RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali

3.4.2009 - (COM(2008)0414 – C6-0257/2008 – 2008/0142(COD)) - ***I

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: John Bowis
Rapporteurs għal opinjoni (*):
Iles Braghetto, Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Bernadette Vergnaud, Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
(*) Kumitati assoċjati - Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura

Proċedura : 2008/0142(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0233/2009

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali

(COM(2008)0414 – C6-0257/2008 – 2008/0142(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0414),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0257/2008),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li ikkunsidra r-rapport ta' Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0233/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal Direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Meta wieħed iqis li l-kundizzjonijiet għar-rikors għall-Artikolu 95 tat-Trattat bħala bażi legali ntlaħqu, il-leġiżlatura Komunitarja għandha toqgħod fuq din il-bażi legali anke meta l-ħarsien tas-saħħa pubblika hija fattur deċiżiv fl-għażliet li jsiru; f’dan ir-rigward l-Artikolu 95(3) tat-Trattat b’mod espliċitu jitlob li, fil-kisba tal-armonizzazzjoni, għandu jiġi garantit livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa umana filwaqt li jitqies b’mod partikolari kull żvilupp ġdid imsejjes fuq fatti xjentifiċi.

(2) Meta wieħed iqis li l-kundizzjonijiet għar-rikors għall-Artikolu 95 tat-Trattat bħala bażi legali ntlaħqu, il-leġiżlatura Komunitarja għandha toqgħod fuq din il-bażi legali anke meta l-ħarsien tas-saħħa pubblika hija fattur deċiżiv fl-għażliet li jsiru; f’dan ir-rigward l-Artikolu 95(3) tat-Trattat b’mod espliċitu jitlob li, fil-kisba tal-armonizzazzjoni, għandu jiġi garantit livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa umana filwaqt li jitqies b’mod partikolari kull żvilupp ġdid imsejjes fuq fatti xjentifiċi.

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din id-direttiva huwa li jiġu ċċaati d-drittijiet tal-pazjenti u mhux l-armonizzazzjoni tal-organizzazzjoni tas-sistema tas-saħħa. Dan huwa esklużivament fir-responsabilità tal-Istati Membri.

Emenda  2

Proposta għal Direttiva

Premessa 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) B'554 vot favur u 12-il vot kontra, fid-9 ta' Ġunju 2005, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar il-mobilità tal-pazjenti u l-iżviluppi fil-kura tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea1, li fiha appella sabiex ikun hemm ċertezza legali u ċarezza dwar id-drittijiet u l-proċeduri għall-pazjenti, għall-professjonisti fil-qasam tas-saħħa u għall-Istati Membri.

 

1 ĠU C 124 E, 25.5.2006, p. 543.

Emenda  3

Proposta għal Direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Is-sistemi tas-saħħa tal-Komunità huma parti ċentrali mill-livelli għolja ta’ ħarsien soċjali tal-Ewropa, u jikkontribwixxu għal koeżjoni soċjali u ġustizzja soċjali kif ukoll għall-iżvilupp sostenibbli. Huma jiffurmaw ukoll parti minn qafas aktar wiesa’ ta’ servizzi ta’ interess ġenerali.

(4) Is-sistemi tas-saħħa tal-Komunità huma parti ċentrali mill-livelli għolja ta’ ħarsien soċjali tal-Ewropa, u jikkontribwixxu għal koeżjoni soċjali u ġustizzja soċjali kif ukoll għall-iżvilupp sostenibbli.

Emenda  4

Proposta għal Direttiva

Premessa 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Din id-Direttiva tirrispetta u ma tippreġudikax il-libertà ta' kull Stat Membru li jiddeċiedi liema tip ta' kura tas-saħħa jqis bħala dik adegwata. L-ebda dispożizzjoni ta' din id-Direttiva ma għandha tkun interpretata b'mod li jiġu mminati l-għażliet etiċi fundamentali tal-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Concerns have been raised that ethically controversial medical "services" like euthanasia, DNA-testing or IVF maybe have to be financed by the Member States even if the relevant service is not allowed, or at least not financed, in the relevant Member States. For services which are clearly illegal, like euthanasia, there should be no doubt, but it may be helpful to clarify this point. In other areas, like DNA-testing, the situation is more complicated because it is not banned in any Member State but the conditions are quite different, for example obligation to do counselling before testing is necessary in one Member State and not in the other.

Emenda  5

Proposta għal Direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Xi kwistjonijiet relatati mal-kura tas-saħħa transkonfinali, b’mod partikolari l-ħlas lura tal-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru għajr għal dak fejn ir-riċevitur tal-kura huwa residenti, diġà ġew indirizzati mill-Qorti tal-Ġustizzja. Wara li l-kura tas-saħħa ġiet eskluża mill-ambitu tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, huwa importanti li dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati fi strument legali Komunitarju speċifiku biex tinkiseb applikazzjoni aktar ġenerali u effettiva tal-prinċipji żviluppati mill-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-bażi ta’ każ b’każ.

(6) Xi kwistjonijiet relatati mal-kura tas-saħħa transkonfinali, b’mod partikolari l-ħlas lura tal-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru għajr għal dak fejn ir-riċevitur tal-kura huwa residenti, diġà ġew indirizzati mill-Qorti tal-Ġustizzja. Huwa importanti li dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati fi strument legali Komunitarju speċifiku biex tinkiseb applikazzjoni aktar ġenerali u effettiva tal-prinċipji żviluppati mill-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-bażi ta’ każ b’każ.

Emenda  6

Proposta għal Direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Din id-direttiva għandha l-għan li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-provvediment ta’ kura tas-saħħa transkonfinali sigura, ta’ kwalità għolja u effiċjenti fil-Komunità u li tiżgura l-moviment tal-pazjenti u l-libertà tal-provvediment tal-kura tas-saħħa u livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa, filwaqt li tirrispetta kompletament ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għat-tifsira tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali relatati mas-saħħa u l-organizzazzjoni u l-għoti ta' kura tas-saħħa u kura medika u benefiċċji tas-sigurtà soċjali b’mod partikolari għall-mard.

(8) Din id-direttiva għandha l-għan li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-provvediment ta’ kura tas-saħħa transkonfinali sigura, ta’ kwalità għolja u effiċjenti fil-Komunità fir-rigward tal-mobilità tal-pazjenti kif ukoll livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa, filwaqt li tirrispetta kompletament ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għat-tifsira tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali relatati mas-saħħa u l-organizzazzjoni u l-għoti ta' kura tas-saħħa kif ukoll il-kura medika u benefiċċji tas-sigurtà soċjali b’mod partikolari għall-mard.

Ġustifikazzjoni

Din id-Direttiva proposta tapplika biss għall-moviment tal-pazjenti u mhux għall-moviment ħieles tal-fornituri tas-servizzi.

Emenda  7

Proposta għal Direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Din id-Direttiva dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali tapplika għat-tipi tal-kura tas-saħħa kollha. Kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja, la n-natura speċjali tagħhom u lanqas il-mod li bihom huma organizzati jew iffinanzjati ma jneħħihom mill-ambitu tal-prinċipju fundamentali tal-moviment ħieles. B’rigward għall-kura għal terminu twil ta’ żmien, id-Direttiva ma tapplikax għal għajnuna u appoġġ għal familji jew individwi li huma fi stat ta' ħtieġa partikolari matul perjodu estiż ta' żmien. Ma tapplikax pereżempju għal djar soċjali residenzjali jew djar, jew għajnuna mogħtija lix-xjuħ jew tfal minn ħaddiema soċjali jew dawk volontarji jew professjonisti għajr għal professjonisti tas-saħħa.

(9) Din id-Direttiva dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali tapplika għat-tipi tal-kura tas-saħħa kollha. Kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja, la n-natura speċjali tagħhom u lanqas il-mod li bihom huma organizzati jew iffinanzjati ma jneħħihom mill-ambitu tal-prinċipju fundamentali tal-moviment ħieles. B’rigward għall-kura għal terminu twil ta’ żmien, id-Direttiva ma tapplikax għal għajnuna u appoġġ għal familji jew individwi li huma, matul perjodu estiż ta' żmien, fi ħtieġa partikolari ta' kura minn infermieri, appoġġ jew kura sakemm dan ikun jinvolvi trattament espert speċifiku jew għajnuna pprovduta minn sistema tas-sigurtà soċjali. Hija tkopri l-ewwel u qabel kollox dawk is-servizzi ta' kura li jingħataw fit-tul li jkunu meqjusa meħtieġa sabiex il-persuna li tkun tinħtieġ il-kura tkun ipprovduta ħajja kemm jista' jkun mimlija u indipendenti. Din id-Direttiva ma tapplikax pereżempju għal djar soċjali residenzjali jew djar, jew għajnuna mogħtija lix-xjuħ jew tfal minn ħaddiema soċjali jew dawk volontarji jew professjonisti għajr għal professjonisti tas-saħħa.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda sservi biex ikun iċċarat il-fatt li s-servizzi fil-qasam tal-assistenza soċjali jew tal-kura soċjali, ir-rijabilitazzjoni bil-għan li wieħed jerġa' jidħol jaħdem u l-kura li tingħata fit-tul huma esklużi mill-ambitu ta' din id-direttiva.

Emenda  8

Proposta għal Direttiva

Premessa 9 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Din id-Direttiva ma tapplikax għat-trapjanti tal-organi. Minħabba fin-natura speċifika tagħhom, dawn għandhom ikunu rregolati b'direttiva separata.

Emenda  9

Proposta għal Direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, il-kunċett ta’ “kura tas-saħħa transkonfinali” ikopri l-metodi ta' provvista ta' kura tas-saħħa kif ġej:

(10) Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, il-kunċett ta’ “kura tas-saħħa transkonfinali” ikopri biss l-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih il-pazjent huwa assikurat. Din hi dik li tissejjaħ ‘mobbiltà tal-pazjent’;

L-użu tal-kura tas-saħħa barra mill-pajjiż (jiġifieri: pazjent li jmur għand provveditur tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor għal trattament); l-hekk imsejħa ‘mobbiltà tal-pazjent’;

 

Provvediment transkonfinali ta’ kura tas-saħħa (jiġifieri: twassil ta’ servizz minn territorju ta’ Stat Membru fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor); bħas-servizzi telemediċi, djanjosi remota u preskrizzjoni, servizzi tal-laboratorji;

 

Il-preżenza permanenti ta’ provveditur ta’ kura tas-saħħa (jiġifieri: il-ħolqien tal-provveditur tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor); kif ukoll

 

Il-preżenza temporanja ta’ persuni (jiġifieri: il-mobbiltà tal-professjonisti tas-saħħa, pereżempju li jmorru temporanjament fl-Istat Membru tal-pazjent biex jipprovdu s-servizzi).

 

Emenda  10

Proposta għal Direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Kif rikonoxxut mill-Istati Membri fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-valuri u l-prinċipji komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea, jeżisti sett ta’ prinċipji operattivi li huma komuni fis-sistemi tas-saħħa madwar il-Komunità. Dan huwa meħtieġ biex tkun żgurata l-fiduċja tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali, li minnha nnifisha hija meħtieġa għall-kisba tal-mobbiltà tal-pazjenti u l-moviment ħieles tal-provvediment tal-kura tas-saħħa fis-suq intern, kif ukoll livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa. Pazjenti, professjonisti u awtoritajiet responsabbli mis-sistemi tas-saħħa jridu jaraw li dawn il-prinċipji komuni huma rispettati u li qed jiġu pprovduti strutturi għall-implimentazzjoni tagħhom madwar il-Komunità. Dawn il-prinċipji operattivi jinkludu l-kwalità, is-sigurtà, kura li hija msejsa fuq evidenza u etika, l-involviment tal-pazjent, rimedji, id-dritt fundamentali għall-privatezza fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali, u l-kunfidenzjalità. Dan huwa meħtieġ biex tkun żgurata l-fiduċja tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali, li minnha nnifisha hija meħtieġa għall-kisba tal-mobbiltà tal-pazjenti u l-moviment ħieles tal-provvediment tal-kura tas-saħħa fis-suq intern, kif ukoll livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa.

(11) Kif rikonoxxut mill-Istati Membri fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-valuri u l-prinċipji komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea, jeżisti sett ta’ prinċipji operattivi li huma komuni fis-sistemi tas-saħħa madwar il-Komunità. Dawn il-prinċipji operattivi jinkludu l-kwalità, is-sigurtà, kura li hija msejsa fuq evidenza u etika, l-involviment tal-pazjent, rimedji, id-dritt fundamentali għall-privatezza fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali, u l-kunfidenzjalità. Pazjenti, professjonisti u awtoritajiet responsabbli mis-sistemi tas-saħħa jridu jaraw li dawn il-prinċipji komuni huma rispettati u li qed jiġu pprovduti strutturi għall-implimentazzjoni tagħhom madwar il-Komunità. Dawn il-prinċipji operattivi jinkludu l-kwalità, is-sigurtà, kura li hija msejsa fuq evidenza u etika, l-involviment tal-pazjent, rimedji, id-dritt fundamentali għall-privatezza fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali, u l-kunfidenzjalità. Dan huwa meħtieġ biex tkun żgurata l-fiduċja tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali, li minnha nnifisha hija meħtieġa għall-kisba tal-mobbiltà tal-pazjenti kif ukoll livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa. Dan huwa meħtieġ biex tkun żgurata l-fiduċja tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali, li minnha nnifisha hija meħtieġa għall-kisba tal-mobbiltà tal-pazjenti u l-moviment ħieles tal-provvediment tal-kura tas-saħħa fis-suq intern, kif ukoll livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa. Din id-Direttiva hi mingħajr ħsara għad-diversità etika.

Emenda  11

Proposta għal Direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Meta wieħed iqis li huwa impossibbli li tkun taf minn qabel jekk provveditur tal-kura tas-saħħa partikolari hux se jipprovdi kura tas-saħħa lil pazjent li jkun ġej minn Stat Membru ieħor jew pazjent li jkun mill-Istat Membru tiegħu stess, huwa meħtieġ li r-rekwiżiti li jiżguraw li l-kura tas-saħħa tingħata skond il-prinċipji komuni u li standards ċari ta' kwalità u sigurtà jkunu applikabbli għas-servizzi tal-kura tas-saħħa kollha sabiex ikun żgurat il-ħelsien għall-għoti u l-ksib tas-servizzi tas-saħħa transkonfinali li huwa l-għan tad-direttiva. L-awtoritajiet tal-Istati Membri jridu jirrispettaw il-valuri globali komuni ta' universalità, aċċess għall-kura ta’ kwalità tajba, ekwità u solidarjetà, li diġà ġew rikonoxxuti b’mod ġenerali mill-istituzzjonijiet Komunitarji u mill-Istati Membri kollha bħala li jikkostitwixxu sensiela ta' valuri li huma komuni għas-sistemi tas-saħħa fl-Ewropa. L-Istati Membri jridu jiżguraw ukoll li dawn il-valuri huma rispettati fir-rigward tal-pazjenti u ċ-ċittadini minn Stati Membri oħrajn, u li l-pazjenti kollha huma trattati b'mod ekwu fuq il-bażi tal-ħtieġa tagħhom għall-kura tas-saħħa aktar milli fuq il-bażi tal-Istat Membru ta’ affiljazzjoni ta' sigurtà soċjali. Fit-twettiq ta’ dan, l-Istati Membri jridu jirrispettaw il-prinċipji ta' moviment ħieles fis-suq intern, in-nuqqas ta' diskriminazzjoni inter alia fir-rigward taċ-ċittadinanza (jew fil-każ ta' persuni legali, fir-rigward tal-Istat Membru li huma stabbiliti fih), in-neċessità u l-proporzjonalità ta’ kull restrizzjoni tal-moviment ħieles. Madankollu, f'din id-Direttiva ma hemm xejn li jeħtieġ lill-provvedituri tal-kura tas-saħħa li jaċċettaw trattament ippjanat jew li jagħtu prijorità lil pazjenti minn Stati Membri oħrajn għad-detriment ta' pazjenti oħrajn bi bżonnijiet ta' saħħa simili, bħaż-żieda taż-żmien ta’ stennija għat-trattament.

(12) Meta wieħed iqis li huwa impossibbli li tkun taf minn qabel jekk provveditur tal-kura tas-saħħa partikolari hux se jipprovdi kura tas-saħħa lil pazjent li jkun ġej minn Stat Membru ieħor jew pazjent li jkun mill-Istat Membru tiegħu stess, huwa meħtieġ li r-rekwiżiti li jiżguraw li l-kura tas-saħħa tingħata skond il-prinċipji komuni u li standards ċari ta' kwalità u sigurtà jkunu applikabbli għas-servizzi tal-kura tas-saħħa kollha sabiex ikun żgurat il-ħelsien għall-għoti u l-ksib tas-servizzi tas-saħħa transkonfinali li huwa l-għan tad-direttiva. L-awtoritajiet tal-Istati Membri jridu jirrispettaw il-valuri globali komuni ta' universalità, aċċess għall-kura ta’ kwalità tajba, ekwità u solidarjetà, li diġà ġew rikonoxxuti b’mod ġenerali mill-istituzzjonijiet Komunitarji u mill-Istati Membri kollha bħala li jikkostitwixxu sensiela ta' valuri li huma komuni għas-sistemi tas-saħħa fl-Ewropa. L-Istati Membri jridu jiżguraw ukoll li dawn il-valuri huma rispettati fir-rigward tal-pazjenti u ċ-ċittadini minn Stati Membri oħrajn, u li l-pazjenti kollha huma trattati b'mod ekwu fuq il-bażi tal-ħtieġa tagħhom għall-kura tas-saħħa aktar milli fuq il-bażi tal-Istat Membru ta’ affiljazzjoni ta' sigurtà soċjali. Fit-twettiq ta’ dan, l-Istati Membri jridu jirrispettaw il-prinċipji ta' moviment ħieles tal-individwi fis-suq intern, in-non-diskriminazzjoni, inter alia fir-rigward taċ-ċittadinanza, in-neċessità u l-proporzjonalità ta’ kull restrizzjoni tal-moviment ħieles Madankollu, f'din id-Direttiva ma hemm xejn li jeħtieġ lill-provvedituri tal-kura tas-saħħa li jaċċettaw trattament ippjanat jew li jagħtu prijorità lil pazjenti minn Stati Membri oħrajn għad-detriment ta' pazjenti oħrajn bi bżonnijiet ta' saħħa simili, bħaż-żieda taż-żmien ta’ stennija għat-trattament. Sabiex il-pazjenti jkunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata meta jfittxu li jirċievu kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fuq talba, il-pazjenti jirċievu l-informazzjoni rilevanti dwar l-istandards tas-saħħa u tal-kwalità infurzati fl-Istat Membru tat-trattament kif ukoll dwar il-karatteristiċi tal-kura tas-saħħa provduta minn fornitur speċifiku tal-kura tas-saħħa. Din l-informazzjoni għandha wkoll tkun disponibbli fil-formati aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità.

Emenda  12

Proposta għal Direttiva

Premessa 13 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva l-pazjenti ma jkunux imħeġġa li kontra qalbhom jirċievu t-trattament barra l-Istat Membru ta' affiljazzjoni.

Emenda  13

Proposta għal Direttiva

Premessa 13 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b) Huwa importanti wkoll li jkunu implimentati miżuri biex ikun iggarantit lin-nisa l-aċċess ekwu għas-sistemi ta’ saħħa pubblika u għal dik il-kura li hija speċifika għalihom, b’mod partikulari il-kura tas-saħħa ġinekoloġika u ostetrika kif ukoll dik riproduttiva.

Emenda  14

Proposta għal Direttiva

Premessa 14 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Sforzi sistematiċi u kontinwi għandom isiru biex jiżguraw li l-kwalità u l-istandards tas-sikurezza jitjiebu, bi qbil mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1-2 ta' Ġunju 2006 dwar valuri u prinċipji Komuni fis-Sistemi ta' Kura tas-Saħħa fl-Unjoni Ewropea u billi jitqies il-progress tax-xjenza medika internazzjonali u tal-prattiki tajba rikonoxxuti b'mod ġenerali kif ukoll tat-teknoloġiji ġodda relatati mal-kura tas-saħħa;

Justification

Is-sistemi tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea għandhom jitmexxew mill-Valuri u l-Prinċipji Komuni kif definit mill-Kunsill Ewropew u jsegwu l-iżviluppi fix-xjenza medika, it-teknoloġija u l-prattika.

Emenda  15

Proposta għal Direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Ir-riċerka tissuġġerixxi li f’10 % tal-każi tirriżulta l-ħsara mill-kura tas-saħħa. Għalhekk huwa essenzjali li jkunu żgurati obbligazzjonijiet komuni ċari għal ċirkustanzi fejn toħroġ il-ħsara mill-kura tas-saħħa biex ikun evitat in-nuqqas ta' fiduċja f'dawk li mekkaniżmi li jaġixxu bħala ostaklu għall-għażla ta' kura tas-saħħa transkonfinali. Il-kopertura għall-ħsara u l-kumpens mis-sistemi tal-pajjiż tat-trattament għandha tkun bla ħsara għall-possibbiltà għall-Istati Membri li jestendu l-kopertura tas-sistemi domestiċi tagħhom għal pazjenti mill-pajjiż tagħhom li jkunu qed ifittxu l-kura tas-saħħa barra mill-pajjiż, fejn dan ikun aktar xieraq għall-pazjent, b’mod partikolari fil-każ ta’ pazjenti li għalihom l-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor huwa meħtieġ.

(15) Ir-riċerka tissuġġerixxi li f’10 % tal-każi tirriżulta l-ħsara mill-kura tas-saħħa. Għalhekk huwa essenzjali li jkun żgurat li l-Istati Membri ta’ trattament ikollhom sistemi li qed jaħdmu (inkluż il-provvediment tal-kura wara jingħata t-trattament) biex jindirizzaw dannu allegat li joħroġ mill-kura tas-saħħa kif definita mill-Istat Membru tat-trattament biex ikun evitat in-nuqqas ta' fiduċja f'dawk il-mekkaniżmi li jaġixxu bħala ostaklu għall-għażla tal-kura tas-saħħa transkonfinali. Il-kopertura għall-ħsara u l-kumpens mis-sistemi tal-pajjiż tat-trattament għandha tkun bla ħsara għall-possibbiltà għall-Istati Membri li jestendu l-kopertura tas-sistemi domestiċi tagħhom għal pazjenti mill-pajjiż tagħhom li jkunu qed ifittxu l-kura tas-saħħa barra mill-pajjiż, fejn dan ikun aktar xieraq għall-pazjent, b’mod partikolari fil-każ ta’ pazjenti li għalihom l-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor huwa meħtieġ.

Emenda  16

Proposta għal Direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Id-dritt għall-ħarsien tad-data personali huwa dritt fundamentali rikonoxxut mill-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-iżgurar tal-kontinwità tal-kura tas-saħħa transkonfinali jiddependi mit-trasferiment ta’ data personali dwar is-saħħa tal-pazjent. Din id-data personali għandha tiġi ttrasferita b’mod ħieles minn Stat Membru għal ieħor, iżda fl-istess waqt għandhom jitħarsu d-drittijiet fundamentali tal-individwi. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data tistabbilixxi d-dritt għal individwi li jkollhom aċċess għad-data personali tagħhom dwar saħħithom, pereżempju fir-reġistri mediċi tal-pazjent dwar kwistjonijiet bħal dijanjożi, riżultati tal-eżamijiet, l-evalwar tat-tobba u kull trattament jew intervenzjoni mogħtija. Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw ukoll fil-kuntest tal-kura tas-saħħa transkonfinali koperta minn din id-Direttiva.

(17) Id-dritt għall-ħarsien tad-data personali huwa dritt fundamentali rikonoxxut mill-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-iżgurar tal-kontinwità tal-kura tas-saħħa transkonfinali jiddependi mit-trasferiment ta’ data personali dwar is-saħħa tal-pazjent. Din id-data personali għandha tiġi ttrasferita b’mod ħieles minn Stat Membru għal ieħor, iżda fl-istess waqt għandhom jitħarsu d-drittijiet fundamentali tal-individwi. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data tistabbilixxi d-dritt għal individwi li jkollhom aċċess għad-data personali tagħhom dwar saħħithom, pereżempju fir-reġistri mediċi tal-pazjent dwar kwistjonijiet bħal dijanjożi, riżultati tal-eżamijiet, l-evalwar tat-tobba u kull trattament jew intervenzjoni mogħtija. Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw ukoll fil-kuntest tal-kura tas-saħħa transkonfinali koperta minn din id-Direttiva. Il-pazjent għandu jkun jista' jwaqqaf ir-rilaxx tad-data tiegħu fi kwalunkwe punt u jirċievi konferma li d-data tiegħu ġiet imħassra.

Emenda  17

Proposta għal Direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Id-dritt għall-ħlas lura tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor mill-iskema ta’ sigurtà soċjali statutorja ta’ pazjenti bħala persuni assigurati ġie rikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja f’bosta sentenzi. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-ħelsien tal-għoti tas-servizzi jinkludi l-ħelsien għar-riċevituri tal-kura tas-saħħa, inklużi persuni li jeħtieġu trattament mediku, li jmorru fi Stat Membru ieħor sabiex jirċivuh hemmhekk. L-istess japplika għar-riċevituri tal-kura tas-saħħa li jkunu qed ifittxu kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor permezz ta' mezzi oħrajn, pereżempju permezz tas-servizzi s-saħħa-e. Filwaqt li l-liġi Komunitarja ma tnaqqasx mis-setgħa tal-Istati Membri li jorganizzaw il-kura tas-saħħa u s-sistemi tas-sigurtà soċjali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-liġi Komunitarja meta jeżerċitaw din is-setgħa, b'mod partikolari mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-ħelsien tal-provvediment tas-servizzi. Dawk id-dispożizzjonijiet jipprojbixxu lill-Istati Membri milli jintroduċu jew iżommu restrizzjonijiet mhux iġġustifikati dwar l-eżerċitar ta' dak il-ħelsien fis-settur tal-kura tas-saħħa.

(18) Id-dritt għall-ħlas lura tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor mill-iskema ta’ sigurtà soċjali statutorja ta’ pazjenti bħala persuni assigurati ġie rikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja f’bosta sentenzi. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat jinkludu l-ħelsien għar-riċevituri tal-kura tas-saħħa, inklużi persuni li jeħtieġu trattament mediku, li jmorru fi Stat Membru ieħor sabiex jirċevuh hemmhekk. Il-liġi Komunitarja ma tnaqqasx mis-setgħa ta' l-Istati Membri li jorganizzaw il-kura tas-saħħa u s-sistemi tas-sigurtà soċjali tagħhom.

Emenda  18

Proposta għal Direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Huwa xieraq li jkun meħtieġ ukoll li l-pazjenti li jagħżlu l-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor f'ċirkustanzi għajr għal dawk imbassra għall-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1408/71 għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-prinċipji ta' moviment ħieles tas-servizzi skond it-Trattat u d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Il-pazjenti għandhom jiġu garantiti s-suppożizzjoni tal-ispejjeż ta' din il-kura tas-saħħa mill-anqas fil-livell mogħti għall-istess kura tas-saħħa, jew waħda simili, fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni tagħhom. Dan jirrispetta fis-sħiħ ir-responsabbilta tal-Istati Membri li jistabbilixxu l-livell tal-kopertura għall-mard disponibbli għaċ-ċittadini tagħhom u jipprevjeni kull effett sinifikanti fuq il-finanzjament tas-sistemi tal-kura tas-saħħa nazzjonali. Il-pazjenti għandhom jiġu garantiti l-ġarr tal-ispejjeż ta’ din il-kura tas-saħħa u dawk il-prodotti mill-anqas fil-livell mogħti għall-istess kura tas-saħħa jew prodotti, jew waħda simili, kieku kienu provduti jew mixtrija fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni tagħhom. Dan jista’ jkun il-każ b’mod partikolari għal kull trattament mogħti permezz tan-netwerks ta’ referenza Ewropej kif imsemmi fl-Artikolu 15 ta’din id-Direttiva.

(21) Għandha tingħata garanzija lill-pazjenti li l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa u l-prodotti konnessi mal-kura tas-saħħa provduta fi Stat Membru ieħor jinġarru talanqas fil-livell mogħti għall-kura li hija l-istess jew ugwalment effettiva, kieku ġiet ipprovduta jew imħallsa fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni tagħhom. Dan jirrispetta fis-sħiħ ir-responsabbilta tal-Istati Membri li jistabbilixxu l-livell tal-kopertura għall-mard disponibbli għaċ-ċittadini tagħhom u jipprevjeni kull effett sinifikanti fuq il-finanzjament tas-sistemi tal-kura tas-saħħa nazzjonali. Il-pazjenti għandhom jiġu garantiti l-ġarr tal-ispejjeż ta’ din il-kura tas-saħħa u dawk il-prodotti mill-anqas fil-livell mogħti għall-istess kura tas-saħħa jew prodotti, jew waħda simili, kieku kienu provduti jew mixtrija fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni tagħhom. Dan jista’ jkun il-każ b’mod partikolari għal kull trattament mogħti permezz tan-netwerks ta’ referenza Ewropej kif imsemmi fl-Artikolu 15 ta’din id-Direttiva.

Justification

Parti mill-emenda inkorporata fir-rapport mingħajr vot, fuq il-bażi tal-Artikolu 47.

Emenda  19

Proposta għal Direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Il-pazjent m’għandu qatt jieħu vantaġġ finanzjarju mill-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor u l-ġarr ta' l-ispejjeż għandu għalhekk jiġi limitat biss għall-ispejjeż attwali tal-kura tas-saħħa riċevuta.

(24) Il-pazjent m’għandu qatt jieħu vantaġġ finanzjarju mill-kura tas-saħħa mogħtija jew prodotti mixtrija fi Stat Membru ieħor. Il-ġarr tal-ispejjeż għandu għalhekk jiġi limitat biss għall-ispejjeż attwali. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jkopru spejjeż relatati oħra, bħal m'hu t-trattament terapewtiku, sakemm l-ispiża totali ma taqbiżx l-ammont li jitħallas fl-Istati Membri ta' affiljazzjoni.

Justification

Parti mill-emenda inkorporata fir-rapport mingħajr vot, fuq il-bażi tal-Artikolu 47. Id-Direttiva tapplika mhux biss għal servizzi iżda wkoll għax-xiri ta’ prodotti fil-kuntest ta’ kura tas-saħħa transkonfinali. L-emenda tifformula l-premessa aħjar ukoll.

Emenda  20

Proposta għal Direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Din id-Direttiva m'għandhiex l-għan li toħloq dritt għall-ħlas lura ta’ trattament fi Stat Membru ieħor, jekk trattament tali mhux fost il-benefiċċji pprovduti fil-leġiżlazzjoni ta’ l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni tal-pazjent. Bl-istess mod, din id-Direttiva ma twaqqafx lill-Istati Membri milli jestendu l-iskemi ta’ benefiċċji fi flus tagħhom għal kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor skond id-dispożizzjonijiet tagħha.

(25) Din id-Direttiva m’għandhiex l-għan li toħloq dritt għall-ħlas lura ta’ trattament jew għall-ispejjeż tax-xiri ta’ prodotti fi Stat Membru ieħor, jekk trattament jew prodotti tali mhumiex fost il-benefiċċji pprovduti fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ affiljazzjoni tal-pazjent. Bl-istess mod, din id-Direttiva ma twaqqafx lill-Istati Membri milli jestendu l-iskemi ta’ benefiċċji fi flus tagħhom għal kura tas-saħħa u prodotti mogħtija fi Stat Membru ieħor skond id-dispożizzjonijiet tagħha. Din id-Direttiva tirrikonoxxi li d-dritt għal trattament mhux dejjem huwa determinat b’mod nazzjonali mill-Istati Membri, u li l-Istati Membri jistgħu jorganizzaw is-sistemi tagħhom ta’ kura tas-saħħa u ta' sigurtà soċjali biex jistipulaw li d-dritt għat-trattament ikun determinat fil-livell reġjonali jew lokali.

Justification

Parti mill-emenda inkorporata fir-rapport mingħajr vot, fuq il-bażi tal-Artikolu 47. Id-Direttiva tapplika mhux biss għal servizzi iżda wkoll għax-xiri ta’ prodotti fil-kuntest ta’ kura tas-saħħa transkonfinali. L-emenda tifformula l-premessa aħjar ukoll.

Emenda  21

Proposta għal Direttiva

Premessa 25 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a) Jekk hemm diversi metodi disponibbli biex tkun ittrattata ċerta marda jew ċerta ferita, il-pazjent għandu jkollu d-dritt li jieħu l-flus lura għall-metodi kollha ta' trattament li jkunu ppruvati u ttestjati b'mod suffiċjenti mix-xjenza medika internazzjonali, anke jekk dawn mhumiex disponibbli fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni tal-pazjent.

Emenda  22

Proposta għal Direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Din id-Direttiva tipprovdi ukoll għad-dritt ta’ pazjent li jirċievi prodott mediċinali awtorizzat għat-tqegħid fis-suq fl-Istat Membru fejn qed tingħata l-kura tas-saħħa, anke jekk il-prodott mediċinali mhux awtorizzat għat-tqegħid fis-suq fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni, minħabba li dan huwa parti indispensabbli mill-kisba ta’ trattament effettiv fi Stat Membru ieħor.

(27) Din id-Direttiva tipprovdi ukoll għad-dritt ta' pazjent li jirċievi prodott jew tagħmir mediċinali awtorizzat għat-tqegħid fis-suq fl-Istat Membru fejn qed tingħata l-kura tas-saħħa, anke jekk il-prodott mediċinali jew it-tagħmir mediku mhux awtorizzat għat-tqegħid fis-suq fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni, minħabba li dan huwa parti indispensabbli mill-kisba ta’ dan it-trattament speċifiku u effettiv fi Stat Membru ieħor.

Justification

Inkorporata fir-rapport mingħajr vot, fuq il-bażi tal-Artikolu 47. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u l-konsegwenzi prattiċi fir-rigward tal-provvista ta’ prodotti mediċinali, din id-direttiva m’għandhiex tikser il-prinċipju inkluż fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/83/KE li prodotti mediċinali awtorizzati fl-Istat Membru kkonċernat biss jistgħu jkunu mqiegħda fis-suq.

Emenda  23

Proposta għal Direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Ma hemm l-ebda tifsira għal x'tikkostitwixxi kura fl-isptar fis-sistemi tas-saħħa differenti tal-Komunità, u l-interpretazzjonijiet differenti jistgħu għalhekk ikunu ta’ ostaklu għall-ħelsien tal-pazjenti li jirċievu kura tas-saħħa. Sabiex jingħeleb dan l-ostaklu, huwa meħtieġ li tingħata tifsira Komunitarja ta’ kura fl-isptar. Kura fl-isptar ġeneralment tfisser kura li teħtieġ li l-pazjent iqatta' l-lejl fl-isptar. Madankollu, jista’ jkun xieraq li jiddaħħlu wkoll ċerti tipi oħra ta' kura tas-saħħa fl-istess reġim ta' kura fl-isptar, jekk dik il-kura tas-saħħa teħtieġ l-użu ta' infrastruttura medika jew tagħmir mediku speċjalizzati jew għoljin ħafna (pereżempju scanners ta’ teknoloġija avvanzata użati għad-dijanjożi) jew jinvolvi trattamenti ta' riskju partikolari għall-pazjent jew għall-popolazzjoni (pereżempju trattament għal mard infettiv serju). Lista aġġornata regolarment ta’ trattamenti bħal dawn għandha tiġi definita speċifikament mill-Kummissjoni permezz tal-proċedura ta’ komitoloġija.

(30) Ma hemm l-ebda tifsira għal x'tikkostitwixxi kura fl-isptar fis-sistemi tas-saħħa differenti tal-Komunità, u l-interpretazzjonijiet differenti jistgħu għalhekk ikunu ta’ ostaklu għall-ħelsien tal-pazjenti li jirċievu kura tas-saħħa. Sabiex jingħeleb dan l-ostaklu, huwa meħtieġ li tingħata tifsira Komunitarja ta’ kura fl-isptar. Kura fl-isptar ġeneralment tfisser kura li teħtieġ li l-pazjent iqatta' l-lejl fl-isptar. Madankollu, jista’ jkun xieraq li jiddaħħlu wkoll ċerti tipi oħra ta' kura tas-saħħa fl-istess reġim ta' kura fl-isptar, jekk dik il-kura tas-saħħa teħtieġ l-użu ta' infrastruttura medika jew tagħmir mediku speċjalizzati jew għoljin ħafna (pereżempju scanners ta’ teknoloġija avvanzata użati għad-dijanjożi) jew jinvolvi trattamenti ta' riskju partikolari għall-pazjent jew għall-popolazzjoni (pereżempju trattament għal mard infettiv serju).

Justification

Id-differenzi fid-drittijiet u fil-prattiki kliniċi bejn l-Istati Membri jfissru li, fil-prattika, lista waħda tal-UE tat-trattamenti li għalihom tista’ tkun meħtieġa awtorizzazzjoni minn qabel toħloq biss konfużjoni għall-pazjenti.

