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16(2). |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Għandha tkun garantita lill-korpi ta’ governanza tal-kurituri ċerta flessibilità fid-definizzjoni tal-pjan ta' implimentazzjoni sabiex ikunu jistgħu jiddefinixxu l-bżonnijiet u l-proċeduri tagħhom. | |
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Għandu jsir studju dwar is-suq. Dan jirrigwarda il-progress osservat u mistenni fir-rigward tal-kuritur għall-merkanzija kif ukoll l-elementi tas-sistema tat-trasport marbuta ma' dan tal-aħħar. L-istudju għandu jeżamina l-progress tad-diversi tipi ta’ traffiku, kemm dawk li għandhom x’jaqsmu mat-trasport tal-merkanzija kif ukoll it-trasport tal-passiġġieri. Jiġbor fih l-elementi ewlenin tal-analiżi soċjo-ekonomika msemmija fl-Artikolu 3(ċ). Dan għandu jiġi aġġornat mill-inqas darba fis-sena. Ir-riżultati ta’ dan l-istudju għandhom jintużaw biex jiġi aġġornat il-pjan ta’ implimentazzjoni tal-kuritur għall-merkanzija. |
3. Għandu jsir studju dwar is-suq li jiġi aġġornat perjodikament, rigward il-progress osservat u mistenni fir-rigward tal-kuritur għall-merkanzija kif ukoll l-elementi tas-sistema tat-trasport marbuta ma' dan tal-aħħar, bil-ħsieb li jiġi żviluppat jew adattat, jekk ikun meħtieġ, il-pjan tal-implimentazzjoni tiegħu. Għandu jeżamina l-bidliet fid-diversi tipi ta’ traffiku u jiġbor fih l-elementi ewlenin tal-analiżi soċjoekonomika msemmija fl-Artikolu 3(c), kif ukoll ix-xenarji possibbli fir-rigward tal-ispejjeż u l-benefiċċji u l-impatt finanzjarju fuq żmien twil. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kontenut tal-istudju tas-suq u l-proċedura li tistabbilixxih għandhom ikunu definiti b'mod flessibbli u għandhom jiġu adattati għall-bżonnijiet tal-korp ta' governanza. | |
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Qed jiġi stabbilit programm ta’ ħolqien u ta’ titjib tal-prestazzjoni tal-kuritur għall-merkanzija. Dan il-programm jinkludi b’mod partikolari l-għanijiet komuni, l-għażliet tekniċi u l-iskeda għall-involviment meħtieġ mal-infrastruttura ferrovjarja u t-tagħmir tagħha biex jiġu implimentati l-miżuri kollha stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 16. |
4. Qed jiġi stabbilit programm ta’ ħolqien u ta’ titjib tal-prestazzjoni tal-kuritur għall-merkanzija. Dan il-programm jinkludi b’mod partikolari l-għanijiet komuni, l-għażliet tekniċi u l-iskeda għall-involviment meħtieġ mal-infrastruttura ferrovjarja u t-tagħmir tagħha biex jiġu implimentati l-miżuri kollha stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 16. Dawn il-miżuri għandhom jevitaw jew inaqqsu kemm jista’ jkun ir-restrizzjonijiet li jolqtu l-kapaċità ferrovjarja. |
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 | |
Text proposed by the Commission |
Emenda |
2. L-applikanti għall-użu tal-kuritur għall-merkanzija għandhom jiġu kkonsultati mill-korp ta’ governanza qabel l-approvazzjoni tal-pjan ta’ implimentazzjoni u qabel l-aġġornament tiegħu. Jekk ikun hemm nuqqas ta’ qbil bejn il-korp ta’ governanza u l-applikanti, dawn tal-aħħar jistgħu jindirizzaw lill-Kummissjoni li għandha tikkonsulta lill-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 18(2) dwar dan is-suġġett. |
2. L-applikanti, inklużi l-operaturi ferrovjarji tat-trasport tal-merkanzija, l-operaturi tal-passiġġieri, ix-shippers, il-burdnara u l-korpi rappreżentattivi tagħhom, għall-użu tal-kuritur għall-merkanzija għandhom jiġu kkonsultati mill-korp ta’ governanza qabel l-approvazzjoni tal-pjan ta’ implimentazzjoni u meta jsir l-aġġornament tiegħu. Jekk ikun hemm nuqqas ta’ qbil bejn il-korp ta’ governanza u l-applikanti, dawn tal-aħħar jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-korpi regolatorji msemmijin fl-Artikolu 17. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-korpi regolatorji, u mhux il-Kummissjoni, għandhom ikunu l-istituzzjonijiet inkarigati biex isolvu t-tilwim bejn l-applikanti u l-korpi ta' governanza. | |
Huwa important li jkun hemm fokus fuq il-parteċipanti interessati ġenwini tan-netwerk u l-kompetenza tagħhom u l-valur miżjud li jistgħu jagħtu meta jużaw l-infrastruttura. | |
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-pjanijiet ta’ investmenti għandhom jistabbilixxu l-lista ta’ proġetti previsti għall-estensjoni, it-tiġdid jew l-iżvilupp mill-ġdid tal-infrastrutturi ferrovjarji u tat-tagħmir tagħhom li jeżistu tul il-kuritur u tal-ħtiġijiet finanzjarji relatati. |
Il-pjanijiet ta’ investmenti għandhom jistabbilixxu l-lista ta’ proġetti previsti għall-estensjoni, it-tiġdid jew l-iżvilupp mill-ġdid tal-infrastrutturi ferrovjarji u tat-tagħmir tagħhom li jeżistu tul il-kuritur u tal-ħtiġijiet finanzjarji relatati u s-sorsi tal-finanzjament. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li jinstabu wkoll is-sorsi tal-finanzjament. | |
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-pjanijiet ta’ investimenti stabbiliti fil-paragrafu 1 jinkludu wkoll strateġija relatata mat-tħaddim tas-sistemi interoperabbli tul il-kuritur għall-merkanzija li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ interoperabbiltà applikabbli għan-netwerks ferrovjarji ddefiniti b’mod konformi mad-Direttiva 2008/57/KE. Din l-istrateġija hija bbażata fuq analiżi ta’ spejjeż-benefiċċji tat-tħaddim ta’ dawn is-sistemi. Din għandha tkun koerenti mal-pjanijiet nazzjonali u Ewropej tat-tħaddim ta’ sistemi interoperabbli, b’mod partikolari mal-pjan tat-tħaddim tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS). |
2. Il-pjanijiet ta’ investimenti stabbiliti fil-paragrafu 1 jinkludu wkoll strateġija relatata mat-tħaddim tas-sistemi interoperabbli tul il-kuritur għall-merkanzija li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ interoperabbiltà applikabbli għan-netwerks ferrovjarji ddefiniti b’mod konformi mad-Direttiva 2008/57/KE. Din l-istrateġija hija bbażata fuq analiżi ta’ spejjeż-benefiċċji tat-tħaddim ta’ dawn is-sistemi. Din għandha tkun koerenti mal-pjanijiet nazzjonali u Ewropej tat-tħaddim ta’ sistemi interoperabbli, b’mod partikolari mal-pjan tat-tħaddim tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS), kif ukoll mal-interkonnessjonijiet transkonfinali u s-sistemi interoperabbli ma' pajjiżi terzi, fejn ikun applikabbli. |
