Proċedura : 2008/0263(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0226/2009

Testi mressqa :

A6-0226/2009

Dibattiti :

PV 22/04/2009 - 19
CRE 22/04/2009 - 19

Votazzjonijiet :

PV 23/04/2009 - 8.9
CRE 23/04/2009 - 8.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2009)0283

RAPPORT     ***I
PDF 241kWORD 431k
31.3.2009
PE 418.288v02-00 A6-0226/2009

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-varar ta' Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport

(COM(2008)0887 – C6‑0512/2008 – 2008/0263(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Anne E. Jensen

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-varar ta' Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport

(COM(2008)0887 – C6‑0512/2008 – 2008/0263(COD))

(Proċedura ta’ kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0887),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0512/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0226/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 2 a (ġdida)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Is-Sistemi Intelliġenti ta' Trasport (SIT) hija sistema ta' applikazzjonijiet avvanzati li, mingħajr ma jinkorporaw l-informazzjoni nnifisha, għandhom l-għan li jagħtu servizzi innovattivi dwar il-modi ta' trasport u l-ġestjoni tat-traffiku u jippermettu lid-diversi utenti li jkunu mgħarrfa aħjar u li jagħmlu użu aktar sikur, aktar koordinat u aktar intelliġenti min-netwerks tat-trasport.

Ġustifikazzjoni

Is-SIT hija sistema ta' applikazzjonijiet avvanzati li jużaw Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICTs) għat-trasport u jipprovdu servizzi innovattivi dwar il-modi ta' trasport u l-ġestjoni tat-traffiku għall-utenti varji, bħal ma huma vjaġġaturi, utenti u operaturi tal-infrastruttura tat-trasport tat-triq, amministraturi tal-flotot u operaturi tas-servizzi ta' emerġenza. Dawn l-applikazzjonijiet avvanzati, filwaqt li jippermettu li l-vjaġġaturi jkunu infurmati aħjar u jagħmlu użu aktar sikur, aktar koordinat u aktar intelliġenti min-netwerks tat-trasport, la jsiru intelliġenti u lanqas jgħaddu din l-intelliġenza billi l-intelliġenza hija karatteristika umana.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 3 a (ġdida)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Bosta applikazzjonijiet avvanzati u mekkaniżmi Komunitarji ġew żviluppati għal modi differenti ta' trasport, bħat-trasport ferrovjarju (ERTMS u TAF-TSI), it-trasport fuq il-baħar miftuħ u fil-kanali interni (LRITS, SafeSeaNet, VTMIS, RIS), it-trasport bl-ajru (SESAR) u t-trasport fuq l-art, pereżempju, it-trasport tal-bhejjem.

Ġustifikazzjoni

L-emenda għandha l-għan li tiddeskrivi fil-qosor il-bosta applikazzjonijiet li ġew żviluppati jew imdaħħla għall-modi differenti ta' trasport – ERTMS u TAF-TSI għat-trasport ferrovjarju, LRTIS, SafeSeaNet u VTMIS għat-trasport marittimu, ir-River Information System (RIS) għat-trasport fuq il-kanali interni u SESAR għat-trasport bl-ajru, u sabiex jiġi enfasizzat li m'hemm l-ebda qafas Komunitarju koerenti simili għat-trasport fuq it-toroq.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 7 a (ġdida)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Vetturi li jitħaddmu l-aktar għall-interess storiku tagħhom u li oriġinarjament ġew reġistrati u/jew approvati bħala tip u/jew tqiegħdu fis-servizz qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u tal-miżuri implimentattivi tagħha, m'għandhomx jiġu effettwati mir-regoli u l-proċeduri stabbiliti f'din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

It-twaħħil tas-SIT fuq ħafna vetturi storiċi jkun impossibbli fil-prattika u teknikament. Għalhekk, dawn il-vetturi għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 8 a (ġdida)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Jeħtieġ li fil-futur tkun żgurata l-interoperabilità tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi pprovduti mill-varar tas-SIT u li, fejn meħtieġ, ikunu retrokompatibbli mal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li tkun żgurata l-interoperabilità tas-SIT fl-UE, kif ir-retrokompatibilità mal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT, li huwa ta' importanza kbira għall-varar koerenti u effettiv tas-SIT.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Għall-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT li jeħtieġu garanziji ta' ħin u pożizzjonament preċiżi, għandhom jintużaw infrastrutturi li jiddipendu mis-satelliti jew kwalunkwe teknoloġija li tipprovdi livell ekwivalenti ta' preċiżjonijiet.

(12) Għall-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT li jeħtieġu garanziji ta' ħin u pożizzjonament preċiżi, għandhom jintużaw infrastrutturi li jiddependu mis-satelliti jew kwalunkwe teknoloġija li tipprovdi livell ekwivalenti ta' preċiżjonijiet, bħall-Komunikazzjoni ta' Distanza Qasira Dedikata (DSRC).

Ġustifikazzjoni

Id-dejta meħtieġa għall-applikazzjonijiet telematiċi sekondarji tista' tiġi ġġenerata bl-użu ta' teknoloġija eżistenti li tkun ġiet ippruvata maż-żmien, bħall-"Komunikazzjoni ta' Distanza Qasira Dedikata" (DSRC), li hija definita espressament bħala waħda mit-tliet teknoloġiji bażiċi fid-Direttiva 2004/52/KE dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta' ħlasijiet għall-użu tat-toroq. Id-DSRC m'għandhiex żvantaġġi jew limitazzjonijiet meta titqabbel mal-GPS/GNSS u tippermetti l-ġbir ta' dejta mqassma f'livelli li tirrifletti varjetà ta' fatturi, bħall-kategorija tal-emissjonijiet u d-daqs tal-vettura, l-għadd ta' mili li jkunu saru, il-ħin tal-ġurnata, eċċ. Dan madankollu għandu jiġi ċċarat.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – subparagrafu 1

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas għall-varar koordinat u l-użu tas-sistemi intelliġenti tat-trasport fi ħdan il-Komunità u l-iżvilupp tal-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa għal dak il-għan.

Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas għall-varar koordinat u koerenti u l-użu tas-sistemi intelliġenti tat-trasport, inklużi SIT interoperabbli, fi ħdan il-Komunità u l-iżvilupp tal-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa għal dak il-għan.