Emenda  24

Proposta għal Direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Fi kwalunkwe każ, jekk Stat Membru jiddeċiedi li jistabbilixxi sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għall-ġarr tal-ispejjeż ta’ kura fl-isptar jew kura speċjalizzata fi Stati Membri oħrajn skond id-dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva, l-ispejjeż ta’ kura tali mogħtija fi Stat Membru ieħor għandha wkoll titħallas lura mill-Istat Membru ta’ affiljazzjoni sal-livell tal-ispejjeż li kienu jinġarru li kieku ngħatat l-istess kura tas-saħħa, jew waħda simili, fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni, mingħajr ma jinqabżu l-ispejjeż attwali tal-kura tas-saħħa riċevuta. Minkejja dan, fejn il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 1408/71 huma sodisfatti, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata u l-benefiċċji pprovduti f'konformità ma’ dan ir-Regolament. Dan japplika b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet fejn l-awtorizzazzjoni hija mogħtija wara reviżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja tat-talba u wara li l-persuna kkonċernata rċeviet it-trattament fi Stat Membru ieħor. F’dan il-każ, l-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta’ din id-Direttiva ma japplikawx. Dan huwa konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li speċifikat li pazjenti li ġew miċħuda l-awtorizzazzjoni li sussegwentement instabet li kienet mingħajr bażi, huma intitolati li jkollhom l-ispiża tat-trattament miksub fi Stat Membru ieħor imħallsa kollha skond id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta' trattament.

(32) Fi kwalunkwe każ, jekk Stat Membru jiddeċiedi li jistabbilixxi sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għall-ġarr tal-ispejjeż ta’ kura fl-isptar jew kura speċjalizzata fi Stati Membri oħrajn skond id-dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva, l-ispejjeż ta’ kura tali mogħtija fi Stat Membru ieħor għandha wkoll titħallas lura mill-Istat Membru ta’ affiljazzjoni sal-livell tal-ispejjeż li kienu jinġarru li kieku ngħatat l-istess kura tas-saħħa, jew waħda simili, fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni, mingħajr ma jinqabżu l-ispejjeż attwali tal-kura tas-saħħa riċevuta. Minkejja dan, fejn il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 1408/71 huma sodisfatti, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata u l-benefiċċji pprovduti f'konformità ma’ dan ir-Regolament. Dan japplika b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet fejn l-awtorizzazzjoni hija mogħtija wara reviżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja tat-talba u wara li l-persuna kkonċernata rċeviet it-trattament fi Stat Membru ieħor. F’dan il-każ, l-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta’ din id-Direttiva ma japplikawx. Dan huwa konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li speċifikat li pazjenti li ġew miċħuda l-awtorizzazzjoni li sussegwentement instabet li kienet mingħajr bażi, huma intitolati li jkollhom l-ispiża tat-trattament miksub fi Stat Membru ieħor imħallsa kollha skond id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta' trattament.

Justification

Il-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ma tinkludix ir-referenza għal "jew kura tas-saħħa simili." Għal raġunijiet ta' ċertezza legali u ta' koerenza mar-regoli dwar il-koordinament tal-iskemi ta' sigurtà soċjali, in-nozzoni "jew simili" għandha tkun rimpjazzata minn "jew ugwalment effettiva għall-pazjent." Dan ikun konformi mal-interpretazzjoni tal-ECJ tal-kunċett tal-“kura” fl-Artikolu 22 tar-Regolament 1408/71 (L-Artikolu 20 il-ġdid tar-Regolament 883/2004) (ara pereżempju C-372/04, Watts, para.

Emenda  25

Proposta għal Direttiva

Premessa 32 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32a) Awtorizzazzjoni minn qabel għandha tkun miċħuda biss fil-kuntest ta’ proċedura ġusta u trasparenti. Ir-regoli stabbiliti mill-Istati Membri għas-sottomissjoni ta’ rikjesta ta’ awtorizzazzjoni u r-raġunijiet possibbli għal ċaħda għandhom ikunu dikjarati minn qabel. Iċ-ċaħdiet għandhom ikunu limitati għal dak li hu meħtieġ, u għandhom ikunu proporzjonali għall-għanijiet tal-istabbiliment ta’ sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel.

Emenda  26

Proposta għal Direttiva

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Proċeduri fir-rigward tal-kura tas-saħħa transkonfinali stabbiliti mill-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-pazjenti garanziji ta’ oġġettività, nuqqas ta’ diskriminazzjoni u trasparenza, b’tali mod sabiex ikun żgurat li d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali jsiru fil-ħin u b’rispett kemm għall dawk il-prinċipji ġenerali kif ukoll għaċ-ċirkustanzi individwali ta' kull każ. Dan japplika wkoll għall-ħlas lura tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa mwettqa fi Stat Membru ieħor wara r-ritorn tal-pazjent. Huwa xieraq li l-pazjenti jirċievu risposta dwar id-deċiżjoni fir-rigward tal-kura tas-saħħa transkonfinali fi żmien ħmistax-il jum kalendarji. Madankollu, dan il-perjodu jista’ jkun iqsar fejn it-trattament ikkonċernat ikun urġenti. Fi kwalunkwe każ, il-proċeduri ta’ rikonoxximent u r-regoli dwar il-provvediment ta' servizzi kif stipulati fid-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali m'għandhomx jiġu affettwati minn dawn ir-regoli ġenerali.

(33) Proċeduri fir-rigward tal-kura tas-saħħa transkonfinali stabbiliti mill-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-pazjenti garanziji ta’ oġġettività, nuqqas ta’ diskriminazzjoni u trasparenza, b’tali mod sabiex ikun żgurat li d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali jsiru fil-ħin u b’rispett kemm għall dawk il-prinċipji ġenerali kif ukoll għaċ-ċirkustanzi individwali ta' kull każ. Dan japplika wkoll għall-ħlas lura tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa mwettqa fi Stat Membru ieħor wara r-ritorn tal-pazjent. Il-pazjenti għandhom jirċievu risposta dwar id-deċiżjoni fir-rigward tal-kura tas-saħħa transkonfinali fi żmien ħmistax-il jum kalendarji. Madankollu, dan il-perjodu jista’ jkun iqsar fejn it-trattament ikkonċernat ikun urġenti. Fi kwalunkwe każ, il-proċeduri ta’ rikonoxximent u r-regoli dwar il-provvediment ta' servizzi kif stipulati fid-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali m'għandhomx jiġu affettwati minn dawn ir-regoli ġenerali.

Ġustifikazzjoni

Hemm grupp demografiku żgħir għalkemm konsiderevoli li jgħix bejn iżjed minn stat membru wieħed. Għalhekk, dawn l-individwi għandu jkollhom id-dritt għal kura mhux fl-isptarijiet bħal ma huma l-konvalexxenza, il-kura residenzjali u oħrajn, biss sakemm ikunu assikurati għall-istess lista ta' kura fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni tagħhom.

Emenda  27

Proposta għal Direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Huwa meħtieġ tagħrif xieraq dwar l-aspetti essenzjali kollha tal-kura tas-saħħa transkonfinali sabiex il-pazjenti jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom għall-kura tas-saħħa transkonfinali fil-prattika. Għall-kura tas-saħħa transkonfinali l-aktar mekkaniżmu effettiv għall-provvediment ta’ tagħrif tali huwa li jiġu stabbiliti punti ta’ kuntatt ċentrali f’kull Stat Membru li jistgħu jirreferu għalihom il-pazjenti, u li jistgħu jipprovdu tagħrif dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali filwaqt li jitqies ukoll il-kuntest tas-sistema tas-saħħa f’dak l-Istat Membru. Minħabba li l-mistoqsijiet dwar aspetti ta' kura tas-saħħa transkonfinali se jeħtieġu wkoll kollegament bejn l-awtoritajiet fl-Istati Membri differenti, dawn il-punti ta' kuntatt ċentrali għandhom jikkostitwixxu netwerk li permezz tiegħu dawn il-mistoqsijiet jistgħu jiġu indirizzati bl-aktar mod effiċjenti. Dawn il-punti ta' kuntatt għandhom jikkooperaw ma' xulxin u għandhom jippermettu lill-pazjenti li jagħmlu għażliet infurmati dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali. Għandhom jipprovdu wkoll tagħrif dwar l-għażliet disponibbli fil-każ ta’ problemi bil-kura tas-saħħa transkonfinali, b’mod partikolari dwar skemi ta’ riżoluzzjoni barra l-qrati għal tilwim transkonfinali.

(34) Huwa meħtieġ tagħrif xieraq dwar l-aspetti essenzjali kollha tal-kura tas-saħħa transkonfinali sabiex il-pazjenti jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom għall-kura tas-saħħa transkonfinali fil-prattika. Għall-kura tas-saħħa transkonfinali l-aktar mekkaniżmu effettiv għall-provvediment ta’ tagħrif tali huwa li jiġu stabbiliti punti ta’ kuntatt ċentrali f’kull Stat Membru li jistgħu jirreferu għalihom il-pazjenti, u li jistgħu jipprovdu tagħrif dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali filwaqt li jitqies ukoll il-kuntest tas-sistema tas-saħħa f’dak l-Istat Membru. Minħabba li l-mistoqsijiet dwar aspetti ta' kura tas-saħħa transkonfinali se jeħtieġu wkoll kollegament bejn l-awtoritajiet fl-Istati Membri differenti, dawn il-punti ta' kuntatt ċentrali għandhom jikkostitwixxu netwerk li permezz tiegħu dawn il-mistoqsijiet jistgħu jiġu indirizzati bl-aktar mod effiċjenti. Dawn il-punti ta' kuntatt għandhom jikkooperaw ma' xulxin u għandhom jippermettu lill-pazjenti li jagħmlu għażliet infurmati dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali. Għandhom jipprovdu wkoll tagħrif dwar l-għażliet disponibbli fil-każ ta’ problemi bil-kura tas-saħħa transkonfinali, b’mod partikolari dwar skemi ta’ riżoluzzjoni barra l-qrati għal tilwim transkonfinali. Fl-iżvilupp tal-arranġamenti għall-forniment ta’ informazzjoni dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-ħtieġa li tiġi pprovduta informazzjoni f’formati aċċessibbli kif ukoll sorsi potenzjali ta’ assistenza addizzjonali għall-pazjenti vulnerabbli, il-persuni b’diżabilità u dawk bi bżonnijiet kumplessi.

 

Ġustifikazzjoni

Huwa vitali li l-informazzjoni dwar il-kura tas-saħħa tranksonfinali tkun f’formati aċċessibbli.

Emenda  28

Proposta għal Direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Meta l-kura tas-saħħa tingħata lil pazjent fi Stat Membru li mhux il-pajjiż fejn huwa assigurat, jeħtieġ li l-pazjent ikun jaf minn qabel liema regoli għandhom jiġu applikati. Huwa meħtieġ livell ekwivalenti ta’ ċarezza fil-każ fejn il-provvedituri tal-kura tas-saħħa jispustaw ruħhom temporanjament fi Stat Membru ieħor biex jipprovdu s-servizzi mediċi tagħhom hemmhekk jew meta l-kura tas-saħħa tingħata transkonfinalment. F’dawn il-każi, ir-regoli applikabbli għall-kura tas-saħħa huma dawk stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ trattament skond il-prinċipji ġenerali stipulati fl-Artikolu 5, dan sakemm, f’konformità mal-Artikolu 152 tat-Trattat l-organizzazzjoni u t-twettiq tas-servizzi tas-saħħa u l-kura medika huma r-responsabbiltà tal-Istati Membri. Dan se jgħin biex il-pazjent jagħmel għażla informata, u se jevita ideat żbaljati u nuqqas ta' ftehim. Se jistabbilixxi wkoll livell għoli ta’ fiduċja bejn il-pazjent u l-provveditur tal-kura tas-saħħa.

(35) Meta l-kura tas-saħħa tingħata lil pazjent fi Stat Membru li mhux il-pajjiż fejn huwa assigurat, jeħtieġ li l-pazjent ikun jaf minn qabel liema regoli għandhom jiġu applikati. Huwa meħtieġ livell ekwivalenti ta’ ċarezza meta l-kura tas-saħħa tingħata transkonfinalment, bħal fil-każ tat-telemediċina. F’dawn il-każi, ir-regoli applikabbli għall-kura tas-saħħa huma dawk stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ trattament skond il-prinċipji ġenerali stipulati fl-Artikolu 5, dan sakemm, f’konformità mal-Artikolu 152 tat-Trattat l-organizzazzjoni u t-twettiq tas-servizzi tas-saħħa u l-kura medika huma r-responsabbiltà tal-Istati Membri. Dan se jgħin biex il-pazjent jagħmel għażla informata, u se jevita ideat żbaljati u nuqqas ta' ftehim. Se jistabbilixxi wkoll livell għoli ta’ fiduċja bejn il-pazjent u l-provveditur tal-kura tas-saħħa.

Emenda  29

Proposta għal Direttiva

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-forma ta' dawn il-punti ta' kuntatt nazzjonali kif ukoll dwar kemm se jkun hemm minnhom. Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali jistgħu jiġu wkoll inkorporati fi jew mibnija fuq attivitajiet ta' ċentri tat-tagħrif eżisteni, dan sakemm jiġi indikat b'mod ċar li huma wkoll punti ta' kuntatt nazzjonali għall-kura tas-saħħa transkonfinali. Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali għandu jkollhom il-faċilitajiet xierqa biex jagħtu tagħrif dwar l-aspetti prinċipali tal-kura tas-saħħa transkonfinali u biex jagħtu għajnuna prattika lill-pazjenti fejn ikun meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha taħdem flimkien mal-Istati Membri sabiex tiffaċilita l-kooperazzjoni dwar il-punti ta' kuntatt nazzjonali għall-kura tas-saħħa transkonfinali, inkluż li jagħmlu t-tagħrif rilevanti disponibbli fil-livell Komunitarju, bħal permezz tal-Portal Ewropew dwar is-Saħħa. L-eżistenza tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali ma għandux iwaqqaf lill-Istati Membri milli jistabbilixxu punti ta’ kuntatt marbuta oħra fil-livell reġjonali jew lokali, li jirriflettu l-organizzazzjoni speċifika tas-sistema tal-kura tas-saħħa tagħhom.

(36) L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-forma ta' dawn il-punti ta' kuntatt nazzjonali kif ukoll dwar kemm se jkun hemm minnhom. Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali jistgħu jiġu wkoll inkorporati fi jew mibnija fuq attivitajiet ta' ċentri tat-tagħrif eżisteni, dan sakemm jiġi indikat b'mod ċar li huma wkoll punti ta' kuntatt nazzjonali għall-kura tas-saħħa transkonfinali. Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali għandu jkollhom il-faċilitajiet xierqa biex jagħtu tagħrif dwar l-aspetti prinċipali tal-kura tas-saħħa transkonfinali u biex jagħtu għajnuna prattika lill-pazjenti fejn ikun meħtieġ. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-parteċipazzjoni ta' korpi li jirrappreżentaw il-professjonisti tas-saħħa f'dawn l-attivitajiet. L-eżistenza tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali ma għandux iwaqqaf lill-Istati Membri milli jistabbilixxu punti ta’ kuntatt marbuta oħra fil-livell reġjonali jew lokali, li jirriflettu l-organizzazzjoni speċifika tas-sistema tal-kura tas-saħħa tagħhom. Il-punti ta' kuntatt nazzjonali għandhom ikunu kapaċi jipprovdu lill-pazjenti b'informazzjoni relevanti dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali u jgħinuhom. Dan preferibbilment ma jkunx jinkludi pariri legali.

Emenda  30

Proposta għal Direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Il-kisba tal-potenzjal tas-suq intern għall-kura tas-saħħa transkonfinali teħtieġ kooperazzjoni bejn il-provvedituri, ix-xerrejja u r-regolaturi ta’ Stati Membri differenti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali biex jiżguraw kura transkonfinali sigura, ta’ kwalità għolja u effiċjenti. Dan huwa partikolarment il-każ għall-kooperazzjoni fir-reġjuni mal-fruntiera, fejn il-provvediment tas-servizzi transkonfinali tista' tkun l-aktar mod effettiv tal-organizzazzjoni tas-servizzi tas-saħħa għall-popolazzjonijiet lokali, iżda fejn il-kisba ta' provvediment transkonfinali tali fuq bażi sostnuta teħtieġ kooperazzjoni bejn is-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri differenti. Kooperazzjoni bħal din tista' tirrigwardja ppjanar konġunt, rikonoxximent reċiproku jew adattament tal-proċeduri jew standards, interoperabbiltà ta’ sistemi tat-teknoloġija tat-tagħrif u tal-komunikazzjoni nazzjonali rispettiva, mekkaniżmi prattiċi sabiex tkun żgurata l-kontinwità tal-kura jew l-iffaċiltar pratiku tal-provvediment transkonfinali tal-kura tas-saħħa minn professjonisti tas-saħħa fuq bażi temporanja jew okkażjonali. Id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali tistipula li l-provvediment ħieles ta' servizzi ta' natura temporanja jew okkażjonali, inklużi servizzi mogħtija minn professjonisti tas-saħħa, fi Stat Membru ieħor, m’għandhomx, soġġetti għal dispożizzjonijiet speċifiċi tal-liġi Komunitarja, ikunu ristretti minħabba raġuni li għandha x’taqsam ma' kwalifiki professjonali. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr ħsara għal dawk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/36/KE.

(37) Il-kooperazzjoni hija meħtieġa bejn il-provvedituri, ix-xerrejja u r-regolaturi ta’ Stati Membri differenti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali biex jiżguraw kura transkonfinali sikura, ta’ kwalità għolja u effiċjenti. Dan huwa partikolarment il-każ għall-kooperazzjoni fir-reġjuni mal-fruntiera, fejn il-provvediment tal-kura tas-saħħa transkonfinali tista' tkun l-aktar mod effettiv tal-organizzazzjoni tal-kura tas-saħħa għall-popolazzjonijiet lokali, iżda fejn il-kisba ta' provvediment transkonfinali tali fuq bażi sostnuta teħtieġ kooperazzjoni bejn is-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri differenti. Kooperazzjoni bħal din tista' tirrigwardja ppjanar konġunt, rikonoxximent reċiproku jew adattament tal-proċeduri jew standards, interoperabbiltà ta’ sistemi tat-teknoloġija tat-tagħrif u tal-komunikazzjoni nazzjonali rispettiva, mekkaniżmi prattiċi sabiex tkun żgurata l-kontinwità tal-kura jew l-iffaċiltar pratiku tal-provvediment transkonfinali tal-kura tas-saħħa minn professjonisti tas-saħħa fuq bażi temporanja jew okkażjonali.

Ġustifikazzjoni

Billi din id-Direttiva tikkonċerna l-forom kollha tal-kura, hija illużorja li jissemma s-suq intern għall-kura tas-saħħa transkonfinali.

Il-parti tressqet għall-Premessa 37 a l-ġdida, fejn trid tiġi fformulata b'mod iżjed preċiż.

Emenda  31

Proposta għal Direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Fejn prodotti mediċinali huma awtorizzati fl-Istat Membru tal-pazjent skond id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u ġew preskritti fi Stat Membru ieħor għal pazjent individwali, fil-prinċipju għandu jkun possibbli għal preskrizzjonijiet tali li jkunu rikonoxxuti medikalment u użati fl-Istat Membru tal-pazjent. It-tneħħija ta' barrieri regolatorji u amministrattivi għal rikonoxximen tali hija mingħajr ħsara għall-ħtieġa ta' ftehim xieraq tat-tabib li qed jitratta l-pazjenti jew l-ispiżjar f'kull każ individwali, jekk dan huwa ġustifikat mill-ħarsien tas-saħħa umana u huwa meħtieġ u proporzjonali għal dan l-għan. Rikonoxximent mediku tali għandu jkun wkoll mingħajr ħsara għad-deċiżjoni tal-Istat Membru ta’ affiljazzjoni fir-rigward tal-inklużjoni ta' prodotti mediċinali tali fil-benefiċċji koperti mis-sistema ta' sigurtà soċjali ta’ affiljazzjoni. L-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent se tkun iffaċilitata mill-adozzjoni ta' miżuri meħtieġa għall-ħarsien tas-sigurtà ta’ pazjent, u l-evitar tal-użu ħażin jew it-taħlit ta' prodotti mediċinali.

(39) Fejn prodotti mediċinali huma awtorizzati fl-Istat Membru tal-pazjent skond id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem inkluża l-leġiżlazzjoni futura dwar il-prodotti mediċinali kontraffatti (Direttiva XXXX/XX/KE) u l-farmakoviġilanza (Direttiva ZZZZ/ZZ/EC) u ġew preskritti fi Stat Membru ieħor għal pazjent individwali, fil-prinċipju għandu jkun possibbli għal preskrizzjonijiet tali li jkunu rikonoxxuti medikalment jew fi spiżeriji u użati fl-Istat Membru tal-pazjent. It-tneħħija ta' barrieri regolatorji u amministrattivi għal rikonoxximen tali hija mingħajr ħsara għall-ħtieġa ta' ftehim xieraq tat-tabib li qed jitratta l-pazjenti jew l-ispiżjar f'kull każ individwali, jekk dan huwa ġustifikat mill-ħarsien tas-saħħa umana u huwa meħtieġ u proporzjonali għal dan l-għan. Dan l-għarfien mediku għandu jkun wkoll mingħajr ħsara għad-deċiżjoni tal-Istat Membru ta’ affiljazzjoni fir-rigward tal-inklużjoni ta' dawn il-prodotti mediċinali fil-benefiċċji koperti mis-sistema ta' sigurtà soċjali ta’ affiljazzjoni u mingħajr ħsara għall-validità tal-ipprezzar nazzjonali u r-regoli ta' pagament. L-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent se tkun iffaċilitata mill-adozzjoni ta' miżuri meħtieġa għall-ħarsien tas-sigurtà ta’ pazjent, u l-evitar tal-użu ħażin jew it-taħlit ta' prodotti mediċinali.

Emenda  32

Proposta għal Direttiva

Premessa 41 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(41a) L-interoperabilità tas-soluzzjonijiet e-health għandha tintlaħaq filwaqt li jiġu rrispettati r-regolamenti nazzjonali dwar id-dispożizzjonijiet tas-servizzi tas-saħħa adottati sabiex jipproteġu lill-pazjent, inkluża l-leġiżlazzjoni dwar l-ispiżeriji fuq l-internet, b'mod partikolari l-projbizzjonijiet nazzjonali dwar l-ordni postali ta' prodotti mediċinali mogħtija biss bil-preskrizzjonijiet bi qbil mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropew u d-Direttiva 97/7/KE dwar il-ħarsien tal-konsumatur fir-rigward tal-kuntratti ta' distanza.

 

1 ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19.

Ġustifikazzjoni

B'konformità mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropew (sentenza tal-11 ta' Diċembru 2003, C-322/01, Deutscher Apothekerverband) u l-Artikolu 14 tad-Direttiva dwar il-Bejgħ b'Distanza (97/7/KE), għandu jkun ċar li din id-direttiva ma taffettwax il-permessibilità tal-projbizzjonijiet fuq ordni postali ta' prodotti mediċinali mogħtija biss bil-preskrizzjonijiet fuq il-bażi tal-perikli għas-saħħa pubblika.

Emenda  33

Proposta għal Direttiva

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43) Il-progress kontinwu fix-xjenza medika u t-teknoloġiji tas-saħħa jippreżentaw kemm opportunitajiet kif ukoll sfidi għas-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri. Il-kooperazzjoni fil-valutazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa l-ġodda tista’ tappoġġja lill-Istati Membri permezz tal-ekonomiji fil-kobor u tevita d-duplikazzjoni tal-isforz, u tipprovdi bażi aħjar ta' evidenza għall-aqwa użu ta' teknoloġiji ġodda sabiex tkun żgurata kura tas-saħħa sigura, ta' kwalità għolja u effiċjenti. Dan se jikkontribwixxi wkoll għas-suq intern billi jimmassimizza l-veloċità u l-iskala tad-difużjoni ta’ innovazzjonijiet fix-xjenza medika u t-teknoloġiji tas-saħħa. Kooperazzjoni tali teħtieġ strutturi sostnuti bl-involviment tal-awtoritajiet rilevanti kollha tal-Istati Membri kollha, li jibnu fuq il-proġetti bi prova eżistenti.

(43) Il-progress kontinwu fix-xjenza medika u t-teknoloġiji tas-saħħa jippreżentaw kemm opportunitajiet kif ukoll sfidi għas-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri. Madankollu, l-evalwazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa u r-restrizzjoni possibbli ta' aċċess għal teknoloġiji ġodda b'ċertu deċiżjonijiet minn korpi amministrattivi jqajmu numru ta' kwistjonijiet soċjali fundamentali li jeħtieġu kontribuzzjonijiet minn firxa wiesgħa ta' partijiet interessati u t-twaqqif ta' mudell ta' tmexxija vijabbli. Għalhekk, kwalunkwe kooperazzjoni għandha tinkludi mhux biss lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha, iżda wkoll lill-partijiet interessati kkonċernati inklużi l-professjonisti tas-saħħa u r-rappreżentanti tal-pazjenti u tal-industrija. Barra minn hekk, din il-kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq prinċipji vijabbli ta’ tmexxija tajba bħat-trasparenza, il-ftuħ, l-oġġettività u l-imparzjalità tal-proċeduri.

Ġustifikazzjoni

L-iskambju ta’ informazzjoni fost il-korpi ta’ evalwazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa jassumu minn qabel u jirrikjedu l-applikazzjoni ta’ prinċipji ta’ prattika tajba (bħat-tmexxija tajba, it-trasparenza u l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati) fl-evalwazzjonijiet immexxija mill-Istati Membri. L-evalwazzjonijiet tat-teknoloġiji tas-saħħa għalhekk għandhom jissodisfaw il-kriterji tal-ftuħ u tal-oġġettività u għandhom ikunu bbażati fuq id-djalogu u l-inklużjoni tal-partijiet interessati, inklużi l-pazjenti u r-rappreżentanti tal-industrija.

Emenda  34

Proposta għal Direttiva

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45) B’mod partikolari, is-setgħa għandha tiġi konferita fuq il-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri li ġejjin: lista ta’ trattamenti, għajr għal dawk li jeħtieġu akkomodazzjoni mal-lejl, li għandhom jiġu soġġetti għall-istess reġim bħall-kura fl-isptar; miżuri relatati għat-tħallija barra ta' kategoriji speċifiċi ta' prodotti jew sustanzi mediċinali mir-rikonoxximent tal-preskrizzjonijiet maħruġa fi Stat Membru ieħor stipulat f’din id-Direttiva; lista ta’ kriterji u kundizzjonijiet speċifiċi li jridu jiġu sodisfatti min-netwerks ta’ referenza Ewropej; il-proċedura għall-ħolqien ta’ netwerks ta’ referenza Ewropej. Minħabba li dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u ġew mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, jew biex jissupplementaw din id-Direttiva biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

mħassra

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tikkorrispondi mal-emenda mill-istess awtur għall-Artikolu 8u l-Artikolu 15.

Emenda  35

Proposta għal Direttiva

Premessa 46 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(46a) L-Istat Membru ta' affiljazzjoni u l-Istat Membru ta' trattament għandhom b'kooperazzjoni bilaterali minn qabel u f'konsultazzjoni mal-pazjent jiżguraw li l-kura ta' wara u l-appoġġ xierqa jsiru disponibbli f'dawn l-Istati Membri wara t-trattament mediku awtorizzat u li informazzjoni ċara ssir disponibbli għall-pazjenti dwar l-għażliet u l-ispejjeż tal-kura ta' wara. Biex isir dan, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri biex jiżguraw li:

 

(a) d-data tal-kura medika u soċjali neċessarja tintbagħat billi tiġi rrispettata l-kunfidenzjalità tal-pazjent; kif ukoll

 

(b) il-professjonisti tal-kura medika u soċjali f'dawn iż-żewġ pajjiżi jkunu jistgħu jikkonsultaw lil xulxin biex jiżguraw l-ogħla kwalità fit-trattament u l-kura ta' wara (inkluż appoġġ soċjali) għall-pazjent.

Emenda  36

Proposta għal Direttiva

Premessa 46 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46a) Billi tiffaċilità l-libertà ta' moviment ta' pazjenti fl-Unjoni Ewropea din id-Direttiva tista' twassal għal kompetizzjoni bejn dawk li jipprovdu l-kura tas-saħħa. Din il-kompetizzjoni tikkontribwixxi għaż-żieda fil-kwalità tal-kura tas-saħħa għal kulħadd u sabiex jiġu stabbiliti ċentri ta' eċċellenza.

Ġustifikazzjoni

Meta d-Direttiva jkollha riżultat bħal dan hija tagħti kontribut pożittiv għas-sistema tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri, imma jeħtieġ li jkun hemm monitoraġġ bir-reqqa sabiex jiġu verifikati r-riżultati tad-Direttiva.

Emenda  37

Proposta għal Direttiva

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas ġenerali għad-dispożizzjoni ta’ kura tas-saħħa transkonfinali sigura, ta’ kwalità għolja u effiċjenti.

Din id-Direttiva tagħti r-regoli għall-aċċess għall-kura tas-saħħa sikura u ta' kwalità għolja fi Stat Membru ieħor u tistabbilixxi l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni għall-kura tas-saħħa bejn l-Istati Membri, b'rispett sħiħ lejn il-kompetenzi nazzjonali fl-organizzazzjoni u l-għoti tal-kura tas-saħħa.

 

Fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom iqisu l-prinċipji tal-universalità, l-aċċess għall-kura ta' kwalità, l-ekwità u s-solidarjetà tajbin.

Emenda  38

Proposta għal Direttiva

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-provvediment ta’ kura tas-saħħa irrispettivament minn kif tiġi organizzata, mogħtija jew iffinanzjata jew jekk hix pubblika jew privata.

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-provvediment ta’ kura tas-saħħa transkonfinali irrispettivament minn kif tiġi organizzata, mogħtija jew iffinanzjata jew jekk hix pubblika jew privata. Għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-qafas eżistenti dwar il-koordinament tas-sistemi tas-sigurtà soċjali kif jinsab fir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KE) suċċessur tiegħu, Nru 883/2004.

 

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal servizzi li huma maġġorment iffokati fil-qasam tal-kura fit-tul, l-aktar inklużi dawk mogħtijin fuq perijodu estiż ta' żmien li l-iskop tagħhom ikun li tingħata għajnuna lil dawk in-nies li jeħtieġu l-assistenza biex jagħmlu ħwejjeġ ta' kuljum u ta' rutina.

 

Din id-Direttiva ma tapplikax għat-trapjanti tal-organi.

Emenda  39

Proposta għal Direttiva

Artikolu 3 - paragrafu 1 - punti - a a u a b (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-aa) Id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali;

 

Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern.

Emenda  40

Proposta għal Direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt g a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) Id-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 li tiffissa l-istandards ta' kwalità u sikurezza għall-ġbir, ittestjar, proċessar, ħżin, u distribuzzjoni tad-demm uman u komponenti tad-demm u temenda d-Direttiva 2001/83/KE;

Emenda  41

Proposta għal Direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt g b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gb) Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar l-iffissar ta' standards ta' kwalità u sikurezza fid-donazzjoni, ksib, testjar, proċessar, preservazzjoni, ħżin, u distribuzzjoni tat-tessuti u ċelluli umani;

Emenda  42

Proposta għal Direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt g c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gc) Id-Direttiva 92/49/KEE dwar il-koordinament tal-liġijiet, ir-Regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi marbutin mal-assikurazzjoni diretta ħlief l-assikurazzjoni fuq il-ħajja, għal dak li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni tal-poteri konferiti mill-Kummissjoni;

Emenda  43

Proposta għal Direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta jintlaħqu ċ-ċirkustanzi li taħthom trid tingħata awtorizzazzjoni li pazjent imur fi Stat Membru ieħor sabiex jirċievi t-trattament xieraq skond l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1408/71, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta’ din id-Direttiva m'għandhomx japplikaw. Kuntrarju għal dan, meta persuna assigurata tfittex kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor f'ċirkustanzi oħrajn, japplikaw l-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1408/71 m'għandux japplika. Madankollu, fejn il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni stipulati fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 1408/71 huma sodisfatti, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata u l-benefiċċji mogħtija f'konformità ma’ dan ir-Regolament. F’dan il-każ, l-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta’ din id-Direttiva ma japplikawx.

2. Meta jintlaħqu ċ-ċirkustanzi li taħthom trid tingħata awtorizzazzjoni li pazjent imur fi Stat Membru ieħor sabiex jirċievi t-trattament xieraq skond l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1408/71, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta’ din id-Direttiva m'għandhomx japplikaw. Kuntrarju għal dan, meta persuna assigurata tfittex kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor f'ċirkustanzi oħrajn, inkluż meta l-kondizzjonijiet għall-għoti ta' awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u, mid-data tal-applikazzjoni, ir-Regolament (KE) Nru883/2004 jkunu ġew sodisfatti imma l-awtorizzazzjoni ma tkunx ingħatat, japplikaw l-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1408/71 m'għandux japplika

Emenda  44

Proposta għal Direttiva

Artikolu 3 - paragrafu 3 Test propost mill-Kummissjoni

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Jekk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu f’kunflitt ma' dispożizzjoni ta' att Komunitarju ieħor li jiggverna aspetti speċifiċi tal-kura tas-saħħa, id-dispożizzjoni tal-att Komunitarju l-ieħor għandha tirbaħ u għandha tapplika għal dawk is-sitwazzjonijiet speċifiċi kkonċernati. Dawn jinkludu:

mħassra

(a) Id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali;

 

(b) Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern.

 

Emenda  45

Proposta għal Direttiva

Artikolu 4 – point a Test propost mill-Kummissjoni

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) “kura tas-saħħa” tfisser servizz tas-saħħa mogħti minn jew taħt is-superviżjoni ta’ professjonist tas-saħħa fl-eżerċizzju tal-professjoni tiegħu, u irrispettivament mill-modi li bihom qed tiġi organizzata, mogħtija u ffinanzjata fil-livell nazzjonali jew jekk hix pubblika jew privata;

(a) "kura tas-saħħa” tfisser servizzi u prodotti tas-saħħa mogħtijin jew preskritti minn professjonisti tas-saħħa lill-pazjenti biex jiġi vvalutat, miżmum jew miġjub lura l-istat tas-saħħithom jew biex jiġu prevenut li jimirdu, irrispettivament mill-modi li bihom qed tiġi organizzata, mogħtija u ffinanzjata fil-livell nazzjonali jew jekk il-kura hix pubblika jew privata

Emenda  46

Proposta għal Direttiva

Artikolu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) “kura tas-saħħa transkonfinali” tfisser kura tas-saħħa pprovduta fi Stat Membru għajr għal dak fejn il-pazjent huwa persuna assigurata jew il-kura tas-saħħa pprovduta fi Stat Membru għajr għal dak fejn joqgħod, huwa rreġistrat jew huwa stabbilit il-provveditur tal-kura tas-saħħa;

(b) “kura tas-saħħa transkonfinali” tfisser kura tas-saħħa pprovduta fi Stat Membru għajr għal dak fejn il-pazjent huwa persuna assigurata;

Emenda  47

Proposta għal Direttiva

Artikolu 4 - punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) “użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor" tfisser kura tas-saħħa pprovduta fi Stat Membru għajr għal dak fejn il-pazjent huwa persuna assigurata;

mħassra

Emenda  48

Proposta għal Direttiva

Artikolu 4 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) “professjonist tas-saħħa” tfisser tabib tal-mediċina jew infermiera responsabbli għall-kura ġenerali jew dentist jew qabla jew spiżjar fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2005/36/KE jew professjonist ieħor li jeżerċita attivitajiet fis-settur tal-kura tas-saħħa li huma ristretti għal professjoni regolata kif imfisser fl-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 2005/36/KE;

(d) “professjonist tas-saħħa” tfisser tabib tal-mediċina jew infermiera responsabbli għall-kura ġenerali jew dentist jew qabla jew spiżjar fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2005/36/KE jew professjonist ieħor li jeżerċita attivitajiet fis-settur tal-kura tas-saħħa li huma ristretti għal professjoni regolata kif imfisser fl-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 2005/36/KE, jew persuna li tkun qed teżerċita attivitajiet ta' kura tas-saħħa fl-Istat Membru ta' trattament;

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ovvji, it-terminu prattikant tal-mediċina jidher aktar xieraq minħabba li dottorrat fil-mediċina mhuwiex neċessarjament rekwiżit biex professjonisti tal-kura tas-saħħa jkunu jistgħu jeżerċitaw attività ta’ kura tas-saħħa.

Emenda  49

Proposta għal Direttiva

Artikolu 4 - punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

e) “provveditur tal-kura tas-saħħa" tfisser kull persuna naturali jew legali li tipprovdi b'mod legali kura tas-saħħa fit-territorju ta' Stat Membru;

e) “provveditur tal-kura tas-saħħa" tfisser kull professjonista tas-saħħa fis-sens definit f'(d) aktar ’il fuq jew persuna legali li tipprovdi b'mod legali kura tas-saħħa fit-territorju ta' Stat Membru;

Emenda  50

Proposta għal Direttiva

Artikolu 4 - punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) “pazjent” tfisser kull persuna naturali li tirċievi jew tixtieq tirċievi kura tas-saħħa fi Stat Membru;

(f) “pazjent” tfisser kull persuna naturali li tirċievi jew tipprova tirċievi kura tas-saħħa fi Stat Membru;

Emenda  51

Proposta għal Direttiva

Artikolu 4 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) “persuna assigurata” tfisser:

(g) "persuna assigurata" tfisser persuna li hija assigurata skont id-definizzjoni fl-Artikolu 1(c) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, jew kif definit fil-kondizzjonijiet tal-politika tal-iskemi privati tal-assikurazzjoni tal-mard;

(i) sad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004: persuna li hija assigurata f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1, 2 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1408/71,

 

(ii) sa mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004: persuna assigurata fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(c) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004;

 

Ġustifikazzjoni

Regolament (KE) Nru 883/2004 jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009.