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Jekk ikun il-każ, il-pjanijiet ta’ investimenti għandhom isemmu l-kontribuzzjoni Komunitarja prevista skont il-programm TEN-T u jiġġustifikaw il-koerenza tal-istrateġija tagħhom ma’ dan. |
3. Jekk ikun il-każ, il-pjanijiet ta’ investimenti għandhom isemmu l-kontribuzzjoni Komunitarja prevista skont il-programm TEN-T jew politiki, fondi jew programmi oħra u jiġġustifikaw il-koerenza tal-istrateġija tagħhom magħhom. |
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-pjanijiet ta’ investimenti stabbiliti fil-paragrafu 1 jinkludu wkoll strateġija relatata mat-tkabbir tal-kapaċità tal-ferroviji tal-merkanzija li jistgħu jiċċirkolaw tul il-kuritur għall-merkanzija. Din tista’ tkun bbażata fuq iż-żieda fit-tul, fid-daqs jew fit-tagħbija tal-fus awtorizzati għall-ferroviji li jiċċirkolaw tul il-kuritur għall-merkanzija. |
4. Il-pjanijiet ta’ investimenti stabbiliti fil-paragrafu 1 jinkludu strateġija relatata mat-tkabbir tal-kapaċità tal-ferroviji tal-merkanzija li jistgħu jiċċirkolaw tul il-kuritur għall-merkanzija (fi kliem ieħor, biex jitneħħew iz-zoni ta’ konġestjoni tat-traffiku, biex tittejjeb l-infrastruttura eżistenti u biex tinbena infrastruttura ġdida). Din l-istrateġija tista’ tinkludi miżuri biex jiżdiedu t-tul, il-wisa’ tal-linji, il-loading gauge, il-ġestjoni tal-veloċità, it-tagħbija mgħobbija jew it-tagħbija tal-fus awtorizzati għall-ferroviji li jiċċirkolaw tul il-kuritur għall-merkanzija |
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 8 – Titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Xogħol estensiv ta’ manutenzjoni |
Koordinazzjoni tax-xogħlijiet |
Ġustifikazzjoni | |
L-amministraturi tal-infrastrutturi għandhom jikkoordinaw xogħlijiethom kollha fuq l-infrastruttura kemm jista' jkun appena dax-xogħlijiet ikunu jistgħu jillimitaw il-kapaċità disponibbli. Ix-xogħlijiet għandhom ikunu kkoordinati skont il-ftehimiet pluriennali (jew il-kuntratti pluriennali) miftehmin mill-amministraturi tal-infrastruttura fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/14/KE. | |
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-amministraturi tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija għandhom jikkoordinaw ta’ mill-inqas darba fis-sena l-programm tagħhom ta’ xogħol estensiv ta’ manutenzjoni tal-infrastruttura u tat-tagħmir tagħha. |
L-amministraturi tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija għandhom jikkoordinaw, b'mod xieraq u fi żmien stipulat u b’konformità mal-ftehimiet kontrattwali rispettivi tagħhom skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/14KE, il-pjan tagħhom biex isir ix-xogħol kollu tal-infrastruttura u tat-tagħmir tagħha li jista’ jillimita l-kapaċità disponibbli fin-netwerk. |
Ġustifikazzjoni | |
L-amministraturi tal-infrastrutturi għandhom jikkoordinaw xogħlijiethom kollha fuq l-infrastruttura kemm jista' jkun appena dax-xogħlijiet ikunu jistgħu jillimitaw il-kapaċità disponibbli. Ix-xogħlijiet għandhom ikunu kkoordinati skont il-ftehimiet pluriennali (jew il-kuntratti pluriennali) miftehmin mill-amministraturi tal-infrastruttura fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/14/KE. | |
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Bi ftehim mal-grupp ta’ ħidma stabbilit fl-Artikolu 4(5), il-korp ta’ governanza għandu jadotta strateġija relatata mal-iżvilupp tat-terminals strateġiċi biex ikunu jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija li jiċċirkola tul il-kuritur għall-merkanzija. |
1. Bi ftehim mal-grupp ta’ ħidma stabbilit fl-Artikolu 4(5), il-korp ta’ governanza għandu jadotta strateġija integrata relatata mal-iżvilupp tat-terminals strateġiċi biex ikunu jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija li jiċċirkola tul il-kuritur għall-merkanzija, b’mod partikulari bħala ċentri intermodali tul il-kurituri tal-merkanzija. Dan għandu jinkludi l-kooperazzjoni mal-gvernijiet reġjonali, lokali u nazzjonali. l-akkwist tal-art għall-iżvilupp ta' terminals għall-merkanzija ferrovjarja u l-iffaċilitar tal-aċċess għall-fondi sabiex jiġu inkoraġġiti żviluppi bħal dawn. Il-korp ta' governanza għandu jiżgura li jinħolqu biżżejjed terminals f'postijiet strateġiċi, skont il-volum mistenni ta' traffiku. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kurituri tal-merkanzija għandhom jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' sistema ta' trasport intermodali u integrata, b'mod partikulari billi jiffukaw fuq l-irwol importanti ta' terminals strateġiċi fl-iżvilupp ta' trasport u loġistika intermodali. | |
Dan isaħħaħ l-Artikolu u jagħmilha ċara x'għandu jkun l-irwol, kif ukoll jiżgura li t-terminals ikollhom qagħda strateġika skont fejn ikun it-traffiku. | |
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-korp ta’ governanza għandu jistabbilixxi ġestjoni ċentralizzata għat-talbiet tal-passaġġi għal ferrovija tal-merkanzija li tgħaddi minn ta’ mill-inqas fruntiera waħda tul il-kuritur għall-merkanzija. |
1. Il-korp ta’ governanza għandu jistabbilixxi ġestjoni ċentralizzata biex tirrispondi għal talbiet tal-passaġġi għal ferrovija tal-merkanzija li taqsam mill-inqas fruntiera waħda tul il-kuritur għall-merkanzija jew tuża bosta netwerks. |
Ġustifikazzjoni | |
L-użu ta' "one stop shop" m'għandux ikun mandatorju għal talbiet ta' passaġġi ta' ferroviji iżda għandu jibqa' fakultattiv. | |
Din l-emenda hija intiża biex tikkjarifika l-irwol tal-one-stop shop. | |
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Lill-amministraturi individwali tal-infrastruttura ta' kuritur jistgħu jingħatawlhom il-funzjonijiet ta' front office ta' one-stop shop għall-applikanti li jitolbu passaġġi ferrovjarji. |