Ġustifikazzjoni

In-nuqqas ta' varar effettiv tas-SIT fl-UE mhux ġej biss min-nuqqas ta' żvilupp kkoordinat f'livell ta' UE, imma wkoll mill-metodu inkoerenti użat minn diversi parteċipanti fir-rigward tal-applikazzjonijiet tas-SIT. L-interoperabilità hi fundamentali sabiex ikun garantit l-użu effiċjenti tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi tas-SIT.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – subparagrafu 2

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandha tappplika għas-sistemi intelliġenti tat-trasport fil-qasam tat-trasport bit-triq u l-interkonnessjonijiet ma' modi oħra ta' trasport.

Għandha tappplika għas-sistemi intelliġenti tat-trasport kollha għall-vjaġġaturi, għall-vetturi u l-infrastruttura u l-interazzjoni tagħhom fil-qasam tat-trasport bit-triq, inkluż it-trasport urban, u l-interkonnessjonijiet ma' modi oħra ta' trasport.

Ġustifikazzjoni

Il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva għandu jiddefinixxi b'mod espliċitu li s-SIT ikopru lil dawk kollha li jużaw it-triq, il-vetturi u l-infrastruttura kif ukoll it-trasport fiz-zoni urbani.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – subparagrafu 2 a (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 4 għandha tkun bla ħsara għar-rekwiżiti tal-Istati Membri marbuta mal-ordni pubbliku u s-sigurtà pubblika.

Ġustifikazzjoni

Hu meħtieġ li jitneħħew mill-ambitu ta' din id-Direttiva r-rekwiżiti tal-Istati Membri marbuta mal-ordni pubbliku u s-sigurtà pubblika.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt a

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) "Sistemi Intelliġenti tat-Trasport (SIT)" tfisser sistemi, li jużaw teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, b'sostenn għat-trasport bit-triq (fosthom l-infrastruttura, il-vetturi u l-utenti) u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħra tat-trasport;

(a) "Sistemi Intelliġenti tat-Trasport (SIT)" tfisser sistemi li jużaw teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, b'sostenn għat-trasport bit-triq (fosthom l-infrastruttura, il-vetturi u l-utenti) u l-ġestjoni tat-traffiku u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħra tat-trasport, fosthom l-għoti ta' biljetti interoperabbli u multimodali;

Ġustifikazzjoni

Fid-definizzjoni tas-SITgħandu jkun hemm ukoll is-sistemi li jipprovdu l-ġestjoni tat-traffiku. Il-multimodalità għandha tgħin biex it-trasport isir aktar effiċjenti. Jekk tiġi applikata għall-għoti ta' biljetti, tista' tiggarantixxi l-kontinwità tas-servizzi.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt f

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) "utent tas-SIT" tfisser kwalunkwe utent tal-applikazzjonijiet jew is-servizzi tas-SIT fosthom il-vjaġġaturi, l-utenti u l-operaturi tat-trasport bit-triq, il-maniġers tal-flotot u l-operaturi tas-servizzi tal-emerġenza;

(f) "utent tas-SIT" tfisser kwalunkwe utent tal-applikazzjonijiet jew is-servizzi tas-SIT fosthom il-vjaġġaturi, utenti vulverabbli tat-triq, l-utenti u l-operaturi tat-trasport bit-triq, il-maniġers tal-flotot u l-operaturi tas-servizzi tal-emerġenza;

Ġustifikazzjoni

Hu essenzjali li jkunu inklużi l-utenti vulnerabbli tat-trasport fil-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt h a (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha) "utenti vulnerabbli tat-trasport" tfisser min jagħmel użu mit-triq mingħajr vettura bil-mutur, bħal pereżempju n-nies fit-triq, iċ-ċiklisti, kif ukoll is-sewwieqa tal-muturi u l-persuni b'diżabilità jew persuni b'mobilità limitata.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li tiddaħħal id-definizzjoni fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-utenti vulnerabbli tat-toroq.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt h a (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha) "il-livell minimu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT" tfisser il-livell bażiku tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT, li huma elementi indispensabbli tat-TEN-T;

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun definit il-livell minimu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT li jistgħu jiġu utilizzati, implimentati u mħaddma mill-Istati Membri kollha. Mingħajr din id-definizzjoni m'hemmx obbligi konkreti. Dawn l-applikazzjonijiet u s-servizzi jistgħu jiġu kofinanzjati mill-UE. Il-kjarifika tal-livell minimu tas-servizzi tas-SIT hija meħtieġa għall-Istati Membri u għall-partijiet interessati wkoll.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-varar koordinat u l-użu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT interoperabbli fi ħdan il-Komunità.

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-varar koordinat u l-użu effettiv tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT interoperabbli fi ħdan il-Komunità.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-varar koordinat u l-użu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT interoperabbli fi ħdan il-Komunità.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Fejn possibbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kompatibilità ma' apparat aktar qadim tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi tas-SIT fil-Komunità.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-interoperabilità tas-SIT li hi ta' importanza kbira għall-varar koerenti u effettiv tas-SIT. F'dan ir-rigward, il-kompatibilità ma' apparat ta' qabel tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi tas-SIT m'għandhiex tkun eskluża fejn hu possibbli fil-Komunità.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d a (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) jevitaw il-ħolqien ta' frammentazzjoni u ta' nuqqas ta' kontinwità ġeografika.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-finijiet tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT li jeħtieġu servizzi globali, kontinwi u garanziji ta' ħin u pożizzjonament preċiżi, għandhom jintużaw infrastrutturi li jiddipendu mis-satelliti jew kwalunkwe teknoloġija li tipprovdi livell ekwivalenti ta' preċiżjoni.

3. Għall-finijiet tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT li jeħtieġu servizzi globali, kontinwi u garanziji ta' ħin u pożizzjonament preċiżi, għandhom jintużaw infrastrutturi li jiddependu mis-satelliti jew kwalunkwe teknoloġija li tipprovdi livell ekwivalenti ta' preċiżjoni, bħad-DSRC.