Emenda  52

Proposta għal Direttiva

Artikolu 4 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) "“Stat Membru ta’ affiljazzjoni” tfisser l-Istat Membru fejn il-pazjent huwa persuna assigurata;

(h) "Stat Membru ta’ affiljazzjoni” tfisser l-IStat Membru fejn il-pazjent huwa persuna assikurata jew l-Istat Membru fejn il-pazjent jirrisjedi jekk dan l-IStat Membru ma jkunx l-istess bħall-ieħor.

Ġustifikazzjoni

Qed jinħoloq qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament 883/2004.

Emenda  53

Proposta għal Direttiva

Artikolu 4 – punt h a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ha) meta, minħabba l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) 1408/71 u r-Regolament (KE) 883/04 rispettivament, entità ta’ assigurazzjoni tas-saħħa fl-Istat Membru ta’ residenza tal-pazjent tkun responsabbli għall-għoti ta’ benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni tal-istat, allura dak l-Istat Membru jitqies bħala l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għall-finijiet ta’ din id-Direttiva;

Emenda  54

Proposta għal Direttiva

Artikolu 4 – punt i a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia) "tagħmir mediku" tfisser tagħmir mediku kif definit fid-Direttiva 93/42/KEE jew fid-Direttiva 90/385/KEE jew id-Direttiva 98/79/KE.

Ġustifikazzjoni

Ix-xiri ta' prodotti marbutin mal-kura tas-saħħa (eż. it-tagħmir mediku) kien il-punt deċiż fil-każ Decker (it-tagħmir li l-każ japplika għalih kien nuċċali), u għalhekk għandu jiġi inkorporat f'direttiva intiża biex tikkodifika s-sentenzi Kohll u Decker.

Emenda  55

Proposta għal Direttiva

Artikolu 4 – punt i b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ib) "il-prodotti użati in konnessjoni mal-kura tas-saħħa" tfisser prodotti li huma użati biex jippreservaw jew itejbu s-saħħa ta' persuna bħalma huma t-tagħmir mediku u l-mediċini;

Ġustifikazzjoni

Ix-xiri ta' prodotti marbutin mal-kura tas-saħħa (eż. it-tagħmir mediku) kien il-punt deċiż fil-każ Decker (it-tagħmir li l-każ japplika għalih kien nuċċali), u għalhekk għandu jiġi inkorporat f'direttiva intiża biex tikkodifika s-sentenzi Kohll u Decker.

Emenda  56

Proposta għal Direttiva

Artikolu 4 – punt k a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ka) "teknoloġija tas-saħħa" tfisser prodott mediċinali jew tagħmir mediku jew proċeduri mediċi jew kirurġiċi kif ukoll il-miżuri għall-prevenzjoni tal-mard, id-dijanjożi jew it-trattament użati fil-kura tas-saħħa.

Ġustifikazzjoni

Din id-definizzjoni addizjonali hija meħtieġa peress li l-Artikoli 5 u 17 jirreferu għat-teknoloġiji tas-saħħa.

Emenda  57

Proposta għal Direttiva

Artikolu 4 - punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l) “ħsara” tfisser riżultati negattivi jew korrimenti li jirriżultaw mill-provvediment tal-kura tas-saħħa.

(l) "ħsara" hija definita fil-kura tas-saħħa transkonfinali permezz tar-referenza għall-kwadru leġiżlattiv eżistenti tal-IStat Membru tat-trattament u kif jinftiehem x'jikkonsisti fi ħsara jista' jvarja minn Stat Membru għal ieħor.

Emenda  58

Proposta għal Direttiva

Artikolu 4 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(la) "il-fajl mediku tal-pazjent" jew "l-istorja medika" tfisser id-dokumenti kollha li jkun fihom dejta, valutazzjonijiet u informazzjoni ta' kull tip dwar il-qagħda tal-pazjent u l-iżvilupp kliniku matul il-proċess tal-kura.

Justification

Dan it-terminu jintuża fil-proposta għal direttiva, u għalhekk huwa meqjus neċessarju li tiddaħħal definizzjoni tiegħu.

Emenda  59

Proposta għal Direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 u 1 a (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri ta’ trattament għandhom ikunu responsabbli mill-organizzazzjoni u l-għoti ta’ kura tas-saħħa. F’dan il-kuntest u filwaqt li jqisu l-prinċipji tal-universalità, l-aċċess għal kura ta’ kwalità, l-ekwità u s-solidarjetà, dawn għandhom jiddefinixxu standards ċari ta’ kwalità u ta’ sigurtà għal kura tas-saħħa mogħtija fit-territorju tagħhom, jiżguraw li:

1. L-Istati Membri ta’ trattament għandhom ikunu responsabbli mill-organizzazzjoni u l-għoti ta’ kura tas-saħħa. F’dan il-kuntest u filwaqt li jqisu l-prinċipji tal-universalità, l-aċċess għal kura ta’ kwalità, l-ekwità u s-solidarjetà, dawn għandhom jiddefinixxu standards ċari ta’ kwalità u ta’ sigurtà għal kura tas-saħħa mogħtija fit-territorju tagħhom, jiżguraw ottempranza mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar l-istandards tas-sigurtà, u li:

(a) il-mekkaniżmi jinsabu fis-seħħ għall-iżgurar li l-provvedituri tal-kura tas-saħħa huma kapaċi jissodisfaw standards tali, filwaqt li jitqiesu prassi tax-xjenza medika internazzjonali u prassi mediċi li huma ġeneralment rikonoxxuti bħala tajba;

(a) Meta tingħata kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor għajr dak fejn il-pazjent huwa persuna assigurata, tali servizz tal-kura tas-saħħa jingħata skond il-leġiżlazzjoni ta’ l-Istat Membru ta’ trattament f'konformità ma’ l-Artikolu 5.

(b) l-applikazzjoni ta’ standards tali mill-provvedituri tal-kura tas-saħħa fil-prattika hija sorveljata b'mod regolari u tittieħed azzjoni korrettiva meta ma jintlaħqux standards xierqa, filwaqt li jitqies il-progress fix-xjenza medika u t-teknoloġija tas-saħħa;

(b) il-kura tas-saħħa msemmija fil-paragrafu 1(a) hija pprovduta skont l-istandards u l-linji gwida dwar il-kwalità u s-sikurezza definiti mill-Istat Membru li jipprovdi t-trattament;

 

(ba) il-pazjenti u l-fornituri tal-kura tas-saħħa minn Stati Membri oħrajn jingħataw it-tagħrif mill-punt ta' kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru fejn qed isir it-trattament, inter alia b'mezzi elettroniċi, dwar l-istandards u l-linji gwida tal-kwalità, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar is-superviżjoni, u dwar id-disponibilità, il-kwalità u s-sikurezza, l-opzjonijiet tat-trattament, il-prezzijiet, l-eżiti tal-kura tas-saħħa pprovduta, l-aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità u d-dettalji tal-istatus ta' reġistrazzjoni ta' min jipprovdi l-kura tas-saħħa u l-koperta assikurattivi jew il-mezzi l-oħra ta' protezzjoni personali jew kollettiva f'dak li għandu x'jaqsam mar-responsabilità professjonali;

(c) il-provvedituri tas-saħħa jipprovdu t-tagħrif rilevanti kollu sabiex jippermettu lill-pazjenti li jagħmlu għażla infurmata, b’mod partikolari dwar id-disponibbiltà, il-prezzijiet u r-riżultati tal-kura tas-saħħa pprovduta u d-dettalji tal-kopertura ta’ assigurazzjoni tagħhom jew mezzi oħrajn ta’ ħarsien personali jew kollettiv fir-rigward tar-responsabbiltà professjonali;

(c) il-provvedituri tas-saħħa jipprovdu t-tagħrif rilevanti kollu sabiex jippermettu lill-pazjenti li jagħmlu għażla infurmata;

(d) il-pazjenti għandhom mezz biex jagħmlu l-ilmenti tagħhom u huma garantiti rimedji u kumpens meta jsofru minn ħsara li tirriżulta mill-kura tas-saħħa li jirċievu;

(d) il-pazjenti għandhom il-mezz biex jagħmlu l-ilmenti tagħhom u l-jedd li jfittxu rimedji u kumpens meta jsofru minn ħsara li tirriżulta mill-kura tas-saħħa li jirċievu u hemm mekkaniżmi lesti biex jiggarantixxu r-rimedji;

(e) sistemi ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà professjonali jew garanzija jew arranġament simili, li huma ekwivalenti jew essenzjalment komparabbli fir-rigward tal-għan tagħhom u li huma xierqa għan-natura u l-estent tar-riskju huma fis-seħħ għal trattament mogħti fit-territorju tagħhom;

(e) sistemi suffiċjenti u effettivi ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà professjonali jew garanzija jew arranġament simili, li huma xierqa għan-natura u l-estent tar-riskju huma fis-seħħ għal trattament mogħti fit-territorju tagħhom;

(f) id-dritt funadamentali għall-privatezza fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali huwa mħares f’konformità mal-miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-ħarsien tad-data personali, b'mod partikolari d-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE;

(f) id-dritt funadamentali għall-privatezza fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali huwa mħares f’konformità mal-miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-ħarsien tad-data personali, b'mod partikolari d-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE;

(g) pazjenti minn Stati Membri oħrajn għandhom igawdu minn trattament ugwali għal dak mogħti liċ-ċittadini tal-Istat Membru ta’ trattament, inkluż il-ħarsien kontra diskriminazzjoni stipulat skond il-liġi Komunitarja kif ukoll mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ fl-Istat Membru ta' trattament

(g) pazjenti minn Stati Membri oħrajn għandhom igawdu minn trattament ugwali għal dak mogħti liċ-ċittadini tal-Istat Membru ta’ trattament, inkluż il-ħarsien kontra diskriminazzjoni stipulat skond il-liġi Komunitarja kif ukoll mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ fl-Istat Membru ta' trattament Madankollu, din id-Direttiva ma tobbligax il-provvedituri tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru jew biex jipprovdu l-kura tas-saħħa għal persuna assigurata minn Stat Membru ieħor jew biex jagħmlu prijorità fil-provvediment tal-kura tas-saħħa għal persuna assigurata minn Stat Membru ieħor għad-detriment ta' persuna li għandha bżonnijiet tas-saħħa simili u hija persuna assigurata fl-Istat Membru ta' trattament.

 

(ga) il-pazjenti li jkunu rċevew trattament huma intitolati li jkollhom rapport bil-miktub jew f'sura elettronika dwar dan it-trattament u dwar kull parir mediku għall-kontinwità tal-kura tagħhom;

 

1a. L-awtoritajiet pubbliċi fl-Istat Membru fejn jingħata t-trattament għandhom jissorveljaw regolarment l-aċċessibilità, il-kwalità u l-istat finanzjarju tas-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom fuq il-bażi tad-dejta miġbura skont l-Artikolu 18 ta' din id-Direttiva.

Emenda  60

Proposal for a Directive

Artikolu 5 - paragrafu 1b u 1c (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Sabiex tiġi garantita bl-aħjar mod possibbli s-sigurtà tal-pazjenti, l-Istati Membri li jittrattawhom u dawk ta' affiljazzjoni għandhom jaraw illi:

 

(a) il-pazjenti jkunu jistgħu jressqu lment lil medjatur indipendenti fl-Istat Membru fejn ikunu qed jiġu trattati u fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni, jiksbu tiswija u kumpens meta jġarrbu ħsara fil-kuntest tal-kura tas-saħħa transkonfinali li huma jkunu rċevew;

 

(b) ir-regoli ta' kwalità u ta' sigurtà tal-Istat Membru fejn huwa trattat il-pazjent għandhom ikunu pubblikati f'lingwa u format ċari u aċċessibbli għaċ-ċittadini;

 

(c) ikun hemm id-dritt għall-kontinwità tal-kura, notevolment permezz tal-inoltrar tad-dejta medika relevanti konċernanti l-pazjent fir-rispett dovut għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 - punt (e) u skont it-termini tal-Artikolu 13 u l-pazjenti li rċevew it-trattament ikunu intitolati għal reġistrazzjoni miktuba jew elettronika ta' tali trattament u ta' kull parir mediku għal matul il-bqija tal-kura tagħhom;

 

(d) f'każ ta' kumplikazzjoni li tirriżulta minn kura tas-saħħa rċevuta barra l-pajjiż, jew jekk kontroll mediku partikolari jkun meħtieġ, l-Istat Membru ta' affiljazzjoni għandu jiggarantixxi ħlas ekwivalenti għal dak previst għal kura tas-saħħa rċevuta fit-territorju tiegħu;

 

(e) għandhom jgħarrfu lil xulxin minnufih u b'mod proattiv dwar dawk il-fornituri jew professjonisti tal-kura tas-saħħa meta tittieħed azzjoni regolatorja kontra r-reġistrazzjoni tagħhom jew kontra d-dritt tagħhom li jagħtu servizzi;

 

1c. Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), tadotta l-miżuri meħtieġa għall-ilħiq ta’ livell komuni tas-sigurtà tad-dejta tas-saħħa f’livell nazzjonali, waqt li jitqiesu l-istandards tekniċi eżistenti f’dan il-qasam.

 

* ĠU C 146, 22.6.2006, p. 1.

Emenda  61

Proposta għal Direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull miżura meħuda mill-Istati Membri, meta jimplimentaw dan l-Artikolu, għandha tirrispetta d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali u d-Direttiva 2000/31/KE dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku.

mħassra

Justification

Dawn ir-referenzi tpoġġew fl-Artikolu 3.

Emenda  62

Proposta għal Direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sakemm ikun meħtieġ li jiġi ffaċiltat il-provvediment tal-kura tas-saħħa transkonfinali u b'livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa bħala l-bażi, il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżviluppa linji ta’ gwida biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1.

3. Sakemm ikun meħtieġ li jiġi ffaċiltat il-provvediment tal-kura tas-saħħa transkonfinali u b'livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa bħala l-bażi, il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tista' tiżviluppa linji ta’ gwida biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

Il-kwistjoni tad-definizzjoni tal-istandards dwar il-kwalità u s-sikurezza għandhom ikunu ttrattati purament bħala kwistjoni ta' liġi applikabbli. Din il-ħaġa se tagħmel il-proposta aktar konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, u mar-rispett għall-kompetenza tal-Istati Membri fir-rigward tal-kura tas-saħħa. Minflok, l-Istati Membri għandhom jipprovdu tagħrif dwar l-istandars u l-linji ta' gwida tagħhom rigward il-kwalità u s-sikurezza lill-pazjenti u lill-provvedituri tal-kura tas-saħħa.

Emenda  63

Proposta għal Direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandu jkollhom mekkaniżmu trasparenti għall-kalkolu tal-kosti li għandhom jitħallsu għall-kura tas-saħħa mogħtija. Dan il-mekkaniżmu ta' kalkolu għandu jkun imsejjes fuq kriterji objettivi u mhux diskriminatorji li jkunu magħrufin bil-quddiem u għandu jkun applikat fil-livell amministrattiva relevanti fil-każijiet fejn l-Istat Membru li jagħti t-trattament ikollu sistema ta' kura tas-saħħa deċentralizzata.

Emenda  64

Proposta għal Direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Minħabba l-importanza kbira, partikolarment għall-pazjenti, li jiġu ssalvagwardjati l-kwalità u s-sikurezza tal-kura transkonfinali, l-organizzazzjonijiet involuti fit-tfassil tan-normi u l-linjigwida kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 3 għandhom tal-anqas jinkludu organizzazzjonijiet tal-pazjenti (b’mod partikolari dawk ta’ natura transkonfinali).

Emenda  65

Proposta għal Direttiva

Artikolu 6 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

Artikolu 6

Il-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor

Responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tal-Istat Membru li jipprovdi t-trattament

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tfittex li ġġib flimkien it-titolu tal-Artikolu 6 ma dak tal-Artikolu 5. Hemm problema ġenerali fil-proposta kollha ta' titoli ta' Artikoli li ma jirriflettux il-kontenut tal-Artikolu, u hija meħtieġa reviżjoni sħiħa tat-titoli.

Emenda  66

Proposta għal Direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari l-Artikoli 7, 8 u 9, l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jiżgura li l-persuni assigurati li jivjaġġaw lejn Stat Membru ieħor bil-għan li jirċievu kura tas-saħħa hemm jew li qed ifittxu li jirċievu kura tas-saħħa pprovduta fi Stat Membru ieħor, ma jitwaqqfux milli jirċievu kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor fejn it-trattament ikkonċernat huwa fost il-benefiċċji pprovduti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta' affiljazzjoni li hija intitolata għalihom il-persuna assigurata. L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jħallas lura l-ispejjeż lill-persuna assigurata, li kienu jitħallsu mis-sistema ta’ sigurtà soċjali statutorja tiegħu li kieku l-istess kura tas-saħħa, jew waħda simili, kienet ipprovduta fit-territorju tiegħu. Fi kwalunkwe każ, huwa l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni li jistabbilixxi l-kura tas-saħħa li qed tiġi mħallsa, irrilevanti minn fejn qed tiġi pprovduta.

1. Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari l-Artikoli 7, 8 u 9, l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jiżgura li l-persuni assigurati li jivjaġġaw lejn Stat Membru ieħor bil-għan li jirċievu kura tas-saħħa hemm jew li qed ifittxu li jirċievu kura tas-saħħa pprovduta fi Stat Membru ieħor, ma jitwaqqfux milli jirċievu kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor fejn it-trattament ikkonċernat huwa fost il-benefiċċji pprovduti mil-leġiżlazzjoni regolamenti amministrattivi, linji gwida u kodiċijiet ta' mġiba fil-professjonijiet mediċi,tal-Istat Membru ta' affiljazzjoni li hija intitolata għalihom il-persuna assigurata. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u, mid-data tal-applikazzjoni tiegħu ’l quddiem ir-Regolament (KE) Nru 883/2004, l-Istat Membru ta' affiljazzjoni għandu jħallas lura l-ispejjeż lill-Istat Membru tat-trattament li kienu jitħallsu mis-sistema ta’ sigurtà soċjali statutorja tagħha li kieku l-istess kura jew kura ugwalment effettiva kienet ipprovduta fit-territorju tiegħu. Jekk l-Istat Membru ta' affiljazzjoni jiċħad il-ħlas lura għal trattament bħal dan, l-Istat Membru jrid jagħti raġuni medika għad-deċiżjoni tiegħu. Fi kwalunkwe każ, huwa l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni li jistabbilixxi l-kura tas-saħħa li qed tiġi mħallsa, irrilevanti minn fejn qed tiġi pprovduta.

 

Il-pazjenti affetti minn mard rari tajjeb li jkollhom il-jedd li tingħatalhom il-kura għal saħħithom fi Stat Membru ieħor u li jiġu rimborżati ukoll jekk it-trattament in kwestjoni ma jkunx fost il-benefiċċji msemmijin mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tal-affiljazzjoni.

Emenda  67

Proposta għal Direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Ċittadin ta' Stat Membru jista' jkun affiljat ma' skema tas-saħħa fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat fejn huwa jgħix, billi jħallas kontribuzzjonijiet lil dik l-iskema.

Ġustifikazzjoni

Li jkunu appoġġjati l-interessi ta' ċittadini li jinsabu fi Stat Membru li ma jkunx dak tar-residenza jfisser li jitħallielhom aċċess għal skema ta' saħħa ta' Stat Membru li ma jkunx dak tar-residenza.

Emenda  68

Proposta għal Direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 u paragrafu 2a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-ispejjeż tal-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor għandhom jitħallsu mill-Istat Membru ta' affiljazzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva sal-livell tal-ispejjeż li kienu jinġarru kieku l-istess kura tas-saħħa, jew waħda simili, ingħatat fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni, mingħajr ma jinqabżu l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa riċevuta.

2. L-ispejjeż tal-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor għandhom jitħallsu direttament jew jiġu rimborżati mill-Istat Membru ta' affiljazzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva sal-livell ta' l-ispejjeż li kienu jinġarru kieku l-istess kura tas-saħħa tkun ngħatat għall-istess kondizzjoni medika bl-istess kondizzjonijiet kif jingħad fil-paragrafu 1 fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni, mingħajr ma jinqabżu l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa riċevuta. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jkopru spejjeż oħra relatati, bħall-ispejjeż ta’ akkomodazzjoni jew ta’ vjaġġar.

 

2a. L-ispejjeż żejda li jistgħu jġarrbu l-persuni b’diżabilità meta jirċievu l-kura għal saħħithom fi Stat Membru ieħor kaġun ta' xi diżabilità jew oħra għandhom jitħallsu lura mill-Istat Membru ta' affiljazzjoni skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, bil-kundizzjoni li jkun hemm dokumentazzjoni suffiċjenti dwar dawn l-ispejjeż.

Emenda  69

Proposta għal Direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni jista’ jimponi fuq pazjent li jfittex il-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor l-istess kundizzjonijiet, kriterji ta’ eliġibbiltà u formalitajiet regolatorji u amministrattivi għall-kisba tal-kura tas-saħħa u l-ħlas lura tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa li kieku jimponi kieku l-istess kura tas-saħħa jew waħda simili ngħatat fit-territorju tiegħu, dan sakemm ma jkunux diskriminatorji u lanqas ostaklu għall-moviment ħieles tal-persuni.

3. L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni jista’ jimponi fuq pazjent li jfittex il-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor l-istess kundizzjonijiet, kriterji ta’ eliġibbiltà u formalitajiet regolatorji u amministrattivi, irrispettivament jekk ikunux stipulati fuq livell lokali, nazzjonali jew reġjonali, għall-kisba tal-kura tas-saħħa u t-teħid tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa li kieku jimponi kieku din il-kura tas-saħħa ngħatat fit-territorju tiegħu, dan sakemm ma jkunux diskriminatorji u lanqas ostaklu għall-moviment ħieles tal-persuni, tas-servizzi jew tal-oġġetti, bħalma huma l-farmaċewtiċi u t-tagħmir mediku, u jkunu magħrufin bil-quddiem . Dan jista’ jinkludi rekwiżit li l-persuna assigurata tkun evalwata bil-għan li jkunu applikati dawk il-kundizzjonijiet, kriterji jew formalitajiet, minn professjonist tas-saħħa jew amministraturi tal-kura tas-saħħa li jipprovdu servizzi għas-sistema tas-sigurtà soċjali statutorja tal-Istat Membru ta’ affiljazzjoni, fejn tali evalwazzjoni tkun meħtieġa wkoll għall- aċċess għas-servizzi fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni.

Emenda  70

Proposta għal Direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istat Membri għandu jkollhom mekkaniżmu għall-kalkolu tal-ispejjeż li għandhom jitħallsu lill-persuna assigurata mis-sistema ta' sigurtà soċjali statutorja għall-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor. Dan il-mekkaniżmu għandu jissejjes fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji magħrufa minn qabel u l-ispejjeż imħallsa lura skond dan il-mekkaniżmu m'għandhomx ikunu anqas minn dawk li kienu jinġarru li kieku l-istess kura tas-saħħa jew waħda simili kellha tingħata fit-territorju tal-Istat Membru ta' affiljazzjoni.

4. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-Istat Membri għandu jkollhom mekkaniżmu trasparenti għall-kalkolu tal-ispejjeż li għandhom jittieħdu mis-sistema ta' sigurtà soċjali statutorja jew sistema pubblika statutorja oħra għall-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor. Dan il-mekkaniżmu għandu jissejjes fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji magħrufa minn qabel u l-ispejjeż imħallsa lura skond dan il-mekkaniżmu m'għandhomx ikunu anqas minn dawk li kienu jinġarru li kieku l-istess kura tas-saħħa kellha tingħata fit-territorju tal-Istat Membru ta' affiljazzjoni. L-ispiża għandha tkun ikkalkulata fil-livell amministrattiv rilevanti f’każi meta l-Istat Membru ta' affiljazzjoni jkollu sistema tal-kura tas-saħħa deċentralizzata.

Emenda  71

Proposta għal Direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Pazjenti li jivvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor bl-għan li jirċievu kura tas-saħħa hemm jew sabiex ifittxu li jirċievu kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor għandhom jiġu garantiti aċċess għar-reġistri mediċi tagħhom, f'konformità mal-miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-ħarsien ta' data personali, b’mod partikolari d-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE.

5. Pazjenti li jirċievu kura tas-saħħa fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni tagħhom jew li jfittxu li jirċievu kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor għandhom jiġu garantiti aċċess għar-reġistri mediċi tagħhom, f'konformità mal-miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-ħarsien ta' data personali, b’mod partikolari d-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE. Jekk ir-rekords mediċi jinżammu f’forma elettronika, il-pazjenti għandu jkollhom id-dritt garantit li jiksbu kopja ta’ dawn ir-rekords jew id-dritt li jkollhom aċċess mill-bogħod għal dawn ir-rekords. Id-dejta għandha tkun trażmessa biss bil-kunsens espliċitu bil-miktub tal-pazjent jew tal-qraba tal-pazjent.

Ġustifikazzjoni

Parti mill-emenda inkorporata fir-rapport mingħajr vot, fuq il-bażi tal-Artikolu 47.

Emenda  72

Proposta għal Direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu m’għandhomx jolqtu l-ilħiq ta’ ftehimiet kuntrattwali transkonfinali għall-kura tas-saħħa ppjanata.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi ċċarat li dawn id-dispożizzjonijiet ma jostakolawx il-konklużjonijiet ta’ ftehimiet kuntrattwali transkonfinali għall-kura tas-saħħa ppjanata. Fil-każ ta’ arranġamenti kuntrattwali, il-partijiet fil-kuntratt jiddeċiedu li jsegwu r-regoli tal-koordinament tas-sigurtà soċjali jew li japplikaw regoli u traiffi speċifiċi stabbiliti permezz ta’ negozjati bejn il-partijiet fil-kuntratt.

Emenda  73

Proposta għal Direttiva

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni m’għandux iħallas lura l-ispejjez ta' kura mhux fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor soġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel, fejn l-ispiża ta' kura tali, kieku ngħatat fit-territorju tiegħu, kienet titħallas mis-sistema ta' sigurtà soċjali tiegħu.

L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni m’għandux iħallas lura l-ispejjez ta’ kura mhux fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor jew ix-xiri ta’ oġġetti marbuta mal-kura tas-saħħa li jinxtraw fi Stat Membru ieħor soġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel, fejn l-ispiża ta’ kura tali, kieku ngħatat fit-territorju tiegħu, jew ta’ dawk l-oġġetti, kieku nxtraw fit-territorju tiegħu, kienet titħallas mis-sistema ta’ sigurtà soċjali tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Ix-xiri ta' prodotti marbutin mal-kura tas-saħħa (eż. it-tagħmir mediku) kien il-punt deċiż fil-każ Decker (it-tagħmir li l-każ japplika għalih kien nuċċali), u għalhekk għandu jiġi inkorporat f'direttiva intiża biex tikkodifika s-sentenzi Kohll u Decker.

Emenda  74

Proposta għal Direttiva

Artikolu 8 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kura fl-isptar u speċjalizzata

Kura fl-isptar

Emenda  75

Proposta għal Direttiva

Artikolu 8 – paragrafi 1 u 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-għanijiet ta’ ħlas lura ta’ kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor f’konformità ma’ din id-Direttiva, kura fl-isptar għandha tfisser:

1. Għall-għanijiet ta’ ħlas lura ta’ kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor f’konformità ma’ din id-Direttiva, id-definizzjoni ta' kura fl-isptar kif stabilit mill-Istat Membri tal-affiljazzjoni, għandha tkun limitata għal:

(a) kura tas-saħħa li teħtieġ akkomodazzjoni mal-lejl għall-pazjent ikkonċernat għal mill-anqas lejl wieħed.

(a) kura tas-saħħa li teħtieġ akkomodazzjoni mal-lejl għall-pazjent ikkonċernat għal mill-anqas lejl wieħed. jew

(b) kura tas-saħħa, inkluża f’lista speċifika, li ma teħtieġx akkomodazzjoni mal-lejl għall-pazjent għal mill-anqas lejl wieħed. Din il-lista għandha tiġi limitata għal:

(b) kura tas-saħħa li hija speċjalizzata ħafna u/jew li teħtieġ l-użu ta’ infrastruttura medika jew tagħmir mediku li jiswew ħafna; jew

kura tas-saħħa li teħtieġ l-użu ta’ infrastruttura medika jew tagħmir mediku speċjalizzati u għoljin ħafna; jew

(ba) kura tas-saħħa li tinvolvi trattamenti li huma ta' riskju partikolari għall-pazjent jew għall-popolazzjoni.

kura tas-saħħa li tinvolvi trattamenti li huma ta' riskju partikolari għall-pazjent jew għall-popolazzjoni.

 

2. Din il-lista għandha tiġi stabbilita u tista’ tiġi aġġornata regolarment mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).

 

Emenda  76

Proposta għal Direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni jista’ jistipula sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għal ħlas lura mis-sistema tas-sigurtà soċjali tiegħu tal-ispiża ta’ kura fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

3. L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni jista’ jistipula sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għal ħlas lura mis-sistema tas-sigurtà soċjali tiegħu tal-ispiża ta’ kura fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) li kieku l-kura tas-saħħa ingħatat fit-territorji tiegħu, din kienet tinġarr mis-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru; kif ukoll

(a) li kieku l-kura tas-saħħa ingħatat fit-territorji tiegħu, din kienet tinġarr mis-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru; kif ukoll

(b) l-għan tas-sistema huwa li tindirizza l-ħruġ konsekuttiv ta' pazjenti kawża tal-implimentazzjoni tal-Artikolu attwali u li tħarsu milli jfixkel b'mod serju, jew li jkun probabbli li jfixkel b’mod serju:

(b) in-nuqqas ta' awtorizzazzjoni minn qabel tista' timmina serjament jew għandha mnejn timmina:

(i) il-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru; u/jew

(i) il-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru; u/jew

(ii) l-ippjanar u r-razzjonalizzazzjoni mwettqa fis-settur tal-isptarijiet sabiex tiġi evitata kapaċità żejda fl-isptar, żbilanċ fil-provvista tal-kura tas-saħħa u ħela loġistika u finanzjarja, iż-żamma ta' servizz mediku u tal-isptar bilanċjat miftuħ għal kulħadd, jew iż-żamma ta’ kapaċità ta’ trattament jew kompetenza medika fit-territorji tal-Membru kkonċernat

(ii) l-ippjanar u r-razzjonalizzazzjoni mwettqa fis-settur tal-isptarijiet sabiex tiġi evitata kapaċità żejda fl-isptar, żbilanċ fil-provvista tal-kura tas-saħħa u ħela loġistika u finanzjarja, iż-żamma ta' servizz mediku u tal-isptar bilanċjat miftuħ għal kulħadd, jew iż-żamma ta’ kapaċità ta’ trattament jew kompetenza medika fit-territorji tal-Membru kkonċernat

 

Din is-sistema għandha tkun mingħajr ħsara għar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, (KE) Nru 883/2004.

Emenda  77

Proposta għal Direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Is-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għandha tiġi limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonali sabiex jiġi evitat impatt tali, u m'għandhiex tikkostitwixxi mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja.

4. Is-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għandha tiġi limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonali, għandhom ikunu msejsin fuq kriterji ċari u trasparenti sabiex jiġi evitat impatt tali, u m'għandhiex tikkostitwixxi mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew ostaklu għal-libertà tal-moviment tal-pazjenti.

Emenda  78

Proposta għal Direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a. Meta ssir talba u tingħata awtorizzazzjoni minn qabel, l-Istat Membru ta' affiljazzjoni għandu jiżgura li l-pazjent ikun mistenni jħallas minn qabel dawk l-ispejjeż biss li jkunu mistennija li jitħallsu kieku l-kura kellha tingħata fis-sistema tas-saħħa ta' pajjiżu. Għal kwlaunkwe spejjeż oħra, l-Istati Membri għandhom jittrasferixxu l-ħlasijiet direttament bejn min jiffinanzja u min qed jipprovdi l-kura tas-saħħa.

Ġustifikazzjoni

Inkorporata fir-rapport mingħajr vot, fuq il-bażi tal-Artikolu 47.

Emenda  79

Proposta għal Direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4b. Is-sistemi ta' talba għall-awtorizzazzjoni minn qabel jeħtieġ li jkunu disponibbli fuq livell lokali/reġjonali u għandhom ikunu aċċessibbli u trasparenti għall-pazjenti. Ir-regoli għall-applikazzjoni u ċ-ċaħda ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għandhom ikunu disponibbli minn qabel applikazzjoni sabiex l-applikazzjoni tkun tista’ ssir b’mod ġust u trasparenti.

Ġustifikazzjoni

Inkorporata fir-rapport mingħajr vot, fuq il-bażi tal-Artikolu 47.

Emenda  80

Proposta għal Direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4c. Lill-pazjenti li qed ifittxu li jirċievu kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor għandu jkun iggarantit id-dritt li japplikaw għal awtorizzazzjoni minn qabel fl-Istat membru ta' affiljazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Inkorporata fir-rapport mingħajr vot, fuq il-bażi tal-Artikolu 47. Bil-għan li d-dritt għall-kura tas-saħħa transkonfinali isir dritt għal kulħadd, u sabiex il-pazjenti jingħataw il-possibilità li jkun jafu fiċ-ċert jekk ikunux se jirċievu l-flus lura jew le, huwa importanti li l-pazjenti jingħataw id-dritt li japplikaw għal awtorizzazzjoni minn qabel fl-Istat membru ta' affiljazzjoni. Sistema mingħajr dan id-dritt għal awtorizzazzjoni minn qabel twassal għal inċertezza ekonomika kbira għall-pazjenti. Din l-inċertezza twassal biex id-dritt għall-kura tas-saħħa transkonfinali jkun anqas attraenti għal dawk bi dħul finanzjarju baxx, u għaldaqstant ma jkunx aċċessibbli għal kulħadd indaqs.

Emenda  81

Proposta għal Direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istat Membru għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku kull tagħrif rilevanti dwar is-sistemi ta' awtorizzazzjoni minn qabel introdotti skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.

5. L-Istat Membru għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku kull tagħrif rilevanti dwar is-sistemi ta' awtorizzazzjoni minn qabel introdotti skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3, inklużi l-proċeduri ta' appell fil-każ li jiġi miċħud li l-għoti ta' awtorizzazzjoni.

Emenda  82

Proposta għal Direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Fir-rigward ta’ kwalunkwe rikjesta għal awtorizzazzjoni magħmula minn persuna assigurata bl-għan li tirċievi kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor, l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jivverifika jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 883/2004 kinux milħuqa, u, jekk iva, għandu jagħti awtorizzazzjoni minn qabel skont dak ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Paragrafu 5 ġdid, konformi mal-emenda li tħassar il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Il-proposta għal direttiva tikkontradixxi r-regolament eżistenti dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali. Id-dupplikazzjoni tad-direttiva u regolamenti għandu l-effett li joħloq żewġ sistemi paralleli għal kura tas-saħħa transkonfinali, li minnhom is-sistemi jistgħu jagħżlu jew waħda jew oħra. Il-proposta għalhekk tiġġenera nuqqas ta’ ċertezza legali.

Emenda  83

Proposta għal Direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b. Pazjenti b’mard rari m’għandhomx ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel.

Ġustifikazzjoni

F’kuntest ta’ skarsezza globali ta’ għarfien u ħila esperta fuq livell nazzjonali, pazjenti milquta minn mard rari, kemm jekk kien hemm djanjożi jew le, għandhom ikunu rikonoxxuti d-dritt li jagħżlu minn fejn jixtru kura tas-saħħa, mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel. Għandu jkun magħruf lilhom id-dritt li l-kura tagħhom, li ta’ spiss tkun tiswa ħafna, tkun imħallsa kollha b’mod dirett mill-pajjiż ta’ oriġini lill-pajjiż tal-għoti tal-kura (mingħajr ma jkollhom iħallsu bil-quddiem), anke u speċjalment meta l-kura li jeħtieġu ma tkunx teżisti fil-pajjiż tagħhom ta’ affiljazzjoni, peress li din spiss hija r-raġuni li għaliha jeħtieġu li jsiefru.

Emenda  84

Proposta għal Direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sistemi proċedurali tali għandhom ikunu aċċessibbli faċilment u kapaċi fl-iżgurar li t-talbiet jiġu trattati b’oġġettività u imparzjalità fil-limiti ta’ żmien stipulati u li jsiru pubbliċi minn qabel mill-Istati Membri.

2. Sistemi proċedurali tali għandhom ikunu aċċessibbli faċilment u kapaċi fl-iżgurar li t-talbiet jiġu trattati b’oġġettività u imparzjalità fil-limiti ta’ żmien raġonevoli stipulati u li jsiru pubbliċi minn qabel mill-Istati Membri.