Ġustifikazzjoni | |
Mhux mixtieq li l-one-stop shop tkun organizzazzjoni separata lil hinn mill-amministraturi tal-infrastruttura. Punt kruċjali huwa li l-impriżi ferrovjarji (potenzjali) kollha għandu jkollhom opportunità ndaqs li jipprenotaw il-mogħdijiet internazzjonali tat-tren kollha disponibbli b'mod effiċjenti u trasparenti. | |
Din l-emenda hija intiża biex tikkjarifika l-irwol tal-one-stop shop. | |
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Kull talba għal passaġġ għal ferrovija tal-merkanzija li tgħaddi minn ta’ mill-inqas fruntiera waħda jew li tuża bosta netwerks tul il-kuritur għall-merkanzija għandha ssir lill-ġestjoni ċentralizzata stabbilita fil-paragrafu 1. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
L-użu ta' "one stop shop" m'għandux ikun mandatorju għal talbiet ta' passaġġi ta' ferroviji iżda għandu jibqa' fakultattiv. | |
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 11 – Titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Trasport tal-merkanzija prijoritarju |
Kategoriji standard ta’ passaġġi ferrovjarji fil-kurituri |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kategoriji ta' prodotti trasportati bil-ferroviji għandhom ikunu definiti b'mod wiesa’ u flessibbli. "Trasport tal-merkanzija prijoritarju" mhux terminu adattat u jista' jwassal għal interpretazzjoni ħażina tal-iskopijiet ta' dawn il-kategoriji. | |
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-korp ta’ governanza għandu jiddefinixxi kategoriji ta’ tipi ta’ traffiku tal-merkanzija, validi tul il-kuritur għall-merkanzija kollu. Ta’ mill-inqas waħda mill-kategoriji (iktar ’il quddiem imsejħa “trasport tal-merkanzija prijoritarju”), tinkludi l-oġġetti li t-trasport tagħhom huwa sensittiv għall-ħin, u li għalhekk għandhom jibbenefikaw minn ħin ta’ trasport effiċjenti u b’puntwalità ggarantita. |
1. Il-korp ta’ governanza għandu jiddefinixxi u jaġġorna regolarment il-kategoriji standard ta' passaġġi ferrovjarji tal-merkanzija, li għandhom ikunu validi tul il-kuritur għall-merkanzija kollu. Mill-inqas waħda mill-kategoriji (iktar ’il quddiem imsejħa “trasport tal-merkanzija ffaċilitat”), għandha tinkludi, fost dawn il-kategoriji ta’ passaġġi, passaġġ ferrovjarju tal-merkanzija b’ħin ta’ trasport effiċjenti u b’puntwalità ggarantita |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kategoriji ta' merkanzija trasportati bil-ferrovija għandhom ikunu definiti b'mod wiesa’ u flessibbli. "Trasport tal-merkanzija prijoritarju" mhux terminu adattat u jista' jwassal għal interpretazzjoni ħażina tal-objettivi ta' dawn il-kategoriji. | |
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-kriterji ta’ definizzjoni tal-kategoriji tat-tip ta’ traffiku tal-merkanzija għandhom jiġu adottati, jekk ikun il-każ, b’mod konformi mal-proċedura ta’ regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 18(3). |
2. Il-kriterji ta’ definizzjoni tal-kategoriji tat-tip ta’ traffiku tal-merkanzija għandhom jiġu adottati mill-korp ta' governanza wara konsultazzjoni mal-applikanti li x'aktarx jużaw il-kuritur għall-merkanzija, kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/14/KE. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-definizzjoni ta' kategoriji ta' merkanzija għandha tkun definita fl-aktar livell xieraq għat-teħid ta' deċiżjoni, li hu l-livell tal-korp ta' governanza. Dan tal-aħħar jista' jqis aħjar il-ħtiġijiet tas-suq tas-settur tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija tul il-kuritur. | |
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. B’deroga mill-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2001/14/KE, l-amministraturi tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija għandhom il-kapaċità meħtieġa għat-traffiku tal-merkanzija bi prijorità għas-sena finanzjarja li ġejja, qabel l-eżerċizzju annwali biex tiġi definita l-iskeda ta' xogħol imsemmija fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2001/14/KE abbażi tat-traffiku tal-merkanzija osservat u l-istudju tas-suq definit fl-Artikolu 5(1). |
1. Barra l-każi msemmija fl-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2001/14/KE, l-amministraturi tal-infrastruttura kkonċernati, għandu jkollhom il-kapaċità, fuq il-bażi tal-evalwazzjoni tal-ħtiġijiet tas-suq għall-kapaċità tar-riżervi, u jippubblikaw l-iskeda tal-ħinijiet ta’ xogħol għar-rotta meħtieġa biex tissodisfa l-bżonnijiet tat-traffiku tal-merkanzija internazzjonali ffaċilitata bi prijorità għas-sena finanzjarja li ġejja, qabel l-eżerċizzju annwali biex tiġi definita l-iskeda ta' xogħol imsemmija fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2001/14/KE abbażi tat-traffiku tal-merkanzija osservat u l-istudju tas-suq definit fl-Artikolu 5(1). |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-riżerva ta' kapaċità m’għandhiex tkun mandatorja. Barra minn hekk, għandu jkun il-kompitu tal-amministratturi tal-infrastruttura li janalizzaw u jiddeċiedu jekk din ir-riżerva tkunx meħtieġa jew le. | |
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-amministraturi tal-infrastruttura għandhom iżommu riżerva ta’ kapaċitajiet fil-qafas tal-ħin tas-servizz definittiv sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw malajr u b’mod xieraq it-talbiet ad hoc għal kapaċitajiet stabbiliti fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2001/14/KE. Din il-kapaċità għandha tkun biżżejjed biex it-talbiet għall-passaġġi jkunu jistgħu jiġu ssodisfati filwaqt li jiġi ggarantit livell adegwat ta’ kwalità tal-passaġġ allokat, rigward iż-żmien tal-vjaġġ fuq il-passaġġ u l-ħin adattat għat-traffiku tal-merkanzija. |