Ġustifikazzjoni

Id-dejta meħtieġa għall-applikazzjonijiet telematiċi sekondarji tista' tiġi ġġenerata bl-użu ta' teknoloġija eżistenti li tkun ġiet ippruvata maż-żmien, bħall-"Komunikazzjoni ta' Distanza Qasira Dedikata" (DSRC), li hija definita espressament bħala waħda mit-tliet teknoloġiji bażiċi fid-Direttiva 2004/52/KE dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta' taxxi tat-toroq. Id-DSRC m'għandhiex żvantaġġi jew limitazzjonijiet meta titqabbel mal-GPS/GNSS u tippermetti l-ġbir ta' dejta mqassma li tirrifletti varjetà ta' fatturi, bħall-kategorija tal-emissjonijiet u d-daqs tal-vettura, l-għadd ta' mili li jkunu saru, il-ħin tal-ġurnata, eċċ. Madankollu, dan għandu jiġi ċċarat.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Meta jadottaw il-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2 l-Istati Membri għandhom iqisu l-prinċipji stipulati fl-Anness I

4. Meta jadottaw il-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2 l-Istati Membri għandhom jirrikjedu konformità mal-prinċipji stipulati fl-Anness I.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jirrikjedu l-konformità mal-prinċipji bażiċi stipulati (effettività, effiċjenza tan-nefqa, kontinwità ġeografika, interoperabilità, livell ta' maturità) biex ikunu evalwati l-bżonnijiet.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Istati Membri għandhom iqisu l-partikularitajiet morfoloġiċi ta' reġjuni li jkunu iżolati ġeografikament u l-bogħod li hemm biex jintlaħqu, u dan jikkostitwixxi eċċezzjoni, jekk ikun il-każ, għall-prinċipju tar-relazzjoni bejn in-nefqa u l-effiċjenza msemmi fl-Anness I;

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1, kliem introduttorju

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi speċifikazzjonijiet għall-varar u użu tas-SIT, partikolarment fl-oqsma ta' prijorità li ġejjin:

1. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi speċifikazzjonijiet għall-varar u użu tas-SIT fl-oqsma ta' prijorità li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

L-erba' oqsma ta' projorità, li jikkorrispondu għall-erba' azzjonijiet relevanti proposti mill-Kummissjoni fil-Pjan ta' Azzjoni għall-varar tas-SIT fl-Ewropa, fejn hi proposta sistema regolatorja permezz tal-adozzjoni tal-miżuri ta' implimentazzjoni skont il-Proċedura Regolatorja bi Skrutinju, għandhom ikunu limitati.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

 

(1a) Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-utilizzazzjoni tal-livell minimu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT, b'mod partikolari fl-oqsma li ġejjin:

 

(a) l-għoti ta' servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar f'ħin reali fl-UE kollha,

 

(b) id-dejta u l-proċeduri għall-għoti ta' servizzi ta' informazzjoni universali minimi dwar it-traffiku bla ħlas,

 

(c) l-introduzzjoni armonizzata tal-eCall fl-Ewropa kollha,

 

(d) miżuri xierqa dwar postijiet sikuri ta' parkeġġ għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali u dwar parkeġġ ikkontrollat b'mod telematiku u sistemi ta' riservazzjoni.

 

Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(2).

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 b (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa għall-utilizzazzjoni tas-SIT, lil hinn mil-livell minimu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT, fil-każ tal-kostruzzjoni jew il-manutenzjoni tat-TERN kofinanzjata mill-Komunità.

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li l-kostruzzjoni ġdida tat-TERN tkun 'intelliġenti' sa mill-bidu. Għandha titħejja evalwazzjoni tal-impatt marbuta mal-utilizzazzjoni meħtieġa tas-SIT.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-ispeċifikazzjonijiet għandhom jissejsu fuq il-prinċipji stipulati fl-Anness I u għandhom ikun fihom tal-anqas l-elementi prinċipali stipulati fl-Anness II.

2. L-ispeċifikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mal-prinċipji stipulati fl-Anness I u għandu jkun fihom tal-anqas l-elementi prinċipali stipulati fl-Anness II.

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipji stabbiliti fl-Anness I (effettività, effiċjenza tan-nefqa, kontinwità ġeografika, interoperabilità, livell ta' maturità) huma essenzjali għall-varar koerenti u effettiv tas-SIT fl-UE. Għalhekk il-Kummissjoni, meta tipproponi u meta tadotta l-ispeċifikazzjonijiet tas-SIT permezz tal-Proċedura Regolatorja bi Skrutinju, għandha tiżgura l-konformità ma' dawn il-prinċipji.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Sabiex jiġu garantiti l-interoperabilità u t-taqsim tal-passiv, il-Kummissjoni għandha tikkomplementa, fejn jinħtieġ, l-elementi ewlenin stipulati fl-Anness II, bi speċifikazzjonijiet dwar l-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-użu operattiv tas-servizzi tas-SIT u għandha tistipula l-kontenut tas-servizzi u tal-obbligi tal-fornituri tas-servizz.

Ġustifikazzjoni

The interoperability and liability issues are indentified as main (horizontal) obstacles for the ITS deployment. The amendment seeks to introduce provision for the adoption, where appropriate, additional specifications in order to address issues of interoperability and apportionment of liabilities for the planning, implementation and operational use of the ITS services. In particular, rules on the ITS service providers should be adopted in order to ensure data protection, safety and continuity of services provided. These measures should be adopted with the RPS and will enable the safe, seamless and efficient operation of ITS services in EU.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 b (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

 

 

 

2b. L-ispeċifikazzjonijiet għandhom jiddeterminaw ukoll il-kundizzjonijiet li fihom l-Istati Membri jistgħu, flimkien mal-Kummissjoni, jimponu regoli addizzjonali għall-forniment ta' dawn is-servizzi fit-territorju kollu tagħhom, jew f'parti minnu.

 

 

Ġustifikazzjoni

Minħabba n-natura tas-servizz mogħti u l-partikolaritajiet lokali, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu dwar regoli partikolari skond it-tifsira tal-Artikolu 3, pereżempju, dwar livell ta' kwalità minimu xieraq għall-kuntest. Dawn ir-regoli għandhom iqisu l-ħtiġijiet partikolari espressi mill-awtoritajiet lokali. L-implimentazzjoni ta' dawn ir-rekwiżiti titlob l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, li f'xi każijiet tkun teħtieġ li jiġu stabbiliti netwerks għall-iskambju tad-dejta.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 c (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c. Prinċipji addizzjonali u/jew elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjonijiet mhux previsti f'din id-Direttiva għandhom jiżdiedu mal-Anness I u/jew II, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat.

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipji dwar l-utilizzazzjoni tas-SIT kif imsemmija fl-Artikolu 3 u l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 fihom id-dispożizzjonijiet bażiċi ta' din id-Direttiva. Elementi oħra addizzjonali għandhom jiżdiedu mal-Annessi I u II skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat (proċedura ta' kodeċiżjoni).