Emenda  85

Proposta għal Direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw minn qabel u b'mod trasparenti l-kriterji għaċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 8(3).

mħassra

Emenda  86

Proposta għal Direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri ta’ affiljazzjoni għandhom jiżguraw li l-pazjenti li jkunu rċevew awtorizzazzjoni minn qabel għall-użu ta’ kura tas-saħħa barra mill-pajjiż ikunu meħtieġa biss li jagħmlu ħlasijiet bil-quddiem jew li jħallsu d-differenza fl-ispejjeż lis-sistemi u/jew provvedituri ta’ kura tas-saħħa fl-Istat Membru ta' trattament, sakemm din il-ħaġa tkun rikjesta fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni nnifsu.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom l-obbligu li jiffaċilitaw il-mobbiltà tal-pazjenti f’dawk il-każijiet fejn dan huwa xieraq u jiżguraw aċċess ugwali għal kura tas-saħħa barra mill-pajjiż. Huma għandhom ukoll għaldaqstant ineħħu kwalunkwe ostakli prattiċi ta’ pazjenti biex jużaw kura tas-saħħa barra mill-pajjiż, bħall-bżonn li jagħmlu pagamenti minn qabel jew ta’ top-up lil sistemi jew provvedituri ta’ kura tas-saħħa fl-Istat Membru ta’ trattament.

Emenda  87

Proposta għal Direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri, waqt li jistipulaw il-limiti ta' żmien li fihom iridu jiġu trattati talbiet għall-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor, għandhom iqisu:

4. L-Istati Membri, waqt li jistipulaw il-limiti ta' żmien li fihom iridu jiġu trattati talbiet għall-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor, u meta jikkunsidraw dawn it-talbiet, għandhom iqisu:

(a) il-kundizzjoni medika speċifika,

(a) il-kundizzjoni medika speċifika,

 

(aa) iċ-ċirkostanzi individwali,

(b) il-grad ta’ uġigħ tal-pazjent,

(b) il-grad ta’ uġigħ tal-pazjent,

(c) in-natura tad-diżabbiltà tal-pazjent, u

(c) in-natura tad-diżabbiltà tal-pazjent, u

(d) l-abbiltà tal-pazjent li jwettaq attività professjonali.

(d) l-abbiltà tal-pazjent li jwettaq attività professjonali.

Emenda  88

Proposta għal Direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Is-sistemi ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni minn qabel għandhom ikunu disponibbli fil-livell li jkun xieraq għall-amministrazzjoni tas-servizz tas-saħħa tal-Istat Membru u għandhom ikunu aċċessibbli u trasparenti għall-pazjenti. Ir-regoli għall-applikazzjoni u ċ-ċaħda ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għandhom ikunu disponibbli minn qabel applikazzjoni sabiex l-applikazzjoni tkun tista’ ssir b’mod ġust u trasparenti.

Ġustifikazzjoni

Hija ħaġa importanti li tkun iggarantita l-aċċessibilità tas-sistemi ta' applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni minn qabel.

Emenda  89

Proposta għal Direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull deċiżjoni amministrattiva dwar l-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor hija soġġetta għal reviżjoni amministrattiva u anke kapaċi li tiġi kkontestata fi proċedimenti ġudizzjarji, li jinkludu d-dispożizzjoni għal miżuri interim.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull deċiżjoni amministrattiva jew medika dwar l-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor hija soġġetta, fuq il-bażi ta’ kull każ għalih, għal opinjoni medika jew għal reviżjoni amministrattiva u anke kapaċi li tiġi kkontestata fi proċedimenti ġudizzjarji, li jinkludu d-dispożizzjoni għal miżuri interim.

Emenda  90

Proposta għal Direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Il-Kummissjoni għandha twettaq studju ta’ vijabbiltà fl-istabbiliment ta’ clearing house sabiex tiffaċilita l-ħlas lura ta’ spejjeż skont din id-Direttiva fuq il-fruntiera, fis-sistemi ta’ kura tas-saħħa u fiz-zoni tal-munita fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u għandha tirrapporta lura lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u, jekk xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva.

Emenda  91

Proposta għal Direttiva

Artikolu 9 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9a

 

Notifika minn qabel

 

L-Istati Membri jistgħu joffru lill-pazjenti sistema volontarja ta' notifika minn qabel li biha, għal notifika bħal din, il-pazjent għandu jirċievi vawċer li jkun jindika l-ispejjeż massimi li jistgħu jitħallsu lura. Dan il-vawċer imbagħad jista' jittieħed l-isptar tat-trattament u r-rimborż imbagħad isir direttament mill-Istat Membru ta' affiljazzjoni.

Emenda  92

Proposta għal Direttiva

Artikolu 9 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9b

 

L-Ombudsman Ewropew għall-Pazjenti

 

Il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta leġiżlattiva biex jitwaqqaf Ombudsman Ewropew għall-Pazjenti fi żmien 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. L-Ombudsman Ewropew għall-Pazjenti għandu jikkunsidra, u jekk ikun xieraq, jimmedja l-ilmenti tal-pazjenti f'dak li għandu x'jaqsam mal-awtorizzazzjoni minn qabel, ir-rimborż tal-kosti jew ta' ħsara. L-Ombudsman Ewropew għall-Pazjenti għandu jiddaħħal biss ladarba l-opzjonijiet kollha tal-ilment mal-Istat Membru relevanti jkun ġew eżawriti.

Emenda  93

Proposta għal Direttiva

Artikolu 10 – paragrafi 1 u 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri ta’ affiljazzjoni għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi fis-seħħ għall-provvediment lill-pazjenti fuq talba b'tagħrif dwar il-kisba tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor, u t-termini u l-kundizzjoni li japplikaw, inter alia kull meta tiġi kkawżata ħsara b’riżultat ta’ kura tas-saħħa riċevuta fi Stat Membru ieħor.

1. L-Istati Membri ta’ affiljazzjoni għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi fis-seħħ li jkunu aċċessibbli faċilment, inkluż permezz ta' mezzi elettroniċi, għall-provvediment ta' tagħrif fil-pront lill-pazjenti fuq talba dwar il-kisba tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor, u t-termini u l-kundizzjoni li japplikaw, u għandhom jinkludu tagħrif dwar dak li huma intitolati għalih il-pazjenti, dwar il-proċeduri biex wieħed ikollu aċċess għal dawk l-affarijiet li għalihom huma intitolati u dwar sistemi ta' appell u rikors jekk il-pazjent ikun imċaħħad minn dawn il-jeddijiet, inter alia, kull meta tiġi kkawżata ħsara b’riżultat ta’ kura tas-saħħa riċevuta fi Stat Membru ieħor. Dan it-tagħrif għandu jkun ippubblikat fil-formati aċċessibbli għal persuni b'diżabilità. L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-partijiet interessati biex ikun żgurat li l-informazzjoni hija ċara u aċċessibbli. Fit-tagħrif dwar il-kura transkonfinali għandha ssir distinzjoni ċara bejn id-drittijiet li l-pazjenti għandhom bis-saħħa ta’ din id-Direttiva u d-drittijiet li ġejjin minn regolamenti dwar il-koordinazzjoni ta' skemi tas-sigurtà soċjali kif imsemmija fl-Artikolu 3(1)(f).

2. It-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun aċċessibbli faċilment, inkluż permezz ta' mezzi elettroniċi, u għandu jinkludi tagħrif dwar id-drittijiet tal-pazjenti, dwar proċeduri għall-aċċess ta' dawn id-drittijiet u dwar sistemi ta' appell u rikors jekk il-pazjent jiċċaħħad minn drittijiet bħal dawn.

 

Emenda  94

Proposta għal Direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Apparti t-tagħrif enfassizat fil-paragrafu 1, l-Istat Membru għandu jiżgura li t-tagħrif dwar il-professjonisti tal-qasam tas-saħħa u l-fornituri tal-kura tas-saħħa jkun disponibbli faċilment permezz ta' mezzi elettroniċi, u għandu jinkludi l-isem, in-numru ta' reġistrazzjoni, l-indirizz fejn il-professjonisti tal-kura tas-saħħa jipprovdu s-servizz , u kwalunkwe restrizzjoni li tkun teżisti fuq il-prattika tagħhom;

Ġustifikazzjoni

Fl-interess tal-pazjenti li jkunu qed javalixxu rwieħhom mis-servizzi transkonfinali, hemm ukoll il-ħtieġa għal aktar trasparenza fir-regolamentazzjoni tal-professjonisti tas-saħħa u tas-servizz tas-saħħa. Ir-reġistri pubbliċi tal-professjonisti tas-saħħa u tal-fornituri tas-servizzi tas-saħħa tajjeb li jkunu disponibbli fl-Istati Membri għalbiex il-pazjenti jkunu jistgħu faċilment jidentifikaw il-preskritturi, il-professjonisti u fornituri oħrajn tat-trattament u jekk meħtieġ għalbiex jivverifikaw u jivvalidaw l-istatus professjonali tal-professjonisti tas-saħħa li jkunu qed jagħtu l-kura. L-evidenza internazzjonali turi li l-aktar mod prattiku għall-pazjenti biex ikollhom aċċess għall-informazzjoni dwar il-fornituri kurrenti jew prospettivi tal-kura tas-saħħa huwa permezz tal-pubblikazzjoni tar-reġistri pubbliċi ta' tali eżerċenti. Tali reġistri tajjeb li issa jkunu disponibbli permezz tal-Internet u tajjeb li jkunu jippermettu lill-pazjent jaċċedi għad-dejta relevanti billi jfittex jew permezz tal-isem jew permezz tan-numru ta' reġistrazzjoni tal-fornitur tal-kura tas-saħħa (jew billi saħansitra jfittex iz-zona ġeografika). Id-dejta relevanti li tajjeb li tkun fid-dominju pubbliku tajjeb li jkollha tal-anqas l-isem, in-numru ta' reġistrazzjoni u l-indirizz tal-eżerċizzju tal-professjonist tal-kura tas-saħħa, id-data tal-ewwel reġistrazzjoni f'dak ir-reġistru, id-data tal-iskadenza tar-reġistrazzjoni attwali, u xi kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-eżerċizzju tagħhom jew sospensjonijiet jekk kemm-il darba jkun il-każ. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa li ma humiex irreġistrati, kemm għal raġunijiet volontarji jew għax imneħħijin għal kwalunkwe raġuni, ma għandhomx jidhru fuq tali reġistru.

Emenda  95

Proposta għal Direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni tista', f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), tiżviluppa format Komunitarju standard għat-tagħrif minn qabel imsemmi fil-paragrafu 1.

mħassra

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni dwar kura tas-saħħa transkonfinali għandha tikkunsidra d-differenzi fil-mod li s-sistemi tal-kura tas-saħħa huma amministrati u organizzati fi Stati Membri differenti. Għalhekk, li jintuża format Komunitarju standard jista’ jkun kontroproduċenti.

Emenda  96

Proposta għal Direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta tingħata kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor għajr għal dak fejn il-pazjent huwa persuna assigurata, jew fi Stat Membru għajr għal fejn joqgħod, huwa rreġistrat jew stabbilit il-provveditur tal-kura tas-saħħa, servizz tal-kura tas-saħħa tali jingħata skond il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ trattament f'konformità mal-Artikolu 5.

1. Meta tingħata kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor għajr dak fejn il-pazjent huwa persuna assigurata, tali servizz tal-kura tas-saħħa jingħata skond il-leġiżlazzjoni ta’ l-Istat Membru ta’ trattament f'konformità ma’ l-Artikolu 5.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva li ġiet proposta għandha tkopri biss il-koperazzjoni transkonfinali u każijiet ta' mobilità tal-pazjenti, i.e. l-użu tal-kura tas-saħħa minn pazjenti individwali meta ma jkunux f'pajjiżhom; għalhekk, ir-referenza għal modi oħra ta' għoti tal-kura tas-saħħa għandha titħassar.

Emenda  97

Proposta għal Direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istat Membri għandhom jagħżlu punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-kura tas-saħħa transkonfinali u jikkomunikaw l-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tagħhom lill-Kummissjoni.

1. L-Istat Membri għandhom jagħżlu punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-kura tas-saħħa transkonfinali u jikkomunikaw l-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tagħhom lill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, il-fondi għall-mard u min jipprovdi l-kura tas-saħħa jkunu inklużi minn dawn il-punti ta' kuntatt nazzjonali. Dawn il-punti ta' kuntatt nazzjonali għandhom jitwaqqfu b'mod effiċjenti u trasparenti.

 

Tagħrif dwar l-eżistenza tagħhom għandu jkun imxerred fl-Istati Membri kollha, sabiex il-pazjenti jkollhom aċċess faċli għat-tagħrif.

Emenda  98

Proposta għal Direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali għal kura tas-saħħa transkonfinali jistgħu jkunu inkorporati wkoll fiċ-ċentri ta’ informazzjoni eżistenti fl-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Il-premessa 36 tal-preambolu tiddikjara b’mod ċar li l-punti ta’ kuntatt nazzjonali jistgħu jkunu inkorporati fi strutturi eżistenti fl-Istati Membri, u dan għandu jkun espress b’mod ċar fid-dispożizzjonijiet tad-direttiva. Dan jagħmel possibbli l-evitar ta’ tqegħid ta’ piżijiet amministrativi addizzjonali fuq l-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-direttiva.

Emenda  99

Proposta għal Direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-punt ta’ kuntatt nazzjonali fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni għandu, b'kooperazzjoni mill-qrib ma' awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħrajn, u ma' punti ta' kuntatt nazzjonali fi Stati Membri oħrajn, b'mod partikolari fl-Istat Membru ta' trattament, u mal-Kummissjoni:

2. Il-punt ta’ kuntatt nazzjonali fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni għandu jipprovdi u jiddissemina l-informazzjoni lill-pazjenti u lill-professjonisti tas-saħħa, f'websajt jekk ikun meħtieġ, hekk malli dawn jirċievu l-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor, u skont il-pattijiet u l-kundizzjonijiet li jkunu japplikaw, b'mod partikolari dwar il-jeddijiet tal-pazjenti marbutin mal-kura tas-saħħa transkonfinali kif jingħad fl-Artikolu 6. Il-punt nazzjonali ta' kuntatt għandu jgħin lill-pazjenti jħarsu d-drittijiet tagħhom u jfittxu rikors xieraq fil-każ li tirriżulta l-ħsara mill-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor;

(a) jipprovd u jqassam tagħrif lill-pazjenti b’mod partikolari dwar id-drittijiet tagħhom relatati mal-kura tas-saħħa transkonfinali u l-garanziji ta’ kwalità u ta’ sigurtà, ħarsien ta’ data personali, proċeduri għal ilmenti u mezzi ta’ rikors disponibbli għal kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor, u dwar it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli;

 

(b) jgħin lill-pazjenti jħarsu d-drittijiet tagħhom u jfittxu rikors xieraq fil-każ li tirriżulta l-ħsara mill-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor; il-punt ta’ kuntatt nazzjonali għandu b’mod partikolari jgħarraf lill-pazjenti dwar l-għażliet disponibbli sabiex jissolva kull kunflitt, jgħinhom fl-identifikazzjoni tal-iskema xierqa ta’ riżoluzzjoni barra l-qrati għall-każ speċifiku u jgħinhom biex jissorveljaw it-tilwim tagħhom fejn meħtieġ;

2a. Il-punt nazzjonali ta' kuntatt fl-Istat Membru tat-trattament għandu jipprovdi u jiddissemina l-informazzjoni lill-pazjenti, f'websajt jekk ikun meħtieġ, dwar il-kwestjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 5(1)(ba) u dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, il-livell ta' aċċessibilità għall-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa tal-persuni b'diżabilità, il-proċeduri għall-ilmenti u l-mezzi ta' rmedju disponibbli għall-kura tas-saħħa li tkun ingħatat fl-Istat Membru ta' trattament. għandu b’mod partikolari jgħarraf lill-pazjenti u lill-professjonisti tas-saħħa, fejn ikun meħtieġ, dwar il-mezzi li bihom il-professjonisti u l-fornituri jkunu rregolati u l-mezzi li bihom tista' tittieħed l-azzjoni regolatorja, l-għażliet disponibbli sabiex jissolva kull kunflitt u jgħinhom fl-identifikazzjoni tal-iskema xierqa ta’ riżoluzzjoni barra l-qrati għall-każ speċifiku

 

(c) jiġbor tagħrif iddetaljat dwar il-korpi nazzjonali li joperaw riżoluzzjoni ta’ tilwim barra l-qrati u jiffaċilita l-kooperazzjoni ma’ dawn il-korpi;

 

(d) jiffaċilita l-iżvilupp ta’ skema ta’ riżoluzzjoni internazzjonali barra l-qrati għal tilwim li jirriżulta minn kura tas-saħħa transkonfinali;

 

 

2b. Il-punt nazzjonali ta' kuntatt fi Stat Membru għandu jikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn, mal-punti ta' kuntatt nazzjonali fi Stati Membri oħrajn, u mal-organizzazzjonijiet tal-pazjenti u mal-Kummissjoni.

 

2c. Il-punti nazzjonali ta' kuntatt għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 2a f'formati faċilment aċċessibbli għal nies b'diżabilità.

Emenda  100

Proposta għal Direttiva

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istat Membri għandhom joffru għajnuna reċiproka kif meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

1. L-Istat Membri għandhom joffru għajnuna reċiproka kif meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

2. l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-kooperazzjoni fil-provvediment tal-kura tas-saħħa transkonfinali fil-livell reġjonali u lokali kif ukoll permezz tat-teknoloġiji tat-tagħrif u tal-komunikazzjoni, l-kura tas-saħħa transkonfinali pprovduta fuq bażi temporanja jew ad hoc u forom oħra ta’ kooperazzjoni transkonfinali.

2. l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-kooperazzjoni fil-provvediment tal-kura tas-saħħa transkonfinali fil-livell reġjonali u lokali kif ukoll permezz tat-teknoloġiji tat-tagħrif u tal-komunikazzjoni, l-kura tas-saħħa transkonfinali pprovduta fuq bażi temporanja jew ad hoc u forom oħra ta’ kooperazzjoni transkonfinali.

 

2a. L-Istati Membri, partikolarment il-pajjiżi ġirien, jistgħu jikkonkludu ftehimiet bejniethom dwar il-kontinwazzjoni jew l-iżvilupp ulterjuri potenzjali tal-arranġamenti ta' kooperazzjoni.

 

2b. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li r-reġistri li fihom ikunu enumerati l-professjonisti tas-saħħa jkunu kkonsultati mill-awtoritajiet relevanti tal-Istati Membri l-oħrajn.

 

2c. L-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar ir-riżultanzi dixxiplinarji u kriminali kontra l-professjonisti tas-saħħa.

Emenda  101

Proposta għal Direttiva

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Jekk prodott mediċinali huwa awtorizzat li jitqiegħed fis-suq fit-territorju tagħhom skond l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83/KE, l-Istat Membri għandhom jiżguraw li l-preskrizzjonijiet maħruġa minn persuna awtorizzata fi Stat Membru ieħor għal pazjent partikolari tista’ tintuża fit-territorju tagħhom u li kull restrizzjoni ta’ rikonoxximent ta’ preskrizzjonijiet individwali huma pprojbiti sakemm dawn:

1. Jekk prodott mediċinali huwa awtorizzat li jitqiegħed fis-suq fit-territorju tagħhom skond l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83/KE, l-Istat Membri għandhom jiżguraw li l-preskrizzjonijiet maħruġa minn persuna awtorizzata fi Stat Membru ieħor għal pazjent partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-prodott mediċinali tista’ tintuża fit-territorju tagħhom u li kull restrizzjoni ta’ rikonoxximent ta’ preskrizzjonijiet individwali huma pprojbiti sakemm dawn:

(a) huma limitati għall dak li huwa meħtieġ u proporzjonat għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u mhumiex diskriminatorji, jew

(a) huma limitati għall dak li huwa meħtieġ u proporzjonat għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u mhumiex diskriminatorji, jew

(b) huma msejsa fuq dubji leġittimi u ġustifikati dwar l-awtentiċità jew il-kontenut ta’ preskrizzjoni individwali.

(b) tkun imsejsa fuq dubji leġittimi u ġustifikati dwar l-awtentiċità jew il-kontenut ta’ riċetta individwali, jew l-istatus ta' min jikteb ir-riċetta.

 

Ir-rikonoxximent ta' tali riċetta m'għandux jaffettwa:

 

(i) ir-regoli nazzjonali li jiggvernaw il-ktib tar-riċetti u t-tqassim, inkluża s-sostituzzjoni ġenerika;

 

(ii) ir-regoli nazzjonali li jiggvernaw ir-rimborż tar-riċetti komunitarji transkonfinali;

 

(iii) kull dmir professjonali jew etiku li jirrikjedi lill-ispiżjar li jirrifjuta li jagħti l-mediċini kieku r-riċerka nħarġet fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni.

2. Għall-iffaċilitar tal-implimentazzjoni tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta:

2. Għall-iffaċilitar tal-implimentazzjoni tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta:

(a) miżuri li jippermettu lil spiżjara jew professjonisti tas-saħħa oħrajn li jivverfikaw l-awtentiċità tal-preskrizzjoni u jekk il-preskrizzjoni ħarġitx fi Stat Membru ieħor minn persuna awtorizzata permezz tal-iżvilupp ta’ mudell ta’ preskrizzjoni Komunitarja, u li jappoġġjaw l-interoperabbiltà tal-preskrizzjonijiet-e;

(a) miżuri li jippermettu lil spiżjara jew professjonisti tas-saħħa oħrajn li jivverfikaw l-awtentiċità tal-preskrizzjoni u jekk il-preskrizzjoni ħarġitx fi Stat Membru ieħor minn persuna awtorizzata permezz tal-iżvilupp ta’ mudell ta’ preskrizzjoni Komunitarja, u li jappoġġjaw l-interoperabbiltà tal-preskrizzjonijiet-e;

(b) miżuri li jiżguraw li l-prodotti mediċinali preskritti fi Stat Membru u użati f’ieħor huma identifikati b’mod korrett u li t-tagħrif lill-pazjenti dwar il-prodott jista' jinftiehem;

(b) miżuri li jiżguraw li l-prodotti mediċinali preskritti fi Stat Membru u użati f’ieħor huma identifikati b’mod korrett u li t-tagħrif lill-pazjenti dwar il-prodott jista' jinftiehem, inkluża ċ-ċarezza rigward l-ismijiet differenti użati għall-istess prodott mediċinali;

 

(ba) miżuri biex jiġi żgurat, jekk ikun hemm bżonn, il-kuntatt bejn il-parti li tikteb ir-riċetti u l-parti li tagħti l-mediċina, biex ikun żgurat fehim sħiħ tat-trattament, filwaqt li tinżamm il-kunfidenzjalità tad-dejta tal-pazjent;

(c) miżuri li jeskludu kategoriji speċifiċi ta’ prodotti mediċinali mir-rikonoxximent ta’ preskrizzjonijiet stipulati f'dan l-artikolu fejn meħtieġ sabiex titħares is-saħħa pubblika.

 

 

2a. Meta fl-Istat Membru ta' trattament tinħareġ riċetta għal prodotti mediċinali li normalment ma jkunux disponibbli b'riċetta fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni, għandu jkun dan tal-aħħar li jiddeċiedi jekk jawtorizzax b'eċċezzjoni jew jekk jipprovdix prodott mediċinali alternattiv li jkun meqjus li għandu l-istess effikaċja.

3. Il-miżuri msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 19(2). Il-miżuri msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).

3. Il-miżuri msemmija fil-punti (a), (b) u (ba) tal-paragrafu 2 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 19(2).

Emenda  102

Proposta għal Direttiva

Artikolu 15 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp tan-netwerks ta’ referenza Ewropej tal-provvedituri tal-kura tas-saħħa. Dawn in-netwerks għandhom f’kull waqt ikunu miftuħa għal provvedituri tal-kura tas-saħħa ġodda li jistgħu jixtiequ jingħaqdu magħhom, dan sakemm provvedituri tal-kura tas-saħħa tali jissodisfaw il-kundizzjonijiet u l-kriterji kollha meħtieġa.

1. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp tan-netwerks ta’ referenza Ewropej tal-provvedituri tal-kura tas-saħħa, in partikolari fil-qasam tal-mard rari, li għandhom jiddependu mill-esperjenza ta' kooperazzjoni fis-saħħa akkwiżita fi ħdan l-aggruppamenti Ewropej ta' kooperazzjoni territorjali (EGTCs). Dawn in-netwerks għandhom f’kull waqt ikunu miftuħa għal provvedituri tal-kura tas-saħħa ġodda li jistgħu jixtiequ jingħaqdu magħhom, dan sakemm provvedituri tal-kura tas-saħħa tali jissodisfaw il-kundizzjonijiet u l-kriterji kollha meħtieġa.

Ġustifikazzjoni

L-EGTCs huma innovazzjoni riċenti, rikonoxxuta fil-livell Komunitarju permezz tar-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006, u punt ta’ referenza importanti għal attivitajiet reġjonali fuq skala makro.

Emenda  103

Proposta għal Direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt b a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) jikkontribwixxu għall-ġbir flimkien tal-għarfien dwar il-prevenzjoni tal-mard u l-kura tal-mard komuni ewlieni;

Ġustifikazzjoni

Il-koperazzjoni fi ħdan in-netwerks ta’ referenza Ewropej ma jridx ikun limitat għal mard rari.

Emenda  104

Proposta għal Direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt f a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa) l-implimentazzjoni ta’ strumenti li jippermettu l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi eżistenti għall-kura tas-saħħa f’każ ta’ inċidenti gravi, b’mod partikolari f’żoni transkonfinali.

Ġustifikazzjoni

L-aċċidenti gravi jitolbu li l-kura medika urġenti għandha tkun ikkunsidrata min-netwerks Ewropej ta’ referenza.

Emenda  105

Proposta għal Direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta:

3. Il-Kummissjoni, b’kollaborazzjoni mal-esperti u mal-partijiet interessati relevanti, għandha tadotta:

Ġustifikazzjoni

Fl-istabbiliment ta’ netwerks ta’ referenza Ewropej, il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati se tkun essenzjali biex tiġi żviluppata lista tajba u adattata ta’ kriterji li jiżguraw il-funzjonament tagħhom.

Emenda  106

Proposta għal Direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) lista ta’ kriterji u kundizzjonijiet speċifiċi li n-netwerks ta’ referenza Ewropej iridu jissodisfaw, inklużi l-kundizzjonijiet u l-kriterji meħtieġa mill-provvedituri tal-kura tas-saħħa li jixtiequ jingħaqdu man-netwerks ta’ referenza Ewropej, biex tiżgura, b’mod partikolari, li n-netwerks ta’ referenza Ewropej:

(a) lista ta’ kriterji u kundizzjonijiet speċifiċi li n-netwerks ta’ referenza Ewropej iridu jissodisfaw, inklużi wkoll elenku tal-oqsma tal-mard l-aktar rari li għandhom jiġu koperti u l-kundizzjonijiet u l-kriterji meħtieġa mill-provvedituri tal-kura tas-saħħa li jixtiequ jingħaqdu man-netwerks ta’ referenza Ewropej, biex tiżgura, b’mod partikolari, li n-netwerks ta’ referenza Ewropej:

Emenda  107

Proposta għal Direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt a - punt ix a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ixa) ikollhom relazzjonijiet xierqa u effettivi mal-fornituri tat-teknoloġija.

Emenda  108

Proposta għal Direttiva

Artikolu 15 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 15a

 

Zoni ta' prova

 

Il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tista' taħtar reġjuni tal-fruntieri bħala zona ta' prova li fihom jiġu ttestjati, analizzati u vvalutati inizjattivi għall-kura tas-saħħa transkonfinali innovattivi.

Emenda  109

Proposta għal Direttiva

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), tadotta l-miżuri speċifiċi meħtieġa għall-ksib tal-interoperabbiltà tas-sistemi tat-teknoloġija tat-tagħrif u tal-komunikazzjoni fil-qasam tal-kura tas-saħħa, applikabbli meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jintroduċuhom. Dawn il-miżuri għandhom jirriflettu l-iżviluppi fit-teknoloġiji tas-saħħa u x-xjenza medika u jirrispettaw id-drittijiet fundamentali għall-ħarsien ta’ data personali skond il-liġi applikabbli. Dawn għandhom jispeċifikaw b’mod partikolari l-istandards u t-terminoloġiji meħtieġa għall-interoperabbiltà tas-sistemi tat-teknoloġija tat-tagħrif u tal-komunikazzjoni rilevanti biex jiġi żgurat proveddiment sigur, ta’ kwalita għolja u effiċjenti ta’ servizzi tas-saħħa transkonfinali.

Il-Kummissjoni għandha, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), tadotta l-miżuri speċifiċi meħtieġa għall-ksib tal-interoperabbiltà tas-sistemi tat-teknoloġija tat-tagħrif u tal-komunikazzjoni fil-qasam tal-kura tas-saħħa, applikabbli meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jintroduċuhom. Dawn il-miżuri għandhom ikunu konformi mal-liġijiet applikabbli tal-ħarsien tad-data f'kull Stat Membru u għandhom ukoll jirriflettu l-iżviluppi fit-teknoloġiji tas-saħħa u x-xjenza medika, inkluża t-telemediċina u t-telepsikjatrija, u jirrispettaw id-drittijiet fundamentali għall-ħarsien tad-data personali. Dawn għandhom jispeċifikaw b’mod partikolari l-istandards u t-terminoloġiji meħtieġa għall-interoperabbiltà tas-sistemi tat-teknoloġija tat-tagħrif u tal-komunikazzjoni rilevanti biex jiġi żgurat proveddiment sigur, ta’ kwalita għolja u effiċjenti ta’ servizzi tas-saħħa transkonfinali.

Emenda  110

Proposta għal Direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu tas-servizzi tas-Saħħa-e u ta’ servizzi oħra ta’ telemediċina:

 

(a) ikunu tal-istess standards professjonali ta’ kwalità u sikurezza medika bħal dawk li jintużaw għall-provvista tal-kura tas-saħħa mhux elettronika;

 

(b) joffru protezzjoni adegwata lill-pazjenti, b’mod partikoli permezz tal-introduzzjoni ta’ rekwiżiti regolatorji adattati għall-professjonisti simili għal dawk li jintużaw fil-provvista tal-kura tas-saħħa mhux elettronika.

Ġustifikazzjoni

Din it-teknoloġija ġdida tipprovdi progress imma tista’ wkoll twassal għall-użu ħażin potenzjali tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni fil-kura tas-saħħa, bir-riskji assoċjati potenzjali għall-pazjenti. Għaldaqstant, l-istess livell ta’ assigurazzjoni, f’termini ta’ kwalità u sikurezza, iridu japplikaw għal dawn is-servizzi meta mqabbla ma’ atti mediċi ‘standard’.

Emenda  111

Proposta għal Direttiva

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kooperazzjoni dwar it-tmexxija ta’ teknoloġiji tas-saħħa ġodda

Kooperazzjoni dwar it-tmexxija ta’ teknoloġiji tas-saħħa ġodda

1. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp u t-tħaddim ta’ netwerk li jgħaqqad l-awtoritajiet nazzjonali jew il-korpi responsabbli mill-evalwar tat-teknoloġija tas-saħħa.

1. Il-Kummissjoni għandha, b'konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, tiffaċilita t-twaqqif ta' netwerk li jgħaqqad l-awtoritajiet nazzjonali jew il-korpi responsabbli mill-evalwar tat-teknoloġija tas-saħħa. Għandha tistabbilixxi operazzjoni bbażata fuq il-prinċipji tal-governanza tajba inkluża t-trasparenza, l-oġġettività, il-proċeduri ġusti, u l-parteċipazzjoni sħiħa tal-partijiet interessati tal-gruppi relevanti kollha inklużi l-professjonisti tas-saħħa, il-pazjenti, ix-xjentisti u l-industrija, ħlief f’każijiet fejn il-liġi nazzjonali ma tippermettix il-parteċipazzjoni ta’ wieħed jew aktar minn dawn il-partijiet interessati.

2. L-għan tan-netwerk ta’ evalwar tat-teknoloġija tas-saħħa għandu jkun li:

2. L-għan tan-netwerk ta’ evalwar tat-teknoloġija tas-saħħa għandu jkun li:

(a) jappoġġja il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet jew korpi nazzjonali;

(a) jappoġġja il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet jew korpi nazzjonali;

 

(aa) isib modi sostenibbli ta' kif ikunu bbilanċjati l-objettivi tal-aċċess għall-mediċini, l-ippremjar għall-innovazzjoni u l-immaniġġjar tal-baġits tal-kura tas-saħħa;

(b) jappoġġja l-provvediment ta’ tagħrif oġġettiv, ta’ min joqgħod fuqu, f'waqtu, trasparenti u trasferibbli dwar l-effettività fil-qosor u fit-tul tat-teknoloġiji tas-saħħa u jippermetti l-iskambju effettiv ta’ dan it-tagħrif bejn l-awtoritajiet jew korpi nazzjonali.

(b) jappoġġja l-provvediment ta’ tagħrif oġġettiv, ta’ min joqgħod fuqu, f'waqtu, trasparenti u trasferibbli dwar l-effettività fil-qosor u fit-tul tat-teknoloġiji tas-saħħa u jippermetti l-iskambju effettiv ta’ dan it-tagħrif bejn l-awtoritajiet jew korpi nazzjonali.

 

(ba) jikkunsidra n-natura u t-tip ta’ informazzjoni li jistgħu jkunu skambjati;

3. L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-awtoritajiet jew il-korpi li qed jieħdu sehem fin-netwerk kif imsemmi fil-paragrafu 1 u jikkomunikaw l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dawn l-awtoritajiet jew korpi lill-Kummissjoni.

3. L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-awtoritajiet jew il-korpi li qed jieħdu sehem fin-netwerk kif imsemmi fil-paragrafu 1 u jikkomunikaw l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dawn l-awtoritajiet jew korpi lill-Kummissjoni.

4. Il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), tadotta l-miżuri meħtieġa għall-ħolqien u t-tmexxija ta’ dan in-netwerk u tispeċifika n-natura u t-tip tat-tagħrif li għandu jiġi skambjat.

4. Il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), tadotta l-miżuri meħtieġa għall-ħolqien, it-tmexxija u t-tħaddim trasparenti ta’ dan in-netwerk.

Emenda  112

Proposta għal Direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Member States shall collect statistical and other additional data needed for monitoring purposes on the provision of cross-border healthcare, the care provided, its providers and patients, the cost and the outcomes. Għandhom jiġbru din id-data bħala parti mis-sistemi ġenerali tagħhom għall-ġbir tad-data dwar il-kura tas-saħħa, f’konformità mal-liġi nazzjonali u Komunitarja għall-produzzjoni ta' statistiċi u dwar il-ħarsien ta' data personali.

1. Member States shall collect statistical and other additional data needed for monitoring purposes on the provision of cross-border healthcare, the care provided, its providers and patients, the cost and the outcomes. Għandhom jiġbru din id-dejta bħala parti mis-sistemi ġenerali tagħhom għall-ġbir tad-dejta dwar il-kura tas-saħħa, f’konformità mal-liġi nazzjonali u Komunitarja għall-produzzjoni ta' statistiċi u dwar il-ħarsien ta’ dejta personali, u b’mod speċifiku l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 95/46/KE.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 95/46 jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi li jirrigwardaw l-użu sussegwenti ta’ dejta tas-saħħa.

Emenda  113

Proposta għal Direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat, magħmul mir-rappreżentanti tal-Istati Membri u ppresedut mir-rappreżentant tal-Kummissjoni.

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat, magħmul mir-rappreżentanti tal-Istati Membri u ppresedut mir-rappreżentant tal-Kummissjoni. B’hekk, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-konsultazzjoni ta’ esperti mill-gruppi relevanti tal-pazjenti u tal-professjonisti b’mod adattat, speċjalment fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, u għandha tipprovdi rapport raġonat dwar dawn il-konsultazzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

L-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva tista’ tinkiseb biss permezz tal-involviment tal-partijiet kollha relevanti. Għaldaqstant, għandu jinħoloq mekkaniżmu adattat ta’ konsultazzjoni biex jassisti lil dan il-“kumitat dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali”.

Emenda  114

Proposta għal Direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kunsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu mniżżel fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal 3 xhur.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kunsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu mniżżel fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal 3 xhur. Meta l-miżuri ta’ implimentazzjoni jirrigwardaw l-ipproċessar ta’ dejta personali għandu jkun ikkonsultat il-Kontrollatur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

Ġustifikazzjoni

Kif rakkomandat fl-opinjoni EDPS, huwa imporanti li l-EDPS ikun ikkonsultat fuq dawn il-kwistjonijiet.

Emenda  115

Proposta għal Direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha fi żmien ħames snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 22(1) tfassal rapport dwar l-operazzjoni ta' din id-Direttiva u tibgħatha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Il-Kummissjoni għandha fi żmien ħames snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 22(1) tfassal rapport dwar l-operazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluża l-istatistika dwar il-flussi ta' dħul u l-flussi ta' ħruġ tal-pazjenti riżultanti minn din id-Direttiva, u tibgħatha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

NOTA SPJEGATTIVA

“Jamais poete n’a interpreté la nature aussi librement qu’un juriste la realité” Jean Giraudoux

(L-ebda poeta ma qatt interpreta b'mod tant ħieles in-natura bħalma ġuristat jinterpreta l-verità.)