2. L-amministraturi tal-infrastruttura għandhom iżommu, wara l-evalwazzjoni tal-ħtieġa xierqa biex tiġi kostitwita riżerva ta’ kapaċitajiet għal talbiet ad hoc, din ir-riżerva, filwaqt li tiggarantixxi livell biżżejjed ta’ kwalità ta’ passaġġi ferrovjarji għall-ħin tal-vjaġġ u skedi tal-ħinijiet li jkunu adattati għat-traffiku internazzjonali ffaċilitat tal-merkanzija fi ħdan l-iskeda finali tal-ħinijiet sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw malajr u b’mod xieraq it-talbiet ad hoc għal kapaċitajiet stabbiliti fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2001/14/KE. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-riżerva ta' kapaċità m’għandhiex tkun mandatorja u għandu jkun il-kompitu tal-amministratturi tal-infrastruttura li janalizzaw u jiddeċiedu jekk din ir-riżerva tkunx meħtieġa jew le. | |
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-passaġġi allokati għal xi operazzjonijiet tal-merkanzija jistgħu jkunu ta’ kwalità differenti rigward iż-żmien tal-vjaġġ. It-tariffi ta’ dawn il-passaġġi jistgħu jvarjaw skont il-livell ta’ kwalità propost b’mod konformi mal-Artikolu 7 u 8 tad-Direttiva 2001/14/KE. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Kull allokazzjoni ta' passaġġ għandha tagħti dak li jkun miftiehem. Ħadd ma għandu jixtri prodott jew servizz bi ħlas partikolari u mbagħad ikun mitlub iħallas aktar biex jiżgura li jaħdem sew. | |
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Ħlief fil-każ ta’ forza maġġuri, passaġġ allokat għal operazzjoni tal-merkanzija li għandha prijorità ma jistax jiġi mħassar inqas minn 7 ijiem qabel il-ħin ta’ servizz fl-iskeda sakemm l-applikant ikkonċernat ma japprovax it-tħassir. |
5. Ħlief fil-każ ta’ forza maġġuri, passaġġ allokat biex jiffaċilita l-operazzjoni tal-merkanzija skont dan l-Artikolu ma jistax jiġi mħassar inqas minn xahar qabel il-ħin ta’ servizz fl-iskeda sakemm l-applikant ikkonċernat ma japprovax it-tħassir. L-applikant jista’ jirreferi l-każ lill-korp regolatorju. Skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2001/14/KE l-amministraturi tal-infrastruttura jistgħu jispeċifikaw, fil-kondizzjonijiet tad-dikjarazzjoni tagħhom tan-netwerk li permezz tagħhom għandhom iqisu l-livelli ta' qabel ta' utilizzazzjoni tal-passaġġi faċilitati ferrovjarji tal-merkanzija meta jiddeterminaw il-prijoritajiet għall-proċess ta' allokazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
"Trasport tal-merkanzija prijoritarju" mhux terminu adattat u jista' jwassal għal interpretazzjoni qarrieqa tal-oġġettiv ta' dan it-tip ta' merkanzija: it-trasport ta' merkanzija għandu jibbenefika minn proċess imtejjeb, li ma jkunx ta' xi prijorità assoluta. | |
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. L-amministraturi tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija u l-grupp ta’ ħidma stabbilit fl-Artikolu 4(5), għandhom jistabbilixxu proċeduri biex jassiguraw l-aħjar koordinazzjoni possibbli tal-allokazzjoni tal-kapaċitajiet tal-infrastruttura ferrovjarja u tal-allokazzjoni tal-kapaċitajiet tat-terminals strateġiċi, stabbiliti fl-Artikolu 9. |
6. L-amministraturi tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija u l-grupp ta’ ħidma stabbilit fl-Artikolu 4(5), għandhom jistabbilixxu proċeduri biex jassiguraw l-aħjar koordinazzjoni possibbli tal-allokazzjoni tal-kapaċitajiet b’konformità ma' dan l-Artikolu, billi jqisu l-aċċess għat-terminals strateġiċi, stabbiliti fl-Artikolu 9. |
Ġustifikazzjoni | |
L-artikolu ġie mmodifikat biex jikkjarifika li l-uniku traffiku internazzjonali milqut huwa dak li jterraq ċerta distanza biss. | |
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 6 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6a. L-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jinkludu fil-kondizzjonijiet tagħhom tal-użu, ħlas għall-passaġġi li jkunu ġew allokati imma mbagħad ma jintużawx. L-ammont ta' dan il-ħlas għandu jkun xieraq, dissważiv u effettiv. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-passaġġi ferrovjarji huma skarsi, u huwa siewi b'mod daqsinsew għas-servizzi ta' interess ġenerali (bħalma huwa t-trasport ferrovjarju tas-servizz pubbliku) li l- passaġġi jkunu allokati bl-aħjar mod. Għalhekk hu important li jiġi żgurat li l-passaġġi rikjesti jintużaw kif suppost. Il-penali trid tkun b'mod li tipprevjeni l-passaġġi ferrovjarji milli jsiru aktar skarsi 'artifiċjalment' u b'hekk jiġi evitat it-telfien ta' attrazzjoni tal-ferrovija bħala mod ta' trasport. | |
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
B’deroga mill-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2001/14/KE, applikanti oħra minbarra l-impriżi ferrovjarji u l-gruppi internazzjonali li dawn jikkostitwixxu jistgħu jitolbu passaġġi għat-trasport tal-merkanzija meta dawn tal-aħħar jikkonċernaw sezzjoni waħda jew aktar tal-kuritur għall-merkanzija. |
Minkejja l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2001/14/KE, applikanti oħra minbarra l-impriżi ferrovjarji u l-gruppi internazzjonali li dawn jikkostitwixxu jistgħu jitolbu passaġġi għat-trasport tal-merkanzija meta dawn tal-aħħar jikkonċernaw bosta sezzjonijiet tal-kuritur għall-merkanzija. |
Ġustifikazzjoni | |
dan l-artikolu dwar l-applikant awtorizzat għandu jkun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/14/KE. L-Artikolu 16 ta' din id-Direttiva jippermetti li l-Istati Membri jawtorizzaw applikanti sabiex japplikaw għal kapaċità ta' infrasturutura fit-territorji tagħhom. Din id-dispożizzjoni għandha tippermetti li l-applikanti awtorizzati jitqiesu bħala kandidati fil-livell internazzjonali. | |
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-amministraturi tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw ir-regoli ta’ prijorità bejn it-tipi differenti ta’ traffiku f’każ ta’ tfixkil fiċ-ċirkolazzjoni tul il-kuritur għall-merkanzija fid-dokument ta’ referenza tan-netwerk stabbilit fl-Artikolu 3 u fl-Anness I tad-Direttiva 2001/14/KE. |