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 c (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c. Il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni xierqa tal-impatt qabel l-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2a u 2b.

Ġustifikazzjoni

Qabel l-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni tal-impatt li jkun fiha analiżi komprensiva dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji għall-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fl-Artikolu 4. L-evalwazzjoni tal-impatt għandha tindirizza l-kwistjonijiet tal-ispejjeż ekonomiċi addizzjonali li għandhom jitħallsu mill-parteċipanti ekonomiċi, kif ukoll il-parametri marbuta maċ-ċiklu ekonomiku tas-SIT.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Għat-tagħmir tas-SIT u l-applikazzjonijiet tas-softwer imsemmija fil-paragrafu 1, l-ispeċifikazzjonijiet relevanti dwar ir-responsabilità għandhom ikunu komunikati lill-entitajiet nazzjonali responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip għat-tagħmir tas-SIT u tal-applikazzjonijiet tas-softwer koperti minn din id-Direttiva.

 

Ġustifikazzjoni

Il-kwistjoni ta' responsabilitajiet tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi tas-SIT għandha tkun indirizzata minħabba li hi waħda mill-ostakli ewlenin biex ikunu varati s-SIT b'mod effettiv. Din id-dispożizzjoni għandha tkopri prinċipalment l-apparat nomadiku u t-tagħmir infrastrutturali.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni liema huma l-entitajiet nazzjonali responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip tat-tagħmir u s-softwer tal-applikazzjonijiet tas-SIT koperti b'din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni liema huma l-entitajiet nazzjonali responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip tat-tagħmir, inkluża ċ-ċertifikazzjoni tal-fornituri tal-applikazzjonijiet tas-softwer tas-SIT koperti b'din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċertifikazzjoni (l-approvazzjoni tat-tip) hija utli għat-tagħmir tat-trasport intelliġenti. Iżda minħabba li l-applikazzjonijiet tas-softwer min-natura tagħhom ikomplu jiżviluppaw, ikun iktar f'loku li ċ-ċertifikazzjoni tal-fornituri ssir mill-Istati Membri.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. It-tagħmir u s-softwer tas-SIT jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jidħlu fis-servizz biss jekk, meta jiġu installati u miżmuma kif jixraq u użati għall-iskop li huma maħsuba għalih, ma jqegħdux is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, kif ukoll tal-ambjent fil-periklu u, fejn ikun il-każ, il-proprjetà.

Ġustifikazzjoni

Meta t-tagħmir u s-softwer jitqiegħdu fis-suq għandu jkun żgurat li ma jipperikolawx is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni u l-ambjent, u fejn ikun il-każ, il-proprjetà. Dan hu rekwiżit ġenerali li japplika għal bosta setturi u prodotti tal-UE.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3 b (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. Irid ikun meqjus minn qabel li t-tagħmir u s-softwer tas-SIT jilħaq l-ispeċifikazzjonijiet adottati kif previsti fl-Artikolu 4, jekk jikkonformaw, fejn jeżistu, mal-istandards relevanti nazzjonali jew Ewropej f'konformità mad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistipula proċedura għall-għoti tal-informazzjoni fil-qasam tal-istandards tekniċi, kif ukoll ir-regolamenti u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni1;

 

1ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni ma tipprevedix b'mod espliċitu regoli għall-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-SIT u tal-istandards dwar is-SIT. Filwaqt li m'għandux ikun hemm limitu għall-adozzjoni ta' rekwiżiti bħal dawn permezz ta' din id-Direttiva, jeħtieġ li jkun hemm referenza għal proċeduri eżistenti li jippermettu li prodotti jew servizzi suppost li jkunu jilħqu l-istandards armonizzati adottati mill-korpi nazzjonali jew Ewropej għall-istandardizzazzjoni: il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec), l-Istitut Ewropew għall-Istandards fit-Telekomunikazzjoni (ETSI).

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 a (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Kumitat għall-istandards u r-regolamenti tekniċi

 

Fejn Stat Membru jew il-Kummissjoni jqisu li l-istandards imsemmija fl-Artikolu 5(3b) ma jilħqux għalkollox l-ispeċifikazzjonijiet adottati kif previst fl-Artikolu 4, l-Istat Membru konċernat jew il-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lill-Kumitat Permanenti mwaqqaf mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE, u jagħtu r-raġunijiet. Il-Kumitat għandu jagħti opinjoni b'urġenza.

 

Filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri dwar jekk dawk l-istandards għandhomx jitneħħew mill-komunikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

L-emenda għandha l-għan li ttejjeb l-istandardizzazzjoni tas-SIT u għandha tagħti l-possibilità li jintuża l-Kumitat Permanenti u l-proċedura msemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE, li tistipula proċedura biex tingħata informazzjoni fil-qasam tal-istandards tekniċi u r-regolamenti u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ipproċessar ta’ dejta personali fil-kuntest tat-tħaddim tas-SIT jitwettaq skont ir-regoli Komunitarji li jipproteġu l-libertajiet u d-drittijiet fundamentali tal-individwi, l-aktar id-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġbir, il-ħażna u l-ipproċessar ta’ dejta personali fil-kuntest tat-tħaddim tas-SIT jitwettaq skont ir-regoli Komunitarji li jipproteġu l-libertajiet u d-drittijiet fundamentali tal-individwi, l-aktar id-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE.

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li jkun hemm salvagwardji għall-privatezza tal-individwu u li tkun żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-KE dwar il-protezzjoni tad-dejta waqt li jkun żgurat it-tħaddim xieraq tal-applikazzjonijiet u tas servizzi tas-SIT.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Sabiex tkun żgurata l-privatezza, fejn jeħtieġ, għandu jkun inkoraġġit l-użu tad-dejta anonima meta tintuża applikazzjoni u/jew servizz tas-SIT:

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li jkun hemm salvagwardji għall-privatezza tal-individwu u li tkun żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-KE dwar il-protezzjoni tad-dejta waqt li jkun żgurat it-tħaddim xieraq tal-applikazzjonijiet u tas servizzi tas-SIT.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 b (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Id-dejta personali għandha tkun ipproċessata biss safejn meħtieġ biex tintuża applikazzjoni u/jew servizz tas-SIT.