Sens u Sensibilità

Avukati jew politiċi. Għal dawn l-aħħar għaxar snin, sa mis-sentenza Kohll u Dekker tal-1998 fil-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea (ECJ), l-avukati tal-Ewropa qed jiddeċiedu fuq politika dwar il-mobilità tal-pazjenti għax il-politiċi tal-Ewropa ma rnexxilhomx jagħmlu dan. Jekk aħna ma nagħmlu xejn, il-Qorti se tkompli tinterpreta t-Trattati fejn huma kkonċernati d-drittijiet għall-mobilità tal-pazjenti. Huma jipprovdu ċ-ċarezza li aħna l-politiċi ma rnexxilniex nipprovdu. Jekk aħna kuntenti li nħallu t-tfassil tal-politika f'idejn l-avukati, allura m'għandna bżonn nagħmlu xejn - ħlief ovvjament naffaċċjaw ir-riżultati imprevedibbli li joħorġu minn din is-sitwazzjoni. Imma jekk nemmnu li dan huwa xogħlna, bħala politiċi eletti biex nagħtu ċertezza legali u politika, allura għandna bżonn nagħmlu dan mingħajr iktar dewmien. L-eletturi tagħna togħġobhom l-idea ta' mobilità tal-pazjenti bħala għażla; imma huma jridu u jippretendu li tkun immaniġġjata b'mod xieraq u jridu u jippretendu li jiġu offruti gwida tajba dwar il-politika u l-proċeduri.

Il-proposta tal-Kummissjoni li ilha mistennija, wara l-maġġoranza assoluta fil-Parlament għar-Rapport dwar il-Mobilità tal-Pazjenti tagħna tal-2005 (A6-0129/2005), hija milqugħa tajjeb, inklużi d-dispożizzjonijiet immaġinattivi tagħha li jmorru lil hinn mis-sentenzi tal-ECJ dwar in-Netwerks ta' Referenza Ewropea għal mard iżjed rari. Madankollu għad hemm inċertezza f'ċertu oqsma li dan ir-Rapport ifittex li jiċċara u jindirizza.

Opportunità għall-Pazjenti. Aħna għandna nagħmluha ċara daqs il-kristall li din hija opportunità għall-pazjenti. Hija tiffoka fuq il-pazjenti; kwistjonijiet dwar il-mobilità tal-professjonisti tas-saħħa u tas-servizzi tas-saħħa jkollhom jistennew għal darba oħra. Sfortunatament, l-istess għall-proposta bżonnjuża b'mod urġenti dwar is-sikurezza tal-pazjenti. Din il-proposta, kif tagħmilha ċara, lanqas ma temenda jew tirranġa t-triq li tieħu s-Sigurtà Soċjali, li tibqa' f'postha, għalkemm probabilment għandna bżonn ċarezza ikbar dwar meta kull waħda minn dawn tapplika. M'għandniex b'xi mod nagħmluha inqas ċara li din hija opportunità għall-pazjenti, ibbażata fuq il-bżonn u mhux fuq il-mezzi u fuq l-għażla infurmata u mhux fuq il-koazzjoni.

Sentenzi tal-Qorti. Hija ugwalment ċara li aħna mhux qed nibdew niktbu fuq karta ġdida; dan mhuwiex iż-żmien għal abbozzar għall-finijiet ta' teorija. It-Trattati pprovdew lill-ECJ b'bażi legali għas-sentenzi tagħha u l-Qorti kitbet l-abbozz tagħha għal politika konsegwenti. Huma bdew proċess li għandu l-potenzjal li jagħti s-setgħa lill-pazjenti u jsaħħaħ is-saħħa taċ-ċittadini tal-Ewropa. Fl-essenza oriġinali tiegħu tal-ECJ, dan ikkonferma li l-pazjenti li jaffaċċjaw dewmien żejjed għandhom id-dritt li jmorru fi Stat Membru ieħor għat-trattament u li jkollhom il-kont imħallas f'pajjiżhom minn dak li jagħti l-fondi għas-saħħa, sakemm japplikaw żewġ kundizzjonijiet :- it-trattament irid ikun normalment disponibbli f'pajjiżhom u l-ispiża trid tkun komparabbli. F'numru ta' sentenzi tal-ECJ ġie stabbilit li m'għandu jkun hemm l-ebda rekwiżit mill-pazjent biex ifittex approvazzjoni minn qabel għal trattament mhux fl-isptar jew benefiċċji oħra tas-saħħa, bħal ma huma n-nuċċalijiet oriġinali jew l-ortodonzja. Madankollu dan jippermetti l-possibilità ta' xi forma ta' awtorizzazzjoni jew notifika minn qabel, meta jkun ikkonċernat it-trattament tal-pazjenti miżmuma l-isptar, jekk pajjiżhom ('l-Istat Membru ta' Affiljazzjoni') jkun jista' juri li, mingħajr din, ibati l-maniġment tal-kura tas-saħħa għal pazjenti oħra. Is-sentenzi ma kinux daqshekk dwar il-proċess ta' awtorizzazzjoni imma dwar l-użu ta' dan il-proċess biex jiġu evitati jew imqiegħda ostakoli bla raġuni għad-dritt ta' persuna li ssiefer għat-trattament. Għal dik ir-raġuni, fejn il-pazjenti huma kkonċernati, aħna fittixna li nqiegħdu fis-seħħ sistema ta' awtorizzazzjoni minn qabel li jkollha impatt żgħir, imma twissija sensibbli minn qabel tal-ispejjeż eċċezzjonali, fejn huma kkonċernati l-maniġers tal-kura tas-saħħa.

Bżonnijiet u mhux Mezzi. Meta ngħidu l-politika għandha tkun dwar pazjenti bil-bżonnijiet, u mhux pazjenti bil-mezzi, għandna nagħmluha ċara li ma nixtiqux naraw pazjenti li jsiefru, filwaqt li jiggranfaw mal-flus jew mal-kard ta' kreditu biex iħallsu minn qabel għal trattament fl-isptarijiet li ħafna drabi jkun għali. Għandna noħolqu sistema ta' rimborż dirett minn min iħallas oriġinarjament għall-isptar riċeventi, jew permezz ta' Enti Ċentrali tal-Pagamenti li jiġġestixxi l-komplikazzjonijiet transkonfinali, transmonetarji, u transsistemiċi (Beveridge/Bismark), jew sistema ta' norifika volontarja minn qabel segwitu minn konferma bil-miktub tal-ammont massimu li se jitħallas. Dik il-konferma bil-miktub imbagħad jista' jittieħed l-isptar tat-trattament u r-rimborż imbagħad isir direttament lil dak l-istpar mill-Istat Membru ta' affiljazzjoni.

Pakketti. Il-mistoqsija li toħroġ hija dwar jekk is-sentenza tal-ECJ fir-rigward tal-ispiża tfissirx li Stat Membru ta' Affiljazzjoni jista' jkun responsabbli biss għall-ispiża attwali tat-trattament. Pakkett tat-trattament, b'extras bħal ma huma l-konvalexxenza jew il-fisjoterapija, jista' jiġi offrut għal spiża totali li tkun inqas minn dak li jkollu jitħallas għat-trattament waħdu f'pajjiż il-pazjent. Jekk pakketti bħal dawn iġibu benefiċċju tas-saħħa miżjud lill-pazjent, per eżempju billi ċ-ċans li wieħed jirkadi jsir inqas possibbli, dak għandu jkun ħaġa tajba u għandu jintlaqa', sakemm il-pakkett sħiħ ikun fil-limitu tal-ispiża li kien ikollha titħallas għat-trattament fil-pajjiż tal-pazjent. L-Istati Membri għandhom ikunu flessibbli kemm jista' jkun dwar dan.

'Intermedjarji tas-Saħħa'. Huwa possibbli li naraw żieda fin-numru ta' każijiet fejn jitwaqqfu 'intermedjarji tas-saħħa' li jagħtu parir indipendenti lill-pazjenti dwar pakketti tat-trattament u tal-kura, bl-istess mod kif intermedjarju tal-assikurazzjoni jfittex 'l hawn u 'l hinn f'isem il-klijenti tiegħu biex isib l-aħjar għażliet li jissodisfaw il-bżonnijiet tagħhom. B'mod ċar naraw li hija f'id kull Stat Membru li jiddeċiedi l-politika tiegħu f'dan il-qasam u kull Stat Membru daqt se jkollu wkoll jiddeċiedi jekk l-irwol jew it-taħriġ tal-intermedjarju tas-saħħa għandhomx bżonn jiġu rregolati jew awtoregolati b'ċertu mod.

Il-Ħlas tal-Bqija. Huwa wkoll possibbli li, f'ċertu pajjiżi, l-għażla li wieħed imur barra minn pajjiżu se jkun possibbli biss jekk il-pazjent ikun lest li jħallas il-bqija tal-ammont imħallas mill-pajjiż tal-pazjent. M'hemm xejn intrinsikament ħażin f'dan. M'hemm xejn differenti minn pazjenti li jħallsu għal sodda komda fi sptar lokali jew għall-ġenituri li jħallsu għal edukazzjoni extra għal uliedhom fl-iskola. Imma din għandha tkun biss għażla. M'għandhiex titqiegħed pressjoni fuq il-pazjent biex iħallas iżjed u l-ebda sptar m'għandu jitlob iżjed flus minn barrani milli minn pazjent domestiku għall-istess trattament.

Numri. L-aspettattiva hija li m'għandniex naraw numru kbir ta' pazjenti li jfittxu l-użu ta' din it-triq. Ħafna nies jippreferu jkollhom it-trattament ħdejn darhom, fejn il-ħbieb u l-familja jkunu jistgħu jżuruhom. Jekk hemm bżonn huma jmorru xi mkien ieħor f'pajjiżhom – mhux l-inqas minħabba l-lingwa. Jekk huma jiddeċiedu li jmorru barra minn pajjiżhom, probabilment huma jagħżlu l-ewwel l-arranġamenti mmaniġġjati diġà stabbiliti sew b'mod bilaterali jew trilaterali bejn Stati Membri, reġjuni jew bliet. Madankollu, jekk ikunu jridu iżjed flessibilità – jista' jkun minħabba familjari jew ħbieb f'parti oħra fl-UE, fejn jistgħu joqogħdu għall-konvalexxenza wara t-trattament, jew minħabba li jkunu semgħu dwar tim partikolarment tajjeb ta' sptar jew dwar fornitur tal-kura tas-saħħa ieħor – allura huma jistgħu jagħżlu li jużaw din l-opportunità ta' Saħħa Bejn il-Fruntieri.

Ovvjament, jekk Stat Membru jixtieq jevita li ċ-ċittadini tiegħu jużaw din l-opportunità l-ġdida u magħha l-ħruġ ta' riżorsi mill-pajjiż, huwa jkollu jgħolli l-istandards tiegħu tal-kura tas-saħħa u ż-żminijiet ta' stennija, sabiex ħadd ma jħoss il-bżonn li jitlaq xi mkien ieħor. Jekk jiġbed il-pazjenti minn barra – forsi minħabba l-fatt li l-kura u t-trattament tal-pajjiż huma irħas – huwa se jiġbed riżorsi fil-pajjiż, li jkunu jistgħu jiġu investiti fil-kura tas-saħħa għall-benefiċċju tal-pazjenti kollha. Wara ħames snin għandna nirrevedu l-esperjenza tal-pazjenti ħerġin u deħlin biex naraw x'kien l-impatt u jekk għandniex bżonn nerħu jew nissikkaw il-politika.

Informazzjoni. L-informazzjoni se tkun importanti u kull Stat Membru huwa mistenni li jistabbilixxi ċentri tal-informazzjoni (punti ta' kuntatt nazzjonali), fejn il-pazjent u l-konsulenti mediċi tiegħu jew tagħha jkunu jistgħu jiskopru x'hemm disponibbli, jekk il-kriterji tal-eliġibilità tapplikax, liema proċessi huma neċessarji, liema proċeduri ta' lmenti u appelli huma fis-seħħ u x'għajnuna teżisti dwar l-ispejjeż tal-ivvjaġġar. Il-kwistjoni sensittiva tal-istandards tal-kura tas-saħħa hija wkoll relevanti f'dan il-kuntest. B'mod ċar, jekk Stat Membru jawtorizza, b'mod espliċitu jew impliċitu billi jiġu aċċettati s-sentenzi tal-ECJ, liċ-ċittadini tiegħu li jmorru barra mill-pajjiż għat-trattament, huwa għandu d-dmir ta' kura għaċ-ċittadini tiegħu. Huwa ċertament ikun irid ikollu assigurazzjonijiet reċiproċi dwar is-sikurezza tal-pazjent. Riskju għas-sikurezza tal-pazjent jaf jirriżulta mill-kwalità fqira tal-kura tas-saħħa. L-Istati Membri huma responsabbli għall-għoti tal-kura tas-saħħa tagħhom u ħadd ma jissuġġerixxi li l-Unjoni Ewropea għandha tippreskrivi standards għal dan. Dak li l-Istat Membru tat-Trattament jista' u għandu jagħmel huwa li jiżgura li standards bħal dawn ikunu deskritti b'mod pubbliku. Id-dmir tal-Istat Membru ta' Affiljazzjoni huwa li jiżgura li ċ-ċittadini tiegħu ikollhom aċċess għall-informazzjoni, sabiex jekk il-pazjenti jagħżlu li jmorru f'pajjiż ieħor, huma u l-konsulenti mediċi tagħhom ikunu jafu liema standards għandhom jistennew. Xejn iżjed; xejn inqas.

Preskrizzjonijiet. Kwistjoni li toħroġ mill-proposta tikkonċerna r-rikonoxximent reċiproku tal-preskrizzjonijiet. Huwa b'mod ċar mixtieq li spiżerija fil-pajjiż tal-pazjent għandha tirrikonoxxi u tieħu azzjoni dwar preskrizzjoni maħruġa minn tabib f'pajjiż ieħor. Dan ikollu bżonn ta' aċċess għal reġistru ta' tobba kwalifikati u li jkunu permessi jiktbu l-preskrizzjonijiet. Il-problema madankollu tmur iżjed fil-fond. Hija rikonoxxuta b'mod wiesgħa li huma l-Istati Membri li jiddeċiedu liema mediċini jkunu disponibbli biss bi preskrizzjoni. Għalhekk, jekk pazjent imur barra minn pajjiżu u jingħata preskrizzjoni għal kors ta' mediċini li ma jkunux disponibbli f'pajjiżu, dak il-pazjent ikollu jew jinqeda b'dak li huwa disponibbli, jew ikollu jirritorna fil-pajjiż tat-trattament – jew, b'mod riskjuż, jakkwistahom permezz tal-internet. Tidher preferibbli li l-Istati Membri għandhom jaċċettaw, bħala parti minn lista supplimentari tal-preskrizzjoni, mediċini preskritti bħala parti minn trattament fil-kuntest tas-Saħħa Bejn il-Fruntieri. Din hija kwistjoni għall-Istati Membri, imma jekk ma tiġix trattata b'mod sensittiv u sensibbli, taf tkun is-sors ta' sfidi futuri għall-ECJ.

Sens u Sensibilità. U fil-qosor, dak huwa dwar xiex inhu dan ir-Rapport: sens u sensittività; opportunità ġdida għall-pazjenti; waħda li biha l-Unjoni Ewropea tista' tiddikjara li kienet ta' benefiċċju għaċ-ċittadini; ċarezza u ċertezza legali; mhux li jissolvew l-inugwaljanzi tal-kura tas-saħħa mal-Ewropa kollha jew fi Stat Membru - dik hija mistoqsija li trid tintalab lill-Ministri tal-Istati Membri rispettivi - imma l-ekwità u l-ugwaljanza tal-opportunitajiet; flessibilità u mhux burokrazija; ħerqa biex inħarsu lejn il-kwistjonijiet ta' 'kif għandna?' u mhux dawk ta' 'għaliex m'għandniex'. Ħaġa waħda hija diġà ċara: numri dejjem jikbru taċ-ċittadini tagħna qed isiru konxju tal-imminenza ta' din l-opportunità tal-politika. Fl-aħħar jafu ma jużawhiex, imma jriduha tkun hemm. L-isfida għalina, fit-tliet istituzzjonijiet, hija li nwaqqfuha kemm jista' jkun malajr.

OPINJONI MILL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI ĠURIDIKA

13.2.2009

Is-Sur Miroslav Ouzký

'Chairperson'

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

BRUSSELL

Suġġett:           Opinjoni dwar il-bażi legali tal-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali (COM(2008)0414)

Sinjur Chairperson,

B'ittra tad-29 ta' Jannar 2009, inti tlabt lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, skont l-Artikolu 35 tar-Regoli ta' Proċedura, sabiex jikkunsidra l-bażi legali tal-proposta tal-Kummissjoni hawn fuq imsemmija.

Il-Kumitat ikkunsidra l-kwistjoni msemmija hawn fuq fil-laqgħa tiegħu li saret fit-12 ta' Frar 2009.

Tressqu emendi fil-Kumitat għall-Ambjent biex tiġi mibdula l-bażi legali mill-Artikolu 95 tat-Trattat KE għall-Artikolu 152; l-Artikoli 16 u 152; l-Artikoli 42, 152 u 308; l-Artikoli 137 u 152, jew l-Artikoli 95 u 152.

Din il-mistoqsija tista' tiġi analizzata kif ġej, billi wieħed jibda mill-prinċipji stabbiliti mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Kif nafu, kull att leġiżlattiv tal-Komunità għandu jkollu bażi legali li tispeċifika l-kompetenzi kkonferiti fuq il-Komunità u tindika t-tip ta' att li jista' jiġi adottat u l-proċedura li għandha tiġi segwita għall-adozzjoni tiegħu.

Fl-opinjoni Nru 2/00 tas-6 ta' Diċembru 2001[1] dwar l-għażla tal-bażi legali għall-konklużjoni ta' ftehima internazzjonali (b'mod speċifiku, il-Protokoll ta' Cartagna), il-Qorti tal-Ġustizzja spjegat il-kwistjoni b'mod ċar hekk kif ġej:

"L-għażla tal-bażi legali adegwata għandha importanza ta’ natura kostituzzjonali. Fil-fatt, billi l-Komunità għandha biss kompetenzi li huma mogħtija lilha, hija għandha torbot il-Protokoll ma’ dispożizzjoni tat-Trattat li tagħtiha s-setgħa li tapprova tali att. Ir-rikors għal bażi legali żbaljata għalhekk jista’ jinvalida l-att stess li jikkonkludi l-ftehim u, għaldaqstant, jivvizja l-kunsens tal-Komunità sabiex tintrabat mal-ftehim li din tal-aħħar tkun daħlet għalih. Dan huwa l-każ b’mod partikolari meta t-Trattat ma jagħtix lill-Komunità kompetenza suffiċjenti sabiex tirratifika l-ftehim kollu kemm hu, li jfisser li jkun irid jiġi eżaminat it-tqassim tal-kompetenzi bejn il-Komunità u l-Istati Membri sabiex jikkonkludu l-ftehim prospettat ma’ pajjiżi terzi, jew meta l-bażi legali adegwata tal-imsemmi att li jikkonkludi l-ftehim tipprevedi proċedura leġiżlattiva differenti minn dik effettivament segwita mill-istituzzjonijiet Komunitarji." (enfasi mogħtija)

Fuq naħa, il-Qorti tirreferi għas-"sinifikat kostituzzjonali" tal-għażla tal-bażi legali peress li l-Komunità mhijiex ordni legali b'għanijiet ġenerali, iżda hija rregolata mill-prinċipji tal-konferiment ta' kompetenzi. Min-naħa l-oħra, il-Qorti qed tagħmel dak kollu possibbli biex tirreferi għall-problema fejn ma jkunx hemm bażi legali kapaċi li tkopri l-azzjoni tal-Komunità (fejn ma hemmx biżżejjed kompetenza) jew fejn il-bdil tal-bażi legali jwassal għal bidla fil-proċedura għall-adozzjoni. Eżempju elokwenti jista' jinstab fl-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Jacobs tal-15 ta' Novembru 2001 fil-kawża C-314/99 ir-Renju tal-Olanda vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej[2], fejn il-bidla fil-bażi legali kienet tfisser li l-att kien ikollu jkun adottat bl-użu ta' proċedura differenti minn dak li biha ġie fil-fatt adottat.

F'dak il-każ, hekk kif is-Servizz Legali tal-Parlament innota wkoll fil-kawża[3] British American Tobacco, żball li jikkonċerna l-bażi legali huwa aktar minn sempliċiment difett formali meta jista' jagħti lok għall-irregolarità fil-proċedura applikabbli għall-adozzjoni tal-att u jista' jirriżulta fl-annulament tiegħu, ladarba dan huwa parti mis-sustanza tiegħu u ma jibqax konformi mal-liġi.

Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, l-għażla tal-bażi legali mhijiex waħda suġġettiva, iżda "għandha tkun ibbażata fuq fatturi oġġettivi li jwasslu għal eżami ġudizzjarju"[4], bħal l-għan u l-kontenut tal-miżura fil-kwistjoni.[5] Barra minn hekk, il-fattur deċiżiv għandu jkun l-objettiv prinċipali ta' miżura.[6]

Skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, artikolu ġenerali tat-Trattat jikkostitwixxi bażi legali suffiċenti anke jekk il-miżura fil-kwistjoni tfittex ukoll, b'mod subordinat, li tilħaq għan maħsub f'artikolu speċifiku tat-Trattat.

Madankollu, jekk għandha tiġi meħudha l-opinjoni li ż-żewġ għanijiet huma marbuta b'mod indissolubbli mingħajr ma jkun il-każ li wieħed minnhom ikun sekondarju u indirett fir-rigward tal-oħrajn, għandu mnejn jiġi kkunsidrat li ż-żewġ bażi legali kellhom jiġu użati.[7]

Fi ftit kliem il-preferenza tal-Qorti hija għal bażi legali waħda, ħlief fejn strument partikulari għandu żewġ għanijiet ta' importanza ugwali.

F'dan il-każ, il-bażi legali magħżula mill-Kummissjoni hija l-Artikolu 95 tat-Trattat KE.[8]

Il-Kummissjoni tiġġustifika l-għażla tagħha tal-bażi legali f'diskussjoni ddettaljata tal-aspetti legali ġenerali tal-proposta. Hija tipproponi li tistabbilixxi qafas leġiżlattiv ġenerali għall-kura tas-saħħa transkonfinali li jikkonsisti minn (a) prinċipji komuni għas-sistemi tal-kura tas-saħħa kollha fl-UE, (2) qafas speċifiku għall-kura tas-saħħa transkonfinali, u (3) forom ta' koperazzjoni Ewropej għall-kura tas-saħħa. Fl-analiżi finali, l-għan huwa "li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-provvista ta' kura tas-saħħa transkonfinali sikur, ta’ kwalità għolja u effiċjenti fl-Unjoni Ewropea u li tiżgura l-moviment ħieles tas-servizzi tas-saħħa u livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa filwaqt li tirrispetta b'mod sħiħ ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għall-organizzazzjoni u l-għoti ta' servizzi tas-saħħa u kura medika."

Tressqu diversi rigward il-bażi legali. Issa jmiss li jiġu kkunsidrati.

L-ewwel u qabel kollox, huwa neċessarju li jiġi kkunsidrat l-Artikolu 152, li ġie propost waħdu jew flimkien ma' artikoli oħra.

(a) L-Artikolu 152[9] bħala l-unika bażi legali:

Għalkemm dan l-artikolu jitratta s-saħħa pubblika, l-ambitu tal-miżuri li għandhom mnejn jiġu adottati fuq il-bażi tiegħu huma llimitati. Filwaqt li l-paragrafu 1 jagħti lill-Komunità l-kompetenza li tieħu azzjoni "lejn it-titjib fis-saħħa pubblika, għall-prevenzjoni tal-mard tal-bniedem u għall-eliminazzjoni tas-sorsi tal-periklu għas-saħħa tal-bniedem", din il-kompetenza hija ddikjarata b'mod ċar li hi kumplimentarja għall-politiki nazzjonali. Hija kkwalifikata wkoll fit-termini li ġejjin: "Din l-azzjoni għandha tkopri l-ġlieda kontra l-flaġelli kbar tas-saħħa, billi tinkoraġixxi riċerka fuq il-kawża, it-tixrid u l-prevenzjoni tagħhom, kif ukoll informazzjoni u edukazzjoni dwar is-saħħa. Il-Komunità għandha tikkumplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri fit-tnaqqis ta' ħsara għas-saħħa li tkun marbuta mad-drogi, inkluża l-informazzjoni u l-prevenzjoni." L-Artikolu 152(2) jirreferi għall-koperazzjoni bejn l-Istati Membri f'dawn l-oqsma, u b'mod li jiġu appoġġjati l-azzjoni u l-koordinazzjoni tagħhom ta' politiki u programmi nazzjonali, filwaqt li l-Artikolu 152(3) jitratta t-trawwim ta' koperazzjoni ma' pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fl-isfera tas-saħħa pubblika.

L-unika kompetenza leġiżlattiva li tinvolvi l-proċedura tal-kodeċiżjoni hija dik ipprovduta fl-Artikolu 152(4) li sabiex tikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi li rreferejna għalihom, il-miżuri jistgħu jiġu adottati miżuri li joħolqu parametri għolja ta’ kwalità u sigurtà għar-rigward ta’ organi u sustanzi taoriġini umana, demm u derivati tad-demm u miżuri fl-oqsma veterenarji u fito-sanitarji, li jkollhom bħala lobjettivdirett tagħhom il-ħarsien tas-saħħa publika kif ukoll miżuri ta’ inċentivi mmirati biex iħarsu u jtejbu is-saħħa umana, eskluż l-armonizzazzjoni talliġijietu regolamenti tal-Istati Membri Huwa nnotat ukoll li l-Kunsill jista' jadotta rakkomandazzjonijiet.

Miżuri tipiċi adottati f'dawn l-aħħar snin bl-użu tal-bażi legali tal-Artikolu 152 jinkludu t-twaqqif tar-regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (COD/2008/0110); it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-għalf (COD/2008/0050); it-twaqqif ta' projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tirostatika u ta’ beta-agonists (COD/2007/012), it-twaqqif tal-proċeduri Komunitarji għall-iffissar ta' limiti ta' residwu ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġina mill-annimali (COD/2007/064), biex insemmu biss xi ftit eżempji tipiċi.

L-għan tad-direttiva li ġiet proposta dwar id-drittijiet tal-pazjent għandha x'taqsam mat-twaqqif ta' qafas leġiżlattiv ġenerali għall-kura tas-saħħa transkonfinali u ftit li xejn għandha x'taqsam mat-titjib tas-saħħa pubblika, il-prevenzjoni tal-mard tal-bniedem u l-eliminazzjoni tas-sorsi tal-periklu għas-saħħa tal-bniedem, peress li hi kkonċernata dwar kif il-kura transkonfinali għandha tkun organizzata u taħdem. L-Artikolu 152 huwa għaldaqstant eskluż bħala l-unika bażi legali. L-inkompatibilità tal-għanijiet tad-direttiva li ġiet proposta mal-Artikolu 152 hija enfasizzata aktar bil-fatt li dan l-Artikolu jagħmel dak kollu possibbli biex jeskludi kull armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri fir-rigward ta' miżuri ta' inċentivi mfassla biex jipproteġu u jtejbu s-saħħa tal-bniedem, l-uniku aspett tal-Artikolu 152 li għandu konnessjoni, minkejja li hija waħda estremament dgħajfa, mal-għan tal-proposta tal-Kummissjoni.

Tqum il-kwistjoni dwar jekk l-adozzjoni tal-emendi fil-Kumitat għall-Ambjent għandu jbiddilx iċ-ċentru tal-gravità tad-direttiva proposta sal-punt li tiġi ġġustifikata bidla fil-bażi legali għall-Artikolu 152 waħdu. Minkejja li ma jistax jiġi mbassar liema mis-700 emenda u aktar mressqa f'dan il-Kumitat se jiġu adottati, mhuwiex ikkunsidrat li xi waħda minnhom se jkollha effett.

L-Artikolu 152 għalaqstant jista' jiġi            eskluż bħala l-uniku bażi legali.

(b) Bażijiet legali konġunti

L-Artikolu 95 mal-Artikolu 152

Minħabba li ntasbet biss rabta dgħajfa, jekk wara kollok instabet waħda bejn il-proposta għal direttiva u l-kompetenza leġiżlattiva kkonferita permezz tal-Artikolu 152 (azzjoni "lejn it-titjib fis-saħħa pubblika, għall-prevenzjoni tal-mard tal-bniedem u għall-eliminazzjoni tas-sorsi tal-periklu għas-saħħa tal-bniedem"), ma jistax jintqal li l-għodda proposta għandha żewġ għanijiet li huma marbuta flimkien b'mod indissolubbli mingħajr ma jkun il-każ li wieħed minnhom ikun sekondarju u indirett fir-rigward tal-oħrajn. Għandu jiġi enfasizzat, madankollu, li din l-analiżi hija bbażata fuq il-proposta tal-Kummissjoni. Aktar analiżi tal-bażi legali għandha mnejn tkun neċessarja jekk l-emendi adottati fil-votazzjoni fil-kumitat ibiddlu b'mod sostanzjali l-għan u l-kontenut tal-proposta.

Huwa għaldaqstant ikkunsidrat li l-bażi legali konġunta tal-Artikolu 95 mal-Artikolu 152 tista' tiġi eskluża.

Artikolu 152 ma' Artikolu 16[10]

L-Artikolu 16 ma jistabbilixxi ebda kompetenza. Huwa sempliċiment dikjaratorju u interpretattiv. Jekk, għalhekk - kif diġà ġie sostnut - L-Artikolu 152 ma jistax iservi ta' bażi legali waħdu, iż-żieda tal-Artikolu 16 ma jsalvahx.

Il-bażi legali konġunta tal-Artikolu 152 mal-Artikolu 16 għaldaqstant tista' tiġi eskluża.

l-Artikoli 42, 152 u 308;

F'dak li jikkonċerna l-Artikolu 42[11], hija stabbilità banali li l-għażla tal-bażi legali għandha tiġi ddeterminata minn fatturi obbjettivi li jistgħu ikunu suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju[12], bħalma huma l-għan u l-kontenut tal-miżura kkonċernata[13]. Barra minn hekk, il-fattur deċiżiv għandu jkun l-obbjettiv prinċipali ta' miżura[14].

Huwa evidenti li ċ-ċentru tal-gravità tal-proposta mhux is-sigurtà soċjali għall-ħaddiema migranti u l-memorandum ta' spjegazzjoni huwa ċar b'mod assolut li l-mekkaniżmu pprovdut ġo fiha huwa alternattiva għall-makkinarju pprovdut għall-ħaddiema migranti fir-Regolament Nru 1408/71 Il-pazjenti li qed jirċievu kura transkonfinali skont id-direttiva li ġiet proposta se jingħataw il-flus lura mill-iskemi nazzjonali tas-saħħa tagħhom, filwaqt li jħallsu d-differenza huma stess. Filwaqt li l-ħaddiema migranti jistgħu jibbenefikaw mis-sistema li għandha tiġi mwaqqfa permezz tad-direttiva, din mhijiex indirizzata għalihom, iżda hija aktar ġenerali fl-ambitu ("pazjent" tfisser fl-Artikolu 4(f)) kull persuna naturali li tirċievi jew tixtieq tirċievi kura tas-saħħa fi Stat Membru").

L-Artikolu 152, kif ġie muri, ma jistax jiġi kkunsidrat bħala bażi legali.

F'dak li jikkonċerna l-Artikolu 308[15], il-Qorti tal-Ġustizzja stqarret li l-Artikolu 308 tat-Trattat KE huwa bażi legali xierqa biss meta l-ebda Artikolu fit-Trattat ma jagħti l-Komunità l-poteri neċessarji[16]. B'hekk, qabel ma tiġi magħżula din id-dispożizzjoni bħala bażi legali, il-leġiżlatur tal-Komunità għandhu jistabbilixxi li ma hemmx dispożizzjonijiet oħra tat-Trattat li jagħtu l-poteri neċessarji għall-miżuri li ġew proposti. B'mod ċar dan mhuwiex il-każ hawnhekk. Ukoll, tista' tidher diffiċli li tiġi kkunsidrata sitwazzjoni li fiha l-Artikolu 308 jista' jiġi użat bħala bażi legali flimkien ma' Artikoli oħra tat-Trattat.

Fl-aħħarnett, għandu jiġi osservat li t-tliet bażijiet legali (l-Artikoli 42, 152 u 308) mhumiex kompatibbli ladarba huma jagħtu proċeduri li huma inkompatibbli ma' xulxin u maġġoranzi ta' votazzjoni fil-Kunsill.

L-idea ta' bażi legali konġunta li tikkonsisti mill-Artikoli 42, 152 u 308 għandha għalhekk tiġi mwarrba.

L-Artikoli 137 u 152;

L-Artikolu 137[17] għandu jinqara flimkien mal-Article 136, li jgħid dan li ġej:

Il-Komunità u l-Istati Membri, filwaqt li jżommu f'moħħhom id-drittijiet soċjali fundamentali bħalma huma dawk stabbiliti fil-Karta Soċjali Ewropea li ġiet iffirmata f'Turin fit-18 ta' Ottubru 1961 u l-Karta tal-Komunità tal-1989 dwar id-Drittijiet Soċjali Fondamentali tal-Ħaddiema, għandu jkollhom bħala mira il-promozzjoni tal-impjieg, it-titjib tal-kondizzjonijeit tal-ħajja u tax-xogħol, sabiex jagħmlu possibli l-armonizzazzjoni tagħhom waqt li jitkomplew it-titjib, il-protezzjoni soċjali xierqa, id-djalogu bejn il-management u l-ħaddiema, l-iżvilupp tar-riżorsi umani bil-għan ta' livell għoli ta' impieg li jdum għal żmien twil u l-ġlieda kontra l-esklużjoni.

B'dan l-iskop il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri li jikkunsidraw id-diversi forom ta' prattiki nazzjonali,b'mod partikulari fil-qasam tar-relazzjonijiet kontrattwalli, u l-ħtieġa li tinżamm il-kompetittività fl-ekonomija Komunitarja.

Huma jemmnu li żvilupp bħal dan għandu jirriżulta mhux biss mill-funzjonament tas-suq komuni, li għandu jiffavorixxi l-armonizzazzjoni tas-sistemi soċjali, imma wkoll mill-proċeduri previsti f'dan it-Trattat u mill-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, bir-regolament jew bl-azzjoni amministrattiva.

Minħabba l-fatt li d-direttiva proposta hija kkonċernata bid-"drittijiet tal-pazjenti" u l-pazjenti mhemmx bżonn ikunu ħaddiema ("pazjent" tfisser "kull persuna naturali li tirċievi jew tixtieq tirċievi kura tas-saħħa fi Stat Membru" fl-Artikolu 4(f) tal-proposta għal direttiva) u filwaqt li nżommu f'moħħna li, skont il-preambolu, id-direttiva proposta għandha tkopri "il-modi li ġejjin tal-provvista tal-kura għas-saħħa: – L-użu tal-kura tas-saħħa barra mill-pajjiż (jiġifieri: pazjent li jmur għand min jipprovdi l-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor għal trattament); din hija l-hekk imsejħa ‘mobilità tal-pazjent’; – Il-forniment transkonfinali tal-kura tas-saħħa (jiġifieri: l-għoti ta’ servizz minn territorju ta’ Stat Membru fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor); bħas-servizzi telemediċinali, djanjosi remota u preskrizzjoni, servizzi tal-laboratorji; – Il-preżenza permanenti ta’ min jipprovdi kura tas-saħħa (jiġifieri: l-istabbiliment ta' min jipprovdi l-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor); u, – Il-preżenza temporanja ta’ persuni (jiġifieri: il-mobilità tal-profesjonijist tal-kura, pereżmpju jmorru għall-perjodu temporanju fl-Istat Membru tal-pazjent biex jipprovdu s-servizzi)", din ma tagħmilx parti mill-ambitu tal-Artikolu 136, li huwa kkonċernat bil-promozzjoni tal-impjieg, u t-titjib fil-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol, sabiex l-armonizzazzjoni tagħhom tkun possibbli filwaqt li jinżamm it-titjib, il-ħarsien soċjali, id-djalogu bejn il-maniġment u l-ħaddiema, l-iżvilupp tar-riżorsi umani bl-iskop li jkun hemm impjieg dwewiema u l-ġlieda kontra l-esklużjoni.

Ladarba l-Artikolu 152 diġà ġie mwarrab bħala l-bażi legali, ma jistax jiġi użat flimkien mal-Artikolu 137, li huwa fih innifsu mhuwiex xieraq bħala bażi legali għall-proposta għal direttiva.

Konklużjoni

L-unika bażi legali possibbli hija l-Artikolu 95 waħdu. Għandu jiġi enfasizzat, madankollu, li din l-analiżi hija bbażata fuq il-proposta tal-Kummissjoni. Aktar analiżi tal-bażi legali għandha mnejn tkun neċessarja jekk l-emendi adottati fil-votazzjoni fil-kumitat ibiddlu b'mod sostanzjali l-għan u l-kontenut tal-proposta.

Fil-laqgħa tiegħu li saret fit-12 ta' Frar 2009, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali għaldaqstant iddeċieda, bi 8 voti favur, 5 voti kontra u astensjoni[18], li jirrakkomanda li l-proposta għal direttiva għandha tkun ibbażata fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat KE.