1. Wara proposta mill-korp ta' governanza tal-kuritur għall-merkanzija kif ukoll filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji u l-pjanijiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-amministraturi tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw ir-regoli ta’ prijorità bejn it-tipi differenti ta’ passaġġi ferrovjarji, b’mod partikolari dwar il-passaġġi ferrovjarji allokati għal ferroviji li jaslu tard, f’każ ta’ tfixkil fiċ-ċirkolazzjoni għal kull parti tal-kuritur għall-merkanzija fid-dokument ta’ referenza tan-netwerk stabbilit fl-Artikolu 3 u fl-Anness I tad-Direttiva 2001/14/KE. |
Ġustifikazzjoni | |
L-amministratturi tal-infrastruttura għandhom jiddeterminaw, kemm jista' jkun possibbli b'mod koordinat, ir-regoli ta' prijorità applikabbli għan-netwerks tagħhom. Kwalunkwe definizzjoni fil-livell Ewropew għandha tiġi evitata għaliex il-livell operazzjonali responsabbli għall-infrastruttura huwa l-aktar livell adattat biex iqis il-ħtiġijiet tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija. | |
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Ir-regoli ta’ prijorità stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jipprevedu ta’ mill-inqas li l-passaġġ allokat lil ferrovija tal-merkanzija prijoritarja li tissosidfa d-dispożizzjonijiet inizjali tal-passaġġ tagħha ma jistax jiġi allokat lil ferrovija oħra u lanqas jiġi mibdul ħlief jekk dak li kellu l-passaġġ fil-bidu jagħti l-approvazzjoni tiegħu biex jerġa’ jiġi allokat lil ferrovija oħra jew jiġi mibdul. |
2. Ir-regoli ta’ prijorità stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jipprevedu ta’ mill-inqas li l-passaġġ allokat lil ferrovija tal-merkanzija ffaċilitata li tissodisfa d-dispożizzjonijiet inizjali tal-passaġġ tagħha għandu jkun irrispettat kemm jista’ jkun jew għall-inqas inaqqas id-dewmien totali filwaqt li jiffoka fuq id-dewmien tal-ferroviji tal-merkanzija ffaċilitati. Il-korp ta' governanza, flimkien mal-applikanti, għandu jiżviluppa u jippubblika: |
|
a) prinċipji tar-regolamentazzjoni ferrovjarji li għandhom jiżguraw li l-ferroviji tal-merkanzija ffaċilitati jieħdu l-aħjar trattament possibbli f'dak li għandu x'jaqsam mal-allokazzjoni tal-kapaċità mnaqqsa; |
|
b) pjanijiet ta' kontinġenza fil-każ ta' tfixkil fil-kuritur, li jkunu bbażati fuq dawn il-prinċipji. |
Ġustifikazzjoni | |
F'każ ta' tfixkil, l-amministratturi tal-infrastruttura għandhom jagħtu prijorità lill-ferroviji b'"merkanzija prijoritarja." B'danakollu, għandu jkollhom biżżejjed flessibilità li jkunu kapaċi jimminimizzaw id-dewmien globali u l-libertà tal-għażla ta' soluzzjonijiet prammatiċi. L-elaborazzjoni u l-pubblikazzjoni tal-prinċipji tar-regolamentazzjoni ferrovjarji u l-pjanijiet ta' kontinġenza f'każ ta' tfixkil joffru linji gwida utli għall-amministraturi tal-infrastrutturi, filwaqt li jiżguraw kjarezza u trasparenza għall-applikanti. | |
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-amministraturi tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija għandhom jassiguraw il-koerenza bejn is-sistemi użati biex titjieb il-prestazzjoni kurrenti tul il-kuritur għall-merkanzija, kif inhu ddefinit fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/14/KE. |
1. L-amministraturi tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija għandhom jassiguraw il-koerenza bejn is-sistemi użati biex titjieb il-prestazzjoni kurrenti tul il-kuritur għall-merkanzija, kif inhu ddefinit fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/14/KE. Din il-koerenza għandha tkun ikkontrollata mill-korpi regolatorji, li għandhom jikkooperaw f'dan il-kontroll b’konformità mal-Artikolu 17(1). |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex tiġi ggarantita l-koerenza sħiħa tal-iskemi tal-prestazzjoni, il-kooperazzjoni tal-amministarturi tal-infrastruttura meħtieġa biex tiżguraha għandha tkun taħt il-kontroll tal-korpi regolatorji li huma responsabbli mill-kurituri tal-merkanzija. Il-kontroll għandu jsir b'mod kooperattiv kif definit fl-Artikolu 17(1). | |
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Sabiex tiġi kkalkolata l-kwalità tas-servizz u l-kapaċità tas-servizzi internazzjonali u nazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija tul il-kuritur għall-merkanzija, il-korp ta’ governanza għandu jiddefinixxi l-indikaturi tal-prestazzjoni fil-kuritur għall-merkanzija u jippubblikahom mill-inqas darba fis-sena. |
2. Sabiex tiġi kkalkolata l-kwalità tas-servizz u l-kapaċità tas-servizzi internazzjonali u nazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija tul il-kuritur għall-merkanzija, il-korp ta’ governanza għandu jikkonsulta l-applikanti li x'aktarx ikunu se jużaw il-kurituri u l-klijenti tas-servizzi tal-merkanzija ferrovjarja dwar l-indikaturi tal-prestazzjoni fil-kuritur għall-merkanzija. Wara din il-konsultazzjoni, il-korp tal-governanza għandu jiddefinihom u jippubblikahom mill-anqas darba fis-sena. |
Ġustifikazzjoni | |
L-indikaturi ta’ prestazzjoni huma utli biex tittejjeb il-kwalità tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju fil-livell Ewropew. Madankollu, definizzjoni bħal din għandha ssir skont il-ħtiġijiet tal-fornituri tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija u tal-konsumaturi tagħhom, sabiex ikun hemm qbil dwar l-indikaturi użati mill-partijiet interessati kollha. | |
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Ir-regoli ta’ applikazzjoni li jikkonċernaw dawn l-indikaturi għandhom jiġu adottati, jekk ikun il-każ, skont il-proċedura ta’ regolamentarja stabbilita fl-Artikolu 18(3). |
imħassar |
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-korpi ta’ kontroll stabbiliti fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14/KE li huma kompetenti għall-kuritur għall-merkanzija għandhom jikkooperaw biex jissorveljaw l-attivitajiet internazzjonali tal-amministraturi tal-infrastruttura u tal-applikanti tul il-kuritur għall-merkanzija. Huma għandhom jikkonsultaw lil xulxin u jagħtu informazzjoni lil xulxin. Huma għandhom jitolbu, jekk ikun il-każ, l-informazzjoni meħtieġa mingħand l-amministraturi tal-infrastruttura tal-Istat Membru li għalih ikunu kompetenti. |