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li jkun hemm salvagwardji għall-privatezza tal-individwu u li tkun żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-KE dwar il-protezzjoni tad-dejta filwaqt li jkun żgurat it-tħaddim xieraq tal-applikazzjonijiet u tas servizzi tas-SIT.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 c (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c. Meta jkunu involuti kategoriji speċjali ta’ dejta msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE, din id-dejta għandha tiġi pproċessata biss meta s-suġġett tad-dejta espliċitament jagħti l-kunsens tiegħu jew tagħha għall-ipproċessar ta’ dik id-dejta sakemm ikun mgħarraf bir-raġuni.

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li jkun hemm salvagwardji għall-privatezza tal-individwu u li tkun żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-KE dwar il-protezzjoni tad-dejta waqt li jkun żgurat it-tħaddim xieraq tal-applikazzjonijiet u tas servizzi tas-SIT.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Partikolarment, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta u r-reġistri tas-SIT jiġu protetti kontra l-abbuż, fosthom l-aċċess illegali, tibdil jew telf

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta u r-reġistri tas-SIT jiġu protetti kontra l-abbuż, fosthom l-aċċess mhux awtorizzat, tibdil jew telf u ma jistgħux jintużaw għal skopijiet oħra għajr dawk imsemmija fid-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tal-Kumitat issaħħaħ il-protezzjoni tad-dejta. Individwi li jużaw is-SIT (pereżempju "il-ġestituri ta' flotot" imsemmija fl-Artikolu 2(f)) bl-ebda mod ma jistgħu jużaw is-servizzi tas-SIT biex jikkontrollaw l-impjegati.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 7

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

imħassar

Proċedura ta' emenda

 

Il-Kummissjoni tista' temenda l-Anness sabiex jirrifletti l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tista' tadatta aktar l-Annessi għall-progress tekniku.

 

Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, fost l-oħrajn, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(2).

 

Ġustifikazzjoni

L-Annessi I u II, jiġifieri, il-prinċipji dwar l-utilizzazzjoni tas-SIT kif imsemmija fl-Artikolu 3 u l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 4, huma d-dispożizzjonijiet bażiċi ta' din id-Direttiva. Għalhekk, l-annessi m'għandhomx jiġu emendati bil-Komitoloġija bl-RPS u għandha tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat - il-proċedura ta' kodeċiżjoni.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 a (ġdid) paragrafu 1 (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

1. Il-Kummissjoni għandha tħejji programm ta' ħidma annwali fuq il-bażi tal-elementi ewlenin stipulati fl-Anness II għal din id-Direttiva, u l-ewwel darba għandha tkun mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ programm ta' ħidma sabiex jiddaħħlu fuq bażi annwali l-miżuri ta' implimentazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tas-SIT li għandhom ikunu adottati. B'hekk jista' jkun hemm rabta bejn l-elementi ewlenin tas-SIT u d-dati ta' skadenza biex jibdew jidhru r-riżultati. L-ewwel programm dwar l-elementi ewlenin għall-utilizzazzjoni tas-SIT għandu jkun adottat sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 a (ġdid) paragrafu 2 (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2. Il-Kummissjoni għandha tqis ir-riżultati tal-ħidma tal-kumitati stabbiliti f'konformità ma' atti Komunitarji oħra rigward l-oqsma differenti tas-SIT, fosthom il-Grupp Konsultattiv Ewropew dwar is-SIT imsemmi fl-Artikolu 9.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ obbligu ġenerali biex jitqiesu r-riżultati tal-ħidma tal-kumitati rilevanti stabbiliti fil-qafas ta' Direttivi, Regolamenti jew Deċiżjonijiet oħra tal-KE, pereżempju, dwar is-sistemi elettroniċi ta' taxxi tat-triq, dwar is-servizzi ta' informazzjoni armonizzati tax-xmajjar (RIS), dwar il-kanali interni, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur, jew dwar it-TEN-T, sabiex tkun iggarantita l-utilizzazzjoni koerenti u jinħolqu sinerġiji. F'dan ir-rigward, il-ħidma tal-grupp konsultattiv dwar is-SIT għandha tkun ta' gwida siewja biex isiru l-abbozzi tal-miżuri implimentattivi.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 a (ġdid) paragrafu 3 (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3. Il-Kummissjoni għandha, bil-koperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tiggarantixxi l-konsistenza u l-komplementarjetà ġenerali tal-utilizzazzjoni tas-SIT ma' politiki, programmi u azzjonijiet Komunitarji rilevanti oħra.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tiggarantixxi, bil-koperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, il-konsistenza u l-komplementarjetà tal-utilizzazzjoni tas-SIT ma' politiki u inizjattivi oħra tal-KE, biex b'hekk jittejbu s-sinerġiji u l-effikaċja tal-politiki tal-KE.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 a (ġdid) paragrafu 4 (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4. Il-Kummissjoni għandha tikkopera b'mod attiv mal-istrutturi tal-istandardizzazzjoni Ewropej u internazzjonali dwar id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Annessi I u II.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jkunu indirizzati l-kwistjonijiet marbuta mal-koperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tas-SIT u l-istandardizzazzjoni.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 a (ġdid) paragrafu 5 (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5. Il-Kummissjoni għandha taġixxi f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8(1a) għall-iskopijiet ta':

 

(a) l-adozzjoni u l-modifika tal-programmi ta' ħidma annwali;

 

(b) id-determinazzjoni tal-oqsma ta' prijorità għall-koperazzjoni internazzjonali.

 

Il-programm ta' ħidma annwali u l-oqsma ta' prijorità għall-koperazzjoni internazzjonali għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ddaħħal il-proċedura regolatorja għad-deċiżjonijiet marbuta mal-programm annwali u mal-oqsma ta' prijorità għall-koperazzjoni internazzjonali. Iż-żewġ deċiżjonijiet għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali sabiex tiġi garantita l-informazzjoni għall-partijiet kollha interessati u t-trasparenza fil-ħidma tal-utilizzazzjoni tas-SIT.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 a (ġdid) - paragrafu 6 (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

.

6. F'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8, il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, tadotta programm ta' ħidma b'għanijiet u dati ta' skadenza għall-implimentazzjoni tal-Anness II.