Dejjem tiegħek,

Giuseppe Gargani

  • [1] [2001] ECR.I-9713.
    Online: http://curia.europa.eu/jurisp/cgi-bin/form.pl?lang=en&newform=newform&jurcdj=jurcdj&docav=docav&alldocnorec=alldocnorec&docnoj=docnoj&docnoor=docnoor&typeord=ALL&docnodecision=docnodecision&allcommjo=allcommjo&affint=affint&affclose=affclose&numaff=2%2F00&ddatefs=&mdatefs=&ydatefs=&ddatefe=&mdatefe=&ydatefe=&nomusuel=&domaine=&mots=&resmax=100&Submit=Submit
  • [2]  [2002] ECR I-05521.
    Online: http://eur-lex.europa.eu/Notice.do?val=353903:cs&lang=it&list=449394:cs,335881:cs,250906:cs,353903:cs,250621:cs,250591:cs,250603:cs,242077:cs,242014:cs,234659:cs,&pos=4&page=1&nbl=26&pgs=10&hwords=base%20giuridica~&checktexte=checkbox&visu=#texte
  • [3]  Kawża C-491/2001 The Queen v Secretary of State for Health, ex parte British American Tobacco (Investments) Ltd and Imperial Tobacco Ltd [2002] ECR I-11453.
    Online:
    http://eur-lex.europa.eu/Notice.do?val=264374:cs&lang=it&list=405672:cs,287495:cs,264374:cs,132861:cs,&pos=3&page=1&nbl=4&pgs=10&hwords=british%20american%20tobacco~&checktexte=checkbox&visu=#texte
  • [4]  Kawża 45/86, Commission v. Council [1987] ECR 1439, para. 5.
  • [5]  Kawża C-300/89, Commission v. Council [1991] ECR I-287, para. 10.
  • [6]  Kawża C-377/98, Netherlands v. European Parliament and Council [2001] ECR I-7079, para. 27.
  • [7]  Kawża C-165/87, Commission v. Council [1991] ECR I5545, para. 11.
  • [8]  Artikolu 95
    1.mill-Artikolu 94 u ħlief fejn ipprovdut b'mod ieħor f’dan it-Trattat, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kisba tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 14. Il-Kunsill għandu, waqt li jaġixxi skont il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 251 u wara li jikkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, jadotta l-miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati bil-liġi, b'regolamenti jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-operazzjoni tas-suq intern.
    2. Paragrafu nru 1 m’għandux japplika għal dispożizzjonijiet fiskali, għal dawk li għandhom x'jaqsmu mal-moviment liberu ta' persuni u lanqas għal dawk li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet u l-interessi tal-impjegati.
    3. Il-Kummissjoni, fil-proposti tagħha kif maħsuba f'paragrafu 1 li jikkonċerna s-saħħa, s-sikurezza, il-ħarsien tal-ambjent u l-protezzjoni tal-konsumatur, għandha tieħu bħala bażi protezzjoni fl-għola livell, waqt li tikkunsidra b'mod partikulari kull żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi. Fil-limiti tal-poteri rispettivi tagħhom, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ukoll ifittxu li jilħqu dan l-objettiv.
    4. Jekk, wara l-addozzjoni mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni ta' miżuri ta' armoniazzjoni, Stat Membru jħoss li jkun meħtieġ li jżomm id-dispożizzjonijiet nazzjonali fuq il-bażi ta' neċessitajiet maġġuri imsemmija fl-Artikolu 30, jew li għandhom x'jaqsmu mal-ħarsien tal-ambjent jew tal-ambjent tax-xogħol, dan għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b'dawn id-dispożizzjonijiet kif ukoll dwar ir-raġuni għaliex għandhom jinżammu.
    5. Barra minn hekk, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, jekk, wara l-adozzjoni mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni ta' miżura ta' armonizzazzjoni, Stat Membru jħoss li jkun meħtieġ li jintroduċi dispożizzjonijiet nazzjonali ibbażati fuq prova xjentifika ġdida li għandha x'taqsam mal-ħarsien tal-ambjent jew tal-ambjent tax-xogħol fuq il-bażi ta' xi problema speċifika għal dak l-Istat Membru li ġejja mill-addozzjoni ta' miżura ta' armonizzazzjoni, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet li jkollu l-ħsieb jintroduċi kif ukoll il-bażi għall-introduzzjoni tagħhom.
    6. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur min-notifika imsemmija fil-paragrafi 4 u 5, tapprova jew tiċħad id-dispożizzjonijiet nazzjonali invlouti wara li tkun ivverifikat jekk humiex, jew le meżż ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u jekk joħolqux, jew le ostakolu għal-funzjonament tas-suq intern.
    Fin-nuqqas ta' deċiżjoni mill-Kummisjoni matul dan il-perijodu id-dispożizzjonijiet nazzjonali msemmija fil-paragrafi 4 u 5 għandhom ikunu meqjusa bħala li kienu approvati.
    Meta tiġi ġġustifikata mill-komplessità tal-materja u meta m'hemmx periklu għas-saħħa umana, il-Kummissjoni tista tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat li l-perijodu msemmi f'dan il-paragrafu jista' jittawwal b'perijodu ieħor sa sitt xhur.
    7. Meta, skont il-paragrafu 6, Stat Membru huwa awtorizzat iżomm fis-seħħ jew idaħħal dispożizzjonijiet nazzjonali li jidderogaw minn miżura ta' armonizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha immedjatament teżamina jekk tipproponix adattament għal dik il-miżura.
    8. Meta Stat Membru jqajjem problema speċifika dwar is-saħħa pubblika f'qasam li kien is-suġgett ta' miżuri ta' armonizzazzjoni preċedenti, għandu jressaqha għall-attenzjoni tal-Kummissjoni li għandha immedjatament teżamina jekk tipproponix miżuri xierqa lill-Kunsill.
    9. B’deroga mill-proċedura stabbilita fl-Artikoli 226 u 227, il-Kummissjoni u kull Stat Membru jistgħu iressqu l-kwistjoni direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jekk jikkunsidraw li Stat Membru ieħor qed jagħmel użu ħażin tal-poteri previsti f’dan l-Artikolu.
    10. Il-miżuri ta’ armonizzazzjoni msemmija hawn fuq għandhom, fil-każi xierqa, jinkludu klawsola ta’ salvagwardja li tawtoriżża lill-Istati Membri li jieħdu għal raġuni waħda jew aktar li mhijiex ta' natura ekonomika imsemmija fl-Artikolu 30, miżuri proviżorji soġġetti għall-proċedura tal-kontroll mill-Komunità. (enfasi mogħtija)
  • [9]  L-Artikolu 152 jgħid hekk:
    1. Għandu jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa tal-bniedem fit-tifsira u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet kollha tal-Komunità.
    L-azzjoni Komunitarja, li għandha tkun komplementari għall-politiki nazzjonali, għandha twassal għal titjib fis-saħħa pubblika, għall-prevenzjoni tal-mard tal-bniedem u għall-eliminazzjoni tas-sorsi tal periklu għas-saħħa tal-bniedem. Din l-azzjoni għandha tkopri l-ġlieda kontra il-flaġelli kbar tas-saħħa, billi tinkoraġixxi riċerka fuq il-kawża, it-tixrid u l-prevenzjoni tagħhom, kif ukoll informazzjoni u edukazzjoni dwar is-saħħa.
    Il-Komunità għandha tikkumplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri fit-tnaqqis ta' ħsara għas-saħħa li tkun marbuta mad-drogi, inkluża l-informazzjoni u l-prevenzjoni.
    2. Il-Komunità għanda tinkoraġġixxi l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-oqsma kollha msemmija f'dan l-Artikolu u, jekk meħtieġ, tagħti sostenn lill-azzjoni tagħhom.
    L-Istati Membri għandhom, flimkien mal-Kummissjoni, jikkordinaw bejniethom il-politiki u l-programmi tagħhom fl-oqsma msemmija f'paragrafu 1. Il-Kummissjoni tista', f'kuntatt mill-qrib mal-Istati Membri, tieħu kull inizjattiva utli biex tippromwovi din il-koordinazzjoni.
    3. Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jikkultivaw koperazzjoni ma' pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fl-isfera tas-saħħa pubblika.
    4. Il-Kunsill, li jaġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 u wara li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għandu jikkontribwixxi għar-realizzazzjoni tal-objettivi msemmija f’dan l-Artikolu, billi jadotta:
    (a) miżuri li joħolqu standards għolja ta' kwalità u sikurezza tal-organi u sustanzi ta' oriġini umana, demm u derivati tad-demm; dawn il-miżuri m'għandhom jimpedixxu ebda Stat Membru milli jżommu jew idaħħlu miżuri protettivi aktar stretti;
    (b) b'deroga mill-Artikolu 37, miżuri fl-oqsma veterenarji u fito-sanitarji, li jkollhom bħala l-objettiv dirett tagħhom il-ħarsien tas-saħħa pubblika;
    (c) miżuri ta' inċentivi mmirati biex iħarsu u jtejbu s-saħħa umana, eskluż l-armonizzzzjoni tal-liġijiet u regolamenti tal-Istati Membri.
    Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jadotta wkoll rakkomandazzjonijiet għall-iskopijiet kif stabbiliti f’dan l-Artikolu.
    5. L-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika għandha tirrispetta bis-sħiħ ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għall-organizzazzjoni u l-għoti ta' servizzi tas-saħħa u l-kura medika. B’mod partikulari, miżuri msemmija fil-paragrafu 4(a) m’ għandhomx jaffettwaw diżposizzjonijiet nazzjonali dwar id-donazzjoni jew l-użu għal skop mediku ta’ organi u demm.
  • [10]  Artikolu 16 tat-Trattat KE jgħid hekk:
    Artikolu 16
    "Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 73, 86 u 87, u mogħtija l-post okkupat minn servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali fil-valuri mqassma tal-Unjoni kif ukoll ir-rwol fil-promozzjoni ta’ koeżjoni soċjali u territorjali, il-Komunità u l-Istati Membri, kull wieħed fil-poteri rispettivi tagħhom u fl-iskop ta’ applikazzjoni ta’ dan it-Trattat, għandhom jieħdu ħsieb li servizzi bħal dawn joperaw fuq il-bażi ta’ prinċipji u kondizzjonijiet li jgħinuhom iwettqu l-missjonijiet tagħhom".
  • [11]  Artikolu 42
    Il-Kunsill għandu, filwaqt li jaġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251, jaddotta dawk il-miżuri fil-qasam tas-sigurtà soċjali li jkunu meħtieġa biex jipprovdi l-libertà tal-moviment tal-ħaddiema; għal dan l-iskop, għandu jagħmel arranġamenti biex jiżgura lill-ħaddiema emigranti u lid-dipendenti tagħhom:
    (a) l-aggregazzjoni, għall-fini li wieħed jakkwista jew iżomm id-dritt għall-benefiċju u fil-kalkolu tal-ammont tal-benefiċċju, tal-perjodi kollha kkunsidrata skont il-liġijiet tad-diversi pajjiżi;
    (b) il-ħlas ta' benefiċċji lil persuni residenti fit-territorji tal-Istati Membri.
    Il-Kunsill għandu jaġixxi unanimament matul il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 251.
  • [12]  Kawża 45/86, Commission v. Council [1987] ECR 1439, para. 5.
  • [13]  Kawża C-300/89, Commission v. Council [1991] ECR I-287, para. 10, u Kawża C-42/97, European Parliament v. Council [1999] ECR I-869, para. 36.
  • [14]  Kawża C-377/98, Netherlands v. European Parliament and Council [2001] ECR I-7079, para. 27.
  • [15]  Artikolu 308
    Jekk tkun tidher il-ħtieġa li l-Komunità tieħu azzjoni biex jintlaħaq xi wieħed mill-għanijiet tal-Komunità, fit-tħaddim tas-suq komuni, u jekk dan it-Trattat ma jkunx ipprovda l-poteri meħtieġa, il-Kunsill għandu b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, jieħu l-passi xierqa.
  • [16]  Kawża C-45/86, Commission v. Council [1987] ECR 1493, para. 13.
  • [17]  Artikolu 137
    1. Bl-iskop li jintlaħħqu l-objettivi tal-Artikolu 136, il-Komunità għandha tappoġġja u tikkumplimenta l-attivitajiet tal-Istati Membri f'dawn l-oqsma li ġejjin:
    (a) it-titjib b'mod partikulari fl-ambjent tax-xogħol biex jiġu mħarsa s-saħħa u s-sikurezza tal- ħaddiema;
    (b) il-kundizzjonijiet tax-xogħol;
    (c) is-sigurtà soċjali u l-ħarsien soċjali tal-ħaddiema;
    (d) il-ħarsien tal-ħaddiema meta l-kuntratt tal-impjieg tagħhom jiġi fi tmiemu;
    (e) l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema;
    (f) rappreżentanza u difiża kollettiva tal-interessi tal-ħaddiema u ta' dawk li jħaddmu, li jinkludu kodeterminazzjoni, suġġetti għall-paragrafu 5;
    (g) kundizzjonijiet tal-impjieg għal persuni ta' nazzjonalità ta' pajjiżi terzi li joqgħodu b'mod legali fit-territorju tal-Komunità;
    (h) l-integrazzjoni ta' persuni esklużi mis-suq tax-xogħol, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 150;
    (i) ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward tal-opportunitajiet tas-suq tax-xogħol u t-trattament fuq il-post tax-xogħol;
    (j) il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali;
    (k) l-immodernizzar tas-sistemi tal-ħarsien soċjali mingħajr preġudizzju għall-punt (c).
    2. Għal dan il-għan, il-Kunsill:
    (a) jista' jaddotta miżuri li jkollhom l-iskop li jinkoraġixxu l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri permezz ta' inizjattivi li jkollhom l-iskop li jtejbu l-għarfien, jiżvillupaw l-iskambju tal-informazzjoni u tal-aħjar prattiki, jinkoraġixxu l-approċċi innovattivi u l-valutazzjoni tal-esperjenzi, l-esklużjoni ta' kull armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolament tal-Istati Membri;
    (b) jista’ jadotta fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 1(a) sa (i), permezz ta’ direttivi, b'rekwiżiti minimi għall-implimentazzjoni gradwali, wara li kkunsidra l-kondizzjonijiet u r-regolamenti tekniċi li jkunu jinkisbu f’kull wieħed mill-Istati Membri. Dawn id-Direttivi għandhom jevitaw li jimponu obbligi amministrattivi, finanzjarji u legali b'tali mod li jżommu lura il-ħolqien u l-iżvilupp ta' mpriżi żgħar u ta' daqs medju.
    Il-Kunsill għandu jaġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 wara li jkun ikkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni, ħlief fl-oqsma msemmija fil-paragrafu l(ċ), (d), (f),u (g) ta’ dan l-Artikolu, fejn il-Kunsill għandu jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni, wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-Kumitati msemmija. Il-Kunsill, jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni, u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew, jista’ jiddeċidi li l-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tkun applikabbli għall-paragrafu l(d), (f) u (g) ta’ dan l-Artikolu.
    3. Stat Membru jista’ jafda f’idejn il-partijiet soċjali, fuq talba konġunta tagħhom, bl-implimentazzjoni tad-direttivi adottati skont paragrafu 2.
    F'dan il-każ, hu għandu jiżgura li, mhux aktar tard mid-data li fiha d-direttiva għandha tiġi sostitwita skont Artikolu 249, il-management u l-ħaddiema jkunu introduċew il-miżuri meħtieġa bi ftehim, l-Istat Membru kkonċernat jkun meħtieġ li jieħu kull miżura meħtieġa li tippermettilu li f'kull żmien ikun f'pożizzjoni li jista' jiggarantixxi r-riżultati imposti minn dik id-direttiva.
    4. Id-dispożizzjonijiet adottati skont dan l-Artikolu:
    –– ma għandhomx jaffettwaw id-dritt ta’ Stati Membri li jiddefinixxu l-prinċipji fundamentali tas-sistemi tagħhom ta’ sigurtà soċjali u ma għandhomx jaffettwaw b’ mod sinifikanti il-bilanċ finanzjarju tagħhom,
    dawn il-miżuri m'għandhom jimpedixxu ebda Stat Membru milli jżommu jew idaħħlu miżuri protettivi aktar stretti;
    5. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-pagament, għad-dritt ta' assoċjazzjoni, għad-dritt tal-istrike u lanqas għad-dritt li jiġu mposti lock-outs.
  • [18]  Dawn li ġejjin kienu preżenti għall-vot finali Alin Lucian Antochi (acting Chair), Rainer Wieland (Viċi-Chair), Lidia Joanna Geringer de Oedenberg (Viċi-Chair), Francesco Enrico Speroni (Viċi-Chair), Monica Frassoni (rapporteur), Sharon Bowles, Brian Crowley, Kurt Lechner, Klaus-Heiner Lehne, Alain Lipietz, Manuel Medina Ortega, Georgios Papastamkos, Aloyzas Sakalas, Jaroslav Zvěřina.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (*) (4.3.2009)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali
(COM(2008)0414 – C6‑0257/2008 – 2008/0142(COD))

Rapporteur għal opinjoni(*): Iles Braghetto

(*) Proċedura b'kumitati assoċjati - Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Id-direttiva tipproponi, fuq il-bażi tal-Artikolu 95 tat-Trattat, li jiġi stabbilit qafas għall-kura tas-saħħa transkonfinali, inklużi definizzjonijiet legali u dispożizzjonijiet ġenerali. Id-direttiva tiddeskrivi wkoll il-konsistenza ma' politiki oħrajn tal-Komunità. Id-direttiva proposta tapplika għal għoti ta' kura mingħajr ma jingħata każ kif din tiġi organizzata, mwassla jew finanzjata.

Ġeneralment il-Kumitat EMPL jappoġġja l-iskop tad-direttiva proposta. Huwa jenfasizza li sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħmlu għażla deliberata jeħtieġ li jkunu żgurati informazzjoni ċara u qafas trasparenti għall-għoti ta' kura tas-saħħa transkonfinali fl-UE. Barra minn hekk, il-kura li tingħata għandha tkun sikura u ta' kwalità.

Billi l-pazjenti jridu jħallsu bil-quddiem minn buthom, il-proċeduri ta' rimborż tal-ispejjeż għandhom ikunu ċari u trasparenti.

Il-Kumitat EMPL, fid-dawl tal-kompetenzi tiegħu, ta attenzjoni speċjali għall-punti li ġejjin:

Regolamenti għall-koordinazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali

L-iskop tad-direttiva mhuwiex li jimmodifika l-qafas eżistenti għall-koordinazzjoni ta' skemi tas-sigurtà soċjali u dan il-qafas jibqa' fis-seħħ flimkien mal-prinċipji ġenerali li fuqhom huma bbażati r-regolamenti għall-koordinazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali. Il-Kumitat EMPL jaqbel ma' dan, iżda jsibha stramba, meta mqabbel mar-regolament dwar il-koordinazzjoni, li hawnhekk qed jiġu proposti regoli separati għar-rimborż tal-ispejjeż. Ir-raġuni prinċipali ta' tħassib hija li se tkun meħtieġa sistema amministrattiva ġdida li twassal għal żieda mhux meħtieġa u mhux mixtieqa ta' burokrazija żejda u regoli li mhumiex ċari. Għalhekk il-Kumitat EMPL jipproponi li jiġu applikati l-istess regoli għar-rimborż tal-ispejjeż li hemm fir-regolament.

Qafas għall-għarfien reċiproku ta’ kwalifiki

professjonali

Din il-proposta tkun tapplika wkoll mingħajr ħsara għall-qafas eżistenti għal rikonoxximent reċiproku ta’ kwalifiki professjonali stabbilit mid-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali. Dan b'appoġġ totali tal-Kumitat EMPL.

Ugwaljanza razzjali

Il-Kumitat EMPL jenfasizza li aċċess ugwali għal kulħadd għandu jkun wieħed mill-miri tad-direttiva.

Tagħrif

L-opinjoni tenfasizza l-importanza ġenerali li tingħata informazzjoni utli u ċara lill-pazjenti rigward il-kwalità tal-kura (inkluża informazzjoni rigward sptarijiet). Hija enfasizzata wkoll l-importanza li jkun magħruf xi jkunu l-ispeċjalizzazzjonijiet u r-riżultati tal-fornituri ta' kura tas-saħħa; dan sabiex tkun tista' ssir għażla deliberata dwar liema jkun l-aħjar sptar għal pazjent speċifiku u sabiex tiġi stabbilita lista ta' ċentri ta' eċċellenza fl-Ewropa.

Evalwazzjoni

Rigward il-ġbir ta' data u tal-monitoraġġ (l-Artikolu 18) huwa enfasizzat li l-ġbir ta' data għandu jgħin fl-evalwazzjoni jekk id-Direttiva tilħaq l-iskop li ttejjeb il-kwalità tal-kura tas-saħħa ġenerali u, aktar speċifikament, jekk tappoġġja l-prinċipju ta' aċċess għal kulħadd. Fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 20, dan għandu jkun wieħed mill-punti importanti.

Tifsiriet

Kemm id-definizzjoni ta' "kura tas-saħħa", kif ukoll ta' "professjonisti tal-kura tas-saħħa" mhumiex ċari u jqanqlu kontradizzjonijiet u/jew ambigwità. Għalhekk, ġiet introdotta d-definizzjoni ta' "benefiċċji mhux fi flus" ('benefits in kind') b'konformità mar-Regolament 883/04.

Rigward id-definizzjonijiet, il-Kumitat EMPL fil-premessi jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkunsidraw l-għarfien tal-impatt pożittiv li għandhom il-kuri termiċi fuq il-konvalexxenza u biex in-nies jinżammu f'saħħithom.

Fil-premessi ngħatat ukoll attenzjoni għall-aċċess ugwali għaċ-"Ċentri Ewropej ta' Referenza".

Rimarki ġenerali

· L-irwol fundamentali li għandhom is-servizzi tal-kura tas-saħħa u s-servizzi soċjali ġenerali fil-mudell soċjali Ewropew. Għalhekk, huwa jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħrfu dan l-irwol fl-applikazzjoni tas-suq intern u l-liġi tal-kompetizzjoni; jenfasizza li l-iffinanzjar għal dawk is-servizzi mhuwiex biżżejjed, l-aktar f'xi Stati Membri tal-Ewropa tal-Lvant.

· Il-liberalizzazzjoni tas-servizzi tas-saħħa li tista' twassal għall-inugwaljanza akbar għall-aċċess għall-kura tas-saħħa ta' kwalità għolja.

· L-iżvilupp ta' kura tas-saħħa ta' kwalità għolja u li tkun ibbażata fuq il-komunità b'koperazzjoni mal-utenti u l-pazjenti, li jista' jkollha rwol importanti fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.

· L-inugwaljanzi fir-riżultati tas-saħħa, kemm bejn fl-Istati Membri kif ukoll bejniethom, għadhom wiesgħa u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jaffrontawhom, b'mod partikolari billi jiżguraw aċċess effettiv għall-kura tas-saħħa għall-kulħadd

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta for a direttiva

Premessa 3 a (ġdida)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(3a) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Frar 2007 dwar Evalwazzjoni tar-Realtà Soċjali - Rapport Interim dwar il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2007, osservat li għalkemm l-Istati Membri huma fost l-aktar sinjuri fid-dinja, bdew ifeġġu mudelli ġodda ta' faqar u ta' inugwaljanzi li qed jeffetwaw is-saħħa tal-poplu, bħalma huma l-obeżità u problemi tas-saħħa mentali.

 

1 COM(2007)0063.

Ġustifikazzjoni

Jenfasizza li kura tas-saħħa u kura soċjali bbażati fuq il-komunità għandhom irwol importanti fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.

Emenda  2

Proposta for a direttiva

Premessa 3 b (ġdida)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) Minħabba d-diverġenzi eżistenti bejn l-objettivi tal-politika tas-saħħa u l-objettivi tas-suq intern huwa neċessarju li, f'każ ta' konflitt, tingħata dejjem prijorità lill-objettivi tal-politika tas-saħħa minħabba raġunijiet aktar importanti relatati mal-interess pubbliku (jiġifieri, is-saħħa pubblika, l-objettivi tal-politika soċjali, iż-żamma tal-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali, eċċ.).

Ġustifikazzjoni

Dan jiggarantixxi, fost affarijiet oħrajn, li l-objettivi tal-politika tas-saħħa jingħataw prijorità u jkun jista' jintlaħaq l-għan tal-Kummissjoni għal titjib tal-kura tas-saħħa.

Emenda  3

Proposta for a direttiva

Premessa 3 c (ġdida)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(3c) Il-White paper tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ottubru 2007 bl-isem Flimkien għas-Saħħa - Approċċ Strateġiku għall-UE 2008-20131 tfassal l-ewwel Strateġija għas-Saħħa tal-KE għal attivitajiet tas-saħħa tal-Komunità.

 

1 COM(2007)0630.

Ġustifikazzjoni

Il-Komunikazzjoni hija bbażata fuq l-impenn tal-Istati Membri u tal-Komunità rigward valuri u prinċipji komuni tal-politiki għas-saħħa. Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tenfasizza li s-saħħa hija waħda mill-kwistjonijiet soċjali u politiċi kruċjali li fuqhom tiddependi l-UE.

Emenda  4

Proposta for a direttiva

Premessa 4 a (ġdida)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(4a) Is-servizzi tal-kura tas-saħħa u s-servizzi soċjali ġenerali għandhom irwol fundamentali fil-mudell soċjali Ewropew imma ma jingħatawx finanzjament adegwat f'ċerti Stati Membri. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħrfu dan l-irwol fundamentali fl-applikazzjoni tas-suq intern u l-liġi tal-kompetizzjoni.

Ġustifikazzjoni

Jerġa' jafferma l-punti ġenerali ta' tluq tad-diskussjoni tas-sistema tal-kura tas-saħħa.

Emenda          5

Proposta for a direttiva

Premessa 4 b (ġdida)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

 

(4b) Is-servizzi tal-kura tas-saħħa u s-servizzi soċjali ġenerali għandhom irwol fundamentali fil-mudell soċjali Ewropew iżda f'ċerti Stati Membri ma jingħatawx finanzjament adegwat. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iqisu aħjar dan l-irwol fundamentali tal-kura tas-saħħa fit-tfassil kollu tal-liġijiet.

Emenda  6

Proposta for a direttiva

Premessa 4 c (ġdida)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

 

(4c) Il-liberalizzazzjoni tas-servizzi tas-saħħa tista' twassal għall-inugwaljanza akbar fl-aċċess għall-kura tas-saħħa ta' kwalità għolja u għalhekk mhijiex l-għan ta’ din id-Direttiva.

Emenda  7

Proposta for a direttiva

Premessa 4 d (ġdida)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(4d) Kura tas-saħħa bbażata fuq il-komunità, li tkun ta' kwalità għolja u, meta jkun possibli, bil-koperazzjoni tal-utenti u l-pazjenti, jista' jkollha rwol importanti fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.

Ġustifikazzjoni

Dan huwa wieħed mill-elementi ċentrali tar-riżoluzzjoni msemmija fl-ewwel premessa.

Emenda  8

Proposta for a direttiva

Premessa 4 e (ġdida)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(4e) Inugwaljanzi fir-riżultati ta' kura tas-saħħa bejn l-Istati Membri u fi ħdanhom għadhom kbar. L-Istati Membri għandhom jindirizzaw dawn l-inugwaljanzi, b'mod partikulari billi jiżguraw aċċess effettiv għall-kura tas-saħħa għal kulħadd.

Ġustifikazzjoni

Il-pedament ta' kull politika li tinvolvi l-kura tas-saħħa għandu jkun l-objettiv li jiġi żgurat l-aċċess għal kulħadd.

Emenda  9

Proposta for a direttiva

Premessa 5

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(5) Kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja f’bosta okkażjonijiet, filwaqt li tagħraf in-natura speċifika tagħhom, kull tip ta’ kura tas-saħħa taqa’ fi ħdan l-ambitu tat-Trattat.

(5) Kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja f’bosta okkażjonijiet, filwaqt li tagħraf in-natura speċifika tagħhom, is-servizzi mediċi pprovduti bi ħlas jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-fatt li d-Direttiva tittratta speċifikament il-moviment ħieles tas-servizzi, huwa importanti li ssir referenza għad-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat KE. L-emenda tispeċifika wkoll – skont il-każistika stabbilita tal-ECJ – li s-servizzi mediċi jaqgħu fi ħdan l-ambitu ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE jekk ikunu pprovduti bi ħlas (ara pereżempju C-372/04, Watts, par. 86).)

Emenda  10

Proposta for a direttiva

Premessa 8

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(8) Din id-direttiva għandha l-għan li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-provvediment ta’ kura tas-saħħa transkonfinali sigura, ta’ kwalità għolja u effiċjenti fil-Komunità u li tiżgura l-moviment tal-pazjenti u l-libertà tal-provvediment tal-kura tas-saħħa u livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa, filwaqt li tirrispetta kompletament ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għat-tifsira tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali relatati mas-saħħa u l-organizzazzjoni u l-għoti ta' kura tas-saħħa u kura medika u benefiċċji tas-sigurtà soċjali b’mod partikolari għall-mard.

(8) Din id-direttiva għandha l-għan li tipprovdi regoli għall-aċċess għal kura tas-saħħa sikura u ta’ kwalità għolja fi Stat Membru ieħor u tistabbilixxi mekkaniżmi ta’ koperazzjoni dwar il-kura tas-saħħa bejn l-Istati Membri, b’rispett sħiħ tal-kompetenzi nazzjonali fl-organizzazzjoni u l-għoti tal-kura tas-saħħa, f’konformità mal-prinċipji ta’ aċċess universali, solidarjetà, aċċessibilità mil-lat ta’ prezzijiet, aċċessibilità territorjali ugwali u kontroll demokratiku. Hija tirrispetta bis-sħiħ ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għall-kura tas-saħħa skont it-Trattat inklużi t-tifsira tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali relatati mas-saħħa u l-organizzazzjoni u l-għoti ta' kura tas-saħħa u kura medika u benefiċċji tas-sigurtà soċjali b’mod partikolari għall-mard.

Emenda  11

Proposta for a direttiva

Premessa 8

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(8) Din id-direttiva għandha l-għan li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-provvediment ta’ kura tas-saħħa transkonfinali sigura, ta’ kwalità għolja u effiċjenti fil-Komunità u li tiżgura l-moviment tal-pazjenti u l-libertà tal-provvediment tal-kura tas-saħħa u livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa, filwaqt li tirrispetta kompletament ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għat-tifsira tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali relatati mas-saħħa u l-organizzazzjoni u l-għoti ta' kura tas-saħħa u kura medika u benefiċċji tas-sigurtà soċjali b’mod partikolari għall-mard.

(8) Din id-direttiva għandha l-għan li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-provvediment ta’ kura tas-saħħa transkonfinali sikura, ta’ kwalità għolja u effiċjenti fil-Komunità u li tiżgura l-mobilità tal-pazjenti, bilanċ aħjar bejn id-drittijiet individwali tal-pazjenti fir-rigward tal-mobilità u li jinżammu l-kapaċitajiet regolatorji nazzjonali, għall-benefiċċju ta’ kulħadd u l-libertà tal-provvediment tal-kura tas-saħħa u livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa, filwaqt li tirrispetta kompletament ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għat-tifsira tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali relatati mas-saħħa u l-organizzazzjoni u l-għoti ta' kura tas-saħħa u kura medika u benefiċċji tas-sigurtà soċjali b’mod partikolari għall-mard.

Emenda  12

Proposta for a direttiva

Premessa 9 a (ġdida)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(9a) Fid-definizzjoni ta' kura tas-saħħa l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jiġi rikonoxxut l-impatt pożittiv ta' kuri termiċi fuq il-konvalexxenza u l-preservazzjoni tas-saħħa.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija marbuta mal-emenda 2. Kuri termiċi għandhom irwol importanti fil-prevenzjoni ta' problemi tas-saħħa, kif ukoll fil-għoti ta' soluzzjoni għalihom. L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-kumpaniji ta' assigurazzjoni tas-saħħa għandhom jinvestigaw il-valur miżjud ta' dispożizzjonijiet bħal dawn.

Emenda  13

Proposta for a direttiva

Premessa 14 a (ġdida)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(14a) Meta jimplimentaw din id-Direttiva l-Istati Membri għandhom iqisu r-Riżoluzzjoni tal-Parlament tad-29 ta' Mejju 1997 dwar l-istatus ta' mediċina mhux konvenzjonali1.

 

1 ĠU C 182, 16.6.1997, p. 67.

Ġustifikazzjoni

Meta wieħed iqis li bosta nies fl-Istati Membri qed jagħmlu użu minn dawn it-tipi ta' mediċini u terapiji, ir-riżoluzzjoni titlob lill-Kummissjoni sabiex tniedi proċess biex jiġu rikonoxxuti mediċini mhux konvenzjonali.

Emenda  14

Proposta for a direttiva

Premessa 14 b (ġdida)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(14b) Sabiex jiġi żgurat li ma jinħolqux ostakoli ġodda għall-moviment ħieles tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa u biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-pazjenti, għandhom jiġu pprovduti standards ugwali ta’ sikurezza fuq il-post tax-xogħol, b’mod partikolari bil-għan li jiġu evitati riskji minn infezzjonijiet li jirriżultaw minn aċċidenti fuq il-post tax-xogħol bħal korrimenti li jirriżultaw minn labar tas-siringi li jistgħu jwasslu għal infezzjonijiet potenzjalment fatali, inklużi l-Epatite B, l-Epatite Ċ, u l-HIV, kif imsemmi fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni tas-6 ta’ Lulju 2006 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa minn infezzjonijiet li jinxterdu permezz tad-demm minħabba feriti li jirriżultaw minn labar tas-siringi1.

 

1ĠU C 303 E, 13.12.2006, p.754.

Ġustifikazzjoni

L-istandards differenti ta’ sikurezza fuq il-post tax-xogħol għall-istaff tal-kura tas-saħħa jistgħu joħolqu ostaklu sinifikanti għall-moviment ħieles tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa. Jeħtieġ b’mod partikolari li tiġi indirizzata l-protezzjoni tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa mill-feriti li jirriżultaw minn labar tas-siringi minħabba li din tirrapreżenta differenza kbira u importanti fl-istandard tas-sikurezza fuq il-post tax-xogħol madwar l-Unjoni Ewropea.

Emenda  15

Proposta for a direttiva

Premessa 16 a (ġdida)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(16a) L-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-pazjenti, tal-istaff u tal-persuni l-oħrajn kollha li jkollhom għalfejn jidħlu fi stabbilimenti tal-kura tas-saħħa, minn infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa, minħabba li dawn huma theddida kbira għas-saħħa pubblika speċjalment meta wieħed iqis il-kura tas-saħħa transkonfinali. Għandhom jintużaw il-miżuri ta’ prevenzjoni xierqa kollha, inklużi l-istandards tal-iġjene u l-proċeduri ta’ screening dijanjostiku, sabiex jiġu evitati jew imnaqqsa r-riskji ta’ infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea mistennija li toħroġ il-Komunikazzjoni tagħha dwar Is-Saħħa tal-Pazjenti u L-Infezzjonijiet Assoċjati mal-Kura tas-Saħħa matul is-sena 2008. Il-Kunsill ukoll huwa impenjat favur test komuni dwar din il-kwistjoni fil-futur qarib. Għalhekk, il-Parlament Ewropew għandu jiżgura l-inklużjoni ta’ dan is-suġġett minħabba li l-infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa ma jirrispettawx il-konfini ġeografiċi u għalhekk dan għandu jkun rifless f’test leġiżlattiv li jirregola l-aspetti transkonfinali tal-kura tas-saħħa.

Emenda          16

Proposta for a direttiva

Premessa 21

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(21) Huwa xieraq li jkun meħtieġ ukoll li l-pazjenti li jagħżlu l-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor f'ċirkustanzi għajr għal dawk imbassra għall-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1408/71 għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-prinċipji ta' moviment ħieles tas-servizzi skond it-Trattat u d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Il-pazjenti għandhom jiġu garantiti l-ġarr tal-ispejjeż ta' din il-kura tas-saħħa mill-anqas fil-livell mogħti għall-istess kura tas-saħħa, jew waħda simili, fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni tagħhom. Dan jirrispetta fis-sħiħ ir-responsabbilta tal-Istati Membri li jistabbilixxu l-livell tal-kopertura għall-mard disponibbli għaċ-ċittadini tagħhom u jipprevjeni kull effett sinifikanti fuq il-finanzjament tas-sistemi tal-kura tas-saħħa nazzjonali. L-Istati Membri, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, xorta waħda jistgħu jipprovdu għall-ħlas lura tal-ispejjeż tat-trattament fil-livell tat-tariffi fis-seħħ fl-Istat Membru tat-trattament jekk dan huwa ta' benefiċċju akbar għall-pazjent. Dan jista’ jkun il-każ b’mod partikolari għal kull trattament mogħti permezz tan-netwerks ta’ referenza Ewropej kif imsemmi fl-Artikolu 15 ta’din id-Direttiva.