1. Il-korpi ta’ kontroll stabbiliti fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14/KE li huma kompetenti għall-kuritur għall-merkanzija għandhom jikkooperaw biex jissorveljaw l-attivitajiet internazzjonali tal-amministraturi tal-infrastruttura u tal-applikanti tul il-kuritur għall-merkanzija. Huma għandhom jikkonsultaw lil xulxin u jagħtu informazzjoni lil xulxin. Huma għandhom jitolbu, jekk ikun il-każ, l-informazzjoni meħtieġa mingħand l-amministraturi tal-infrastruttura tal-Istat Membru li għalih ikunu kompetenti. L-amministraturi tal-infrastruttura u l-partijiet terzi l-oħrajn involuti fl-allokazzjoni tal-kapaċità internazzjonali huma obbligati jagħtu lill-korpi regolatorji kkonċernati, mingħajr dewmien, l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-passaġġi ferrovjarji u l-kapaċità internazzjonali li huma responsabbli għalihom. |
Ġustifikazzjoni | |
Fil-preżent, il-korpi regolatorji għandhom diffikultajiet biex jiksbu tagħrif tajjeb mill-amministraturi tal-infrastruttura. Huwa importanti li jiġu żgurati l-aċċess tajjeb għat-tagħrif u t-trasparenza. | |
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. F’każ li jkun hemm ilment minn xi applikant dwar is-servizzi internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, jew fil-qafas ta’ investigazzjoni ex-officio, il-korp ta’ kontroll ikkonċernat għandu jikkonsulta lill-korp ta’ kontroll ta’ Stat Membru ieħor li jkollu l-kuritur għall-merkanzija għaddej mit-territorju tiegħu u jitlobu l-informazzjoni meħtieġa qabel ma jieħu d-deċizjoni tiegħu. Il-korpi ta’ kontroll l-oħra għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha li huma stess għandhom id-dritt jitolbu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Jekk ikun il-każ, il-korp ta’ kontroll li jkun irċieva l-ilment jew li jkun beda l-investigazzjoni ex-officio għandu jittrasferixxi l-każ lill-korp ta’ kontroll kompetenti sabiex jieħu l-miżuri relatati mal-partijiet ikkonċernati. |
2. F’każ li jkun hemm ilment minn xi applikant dwar is-servizzi internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, jew fil-qafas ta’ investigazzjoni ex-officio, il-korp ta’ kontroll ikkonċernat għandu jikkonsulta lill-korp ta’ kontroll ta’ Stat Membru ieħor li jkollu l-kuritur għall-merkanzija għaddej mit-territorju tiegħu u jitolbu l-informazzjoni meħtieġa qabel ma jieħu d-deċizjoni tiegħu. Il-korpi ta’ kontroll l-oħra għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha li huma stess għandhom id-dritt jitolbu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Jekk ikun il-każ, il-korp ta’ kontroll li jkun irċieva l-ilment jew li jkun beda l-investigazzjoni ex-officio għandu jittrasferixxi l-każ lill-korp ta’ kontroll kompetenti sabiex jieħu l-miżuri relatati mal-partijiet ikkonċernati b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30(5) u (6) tad-Direttiva 2001/14/KE. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proċedura biex tirreferi l-kwistjonijiet lill-korpi ta' kontroll għandha tkun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet eżistenti tad-Direttiva 2001/14/KE. | |
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 19 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jikkooperaw fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Huma għandhom jagħtu informazzjoni lil xulxin dwar il-prattiki tajbin tagħhom sabiex jikkoordinawhom fil-Komunità kollha. Il-Kummissjoni għandha tgħinhom f’dan ix-xogħol. Għal dan il-għan, hija għandha twaqqaf u tippresjedi grupp ta’ ħidma tal-amministraturi tal-infrastruttura. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Dan l-artikolu huma żejjed u joħloq burokrazija żejda għaliex il-koordinazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-amministraturi tal-infrastruttura huwa ovvju u m’hemmx bżonn li tindaħal il-Kummissjoni. | |
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 23 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Jekk, f’każ ta’ reviżjoni tal-linji gwida tat-TEN-T, skont it-termini tal-Artikolu 18(3) tad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE, il-Kummissjoni tikkonkludi li jkun xieraq jekk jiġi adattat dan ir-Regolament għal dawn il-linji gwida, hija għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta bl-għan li temenda dan ir-Regolament kif imiss. |
Jekk, f’każ ta’ reviżjoni tal-linji gwida tat-TEN-T, skont it-termini tal-Artikolu 18(3) tad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE, il-Kummissjoni tikkonkludi li jkun xieraq jekk jiġi adattat dan ir-Regolament għal dawn il-linji gwida, hija għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta bl-għan li temenda dan ir-Regolament kif imiss. Bl-istess mod, ċerti deċiżjonijiet meħudin skont dan ir-Regolament jistgħu jwasslu għall-ħtieġa ta' reviżjoni tal-linjigwida tat-TEN-T. |
Emenda 70 Proposta għal regolament Anness – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
b) il-kuritur għall-merkanzija jagħmel parti mit-TEN-T; |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
It-TEN-T bħala kriterji msemmijin fl-anness huma żejda, għax ġa huma karatteristika tas-selezzjoni tal-kurituri msemmijin fl-Artikolu 3. |
NOTA SPJEGATTIVA
Is-sehem tal-ferroviji fit-trasport tal-merkanzija fl-Ewropa qed jonqos
Il-politiki Ewropej fil-qasam tat-trasport kienu karatterizzati tul dawn l-aħħar għaxar snin minn liberalizzazzjoni dejjem akbar. Pass pass ma' dan, it-trasport kiber b'mod kostanti, speċjalment fis-settur tal-merkanzija. Bejn l-2000 u l-2020 hija mistennija żieda ta' 50% fil-volum tat-traffiku tal-merkanzija f'tkm (f’termini ta’ eluf ta’ kilometri) fl-UE-25. F'dan il-kuntest, minkejja r-rikonoxximent tal-irwol kruċjali tat-trasport ferrovjarju fil-qafas tat-trasport Ewropew mill-Kummissjoni fil-White Paper li ppubblikat fl-2001 "Il-Politika Ewropea għall-2010: Żmien ta' deċiżjoni", is-sehem tas-suq ferrovjarju fit-trasport tal-merkanzija naqas kontinwament; fl-2005 kien jirrappreżenta biss 10% tas-sehem tas-suq tat-trasport tal-merkanzija meta mqabbel mal-20% fis-sebgħinijiet.