 

 

Ġustifikazzjoni

L-Anness II ma jniżżilx il-prijoritajiet f'ordni ta' preferenza u lanqas jagħti d-dati ta' skadenza għall-implimentazzjoni tagħhom. Għalhekk, il-Kummissjoni, flimkien mal-Kumitat tas-SIT, għandha tistipula l-għanijiet u d-dati ta' skadenza għall-implimentazzjoni. Il-programm ta' ħidma jista' jkollu bżonn xi tibdil fid-dawl, pereżempju, tal-iżviluppi teknoloġiċi u l-progress tal-ħidma. Dan ifisser li għandu jsir provvediment biex tkun tista' ssir reviżjoni tal-programm ta' ħidma minn żmien għal żmien.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

 

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ddaħħal ir-referenzi għad-Direttiva marbuta mal-proċedura regolatorja (Deċiżjoni 1999/468/KE) għad-deċiżjonijiet dwar il-programm annwali u l-oqsma ta' prijorità għall-koperazzjoni internazzjonali. Hu propost li l-perjodu tad-"droit de regard" ikun stabbilit għal tliet xhur.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-kummissjoni għandha tiżgura li r-rappreżentanti tal-Grupp Konsultattiv Ewropew tas-SIT huma kompetenti u li l-Grupp jinkludi rappreżentanza adegwata minn dawk is-setturi tal-industrija u minn dawk l-utenti affettwati minn miżuri li jistgħu jiġu proposti mill-Kummissjoni taħt din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha ssaħħaħ partiċipazzjoni adegwata tal-partijiet interessati tas-SIT fil-Grupp Konsultattiv Ewropew tas-SIT.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 b (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Il-Grupp Konsultattiv Ewropew tas-ITS għandu jiġi kkonsultat biex jagħti opinjoni teknika dwar l-abbozzar tal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva għandha tipprovdi lill-Grupp Konsultattiv Ewropew tas-SIT bil-possibilità li joħroġ opinjonijiet dwar l-abbozz tat-testi tal-ispeċifikazzjonijiet tal-Kummissjoni stipulati fl-Artikolu 4.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 c (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c. Ix-xogħol tal-Grupp Konsultattiv Ewropew tas-SIT għandu jsir b'mod trasparenti.

Ġustifikazzjoni

It-trasparenza u ċ-ċarezza għandhom jakkumpanjaw ix-xogħol tal-Grupp Konsulttativ tas-SIT.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta darbtejn fis-sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta darbtejn fis-sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, flimkien ma' analiżi dwar it-tħaddim tar-regoli stipulati fl-Annessi I u II, kif ukoll għandha tevalwa l-ħtieġa ta' emendar ta' din id-Direttiva.

 

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta darbtejn fis-sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'mod partikolari dwar is-sitwazzjoni rigward finanzjament u, jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta dwar il-bażi finanzjarja tal-implimentazzjoni tal-livell minimu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporti lill-PE u lill-Kunsill għandhom jinkludu b'mod espliċitu l-istat tal-implimentazzjoni tal-utilizzazzjoni tas-SIT, kif ukoll analiżi dwar it-tħaddim tar-regoli stipulati fl-Annessi I u II u l-evalwazzjoni tal-ħtieġa li tkun emendata din id-Direttiva. Dan jippermetti li l-monitoraġġ u l-identifikazzjoni tal-progress ewlieni jsiru aħjar u li jkun hemm kontroll fuq l-implimentazzjoni tal-għanijiet tad-Direttiva, kif ukoll il-possibilità li jitħejja intervent fuq il-bażi ta' evalwazzjoni tajba. Il-finanzjament tal-livell minimu tas-servizz tas-SIT huwa kwistjoni kruċjali. Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport regolari dwar din il-kwistjoni.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [12 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Il-perjodu ta' 24 xahar huwa twil wisq għall-perjodu tat-traspożizzjoni.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Anness I - punt a

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Effikaċja – il-kapaċità li tagħmel kontribut tanġibbli lejn is-soluzzjoni tal-isfidi prinċipali li jaffettwaw it-trasport bit-triq fl-Ewropa (pereżempju li titnaqqas il-konġestjoni, it-tnaqqis tal-emissjonjiet, it-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija, il-ksib ta' livelli ogħla ta' sikurezza u sigurtà);

(a) Effikaċja – il-kapaċità li tagħmel kontribut tanġibbli lejn is-soluzzjoni tal-isfidi prinċipali li jaffettwaw it-trasport bit-triq fl-Ewropa (pereżempju li titnaqqas il-konġestjoni, it-tnaqqis tal-emissjonjiet, it-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija, il-ksib ta' livelli ogħla ta' sikurezza u sigurtà, l-indirizzar tal-kwistjonijiet relatati mal-vulnerabilità tal-utenti tat-triq);

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li jiġu inklużi taħt l-evalwazzjoni tal-bżonnijiet, kwistjonijiet relatati mal-vulnerabilità tal-utenti tat-triq, inklużi persuni b'mobilità mnaqqsa.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Anness I - punt c

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Il-kontinwità ġeografika – il-kapaċità li jkunu żgurati, mingħajr intoppi, is-servizzi madwar l-Ewropa, b'mod partikolari fin-netwerk trans-Ewropew tat-trasport;

(c) Il-kontinwità ġeografika – il-kapaċità li jkunu żgurati, mingħajr intoppi, is-servizzi fil-Komunità kollha u fil-fruntieri esterni tagħha, b'mod partikolari fin-netwerk trans-Ewropew tat-trasport;

Ġustifikazzjoni

Li jintużaw l-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT fuq il-fruntieri esterni tal-UE huwa importanti kważi daqs meta jintużaw fl-intern tal-UE. Il-koperazzjoni transkonfinali hija meħtieġa kemm fil-livell amministrattiv kif ukoll fil-livell tekniku.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Anness I – punt e a (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) Intermodalità - iċ-ċaqliq ta' ġarr ta' merkanzija fuq it-toroq għal ġarr bi vjaġġi qosra fuq il-baħar, bil-ferrovija, bil-kanali interni jew b'taħlita ta' metodi ta' trasport, fejn il-vjaġġi bit-triq ikunu kemm jista' jkun effiċjenti.