(21) Huwa xieraq li jkun meħtieġ ukoll li l-pazjenti li jagħżlu l-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor f'ċirkustanzi għajr għal dawk imbassra għall-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali stabbiliti mir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-prinċipji ta' moviment ħieles tas-servizzi skont it-Trattat u d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Il-pazjenti għandu jkollhom garanzija ta' kopertura tal-ispejjeż ta' din il-kura tas-saħħa mill-anqas fil-livell mogħti għal trattament li jkun l-istess jew għandu l-istess effettività li kieku kien provdut fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni tagħhom. Dan jirrispetta bis-sħiħ ir-responsabbiltà tal-Istati Membri li jistabbilixxu l-livell tal-kopertura għall-mard disponibbli għaċ-ċittadini tagħhom u jipprevjeni kull effett sinifikanti fuq il-finanzjament tas-sistemi tal-kura tas-saħħa nazzjonali. L-Istati Membri, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, xorta waħda jistgħu jipprovdu għall-ħlas lura tal-ispejjeż tat-trattament fil-livell tat-tariffi fis-seħħ fl-Istat Membru tat-trattament jekk dan huwa ta' benefiċċju akbar għall-pazjent. Dan jista’ jkun il-każ b’mod partikolari għal kull trattament mogħti permezz tan-netwerks ta’ referenza Ewropej kif imsemmi fl-Artikolu 15 ta’din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Il-każistika tal-ECJ ma tinkludix ir-referenza għal “kura tas-saħħa simili.” Minħabba raġunijiet ta’ ċertezza legali u ta’ koerenza mar-regoli dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali, il-kunċett “jew simili” għandu jinbidel bil-kliem “jew bl-istess effettività għall-pazjent." Dan huwa konformi mal-interpretazzjoni tal-ECJ tal-kunċett tal-“kura” fl-Artikolu 22 tar-Regolament 1408/71 (L-Artikolu 20 il-ġdid tar-Regolament 883/2004) (ara l-eż. C-372/04, Watts, para. 61).

Emenda  17

Proposta for a direttiva

Premessa 24 a (ġdida)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(24a) Din id-Direttiva tirrikonoxxi li d-dritt għal trattament mhux dejjem jiġi stabbilit mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali u tirrikonoxxi wkoll li mhux l-Istati Membri kollha għandhom lista definita tas-servizzi li jipprovdu jew li ma jipprovdux. L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li jorganizzaw is-sistemi tal-kura tas-saħħa u tas-sigurtà soċjali tagħhom stess b’tali mod li d-disponibilità tat-trattamenti u d-drittijiet għalihom ikunu jistgħu jiġu stabbiliti fil-livell reġjonali jew lokali.

Ġustifikazzjoni

Għadd ta’ sistemi tal-kura tas-saħħa m’għandhomx kriterji ta’ eleġibilità fil-livell nazzjonali biex jiġi ddeterminat l-aċċess għal trattamenti partikolari jew “pakkett ta’ kura” definit li għalih ikunu intitolati li jirċievu awtomatikament dawk kollha li jkunu koperti minnu. Din id-Direttiva għandha tirrikonoxxi bis-sħiħ li xi Stati Membri joqogħdu fuq arranġamenti ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-livell subnazzjonali għall-ippjanar u l-finanzjament tas-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom.

Emenda  18

Proposta for a direttiva

Premessa 30

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(30) Ma hemm l-ebda tifsira għal x'tikkostitwixxi kura fl-isptar fis-sistemi tas-saħħa differenti tal-Komunità, u l-interpretazzjonijiet differenti jistgħu għalhekk ikunu ta’ ostaklu għall-ħelsien tal-pazjenti li jirċievu kura tas-saħħa. Sabiex jingħeleb dan l-ostaklu, huwa meħtieġ li tingħata tifsira Komunitarja ta’ kura fl-isptar. Kura fl-isptar ġeneralment tfisser kura li teħtieġ li l-pazjent iqatta' l-lejl fl-isptar. Madankollu, jista’ jkun xieraq li jiddaħħlu wkoll ċerti tipi oħra ta' kura tas-saħħa fl-istess reġim ta' kura fl-isptar, jekk dik il-kura tas-saħħa teħtieġ l-użu ta' infrastruttura medika jew tagħmir mediku speċjalizzati jew għoljin ħafna (pereżempju scanners ta’ teknoloġija avvanzata użati għad-dijanjożi) jew jinvolvi trattamenti ta' riskju partikolari għall-pazjent jew għall-popolazzjoni (pereżempju trattament għal mard infettiv serju). Lista aġġornata regolarment ta’ trattamenti bħal dawn għandha tiġi definita speċifikament mill-Kummissjoni permezz tal-proċedura ta’ komitoloġija.

(30) Ma hemm l-ebda tifsira għal x’tikkostitwixxi kura fl-isptar fis-sistemi tas-saħħa differenti tal-Komunità, u l-interpretazzjonijiet differenti jistgħu għalhekk ikunu ta’ ostaklu għall-ħelsien tal-pazjenti li jirċievu kura tas-saħħa. Sabiex jingħeleb dan l-ostaklu, huwa meħtieġ li tingħata tifsira Komunitarja ta’ kura fl-isptar. Kura fl-isptar ġeneralment tfisser kura li teħtieġ li l-pazjent iqatta’ l-lejl fl-isptar. Madankollu, jista’ jkun xieraq li jiddaħħlu wkoll ċerti tipi oħra ta' kura tas-saħħa fl-istess reġim ta' kura fl-isptar, jekk dik il-kura tas-saħħa teħtieġ l-użu ta' infrastruttura medika jew tagħmir mediku speċjalizzati jew għoljin ħafna (pereżempju scanners ta’ teknoloġija avvanzata użati għad-dijanjożi) jew jinvolvi trattamenti ta' riskju partikolari għall-pazjent jew għall-popolazzjoni (pereżempju trattament għal mard infettiv serju) u li jeħtieġu ppjanar sabiex tinżamm distribuzzjoni ġeografika bbilanċjata tas-servizzi tal-kura tas-saħħa, biex jiġu kkontrollati l-ispejjeż u biex jiġi evitat li jkun hemm ħela sinifikanti ta’ riżorsi finanzjarji, tekniċi u umani. Lista aġġornata regolarment ta’ trattamenti bħal dawn għandha tiġi definita speċifikament mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' affiljazzjoni.

Ġustifikazzjoni

B’konformità mal-każistika tal-ECJ, l-emenda tirrifetti l-idea li l-kura tal-isptar hija marbuta b’mod intrinsiku mal-bżonn ta’ ppjanar, li jiżgura li jkun hemm aċċess suffiċjenti u permanenti għal firxa bbilanċjata ta’ trattament ta’ kwalità għolja fl-isptarijiet filwaqt li jiġu kkontrollati l-ispejjeż u tiġi ssalvagwardjata s-sostenibilità tas-sistema tas-sigurtà soċjali. Sakemm l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni jkun responsabbli biex ikopri l-ispejjeż, huwa f’idejn dak l-Istat Membru li jfassal il-lista ta’ kura tal-isptar.

Emenda  19

Proposta for a direttiva

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) L-evidenza disponibbli tindika li l-applikazzjoni ta’ prinċipji ta’ moviment ħieles fir-rigward tal-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor fi ħdan il-limiti tal-kopertura garantita mill-iskema statutorja ta’ assigurazzjoni għall-mard tal-Istat Membru ta' affiljazzjoni ma tfixkilx is-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri jew is-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali tagħhom. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja għarfet li wieħed ma jistax jeskludi li r-riskju possibbli ta' tfixkil serju għall-bilanċ finanzjarju tas-sistema ta’ sigurtà soċjali jew l-għan taż-żamma ta’ servizz mediku u tal-isptar bilanċjat miftuħ għal kullħadd jista’ jikkostitwixxi raġunijiet kunflinġenti fl-isteress ġenerali li kapaċi jiġġustifika ostaklu għall-prinċipju ta’ ħelsien tal-għoti ta’ servizzi. Il-Qorti tal-Ġustizzja għarfet ukoll li għadd ta’ sptarijiet, id-distribuzzjoni ġeografika tagħhom, il-mod kif huma organizzati u l-faċilitajiet li huma mogħtija, u anke n-natura tas-servizzi mediċi li huma kapaċi joffru, huma kollha kwistjonijiet li għalihom irid ikun possibbli l-ippjanar. Din id-Direttiva għandha tistipula sistema ta' awtorizzazzjoni minn qabel għall-ġarr tal-ispejjeż għal kura fl-isptar riċevuta fi Stat Membru ieħor, fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin: kieku t-trattament ingħata fit-territorju tiegħu, l-ispiża kienet tinġarr mis-sistema tas-sigurtà soċjali tiegħu u l-ħruġ konsegwenti ta’ pazjenti kawża tal-implimentazzjoni tad-direttiva jfixkel b'mod serju jew hemm probabbiltà li jfixkel b’mod sejru l-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali u/jew dan il-ħruġ ta’ pazjenti jfixkel b’mod serju, jew huwa probabbli li jfixkel l-ippjanar u r-razzjonalizzazzjoni mwettqa fis-settur tal-isptarijiet sabiex tiġi evitata kapaċità żejda fl-isptar, żbilanċ fil-provvista tal-kura tas-saħħa u ħela loġistika u finanzjarja, iż-żamma ta' servizz mediku u tal-isptar bilanċjat miftuħ għal kulħadd, jew iż-żamma ta’ kapaċità ta’ trattament jew kompetenza medika fit-territorji tal-Membru kkonċernat. Hekk kif l-evalwazzjoni tal-impatt preċiż tal-ħruġ mistenni ta' pazjenti jeħtieġ suppożizzjonijiet u kalkoli kumplessi, id-Direttiva tippermetti sistema ta' awtorizzazzjoni minn qabel jekk ikun hemm raġuni biżżejjed biex wieħed jistenna li s-sistema tas-sigurtà soċjali se tiġi mfixkla b’mod serju. Dan għandu jkopri wkoll każi ta’ sistemi ta’ awtorizzazzjoni minn qabel li jeżistu diġà li huma f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8.

(31) Il-Qorti tal-Ġustizzja għarfet li hemm riskju possibbli ta' tfixkil serju għall-bilanċ finanzjarju tas-sistema ta’ sigurtà soċjali jew l-għan taż-żamma ta’ servizz mediku u tal-isptar bilanċjat miftuħ għal kullħadd jista’ jikkostitwixxi raġunijiet kunflinġenti fl-isteress ġenerali li kapaċi jiġġustifika ostaklu għall-prinċipju ta’ ħelsien tal-għoti ta’ servizzi. Il-Qorti tal-Ġustizzja għarfet ukoll li għadd ta’ sptarijiet, id-distribuzzjoni ġeografika tagħhom, il-mod kif huma organizzati u l-faċilitajiet li huma mogħtija, u anke n-natura tas-servizzi mediċi li huma kapaċi joffru, huma kollha kwistjonijiet li għalihom irid ikun possibbli l-ippjanar. Din id-Direttiva għandha tistipula sistema ta' awtorizzazzjoni minn qabel għall-ġarr tal-ispejjeż għal kura tas-saħħa riċevuta fi Stat Membru ieħor. L-awtorizzazzjoni minn qabel hija essenzjali għall-kura kollha kemm dik fl-isptar u kemm dik speċjalizzata peress li tipprovdi garanzija għall-pazjenti li huma se jingħataw trattament u li t-trattament se jkun kopert mis-sistema tas-sigurtà soċjali tagħhom.

Emenda  20

Proposta for a direttiva

Premessa 32

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(32) Fi kwalunkwe każ, jekk Stat Membru jiddeċiedi li jistabbilixxi sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għall-ġarr tal-ispejjeż ta’ kura fl-isptar jew kura speċjalizzata fi Stati Membri oħrajn skond id-dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva, l-ispejjeż ta’ kura tali mogħtija fi Stat Membru ieħor għandha wkoll titħallas lura mill-Istat Membru ta’ affiljazzjoni sal-livell tal-ispejjeż li kienu jinġarru li kieku ngħatat l-istess kura tas-saħħa, jew waħda simili, fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni, mingħajr ma jinqabżu l-ispejjeż attwali tal-kura tas-saħħa riċevuta. Minkejja dan, fejn il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 1408/71 huma sodisfatti, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata u l-benefiċċji pprovduti f'konformità ma’ dan ir-Regolament. Dan japplika b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet fejn l-awtorizzazzjoni hija mogħtija wara reviżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja tat-talba u wara li l-persuna kkonċernata rċeviet it-trattament fi Stat Membru ieħor. F’dan il-każ, l-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta’ din id-Direttiva ma japplikawx. Dan huwa konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li speċifikat li pazjenti li ġew miċħuda l-awtorizzazzjoni li sussegwentement instabet li kienet mingħajr bażi, huma intitolati li jkollhom l-ispiża tat-trattament miksub fi Stat Membru ieħor imħallsa kollha skond id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta' trattament.

(32) Fi kwalunkwe każ, jekk Stat Membru jiddeċiedi li jistabbilixxi sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għall-ġarr tal-ispejjeż ta’ kura fl-isptar jew kura speċjalizzata fi Stati Membri oħrajn skont id-dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva, l-ispejjeż ta’ kura tali mogħtija fi Stat Membru ieħor għandha wkoll titħallas lura mill-Istat Membru ta’ affiljazzjoni sal-livell tal-ispejjeż li kienu jinġarru li kieku ngħatat kura li tkun l-istess jew li tkun ugwalment effettiva għall-pazjent fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni, mingħajr ma jinqabżu l-ispejjeż attwali tal-kura tas-saħħa riċevuta. Minkejja dan, fejn il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 huma sodisfatti, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata u l-benefiċċji pprovduti f'konformità ma’ dan ir-Regolament. Dan japplika b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet fejn l-awtorizzazzjoni hija mogħtija wara reviżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja tat-talba u wara li l-persuna kkonċernata rċeviet it-trattament fi Stat Membru ieħor. F’dan il-każ, l-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta’ din id-Direttiva ma japplikawx. Dan huwa konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li speċifikat li pazjenti li ġew miċħuda l-awtorizzazzjoni li sussegwentement instabet li kienet mingħajr bażi, huma intitolati li jkollhom l-ispiża tat-trattament miksub fi Stat Membru ieħor imħallsa kollha skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta' trattament.

Ġustifikazzjoni

Il-każistika tal-ECJ ma tinkludix ir-riferenza għal “kura tas-saħħa simili.” Għall-għanijiet ta’ ċertezza legali u ta’ koerenza mar-regoli dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali, il-kunċett “jew simili” għandu jinbidel bil-kliem “jew bl-istess effettività għall-pazjent." Dan ikun konformi mal-interpretazzjoni tal-ECJ tal-kunċett tal-“kura” fl-Artikolu 22 tar-Regolament 1408/71 (L-Artikolu 20 il-ġdid tar-Regolament 883/2004) (ara l-eż. C-372/04, Watts, para. 61).

Emenda  21

Proposta for a direttiva

Premessa 33 a (ġdida)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(33a) Ir-rifjut li tingħata awtorizzazzjoni minn qabel ma jistax ikun ibbażat sempliċement fuq l-eżistenza ta’ listi ta’ stennija li jippermettu l-ippjanar u l-immaniġġjar tal-għoti ta’ kura tas-saħħa fuq il-bażi ta’ prijoritajiet kliniċi ġenerali ddeterminati minn qabel, migħajr ma ssir evalwazzjoni medika oġġettiva fir-rigward tal-każ individwali involut tal-kundizzjoni medika tal-pazjent, tal-istorja medika tiegħu u l-iżvilupp probabbli tal-marda tiegħu, il-livell ta’ wġigħ li jkun jinsab fih u/jew in-natura tad-diżabilità tiegħu meta tkun saret jew ġiet imġedda t-talba għal awtorizzazzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tikkjarifika l-kundizzjonijiet li bihom tista' tiġi rrifjutata l-awtorizzazzjoni minn qabel (ara l-każ Watts, C-372/04).

Emenda  22

Proposta for a direttiva

Premessa 34

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(34) Huwa meħtieġ tagħrif xieraq dwar l-aspetti essenzjali kollha tal-kura tas-saħħa transkonfinali sabiex il-pazjenti jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom għall-kura tas-saħħa transkonfinali fil-prattika. Għall-kura tas-saħħa transkonfinali l-aktar mekkaniżmu effettiv għall-provvediment ta’ tagħrif tali huwa li jiġu stabbiliti punti ta’ kuntatt ċentrali f’kull Stat Membru li jistgħu jirreferu għalihom il-pazjenti, u li jistgħu jipprovdu tagħrif dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali filwaqt li jitqies ukoll il-kuntest tas-sistema tas-saħħa f’dak l-Istat Membru. Minħabba li l-mistoqsijiet dwar aspetti ta' kura tas-saħħa transkonfinali se jeħtieġu wkoll kollegament bejn l-awtoritajiet fl-Istati Membri differenti, dawn il-punti ta' kuntatt ċentrali għandhom jikkostitwixxu netwerk li permezz tiegħu dawn il-mistoqsijiet jistgħu jiġu indirizzati bl-aktar mod effiċjenti. Dawn il-punti ta' kuntatt għandhom jikkooperaw ma' xulxin u għandhom jippermettu lill-pazjenti li jagħmlu għażliet infurmati dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali. Għandhom jipprovdu wkoll tagħrif dwar l-għażliet disponibbli fil-każ ta’ problemi bil-kura tas-saħħa transkonfinali, b’mod partikolari dwar skemi ta’ riżoluzzjoni barra l-qrati għal tilwim transkonfinali.

(34) Huwa meħtieġ tagħrif xieraq dwar l-aspetti essenzjali kollha tal-kura tas-saħħa transkonfinali sabiex il-pazjenti jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom għall-kura tas-saħħa transkonfinali fil-prattika. Għall-kura tas-saħħa transkonfinali l-aktar mekkaniżmu effettiv għall-provvediment ta’ tagħrif tali huwa li jiġu stabbiliti punti ta’ kuntatt ċentrali f’kull Stat Membru li jistgħu jirreferu għalihom il-pazjenti, u li jistgħu jipprovdu tagħrif dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali filwaqt li jitqies ukoll il-kuntest tas-sistema tas-saħħa f’dak l-Istat Membru. Minħabba li l-mistoqsijiet dwar aspetti ta' kura tas-saħħa transkonfinali se jeħtieġu wkoll kollegament bejn l-awtoritajiet fl-Istati Membri differenti, dawn il-punti ta' kuntatt ċentrali għandhom jikkostitwixxu netwerk li permezz tiegħu dawn il-mistoqsijiet jistgħu jiġu indirizzati bl-aktar mod effiċjenti. Dawn il-punti ta' kuntatt għandhom jikkooperaw ma' xulxin u għandhom jippermettu lill-pazjenti li jagħmlu għażliet infurmati dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali. Għandhom jipprovdu wkoll tagħrif dwar l-għażliet disponibbli fil-każ ta’ problemi bil-kura tas-saħħa transkonfinali, b’mod partikolari dwar skemi ta’ riżoluzzjoni barra l-qrati għal tilwim transkonfinali. Fl-iżvilupp tal-arranġamenti għall-forniment ta’ informazzjoni dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-ħtieġa li tiġi pprovduta informazzjoni f’formati aċċessibbli kif ukoll sorsi potenzjali ta’ assistenza addizzjonali għall-pazjenti vulnerabbli, il-persuni b’diżabilità u dawk bi bżonnijiet kumplessi.

 

Ġustifikazzjoni

Huwa vitali li l-informazzjoni dwar il-kura tas-saħħa tranksonfinali tkun f’formati aċċessibbli.

Emenda  23

Proposta for a direttiva

Premessa 45

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(45) B’mod partikolari, is-setgħa għandha tiġi konferita fuq il-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri li ġejjin: lista ta’ trattamenti, għajr għal dawk li jeħtieġu akkomodazzjoni mal-lejl, li għandhom jiġu soġġetti għall-istess reġim bħall-kura fl-isptar; miżuri relatati għat-tħallija barra ta' kategoriji speċifiċi ta' prodotti jew sustanzi mediċinali mir-rikonoxximent tal-preskrizzjonijiet maħruġa fi Stat Membru ieħor stipulat f’din id-Direttiva; lista ta’ kriterji u kundizzjonijiet speċifiċi li jridu jiġu sodisfatti min-netwerks ta’ referenza Ewropej; il-proċedura għall-ħolqien ta’ netwerks ta’ referenza Ewropej. Minħabba li dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u ġew mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, jew biex jissupplementaw din id-Direttiva biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(45) B’mod partikolari, is-setgħa għandha tiġi konferita lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex tadotta l-miżuri li ġejjin: lista ta’ trattamenti, għajr għal dawk li jeħtieġu akkomodazzjoni mal-lejl, li għandhom jiġu soġġetti għall-istess reġim bħall-kura fl-isptar; miżuri relatati għat-tħallija barra ta' kategoriji speċifiċi ta' prodotti jew sustanzi mediċinali mir-rikonoxximent tal-preskrizzjonijiet maħruġa fi Stat Membru ieħor stipulat f’din id-Direttiva.

Emenda  24

Proposta for a direttiva

Premessa 45

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(45) B’mod partikolari, is-setgħa għandha tiġi konferita fuq il-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri li ġejjin: lista ta’ trattamenti, għajr għal dawk li jeħtieġu akkomodazzjoni mal-lejl, li għandhom jiġu soġġetti għall-istess reġim bħall-kura fl-isptar; miżuri relatati għat-tħallija barra ta' kategoriji speċifiċi ta' prodotti jew sustanzi mediċinali mir-rikonoxximent tal-preskrizzjonijiet maħruġa fi Stat Membru ieħor stipulat f’din id-Direttiva; lista ta’ kriterji u kundizzjonijiet speċifiċi li jridu jiġu sodisfatti min-netwerks ta’ referenza Ewropej; il-proċedura għall-ħolqien ta’ netwerks ta’ referenza Ewropej. Minħabba li dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u ġew mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, jew biex jissupplementaw din id-Direttiva biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(45) B’mod partikolari, is-setgħa għandha tiġi konferita fuq il-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri li ġejjin: lista ta’ trattamenti, għajr għal dawk li jeħtieġu akkomodazzjoni mal-lejl, li għandhom jiġu soġġetti għall-istess reġim bħall-kura fl-isptar; il-lista ta’ servizzi li jaqgħu taħt it-titoli ta’ servizzi tat-telemediċina, servizzi tal-laboratorju, dijanjosi u preskrizzjoni mill-bogħod; miżuri relatati għat-tħallija barra ta' kategoriji speċifiċi ta' prodotti jew sustanzi mediċinali mir-rikonoxximent tal-preskrizzjonijiet maħruġa fi Stat Membru ieħor stipulat f’din id-Direttiva; lista ta’ kriterji u kundizzjonijiet speċifiċi li jridu jiġu sodisfatti min-netwerks ta’ referenza Ewropej; il-proċedura għall-ħolqien ta’ netwerks ta’ referenza Ewropej. Minħabba li dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u ġew mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, jew biex jissupplementaw din id-Direttiva biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti wkoll li jkun iċċarat liema servizzi jikkwalifikaw bħala servizzi tat-telemediċina, servizzi laboratorji u dijanjosi u preskrizzjoni mill-bogħod. B’dan il-mod id-Direttiva se tkun iktar ċara u komprensiva u għalhekk iktar effettiva.

Emenda  25

Proposta for a direttiva

Premessa 46 a (ġdida)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(46a) Billi tiffaċilità l-libertà ta' moviment ta' pazjenti fl-Unjoni Ewropea din id-Direttiva tista' twassal għal kompetizzjoni bejn dawk li jipprovdu l-kura tas-saħħa. Din il-kompetizzjoni tikkontribwixxi għaż-żieda fil-kwalità tal-kura tas-saħħa għal kulħadd u sabiex jiġu stabbiliti ċentri ta' eċċellenza.

Ġustifikazzjoni

Meta d-Direttiva jkollha riżultat bħal dan hija tagħti kontribut pożittiv għas-sistema tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri, imma jeħtieġ li jkun hemm monitoraġġ bir-reqqa sabiex jiġu verifikati r-riżultati tad-Direttiva.

Emenda  26

Proposta for a direttiva

Premessa 46 b (ġdida)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(46b) Kulħadd għandu jkollu aċċess għaċ-Ċentru Ewropew ta' Referenza (ECR)

Ġustifikazzjoni

Id-diskussjoni dwar l-ECRs għadha għaddejja. Huwa importanti li jiġi enfasizzzat li din id-diskussjoni jeħtieġ li tasal fi tmiemha u li l-iskop taċ-Ċentri huwa l-aċċess ugwali għal kulħadd. Ir-rimborz għandu għalhekk ikun parti mir-regolazzjoni dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali.

Emenda  27

Proposta for a direttiva

Artikolu 1

Test tal-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas ġenerali għad-dispożizzjoni ta’ kura tas-saħħa transkonfinali sigura, ta’ kwalità għolja u effiċjenti.

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli komuni li jiżguraw il-mobilità u l-aċċess għal kura tas-saħħa transkonfinali sikura, ta' kwalità għolja, sostenibbli, effettiva u effiċjenti, filwaqt li tirrispetta kompletament ir-responsabiltajiet tal-Istati Membri għat-tifsira tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali relatati mas-saħħa u l-organizzazzjoni u l-għoti ta' kura tas-saħħa, kura medika u benefiċċji tas-sigurtà soċjali bi qbil mal-prinċipji tal-aċċess universali, tas-solidarjetà, tal-aċċess għall-kura ta' kwalità tajba, tal-ekwità, tal-aċċessibilità ekonomika għall-prezzijiet, tal-aċċessibilità territorjali ugwali u tal-kontroll demokratiku.

Ġustifikazzjoni

Sabiex iċ-ċittadini ma jitħallewx imorru joqgħodu fi Stat Membru ieħor għall-kura tas-saħħa tagħhom, huwa importanti li s-sistema tkun ukoll effettiva.

Emenda  28

Proposta for a direttiva

Artikolu 2

Test tal-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-provvediment ta’ kura tas-saħħa irrispettivament minn kif tiġi organizzata, mogħtija jew iffinanzjata jew jekk hix pubblika jew privata.

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-provvediment ta’ kura tas-saħħa irrispettivament minn kif tiġi organizzata, mogħtija jew iffinanzjata jew jekk hix pubblika jew privata. Din id-Direttiva għandha tapplika għal skemi ta’ assigurazzjoni tal-mard kemm dawk statutorji, privati u kkombinati.

Emenda  29

Proposta for a direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(f) Regolamenti dwar il-koordinazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali, b’mod partikolari l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1408/71 tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jispustaw ruħhom fil-Komunità u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali.

(f) Regolamenti dwar il-koordinazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali, b’mod partikolari l-Artikoli 19, 20, 22 u 25 tar-Regolament (KE) Nru 1408/71 tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jispustaw ruħhom fil-Komunità u l-Artikoli 17, 18, 19. 20, 27 u 28 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali.

Emenda  30

Proposta for a direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(ga) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja u li temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja)1.

 

1 ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1.

Emenda  31

Proposta for a direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test tal-Kummissjoni

Emenda

2. Meta jintlaħqu ċ-ċirkustanzi li taħthom trid tingħata awtorizzazzjoni li pazjent imur fi Stat Membru ieħor sabiex jirċievi t-trattament xieraq skond l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE)Nru 1408/71, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta’ din id-Direttiva m'għandhomx japplikaw. Kuntrarju għal dan, meta persuna assigurata tfittex kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor f'ċirkustanzi oħrajn, japplikaw l-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE)Nru 1408/71 m'għandux japplika. Madankollu, fejn il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni stipulati fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE)Nru 1408/71 huma sodisfatti, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata u l-benefiċċji mogħtija f'konformità ma’ dan ir-Regolament. F’dan il-każ, l-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta’ din id-Direttiva ma japplikawx.

2. Sad-data li fiha jidħol fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 883/2004, għandha tapplika r-regola li meta ċ-ċirkustanzi jitolbu li tingħata awtorizzazzjoni li pazjent imur fi Stat Membru ieħor sabiex jirċievi t-trattament xieraq skond l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1408/71, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta’ din id-Direttiva m'għandhomx japplikaw. Kuntrarju għal dan, meta persuna assigurata tfittex kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor f'ċirkustanzi oħrajn, japplikaw l-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 m'għandux japplika. Madankollu, fejn il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni stipulati fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 huma sodisfatti, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata u l-benefiċċji mogħtija f'konformità ma’ dan ir-Regolament. F’dan il-każ, l-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta’ din id-Direttiva ma japplikawx.

Emenda  32

Proposta for a direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

2a. Mid-data li fiha jidħol fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 883/2004, għandha tapplika r-regola li meta ċ-ċirkustanzi jitolbu li tingħata awtorizzazzjoni li pazjent imur fi Stat Membru ieħor sabiex jirċievi l-kura xierqa skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament, filwaqt li d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta’ din id-Direttiva m'għandhomx japplikaw. Kuntrarju għal dan, meta persuna assigurata tfittex kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor f'ċirkustanzi oħrajn, japplikaw l-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta' din id-Direttiva filwaqt li l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 m'għandux japplika. Madankollu, fejn il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni stipulati fl-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 1408/2004 huma ssodisfati, l-awtorizzazzjoni u l-benefiċċji għandhom jingħataw f'konformità ma’ dak ir-Regolament. F’dan il-każ, l-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta’ din id-Direttiva ma japplikawx.

Emenda  33

Proposta for a direttiva

Artikolu 4 – point a

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(a) “kura tas-saħħa” tfisser servizz tas-saħħa mogħti minn jew taħt is-superviżjoni ta’ professjonist tas-saħħa fl-eżerċizzju tal-professjoni tiegħu, u irrispettivament mill-modi li bihom qed tiġi organizzata, mogħtija u ffinanzjata fil-livell nazzjonali jew jekk hix pubblika jew privata;

(a) “kura tas-saħħa” tfisser servizz tas-saħħa mogħti lill-pazjenti sabiex ikun evalwat, ippreservat jew mogħti lura l-istat tajjeb ta' saħħithom. Għall-fini tal-Artikoli 6, 7, 8, 9, 10 u 11, ta' din id-Direttiva, il-kura tas-saħħa tfisser trattamenti li huma inklużi fost il-benefiċċji tal-kura tas-saħħa previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ affiljazzjoni;

Emenda  34

Proposta for a direttiva

Artikolu 4 – punt b

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(b) “kura tas-saħħa transkonfinali” tfisser kura tas-saħħa pprovduta fi Stat Membru għajr għal dak fejn il-pazjent huwa persuna assigurata jew il-kura tas-saħħa pprovduta fi Stat Membru għajr għal dak fejn joqgħod, huwa rreġistrat jew huwa stabbilit il-provveditur tal-kura tas-saħħa;

(b) “kura tas-saħħa transkonfinali” tfisser kura tas-saħħa li pazjent jirċievi fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn il-pazjent huwa persuna assigurata;

Emenda  35

Proposta for a direttiva

Artikolu 4 – ittra c

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(c) “użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor" tfisser kura tas-saħħa pprovduta fi Stat Membru għajr għal dak fejn il-pazjent huwa persuna assigurata;

(c) “użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor" tfisser kura tas-saħħa li tingħata fi Stat Membru għajr għal dak fejn il-pazjent huwa persuna assigurata;

Emenda  36

Proposta for a direttiva

Artikolu 4 – punt g – subpunt ii a (ġdid)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(iia) persuna assigurata kif definit fil-kundizzjonijiet tal-poloz ta' skemi privati ta’ assigurazzjoni għall-mard;

Emenda  37

Proposta għal Direttiva

Artikolu 4 – punt h a (ġdid)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(ha) meta, minħabba l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) 1408/71 u r-Regolament (KE) 883/04 rispettivament, entità ta’ assigurazzjoni tas-saħħa fl-Istat Membru ta’ residenza tal-pazjent tkun responsabbli għall-għoti ta’ benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni tal-istat, allura dak l-Istat Membru jitqies bħala l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għall-finijiet ta’ din id-Direttiva;

Emenda  38

Proposta for a direttiva

Artikolu 4 - punt l

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(l) “ħsara” tfisser riżultati negattivi jew korrimenti li jirriżultaw mill-provvediment tal-kura tas-saħħa.

(l) “avveniment negattiv” tfisser kumplikazzjoni jew korriment mhux intenzjonat, li normalment ma jkunx riżultat tal-kundizzjoni ttrattata jew tal-għoti tal-kura tas-saħħa

Ġustifikazzjoni

The definition of “harm” as “adverse outcomes or injuries stemming from the provision of healthcare” in the Commission’s proposal is far too broad as all surgery carries some risk of harm (no matter how small) even if it is performed to the highest standard. A reasonable element of risk of harm must be recognised by the Directive as a natural aspect of the treatment process. The wording in this section of the text should only address exceptional adverse events where serious injury or complication occurs far beyond any minor ailments which may ordinarily result from treatment. It seems therefore more appropriate to replace the word “harm” with “adverse event”.

Emenda  39

Proposta for a direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test tal-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri ta’ trattament għandhom ikunu responsabbli mill-organizzazzjoni u l-għoti ta’ kura tas-saħħa. F’dan il-kuntest u filwaqt li jqisu l-prinċipji tal-universalità, l-aċċess għal kura ta’ kwalità, l-ekwità u s-solidarjetà, dawn għandhom jiddefinixxu standards ċari ta’ kwalità u ta’ sigurtà għal kura tas-saħħa mogħtija fit-territorju tagħhom, jiżguraw li:

1. L-Istati Membri ta’ trattament għandhom ikunu responsabbli mill-organizzazzjoni u l-għoti ta’ kura tas-saħħa. F’dan il-kuntest u filwaqt li jqisu l-prinċipji tal-universalità, l-aċċess għal kura ta’ kwalità, l-ekwità u s-solidarjetà, dawn għandhom jiddefinixxu standards ċari ta’ kwalità u ta’ sikurezza għal kura tas-saħħa mogħtija fit-territorju tagħhom, u jqisu li:

Ġustifikazzjoni

Minħabba li l-Istati Membri jinħtieġu "jiżguraw" punti speċifiċi tonqos ir-responsabilità fir-rigward tad-determinazzjoni tal-istandards ta’ kwalità u ta’ sikurezza tagħhom stess. Fid-dawl tal-Artikolu 152 tat-Trattat, li jiddikjara li l-Istati Membri huma responsabbli għall-organizzazzjoni, l-iffinanzjar u l-għoti ta' kura tas-saħħa liċ-ċittadini tagħhom, jidher iktar xieraq li jingħad li l-Istati Membri għandhom "iqisu" iktar milli “jiżguraw”.

Emenda  40

Proposta for a direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test tal-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri ta’ trattament għandhom ikunu responsabbli mill-organizzazzjoni u l-għoti ta’ kura tas-saħħa. F’dan il-kuntest u filwaqt li jqisu l-prinċipji tal-universalità, l-aċċess għal kura ta’ kwalità, l-ekwità u s-solidarjetà, dawn għandhom jiddefinixxu standards ċari ta’ kwalità u ta’ sigurtà għal kura tas-saħħa mogħtija fit-territorju tagħhom, jiżguraw li:

1. L-Istati Membri ta’ trattament għandhom ikunu responsabbli mill-organizzazzjoni u l-għoti ta’ kura tas-saħħa. F’konformità mal-prinċipji ta’ interess ġenerali, tal-universalità, l-aċċess għal kura ta’ kwalità, l-ekwità u s-solidarjetà, u l-kompetenzi ta’ servizz pubbliku ġejjin minnhom, kif konferiti lill-fornituri tas-servizzi tas-saħħa, dawn għandhom jiddefinixxu standards ċari ta’ kwalità u ta’ sikurezza għal kura tas-saħħa mogħtija fit-territorju tagħhom, u jiżguraw li:

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun speċifikat li s-servizzi tas-saħħa huma servizzi ta’ interess ġenerali u ma jistgħux jitqabblu ma’ servizzi ordinarji suġġetti għad-dispożizzjonijiet ġenerali li jirregolaw is-suq intern, f'konformità mad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar servizzi fis-suq intern.

Emenda  41

Proposta for a direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a a (ġdid)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(aa) dawn l-istandards ta’ kwalità u ta’ sikurezza għandhom ikunu pubbliċi, f’format ċar u aċċessibbli għaċ-ċittadini;

Emenda  42

Proposta for a direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(b) l-applikazzjoni ta’ standards tali mill-provvedituri tal-kura tas-saħħa fil-prattika hija sorveljata b'mod regolari u tittieħed azzjoni korrettiva meta ma jintlaħqux standards xierqa, filwaqt li jitqies il-progress fix-xjenza medika u t-teknoloġija tas-saħħa;

(b) l-applikazzjoni ta’ standards tali mill-provvedituri tal-kura tas-saħħa fil-prattika hija sorveljata u evalwata b'mod regolari u tittieħed azzjoni korrettiva meta ma jintlaħqux standards xierqa, filwaqt li jitqies il-progress fix-xjenza medika u t-teknoloġija tas-saħħa;

Ġustifikazzjoni

L-evalwazzjoni tar-riżultati tas-sorveljanza hija importanti sabiex jiġi muri fuqiex hija mibnija l-azzjoni korretiva. Barra minn hekk, ir-riżultati tal-korrezzjoni jistgħu jintużaw biex jinħoloq fis-snin li ġejjin netwerk ta' fornituri ta' kura tas-saħħa akkreditati u rikonoxxuti.