Dawn id-diffikulatjiet jistgħu jiġu spjegati fil-kuntest tal-bidliet li s-settur tat-trasport ra tul dawn l-aħħar għaxar snin. Ġew introdotti tliet Pakketti Ferrovjarji li fetħu s-swieq nazzjonali u seddqu l-kompetizzjoni u l-effiċjenza tat-trasport. Imma din il-liberalizzazzjoni ma kellhiex appoġġ biżżejjed minn armonizzazzjoni u sinerġiji fost is-sistemi ferrovjarji nazzjonali, minkejja li kien hemm ċerti inizjattivi fil-qasam tal-interoperabilità u l-amministrazzjoni integrata tal-infrastruttura ferrovjarja, bħal pereżempju l-iżvilupp tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS).
Is-suq tat-trasport ferrovjarju issa jrid jiffaċċja l-isfida tat-titjib fil-kwalità tas-servizz tiegħu. Fl-2007, skont statistika ppubblikata fuq is-sit tal-internet tal-UIRR (International Union of Combined Road-Rail ), 60% biss tal-ferroviji tal-merkanzija waslu fil-ħin. Fl-istess sena, kważi 20% tal-ferroviji tal-merkanzija waslu aktar minn 3 sigħat tard u 8% aktar minn 24 siegħa tard. B'riżultat ta' dan, dan in-nuqqas ta' regolarità jfixkel il-kompetizzjoni li l-ferroviji għandhom ma' modi oħra ta' trasport fil-qasam tat-trasport tal-merkanzija.
Fost ir-raġunijiet varji li huma l-kawża ta' dan in-nuqqas fil-kwalità, il-Kummissjoni Ewropea reċentement ikkonċentrat l-analiżi tagħha fuq it-tqassim insuffiċjenti tar-riżorsi tal-infrastruttura ferrovjarja favur il-merkanzija. Għalhekk, il-Kummissjoni dawn l-aħħar snin ippromwoviet l-idea li tingħata aktar prijorità għat-trasport tal-merkanzija, pereżempju permezz tal-Komunikazzjoni "Lejn netwerk ferrovjarju li jagħti prijorità lit-trasport tal-merkanzija" (COM(2007)0608), li dwarha l-Parlament adotta Riżoluzzjoni fl-4 ta' Settembru 2008. Wara din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni issa qed tipproponi li jinħoloq netwerk kompetittiv tal-ferroviji għat-trasport kompetittiv tat-trasport ta' merkanzija.
Il-ħolqien ta' kurituri Ewropej għat-trasport tal-merkanzija
L-iskop tal-proposta tal-Kummissjoni huwa li torganizza u tiddetermina r-regoli għall-kurituri ferrovjarji tat-trasport tal-merkanzija, b'mod speċjali rigward l-għażla u l-amministrazzjoni tagħhom. Hija tippromwovi wkoll il-ġestjoni armonizzata bejn l-amministraturi tal-infrastruttura rigward l-allokazzjoni ta' passaġġi, il-ġestjoni tat-traffiku u l-investiment tul dan il-kuritur.
Il-Kapitlu 2 tal-Proposta fil-qosor jista' jingħad li hu l-kapitlu li jfassal il-kurituri tat-trasport tal-merkanzija, filwaqt li jippreżenta l-kriterji għall-għażla tal-kurituri għat-trasport tal-merkanzija mill-Istati Membri u jiddefinixxi l-korpi ta' governanza tagħhom. Tal-anqas żewġ Stati Membri se jingħaqdu ma' xulxin u l-kuritur se jkun parti mit-TEN-T. Dawn il-kurituri se jkollhom l-iskop li jippermettu żvilupp sinifikanti tat-traffiku ta' merkanzija bil-ferrovija fuq il-bażi ta' analiżi soċjoekonomika. Pjan ta' implimentazzjoni għandu jiġi approvat mill-korp ta' governanza.
Il-Kapitlu 3 jsemmi l-elementi prinċipali li jirrigwardaw l-investiment fil-kurituri ta' trasport tal-merkanzija, b'mod partikulari pjanijiet ta' investiment għall-infrastruttura. Xogħol qawwi ta' manutenzjoni jrid jiġi kkoordinat u terminals strateġiċi jkunu suġġetti għal strateġija għall-iżvilupp.
Il-Kapitlu 4 fih regoli u strumenti rigward il-ġestjoni tal-kuritur tat-trasport ta' merkanzija, bħall-ħolqien ta' "one stop shop" għal talbiet għal passaġġi ferrovjarji. Kategorija speċifika msejħa "trasport ta' merkanzija bi prijorità" għal prodotti fejn iż-żmien huwa importanti, tiġi definita mill-korp ta' governanza fuq il-bażi ta' kriterji definiti fil-komitoloġija. Regoli għall-ġestjoni tat-traffiku, speċjalment regoli rigward prijorità għat-"trasport ta' merkanzija bi prijorità" fil-każ ta' tfixkil tat-traffiku, jiġu mfassla u ppubblikati mill-amministraturi tal-infrastruttura.