Ġustifikazzjoni

L-ambitu tad-Direttiva għandu japplika fis-SIT kollha fil-qasam tat-trasport bit-triq u l-konnessjonijiet ma' modi oħra ta' trasport. Għalhekk huwa essenzjali li tiddaħħal ukoll l-intermodalità fil-prinċipji tad-Direttiva dwar l-utilizzazzjoni tas-SIT.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Anness II – paragrafu 2 – punt b

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-użu tat-teknoloġiji innovattivi tas-SIT (l-Apparati għall-Identifikazzjoni tal-Frekwenza tar-Radju (RFID) jew il-Galileo/Egnos) fir-realizzazzjoni tal-applikazzjonijiet tas-SIT (speċjalment l-ittraċċar u llokalizzar tal-merkanzija matul il-vjaġġ tagħha u fil-modi kollha) għal-loġistika tat-trasport tal-merkanizija (Merkanzija-e), partikolarment:

(b) Id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-użu tat-teknoloġiji innovattivi tas-SIT (l-Apparati għall-Identifikazzjoni tal-Frekwenza tar-Radju (RFID), id-DSRC, jew il-Galileo/Egnos) fir-realizzazzjoni tal-applikazzjonijiet tas-SIT (speċjalment l-ittraċċar u l-lokalizzar tal-merkanzija matul il-vjaġġ tagħha u fil-modi kollha) għal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija (Merkanzija-e), partikolarment:

– Id-disponibbiltà tat-teknoloġiji rilevanti tas-SIT għal u l-użu tagħhom mill-iżviluppaturi tal-applikazzjonijiet tas-SIT;

– Id-disponibbiltà tat-teknoloġiji rilevanti tas-SIT għal u l-użu tagħhom mill-iżviluppaturi tal-applikazzjonijiet tas-SIT;

– L-integrazzjoni tar-riżultati tal-lokalizzazzjoni (permezz pereżempju tar-RFID u/jew tal-Galileo/EGNOS) fiċ-ċentri u l-għodod tal-immaniġġjar tat-traffiku;

–L-integrazzjoni tar-riżultati tal-lokalizzazzjoni (permezz, pereżempju, tal-RFID, id-DRSC u/jew tal-Galileo/EGNOS) fiċ-ċentri u l-għodod tal-immaniġġjar tat-traffiku;

Ġustifikazzjoni

L-integrazzjoni tar-riżultati tal-lokalizzazzjoni bbażati fuq id-DSRC fil-verità hija diġà implimentata fl-għodod u ċ-ċentri tal-ġestjoni tat-traffiku u għalhekk għandha ssir referenza espliċita għaliha.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Anness II – paragrafu 2 – punt c a (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) Id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-garanzija ta' kontiniwtàservizzi tas-SIT mingħajr xkiel fil-Komunità u mal-fruntieri esterni tagħha.

Ġustifikazzjoni

Li jintużaw l-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT fuq il-fruntieri esterni tal-UE huwa importanti kważi daqs meta jintużaw fl-intern tal-UE. Il-koperazzjoni transkonfinali hija meħtieġa kemm fil-livell amministrattiv kif ukoll fil-livell tekniku.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Anness II – paragrafu 3 – punt b a (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) Id-definizzjoni ta' miżuri biex tkun garantita s-sikurezza tal-utenti vulnerabbli tat-triq permezz tas-sistemi ta' ġestjoni tal-mobilità għall-fornituri tas-servizzi u tal-utenti fir-rigward tat-tħaddim tas-Sistemi tal-Assistenza Avanzata fis-Sewqan (ADAS) u l-Interkonnessjoni bejn il-Bniedem u l-Magna (HMI).

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Anness II – Parti 4 – punt b indent 4 a (ġdid)

Test prpost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Id-definizzjoni ta' qafas regolatorju dwar l-interkonnessjoni bejn il-bniedem u l-magna (HMI) biex jindirizza l-kwistjonijiet ta' responsabilità u jipprovdi aġġustament aktar kredibbli tal-fatturi ta' sikurezza funzjonali tas-SIT fir-rigward tal-imġieba tal-bniedem.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva li tistabbilixxi l-qafas għall-użu ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (ITS) fil-qasam tat-trasport tat-triq u l-interkonnessjonijiet ma modi oħra ta' trasport¹ għandha l-għan li tiżgura l-użu transnazzjonali tal-applikazzjonijiet tas-SIT u servizzi transkonfinali armonizzati għall-informazzjoni tat-traffiku u tal-ivjaġġar u l-ġestjoni tat-traffiku.

Is-SIT huma applikazzjonijiet avvanzati li jużaw Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICTs) għat-trasport u jipprovdu servizzi innovattivi dwar il-modi ta' trasport u l-ġestjoni tat-traffiku għall-utenti varji, bħal ma huma vjaġġaturi, utenti u operaturi tal-infrastruttura tat-trasport tat-triq, amministraturi tal-flotot u operaturi tas-servizzi ta' emerġenza.

L-applikazzjonijiet tas-SIT ġew ippruvati fl-effettività tagħhom billi għamlu t-trasport aktar effiċjenti, b'aktar sikurezza u b'aktar siġurtà, filwaqt li jikkontribwixxu għall-objettiv tal-politika li t-trasport isir aktar nadif. Pero' l-benefiċċji tagħhom għall-utenti u għall-infrastruttura fl-Ewropa mhumiex ottimizzati.

Fl-evalwazzjoni ta' impatt tad-Direttiva tas-SIT(1), il-Kummissjoni tiddeskrivi l-isfidi li qed jiżdiedu li qed taffaċċja l-politika tat-trasport - Il-konġestjoni tat-traffiku tat-Triq kull sena tammonta għal medja ta' 1% tal-PGD fl-UE, il-fatalitajiet fit-toroq għadhom jammontaw għal 42 953 (2006) ħafna aktar mill-mira intermedja stabbilita biex ikun hemm tnaqqis għal 25.000 fl-2010, l-emissjonijiet tas-CO2 fit-trasport tat-triq jammontaw għal 72% tal-emissjonijiet kollha tas-CO2 relatati mat-trasport.

B'mod partikolari, il-Kummissjoni tinnota li l-iżvilupp tas-SIT huwa aktar bil-mod milli mistenni u s-servizzi jintużaw fuq bażi frammentata li toħloq soluzzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali mħallta li tpoġġi fil-periklu l-integrità tas-suq uniku. L-oqsma fejn il-Kummissjoni tidentifika l-ostakoli maġġuri biex tkun promossa s-SIT huma n-nuqqas tal-interoperabilità u koperazzjoni effettiva fost il-partijiet interessati, privatezza tat-dejta mhux solvuta u kwistjonijiet ta' responsabilità.

Sabiex jitħaffef l-użu koordinat tas-SIT u jiġu indirizzati l-ostakoli għall-iżvilupp tas-SIT, il-Kummissjoni tipproponi Direttiva bħala strument leġiżlattiv li jirrispetta l-proporzjonalità u l-prinċipji tas-sussidjarjetà.

L-Għan u l-objettivi

Il-proposta għandha l-għan li toħloq il-mekkaniżmi neċessarji biex jiġu nkoraġġiti l- applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT għat-trasport tat-triq u l-interkonnessjonijiet tagħhom ma modi oħra ta' trasport.

Il-proposta tistabbilixxi obbligazzjonijiet għall-Istati Membri biex jiżguraw l-użu koordinat u l-użu ta' applikazzjonijiet u servizzi interoperabbli tas-SIT. Huwa ssuġġerit li l-użu tas-SIT mill-Istati Membri għandu jikkunsidra l-prinċipji ewlenin bħal ma huma l-effikaċja, l-effiċjenza fl-infiq, il-kontinwità u l-interoperabilità geografika , il-livell ta' maturità stabbilit f'anness (I).

l-ispeċifikazzjonijiet komuni

Huwa importanti li wieħed jenfasizza r-rabta bejn id-Direttiva tas-SIT u l-pjan ta' Azzjoni hħall-użu tas-SIT fl-Ewropa peress li hemm dispożizzjoni espliċita (Artikolu 4) għall-implimentazzjoni tal-oqsma ta' prijorità tal-pjan ta' azzjoni permezz ta' miżuri ta' implimentazzjoni.

L-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet komuni permezz tal-miżuri ta' implimentazzjoni fil-livell tal-UE minn Kumitat Ewropew tas-SIT (EIC) bi proċedura regolatorja bi skrutinju jkopru, b'mod partikolari, erba' punti ta' prijorità:

1. Użu ottimali tad-dejta tat-toroq, it-traffiku u l-ivvjaġġar

2. Il-kontinwità tas-servizzi tas-SIT fil-ġestjoni tat-traffiku u tal-merkanzija fil-kurituri Ewropej tat-Trasport u fil-konurbazzjonijiet

3. Is-sikurezza tat-toroq u l-applikazzjonijiet ta' sigurtà tas-SIT

4. Integrazzjoni tal-vetturi fl-infrastruttura tat-trasport

L-erba' oqsma ta' prijorità fejn iridu jiġu pprovduti l-ispeċifikazzjonijiet komuni huma identiċi għal erbgħa minn sitt oqsma ta' azzjonijiet proposti fil-pjan ta' azzjoni. L-elementi ewlenin tagħhom huma speċifikati f'anness (II).

Ir-rikonoxximent reċiproku ta' approvazzjonijiet tat-tip maħruġa mill-korpi nazzjonali huwa propost biex ikopri apparat u softwer relatati ma infrastruttura fit-toroq (Artikolu 5). Id-Direttiva tagħmel riferenza għad-direttivi ta' qafas dwar l-iskrutinju u l-protezzjoni tad-dejta biex jiġu żgurati l-privatezza u sigurtà (Artikolu 6). Huwa propost ukoll li jiġi stabbilit grupp konsultattiv Ewropew tas-SIT biex jagħti pariri lill-Kummissjoni.

L-opinjoni tar-rapporteur

Id-direttiva hija strument leġiżlattiv adattat biex titjieb is-SIT fl-UE b'mod aktar koordinat u aktar koerenti.

Hemm bżonn ċar li jiġu żgurati aktar applikazzjonijiet u servizzi interoperabbli tas-SIT fl-Ewropa, inkluża l-kompatibilità b'lura fejn dan huwa possibbli. L-informazzjoni għall-vjaġġaturi kollha u għal kull mod ta' trasport, issaħħaħ il-ko-modalità u huwa essenzjali li jinħoloq ambjent aktar kompetittiv u aktar effiċjenti għall-infrastruttura tat-trasport. Għandha tkun żgurata l-koerenza bejn l-esperjenzi miksuba minn partijiet interessati u mill-pjan ta' azzjoni u jkun hemm xogħol ta' standardizzazzjoni .

Filwaqt li mhux kontestat il-bżonn għal approċċ regolatorju għall-użu tas-SIT, il-kontenut tal-ispeċifikazzjonijiet ta' implimentazzjoni għandu jkun limitat. Dwar il-protezzjoni tad-dejta huwa neċessarju li wieħed jikkunsidra l-użu tad-dejta anonima, il-kunsens tal-utenti u li jiġi kkunsidrat ir-rispett għall-privatezza fl-istadju bikri tat-tfassil tas-SIT.

Il-kwistjonijiet ta' responsabilità għandhom jiġu indirizzati permezz tal-involviment xieraq tal-esperti fil-qasam u mill-partijiet kollha interessati. Hemm bżonn ukoll li jinstab bilanċ xieraq għar-rappreżentazzjoni tal-partijiet kollha interessati tas-SIT fil-grupp konsultattiv Ewropew tas-SIT, biex jingħata rwol konsultattiv aktar formali u jkun hemm aktar trasparenza.

Sabiex tisseddaq is-sikurezza tal-utenti vulnerabbli għandu jissaħħaħ aktar il-qafas relevanti tal-interkonnessjoni bejn il-bniedem u l-magna (HMI) fl-azzjonijiet ipprovduti għall-speċifikazzjonijeit komuni.

(1)

SEC (2008)3083 u SEC(2008)3084.


PROĊEDURA

Titolu

Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fil-qasam tat-trasport bit-triq u interkonnessjonijiet ma’ modi oħra ta’ trasport

Referenzi

COM(2008)0887 – C6-0512/2008 – 2008/0263(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

16.12.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

13.1.2009

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

13.1.2009

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

19.1.2009

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Anne E. Jensen

8.12.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

17.2.2009

30.3.2009

 

 

Data tal-adozzjoni

31.3.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Albertini, Inés Ayala Sender, Paolo Costa, Luis de Grandes Pascual, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Brigitte Fouré, Mathieu Grosch, Georg Jarzembowski, Stanisław Jałowiecki, Timothy Kirkhope, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Jörg Leichtfried, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Erik Meijer, Luís Queiró, Reinhard Rack, Ulrike Rodust, Gilles Savary, Brian Simpson, Renate Sommer, Dirk Sterckx, Ulrich Stockmann, Michel Teychenné, Yannick Vaugrenard, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Elisabeth Jeggle, Anne E. Jensen, Marie Panayotopoulos-Cassiotou

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Elisabeth Schroedter

Data tat-tressiq

3.4.2009

Avviż legali - Politika tal-privatezza