L-opinjoni tar-rapporteur dwar il-proposta
Ir-rapporteur jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni għandha l-għan li ttejjeb is-sitwazzjoni fis-settur tat-trasport tal-merkanzija bil-ferroviji u jaqbel ma' bosta elementi tal-analiżi tagħha. Imma r-rapporteur għandu madankollu ċerti dubji dwar jekk ċerti miżuri tal-proposta leġiżlattiva humiex soluzzjoni adegwata għal ċerti problemi tas-settur tat-trasport ta' merkanzija ferrovjarja. Azzjonijiet politiċi tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni huma wkoll meħtieġa sabiex ikun hemm koordinazzjoni aħjar tal-investimenti fl-infrastruttura ferrovjarja. Barra minn hekk, jeħtieġu investimenti finanzjarji sabiex tiżdied il-kapaċità ġenerali tal-ferroviji u dawn jistgħu jinkisbu biss permezz ta' impenji tal-Istati Membri.
Lura għall-proposta leġiżlattiva magħmula mill-Kummissjoni: ir-rapporteur huwa tal-fehma, minkejja dan, li r-raġunijiet prinċipali għall-introduzzjoni tal-kurituri tat-trasport ferrovjarju - li huma s-sinkronizzazzjoni aħjar tal-investimenti tul il-kurituri u t-titjib fil-koperazzjoni transkonfinali mingħajr armonizzazzjoni tal-istrutturi ġestjonarji - huma ġustifkati u adatti għall-ħtiġijiet tas-settur tat-trasport ferrovjarju.
Barra minn hekk, ir-rapporteur jixtieq jevita kwalunkwe nuqqas ta' ftehim li jista' joħroġ mit-test tal-Kummissjoni. Għalhekk l-għażla tal-kliem tal-proposta jeħtieġ li tkun aktar speċifika għaliex toħloq għadd ta' interpretazzjonijiet varji, speċjalment dwar l-impatti negattivi potenzjali fuq is-settur ferrovjarju.
Rigward id-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-regoli prijoritarji, dawn m'għandhomx jiġu interpretati bħala li għandhom l-iskop li jnaqqsu drammatikament il-flessifibilità tal-ġestjoni tat-traffiku mill-operaturi fuq in-netwerk ferrovjarju kollu. Għall-kuntrarju, dawn ir-regoli għandhom l-iskop - mill-aspett tal-effiċjenza tan-netwerk kollu ferrovjarju - li jinstab bilanċ aħjar bejn ferroviji tal-merkanzija u dawk tal-passiġġieri dwar dawn il-kurituri speċifiċi. Għalhekk, ferroviji tal-merkanzija ma jkollhomx prijorità assoluta fuq il-ferroviji l-oħrajn kollha, inklużi ferroviji tal-passiġġieri. Għal dawn ir-raġunijiet, jeħtieġ li jkun hemm konċiljazzjoni bejn il-ħtieġa ta' regoli bi flessibilità garantita tal-ġestjoni tas-sistema ferrovjarja sabiex jiġi limitat l-impatt potenzjali fuq it-traffiku tal-passiġġieri, sabiex jiġu evitati konflitti eventwali bejn it-tipi differenti ta' traffiku u sabiex tittejjeb il-kontinwità tat-traffiku tal-merkanzija. Id-definizzjoni ta' dawn ir-regoli fil-livell l-aktar adattat hija kruċjali sabiex ikun garantit is-suċċess ta' dawn il-kurituri. Dawn ir-regoli jkun aħjar jekk jiġu definiti mill-amministratturi tal-infrastruttura - u ftit li xejn fil-livell Ewropew - sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet tas-suq għal kull kuritur fis-settur tat-trasport tal-merkanzija.
Dan ir-Regolament ma jipproponix li tidħol firda bejn netwerks ferrovjarji, imma li jiġu stabbiliti regoli li jsolvu l-problema ta' allokazzjoni adegwata ta' slotts għat-trasport ta' merkanzija internazzjonali. Dawn ir-regoli jeħtieġ li jkunu aktar trasparenti, speċjalment għall-klijenti tal-amministraturi tal-infrastruttura dwar l-allokazzjoni ta' passaġġi ferrovjarji u l-ġestjoni ta' tfixkil tat-traffiku li jolqot trasport ferrovjarju ta' merkanzija.
Fl-aħħarnett, dwar ir-referenza magħmula għan-netwerk tat-TEN-T, ir-rappporteur iqis li din ir-referenza hija xierqa għaliex in-netwerk TEN-T għandu sinifikat importanti fl-Ewropa kollha. Imma din ir-rabta mal-kurituri tat-trasport tal-merkanzija għandha tkun speċifikata aħjar. Għalhekk, għalkemm ir-rapporteur jaqbel mal-idea li l-kurituri tat-trasport ta' merkanzija jistgħu jkunu jagħmlu parti min-netwerk TEN-T, dawn m'għandhomx ikunu definiti biss abbażi ta' dan. Il-kurituri tal-ERTMS jew rotot oħra importanti tat-trasport tal-merkanzija jistgħu jkunu elementi oħra tal-kostituzzjoni tal-kurituri ferrovjarji.
Kelma tal-aħħar: ir-rapporteur jixtieq jikkonkludi billi jsemmi li din il-leġiżlazzjoni għandha tkun imfassla b'mod li żżid l-effiċjenza tan-netwerk ferrovjarju kollu għall-utenti kollha. Barra minn hekk, l-iskop għandu jkun li t-tipi kollha ta' utenti jkollhom sehem aħjar mill-kapaċità, filwaqt li jinżamm funzjonament flessibbli tas-sistema ferrovjarja għall-operaturi.
PROĊEDURA
Titolu |
Netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiv |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0852 – C6-0509/2008 – 2008/0247(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
11.12.2008 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 13.1.2009 |
|||||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Petr Duchoň 5.1.2009 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
17.2.2009 |
30.3.2009 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
31.3.2009 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
32 1 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Gabriele Albertini, Inés Ayala Sender, Paolo Costa, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Brigitte Fouré, Mathieu Grosch, Georg Jarzembowski, Stanisław Jałowiecki, Timothy Kirkhope, Sepp Kusstatscher, Jörg Leichtfried, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Erik Meijer, Seán Ó Neachtain, Reinhard Rack, Ulrike Rodust, Gilles Savary, Brian Simpson, Renate Sommer, Dirk Sterckx, Ulrich Stockmann, Michel Teychenné, Yannick Vaugrenard, Armando Veneto, Roberts Zīle |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Anne E. Jensen |
|||||||
Data tat-tressiq |
2.4.2009 |
|||||||