Emenda  43

Proposta for a direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(b) l-applikazzjoni ta’ standards leġiżlattivi nazzjonali mill-fornituri tal-kura tas-saħħa fil-prattika hija sorveljata b'mod regolari u tittieħed azzjoni xierqa meta l-istandards ma jintlaħqux;

filwaqt li jitqies il-progress fix-xjenza medika u t-teknoloġija tas-saħħa;

(b) l-applikazzjoni ta’ standards leġiżlattivi nazzjonali mill-fornituri tal-kura tas-saħħa u l-kompetenza tal-professjonisti tas-saħħa fil-prattika huma ssorveljati b'mod regolari u tittieħed azzjoni korrettiva meta jkun xieraq li tippromwovi l-eċċellenza u li tassigura li jintlaħqu standards xierqa, filwaqt li jitqies il-progress fix-xjenza medika u t-teknoloġija tas-saħħa;

Ġustifikazzjoni

Huwa ta’ importanza vitali għas-sikurezza tal-pazjenti li l-professjonisti tas-saħħa jkunu kompetenti biex iwettqu xogħolhom fil-prattika.

Emenda  44

Proposta for a direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(c) il-provvedituri tas-saħħa jipprovdu t-tagħrif rilevanti kollu sabiex jippermettu lill-pazjenti li jagħmlu għażla infurmata, b’mod partikolari dwar id-disponibbiltà, il-prezzijiet u r-riżultati tal-kura tas-saħħa pprovduta u d-dettalji tal-kopertura ta’ assigurazzjoni tagħhom jew mezzi oħrajn ta’ ħarsien personali jew kollettiv fir-rigward tar-responsabbiltà professjonali;

(c) il-provvedituri tas-saħħa jipprovdu t-tagħrif rilevanti kollu sabiex jippermettu lill-pazjenti li jagħmlu għażla infurmata, b’mod partikolari dwar il-kwalità, id-disponibbiltà, il-prezzijiet u r-riżultati tal-kura tas-saħħa pprovduta u d-dettalji tal-kopertura ta’ assigurazzjoni tagħhom jew mezzi oħrajn ta’ ħarsien personali jew kollettiv fir-rigward tar-responsabbiltà professjonali, u rigward ir-rimborż ta' spejjeż oħrajn li jkunu responsabilità tal-pazjent, bħalma huma spejjeż ta' vjaġġar u akkomodazzjoni tal-ġenituri li jakkumpanjaw it-tfal tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Dan sabiex jiġi żgurat li l-pazjenti jkunu infurmati dwar ir-regoli tar-rimborż li japplikaw għalihom.

Emenda  45

Proposta for a direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(c) il-provvedituri tas-saħħa jipprovdu t-tagħrif rilevanti kollu sabiex jippermettu lill-pazjenti li jagħmlu għażla infurmata, b’mod partikolari dwar id-disponibbiltà, il-prezzijiet u r-riżultati tal-kura tas-saħħa pprovduta u d-dettalji tal-kopertura ta’ assigurazzjoni tagħhom jew mezzi oħrajn ta’ ħarsien personali jew kollettiv fir-rigward tar-responsabbiltà professjonali;

(c) il-provvedituri tas-saħħa jipprovdu t-tagħrif rilevanti kollu sabiex jippermettu lill-pazjenti li jagħmlu għażla infurmata, b’mod partikolari dwar id-disponibbiltà, il-kwalità, is-sikurezza, il-prezzijiet u r-riżultati tal-kura tas-saħħa pprovduta u d-dettalji tal-kopertura ta’ assigurazzjoni tagħhom jew mezzi oħrajn ta’ ħarsien personali jew kollettiv fir-rigward tar-responsabbiltà professjonali;

Emenda  46

Proposta for a direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(d) il-pazjenti għandhom mezz biex jagħmlu l-ilmenti tagħhom u huma garantiti rimedji u kumpens meta jsofru minn ħsara li tirriżulta mill-kura tas-saħħa li jirċievu;

(d) il-pazjenti, il-fornituri tal-kura tas-saħħa u l-pubbliku għandhom mezz biex jagħmlu l-ilmenti u huma mogħtija rikors garantit għal rimedji u kumpens xierqa meta jsofru minn ħsara jew isiru konxji ta’ ħsara kkawżata li tirriżulta mill-kura tas-saħħa transkonfinali. Dan hu stipulat fil-kuntest ta’ sistema tas-saħħa effettiva u ta’ regolamentazzjoni professjonali.

Emenda  47

Proposta for a direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt g

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(g) pazjenti minn Stati Membri oħrajn għandhom igawdu minn trattament ugwali għal dak mogħti liċ-ċittadini tal-Istat Membru ta’ trattament, inkluż il-ħarsien kontra diskriminazzjoni stipulat skond il-liġi Komunitarja kif ukoll mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ fl-Istat Membru ta' trattament

(g) pazjenti minn Stati Membri oħrajn għandhom igawdu minn trattament ugwali għal dak mogħti liċ-ċittadini tal-Istat Membru ta’ trattament, inkluż il-ħarsien kontra diskriminazzjoni stipulat skont il-liġi Komunitarja kif ukoll mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ fl-Istat Membru ta' trattament Madankollu, f'din id-Direttiva ma hemm xejn li jesiġi mill-provvedituri tal-kura tas-saħħa li jaċċettaw pazjenti minn Stati Membri oħrajn għal trattament ippjanat jew li jagħtuhom prijorità għad-detriment ta' pazjenti oħrajn bi bżonnijiet ta' saħħa simili, bħaż-żieda taż-żmien ta’ stennija għat-trattament.

Ġustifikazzjoni

Għall-fini ta’ ċarezza u konsistenza, jidher utli li tiġi inkluża dikjarazzjoni fit-test prinċipali tad-Direttiva li tikkonferma, kif stipulat fil-Premessa 12, li l-fornituri tal-kura tas-saħħa mhumiex meħtieġa li jaċċettaw pazjenti minn Stati Membri oħra għal trattamenti pprogrammati jew li jtuhom prijorità għad-detriment tal-pazjenti mill-Istat Membru li jipprovdi t-trattament.

Emenda  48

Proposta for a direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt g b (ġdid)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(gb) L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu b’mod ċar id-drittijiet tal-pazjenti u d-drittijiet tal-persuni fir-rigward tal-kura tas-saħħa, b’konformità mal-Karta Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali.

Emenda  49

Proposta for a direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

3a. Minħabba l-importanza kbira, partikolarment għall-pazjenti, li jiġu ssalvagwardjati l-kwalità u s-sikurezza tal-kura transkonfinali, l-organizzazzjonijiet involuti fit-tfassil tan-normi u l-linji gwida kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 3 għandhom tal-anqas jinkludu organizzazzjonijiet tal-pazjenti (b’mod partikolari dawk ta’ natura transkonfinali).

Emenda  50

Proposta for a direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test tal-Kummissjoni

Emenda

1. Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari l-Artikoli 7, 8 u 9, l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jiżgura li l-persuni assigurati li jivjaġġaw lejn Stat Membru ieħor bil-għan li jirċievu kura tas-saħħa hemm jew li qed ifittxu li jirċievu kura tas-saħħa pprovduta fi Stat Membru ieħor, ma jitwaqqfux milli jirċievu kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor fejn it-trattament ikkonċernat huwa fost il-benefiċċji pprovduti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta' affiljazzjoni li hija intitolata għalihom il-persuna assigurata. L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jħallas lura l-ispejjeż lill-persuna assigurata, li kienu jitħallsu mis-sistema ta’ sigurtà soċjali statutorja tagħha li kieku l-istess kura tas-saħħa, jew waħda simili, kienet ipprovduta fit-territorju tiegħu. Fi kwalunkwe każ, huwa l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni li jistabbilixxi l-kura tas-saħħa li qed tiġi mħallsa, irrilevanti minn fejn qed tiġi pprovduta.

1. Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari l-Artikoli 7, 8 u 9, l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jiżgura li l-persuni assigurati li jivvjaġġaw deliberatament lejn Stat Membru ieħor bil-għan li jirċievu kura tas-saħħa hemm (kura ppjanata) jew li qed ifittxu li jirċievu kura tas-saħħa (kura ppjanata) pprovduta fi Stat Membru ieħor, ma jitwaqqfux milli jirċievu kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor fejn it-trattament ikkonċernat huwa fost il-benefiċċji pprovduti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta' affiljazzjoni li hija intitolata għalihom il-persuna assigurata. L-istituzzjonijiet kompetenti tal-Istat Membru ta' affiljazzjoni (mingħajr ħsara għar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u, mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, ir-Regolament Nru 883/2004) għandhom iħallas lura l-ispejjeż li kienu jitħallsu mis-sistema ta’ sigurtà soċjali statutorja tagħha li kieku l-istess kura jew kura ugwalment effettiva kienet ipprovduta fit-territorju tiegħu. Fi kwalunkwe każ, huwa l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni li jistabbilixxi l-kura tas-saħħa li qed tiġi mħallsa, irrilevanti minn fejn qed tiġi pprovduta.

Ġustifikazzjoni

Huwa mixtieq li jiġi ddikjarat speċifikament li dan l-artikolu jirreferi għal kura ppjanata li tkun ir-raġuni tal-ivvjaġġar barra mill-pajjiż.

Emenda  51

Proposta for a direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test tal-Kummissjoni

Emenda

2. L-ispejjeż tal-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor għandhom jitħallsu mill-Istat Membru ta' affiljazzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva sal-livell tal-ispejjeż li kienu jinġarru kieku l-istess kura tas-saħħa, jew waħda simili, ingħatat fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni, mingħajr ma jinqabżu l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa riċevuta.

2. L-ispejjeż tal-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor għandhom jitħallsu lura jew jitħallsu mis-sistema ta' sigurta' soċjali jew mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru ta' affiljazzjoni (mingħajr ħsara għar-Regolament Nru 1408/71 u, mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, ir-Regolament Nru 883/2004) skont id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva sal-livell tal-ispejjeż li kienu jitħallsu kieku l-istess kura tas-saħħa jew kura ugwalment effettiva, ingħatat fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni, mingħajr ma jinqabżu l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa riċevuta. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jkopru spejjeż oħra relatati, bħall-ispejjeż ta’ akkomodazzjoni jew ta’ vjaġġar.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi ċċarat li mhuwiex l-Istat Membru iżda hija/huma l-istituzzjoni/jiet ta' sigurtà soċjali kkonċernata/ikkonċernati li għandha tħallas/għandhom iħallsu lura l-ispejjeż.

Emenda  52

Proposta for a direttiva

Artikolu 6 - paragrafu 3

Test tal-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni jista’ jimponi fuq pazjent li jfittex il-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor l-istess kundizzjonijiet, kriterji ta’ eliġibbiltà u formalitajiet regolatorji u amministrattivi għall-kisba tal-kura tas-saħħa u l-ħlas lura tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa li kieku jimponi kieku l-istess kura tas-saħħa jew waħda simili ngħatat fit-territorju tiegħu, dan sakemm ma jkunux diskriminatorji u lanqas ostaklu għall-moviment ħieles tal-persuni.

3. L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni jista’ jimponi fuq pazjent li jfittex il-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor l-istess kundizzjonijiet, kriterji ta’ eliġibbiltà u formalitajiet regolatorji u amministrattivi għall-kisba tal-kura tas-saħħa u l-ħlas lura tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa li kieku jimponi kieku l-istess kura jew kura ugwalment effettiva għall-pazjent, ingħatat fit-territorju tiegħu, dan sakemm ma jkunux diskriminatorji u lanqas ostaklu għall-moviment ħieles tal-persuni.

Ġustifikazzjoni

Il-każistika tal-ECJ ma tinkludix ir-riferenza għal “kura tas-saħħa simili.” Għall-għanijiet ta’ ċertezza legali u ta’ koerenza mar-regoli dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali, il-kunċett “jew simili” għandu jinbidel bil-kliem “jew bl-istess effettività għall-pazjent." Dan ikun konformi mal-interpretazzjoni tal-ECJ tal-kunċett tal-“kura” fl-Artikolu 22 tar-Regolament 1408/71 (L-Artikolu 20 il-ġdid tar-Regolament 883/2004) (ara l-eż. C-372/04, Watts, para. 61).

Emenda  53

Proposta for a direttiva

Artikolu 6 - paragrafu 4

Test tal-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istat Membri għandu jkollhom mekkaniżmu għall-kalkolu tal-ispejjeż li għandhom jitħallsu lill-persuna assigurata mis-sistema ta' sigurtà soċjali statutorja għall-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor. Dan il-mekkaniżmu għandu jissejjes fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji magħrufa minn qabel u l-ispejjeż imħallsa lura skond dan il-mekkaniżmu m'għandhomx ikunu anqas minn dawk li kienu jinġarru li kieku l-istess kura tas-saħħa jew waħda simili kellha tingħata fit-territorju tal-Istat Membru ta' affiljazzjoni.

4. L-Istat Membri għandu jkollhom mekkaniżmu għall-kalkolu tal-ispejjeż li għandhom jitħallsu lill-persuna assigurata mis-sistema ta' sigurtà soċjali statutorja għall-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor. Dan il-mekkaniżmu għandu jissejjes fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji magħrufa minn qabel u l-ispejjeż imħallsa lura skond dan il-mekkaniżmu m'għandhomx ikunu anqas minn dawk li kienu jitħallsu li kieku l-istess kura jew jew kura ugwalment effettiva għall-pazjent, kellha tingħata fit-territorju tal-Istat Membru ta' affiljazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-każistika tal-ECJ ma tinkludix ir-riferenza għal “kura tas-saħħa simili.” Għall-raġunijiet ta’ ċertezza legali u ta’ koerenza mar-regoli dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali, il-kunċett “jew simili” għandu jinbidel bil-kliem “jew bl-istess effettività għall-pazjent." Dan ikun konformi mal-interpretazzjoni tal-ECJ tal-kunċett tal-“kura” fl-Artikolu 22 tar-Regolament 1408/71 (L-Artikolu 20 il-ġdid tar-Regolament 883/2004) (ara pereżempju C-372/04, Watts, para. 61).

Emenda  54

Proposta for a direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test tal-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istat Membri għandu jkollhom mekkaniżmu għall-kalkolu tal-ispejjeż li għandhom jitħallsu lill-persuna assigurata mis-sistema ta' sigurtà soċjali statutorja għall-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor. Dan il-mekkaniżmu għandu jissejjes fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji magħrufa minn qabel u l-ispejjeż imħallsa lura skond dan il-mekkaniżmu m'għandhomx ikunu anqas minn dawk li kienu jinġarru li kieku l-istess kura tas-saħħa jew waħda simili kellha tingħata fit-territorju tal-Istat Membru ta' affiljazzjoni.

4. L-Istat Membri għandu jkollhom mekkaniżmu għall-kalkolu tal-ispejjeż li għandhom jitħallsu għall-persuna assigurata mis-sistema ta' sigurtà soċjali statutorja għall-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor. Dan il-mekkaniżmu għandu jissejjes fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji magħrufa minn qabel u l-ispejjeż imħallsa lura skond dan il-mekkaniżmu m'għandhomx ikunu anqas minn dawk li kienu jinġarru li kieku l-istess kura tas-saħħa jew waħda simili kellha tingħata fit-territorju tal-Istat Membru ta' affiljazzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-aċċess indaqs għal kulħadd għall-kura barra mill-pajjiż jista’ jiġi pperikolat minħabba l-ħtieġa li l-pazjent ikollu l-ewwel iħallas għall-kura minn butu, qabel ma jitlob rimborż. L-Istat Membru ta' affiljazzjoni u l-Istat Membru ta' trattament jistgħu jwaqqfu skemi mħaffa ta' rimborż bejniethom (jekk mhux għal kulħadd, talanqas għall-pazjenti żvantaġġati). Jekk ikun speċifikat li l-ispejjeż ikunu rrimbursati lill-persuna assikurata, din il-possibilità tiġi eskluża.

Emenda  55

Proposta for a direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test tal-Kummissjoni

Emenda

5. Pazjenti li jivvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor bl-għan li jirċievu kura tas-saħħa hemm jew sabiex ifittxu li jirċievu kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor għandhom jiġu garantiti aċċess għar-reġistri mediċi tagħhom, f'konformità mal-miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-ħarsien ta' data personali, b’mod partikolari d-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE.

5. Pazjenti li jivvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor bl-għan li jirċievu kura tas-saħħa hemm jew sabiex ifittxu li jirċievu kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor għandhom jiġu garantiti aċċess għar-reġistri mediċi tagħhom, f'konformità mal-miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-ħarsien ta' data personali, b’mod partikolari d-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE. Jekk ir-rekords mediċi jinżammu f’forma elettronika, il-pazjenti għandu jkollhom id-dritt garantit li jiksbu kopja ta’ dawn ir-rekords jew id-dritt li jkollhom aċċess mill-bogħod għal dawn ir-rekords.

Emenda  56

Proposta for a direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test tal-Kummissjoni

Emenda

5. Pazjenti li jivvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor bl-għan li jirċievu kura tas-saħħa hemm jew sabiex ifittxu li jirċievu kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor għandhom jiġu garantiti aċċess għar-reġistri mediċi tagħhom, f'konformità mal-miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-ħarsien ta' data personali, b’mod partikolari d-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE.

5. Pazjenti li jirċievu kura tas-saħħa fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni tagħhom jew li jfittxu li jirċievu kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor għandhom jiġu garantiti aċċess għar-reġistri mediċi tagħhom, f'konformità mal-miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-ħarsien ta' data personali, b’mod partikolari d-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE.

Justification

The Commission proposal on the reimbursement of health care costs might discriminate in practice against the principle of ‘equal access for all’ to cross-border health services and the principles of equity and equal treatment regardless of patients’ income and treatment costs. People with lower incomes would be unlikely to be able to take advantage of the Commission’s much-vaunted ‘internal market freedom’ in view of upfront payments to be made, the costs of travel and accommodation, and because language barriers and uncertainty over the legal situation in other EU countries would make the risks of seeking treatment in another Member States too daunting. And for insured persons from poorer Member States such as e.g. Romania or Bulgaria it is hardly likely that they can obtain treatment in richer Member States such as e.g. Sweden or France on this basis, as their own health insurance scheme would pay only a small fraction of the costs of any such treatment. In order to strengthen patients' rights in cross-border health care, therefore, the already existing framework of the coordination of social protection schemes exclusively should be used.

Emenda  57

Proposta for a direttiva

Artikolu 7

Test tal-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni m’għandux iħallas lura l-ispejjez ta' kura mhux fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor soġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel, fejn l-ispiża ta' kura tali, kieku ngħatat fit-territorju tiegħu, kienet titħallas mis-sistema ta' sigurtà soċjali tiegħu.

L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni m’għandux iħallas lura l-ispejjez ta' kura mhux fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor soġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel, fejn l-ispiża ta' kura tali, kieku ngħatat fit-territorju tiegħu, kienet titħallas mis-sistema ta' sigurtà soċjali statutorja tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipji dwar min se jkopri l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa japplikaw sakemm jikkonċernaw spejjeż għal kura li, kieku ngħatat fit-territorju tal-Istat Membru ta' affiljazzjoni, kienet titħallas skont is-sistema statutorja tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru ta' affiljazzjoni. Dan jikkorrispondi mat-terminu użat fl-Artikolu 6 tad-Direttiva.

Emenda  58

Proposta for a direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test tal-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-għanijiet ta’ ħlas lura ta’ kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor f’konformità ma’ din id-Direttiva, kura fl-isptar għandha tfisser:

1. Għall-għanijiet ta’ ħlas lura ta’ kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor f’konformità ma’ din id-Direttiva, il-kura fl-isptar u il-kura speċjalizzata għandha tfisser il-kura tas-saħħa kif definita fil-liġi tal-Istat Membru ta’ affiljazzjoni u li jeħtieġ:

Emenda  59

Proposta for a direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(a) kura tas-saħħa li teħtieġ akkomodazzjoni mal-lejl għall-pazjent ikkonċernat għal mill-anqas lejl wieħed.

(a) din teħtieġ akkomodazzjoni mal-lejl għall-pazjent ikkonċernat għal mill-anqas lejl wieħed; jew

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni mogħtija mill-Kummissjoni ma tikkorrispondix man-natura vera tas-servizzi mogħtija fl-Istati Membri. Pereżempju, hija ma tqisx il-kirurġija għal ‘outpatients’.

Sabiex jikkorrispondi man-natura vera tas-servizzi mogħtija fil-prattika, id-definizzjoni għall-kura fl-isptar għandha tirreferi għad-definizzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni tal-pazjent.

Emenda  60

Proposta for a direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(b) kura tas-saħħa, inkluża f’lista speċifika, li ma teħtieġx akkomodazzjoni mal-lejl għall-pazjent għal mill-anqas lejl wieħed. Din il-lista għandha tiġi limitata għal:

 

- kura tas-saħħa li teħtieġ l-użu ta’ infrastruttura medika jew tagħmir mediku speċjalizzati u għoljin ħafna; jew

(b) din teħtieġ l-użu ta’ infrastruttura medika jew tagħmir mediku speċjalizzati ħafna u għoljin ħafna; jew

-kura tas-saħħa li tinvolvi trattamenti li huma ta’ riskju partikolari għall-pazjent jew għall-popolazzjoni.

(c) din tinvolvi trattamenti li huma ta' riskju partikolari għall-pazjent jew għall-popolazzjoni.

Emenda  61

Proposta for a direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test tal-Kummissjoni

Emenda

2. Din il-lista għandha tiġi stabbilita u tista’ tiġi aġġornata regolarment mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tagħraf li s-sistemi ta’ awtorizzazzjoni minn qabel jistgħu jkunu importanti ħafna għall-pazjenti għaliex jagħtuhom ċarezza fi kwistjonijiet bħalma huwa r-rimborż li jkunu eliġibbli għalih u xi spejjeż se jkollhom ikopru huma stess, kif ukoll dwar arranġamenti għal kwalunkwe kura sussegwenti li tista’ tinħtieġ u x’jiġri jekk xi ħaġa tmur ħażin. Dawn il-kunsiderazzjonijiet jgħoddu wkoll għall-kura mogħtija fi sptarijiet u f’ambiti oħra, bħalma jgħoddu wkoll kwistjonijiet dwar il-ħtieġa li jiġu ppjanati servizzi u mmaniġġjati riżorsi finanzjarji għal dawk li joperaw is-sistemi tas-saħħa.

Emenda          62

Proposta for a direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test tal-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni jista’ jistipula sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għal ħlas lura mis-sistema tas-sigurtà soċjali tiegħu tal-ispiża ta’ kura fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

3. L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni jista’ jistipula sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għal ħlas lura mis-sistema tas-sigurtà soċjali tiegħu tal-ispiża ta’ kura fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor meta dan jista' jaffettwa aspetti importanti tas-sistema tal-kura tas-saħħa tiegħu, inklużi l-ambitu, l-ispiża jew l-istruttura finanzjarja. Din is-sistema għandha tkun mingħajr ħsara għar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, (KE) Nru 883/2004.

(a) li kieku l-kura tas-saħħa ingħatat fit-territorji tiegħu, din kienet tinġarr mis-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru; kif ukoll

 

(b) l-għan tas-sistema huwa li tindirizza l-ħruġ konsekuttiv ta' pazjenti kawża tal-implimentazzjoni tal-Artikolu attwali u li tħarsu milli jfixkel b'mod serju, jew li jkun probabbli li jfixkel b’mod serju:

 

(i) il-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru; u/jew

 

(ii) l-ippjanar u r-razzjonalizzazzjoni mwettqa fis-settur tal-isptarijiet sabiex tiġi evitata kapaċità żejda fl-isptar, żbilanċ fil-provvista tal-kura tas-saħħa u ħela loġistika u finanzjarja, iż-żamma ta' servizz mediku u tal-isptar bilanċjat miftuħ għal kulħadd, jew iż-żamma ta’ kapaċità ta’ trattament jew kompetenza medika fit-territorji tal-Membru kkonċernat

 

Justification

This amendment recognises that prior authorisation systems are valuable to patients in terms of providing them with clarity on matters such as what reimbursement they will be eligible for and what costs they will have to meet themselves, arrangements for any after-care needed and what will happen if anything goes wrong. Member States should be able to decide the circumstances in which prior authorisation systems are mandatory for patients seeking healthcare abroad, provided these systems meet criteria such as transparency and proportionality, are simple and straightforward, and provide timely responses to requests.

Emenda  63

Proposta for a direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test tal-Kummissjoni

Emenda

4. Is-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għandha tiġi limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonali sabiex jiġi evitat impatt tali, u m'għandhiex tikkostitwixxi mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja.

4. Is-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għandha tapplika bla ħsara għall-Artikolu 3(2) u għandha tiġi limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonali sabiex jiġi evitat impatt tali, u m'għandhiex tikkostitwixxi mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja.

Emenda  64

Proposta for a direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

4a. Is-sistemi ta' talba għall-awtorizzazzjoni minn qabel jeħtieġ li jkunu disponibbli fuq livell lokali/reġjonali u għandhom ikunu aċċessibbli u trasparenti għall-pazjenti. Ir-regoli għall-applikazzjoni u r-rifjut tal-awtorizzazzjoni minn qabel għandhom ikunu disponibbli qabel ma ssir aplikazzjoni sabiex l-applikazzjoni tkun tista' ssir b'mod ġust u trasparenti.

Emenda  65

Proposta for a direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

4a. Meta ssir talba u tingħata awtorizzazzjoni minn qabel, l-Istat Membru ta' affiljazzjoni għandu jiżgura li l-pazjent ikun mistenni jħallas minn qabel dawk l-ispejjeż biss li jkunu mistennija li jitħallsu kieku l-kura kellha tingħata fis-sistema tas-saħħa ta' pajjiżu. Għal kwlaunkwe spejjeż oħra, l-Istati Membri għandhom jittrasferixxu l-ħlasijiet direttament bejn min jiffinanzja u min qed jipprovdi l-kura tas-saħħa.

Emenda  66

Proposta for a direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Lill-pazjenti li qed ifittxu li jirċievu kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor għandu jkun iggarantit id-dritt li japplikaw għal awtorizzazzjoni minn qabel fl-Istat membru ta' affiljazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Bil-għan li d-dritt għall-kura tas-saħħa transkonfinali isir dritt għal kulħadd, u sabiex il-pazjenti jingħataw il-possibilità li jkun jafu fiċ-ċert jekk ikunux se jirċievu l-flus lura jew le, huwa importanti li l-pazjenti jingħataw id-dritt li japplikaw għal awtorizzazzjoni minn qabel fl-Istat membru ta' affiljazzjoni. Sistema mingħajr dan id-dritt għal awtorizzazzjoni minn qabel twassal għal inċertezza ekonomika kbira għall-pazjenti. Din l-inċertezza twassal biex id-dritt għall-kura tas-saħħa transkonfinali jkun anqas attraenti għal dawk bi dħul finanzjarju baxx, u għaldaqstant ma jkunx aċċessibbli għal kulħadd indaqs.

Emenda  67

Proposta for a direttiva

Artikolu 8 - paragrafu 6 (ġdid)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

 

6. L-Istat Membru fejn issir il-kura jista' jadotta miżuri xierqa biex jindirizza l-fluss tal-pazjenti u sabiex ma jħallix li dan ifixkel serjament is-sistema tal-kura tas-saħħa. L-Istat Membru fejn issir il-kura m'għandux jiddiskrimina fuq il-bażi tan-nazzjonalità u għandu jiżgura li l-miżuri li jirrestrinġu l-moviment ħieles għandhom ikunu limitati għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonat.

Emenda  68

Proposta for a direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test tal-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jiżgura li l-proċeduri amministrattivi dwar l-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor li għandu x’jaqsam ma' kull awtorizzazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 8(3), ħlas lura ta' spejjeż ta' kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor u kundizzjonijiet u formalitajiet oħrajn imsemmija fl-Artikolu 6(3), huma msejsa fuq kriterji oġġettivi, mhux diskriminatorji li huma ppubblikat minn qabel, u li huma meħtieġa u proporzjonali sabiex jintlaħqu l-għanijiet. Fi kwalunkwe każ, persuna assigurata għandha tingħata dejjem l-awtorizzazzjoni skond ir-Regolamenti dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali msemmija fl-Artikolu 3.1 f) dejjem meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 22.1 c) u l-Artikolu 22.2 tar-Regolament 1408/71.

1. L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jiżgura li l-proċeduri amministrattivi dwar l-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor li għandu x’jaqsam ma' kull awtorizzazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 8(3), ħlas lura ta' spejjeż ta' kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor u kundizzjonijiet u formalitajiet oħrajn imsemmija fl-Artikolu 6(3), huma msejsa fuq kriterji oġġettivi, mhux diskriminatorji li huma ppubblikat minn qabel, u li huma meħtieġa u proporzjonali sabiex jintlaħqu l-għanijiet. Sad-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, għandha tapplika r-regola li, fi kwalunkwe każ, persuna assigurata għandha tingħata dejjem l-awtorizzazzjoni skond ir-Regolamenti dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali msemmija fl-Artikolu 3.1 f) dejjem meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 22.1 c) u l-Artikolu 22.2 tar-Regolament 1408/71. Mid-data tad-dul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, għandha tapplika r-regola li meta jkun hemm iċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, persuna assikurata għandha dejjem tingħata awtorizzazzjoni bis-saħħa tar-regolamenti li jikkonċernaw il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali msemmija fl-Artikolu 3(1)(f).

Emenda  69

Proposta for a direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test tal-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri, waqt li jistipulaw il-limiti ta' żmien li fihom iridu jiġu trattati talbiet għall-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor, għandhom iqisu:

L-Istati Membri, waqt li jistipulaw il-limiti ta' żmien li fihom iridu jiġu trattati talbiet għall-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor, għandhom iqisu u jistabbilixxu kriterji li bihom huma jkejlu:

Emenda  70

Proposta for a direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 4 – punt b a (ġdid)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) l-urġenza tal-kura jew tal-proċedura medika meħtieġa;

Ġustifikazzjoni

Għalkemm ħafna kundizzjonijiet mediċi jistgħu ma jkunux ta' tbatija, jistgħu xorta waħda jeħtieġu kura jew intervent urġenti permezz ta' proċeduri mediċi speċifiċi.

Emenda  71

Proposta for a direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 4 – punt d a (ġdid)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(da) akkreditazzjoni ta' provvedituri tas-tal-kura tas-saħħa fl-Istat Membru tat-trattament.

Ġustifikazzjoni

L-akkreditazzjoni hija element important għall-evalwazzjoni tal-kwalità ta' provvedituri tal-kura tas-saħħa fi Stati Membri oħrajn.

Emenda  72

Proposta for a direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 4 – punt d a (ġdid)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(da) l-istorja medika tal-pazjent.

Ġustifikazzjoni

Il-Qorti tal-Ġustizzja ssostni li, sabiex jiġi determinat jekk fl-Istat Membru ta' residenza tistax tingħata kura mingħajr dewmien bla bżonn li għandha l-istess effettività fuq il-pazjent, l-istituzzjoni kompetenti hija meħtieġa wkoll li tqis l-istorja medika tal-pazjent (ara C-372/04, Watts, paragrafu 62).

Emenda  73

Proposta for a direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test tal-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri ta’ affiljazzjoni għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi fis-seħħ għall-provvediment lill-pazjenti fuq talba b'tagħrif dwar il-kisba tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor, u t-termini u l-kundizzjoni li japplikaw, inter alia kull meta tiġi kkawżata ħsara b’riżultat ta’ kura tas-saħħa riċevuta fi Stat Membru ieħor.

1. L-Istati Membri ta’ affiljazzjoni għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi fis-seħħ għall-provvediment lill-pazjenti fuq talba b'tagħrif imparzjali, kumparattiv u komplet dwar il-kisba tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor, u t-termini u l-kundizzjoni li japplikaw, inter alia, kull meta tiġi kkawżata ħsara b’riżultat ta’ kura tas-saħħa riċevuta fi Stat Membru ieħor.

 

1a. L-Istat Membru fejn issir il-kura għandu jiżgura li jkun hemm mekkaniżmi fis-seħħ biex ikun hemm tagħrif imparzjali, kumparattiv u komplet disponibbli għall-pubbliku, li jinkludi tagħrif dwar l-aċċess għall-kura tas-saħħa u tal-professjonisti u l-fornituri reġistrati fil-qasam tas-saħħa f'dak l-Istat Membru, dwar l-istandards ta' kwalità u ta' sikurezza applikabbli, is-sistema regolatorja fis-seħħ, u l-proċess biex wieħed iressaq ilment meta tiġi kkawżata ħsara b’riżultat ta’ kura tas-saħħa li persuna tkun irċeviet f'dak l-Istat Membru.

 

1b. Fit-tagħrif dwar il-kura transkonfinali għandha ssir distinzjoni ċara bejn id-drittijiet li l-pazjenti għandhom bis-saħħa ta’ din id-Direttiva u d-drittijiet li ġejjin minn regolamenti dwar il-koordinazzjoni ta' skemi tas-sigurtà soċjali kif imsemmija fl-Artikolu 3(1)(f).

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni msemmija fl-emenda tgħin biex issir għażla meqjusa dwar l-isptar.

Emenda  74

Proposta for a direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test tal-Kummissjoni

Emenda

2. It-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun aċċessibbli faċilment, inkluż permezz ta' mezzi elettroniċi, u għandu jinkludi tagħrif dwar id-drittijiet tal-pazjenti, dwar proċeduri għall-aċċess ta' dawn id-drittijiet u dwar sistemi ta' appell u rikors jekk il-pazjent jiċċaħħad minn drittijiet bħal dawn.

2. It-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun aċċessibbli faċilment, inkluż permezz ta' mezzi elettroniċi, f'formati li jkunu aċċessibbli faċilment u mingħajr ħlas ulterjuri għal persuni b'diżabilità, u għandu jinkludi tagħrif dwar id-drittijiet tal-pazjenti, dwar proċeduri għall-aċċess ta' dawn id-drittijiet u dwar sistemi ta' appell u rikors jekk il-pazjent jiċċaħħad minn drittijiet bħal dawn.

Emenda  75

Proposta for a direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

2a. Apparti t-tagħrif enfassizat fil-paragrafu 1, l-Istat Membru għandu jiżgura li t-tagħrif dwar il-professjonisti tal-qasam tas-saħħa u l-fornituri tal-kura tas-saħħa jkun disponibbli faċilment permezz ta' mezzi elettroniċi, u għandu jinkludi l-isem, in-numru ta' reġistrazzjoni, l-indirizz fejn il-professjonisti tal-kura tas-saħħa jipprovdu s-servizz , u kwalunkwe restrizzjoni li tkun teżisti fuq il-prattika tagħhom;

Justification

In the interests of patients availing of cross-border services, there is also a need for greater transparency of health professional and health service regulation. Public registers of health professionals and health service providers should be available in Member states so that patients can easily identify prescribers, professionals and other treatment providers and if necessary to verify and validate the professional standing of the health professionals providing care. The international evidence illustrates that the most practical way for patients to have access to information on their current or prospective healthcare providers is via the publication of public registers of such practitioners. Such registers should now be available via the Internet and should allow the patient to access the relevant data by searching either via the name or via the registration number of the healthcare provider (or indeed by searching via geographical area). The relevant data that should be in the public domain should be, at a minimum, the name, registration number and practice address of the healthcare professional, the date of their first registration on that register, the expiry date of their current registration, and any conditions or restrictions on their practice or suspensions should this be the case. Healthcare professionals, who are not registered, be it for voluntary reasons or if struck off for whatever reason, should not appear on such register.

Emenda  76

Proposta for a direttiva

Artikolu 10 a (ġdid)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10a

L-Istat membru fejn issir il-kura għandu jiżgura li:

 

(a) fuq talba tagħhom stess, il-pazjenti jirċievu tagħrif dwar garanziji ta' kwalità u sikurezza tal-kura tas-saħħa mogħtija.

 

(b) il-fornituri tas-servizzi tas-saħħa fl-Istat Membru fejn issir il-kura jagħti informazzjoni dwar id-disponibilità, il-prezzijiet u l-eżiti tal-kura tas-saħħa mogħtija, inklużi proċeduri għall-ilmenti u għal mezzi disponibbli ta' rimedju għall-kura tas-saħħa mogħtija.

Ġustifikazzjoni

Il-pazjenti għandhom jingħataw l-aktar informazzjoni rilevanti u utli. Għal dan il-għan hija ir-responsabilità tal-Istat Membru li jagħti informazzjoni dwar is-sistema tas-saħħa tiegħu. Kieku l-Istati Membri kellhom jagħtu tagħrif individwalment dwar is-26 Stat Membru l-ieħor, ikun hemm riskju li t-tagħrif ma jkunx rilevanti u s-sistema ta' tagħrif ma tkunx affidabbli.

Emenda  77

Proposta for a direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test tal-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istat Membri għandhom jagħżlu punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-kura tas-saħħa transkonfinali u jikkomunikaw l-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tagħhom lill-Kummissjoni.

1. L-Istat Membri għandhom jagħżlu punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-kura tas-saħħa transkonfinali u jikkomunikaw l-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tagħhom lill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, il-fondi dwar l-assikurazzjoni tas-saħħa u l-fornituri tal-kura jkunu involuti f'dawn il-punti ta' kuntatt nazzjonali.

Emenda  78

Proposta for a direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test tal-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istat Membri għandhom jagħżlu punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-kura tas-saħħa transkonfinali u jikkomunikaw l-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tagħhom lill-Kummissjoni.

1. L-Istati Membri għandhom jagħżlu punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-kura tas-saħħa transkonfinali u jikkomunikaw l-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tagħhom lill-Kummissjoni. Huma jistgħu ukoll jagħmlu listi ta' ċentri għall-kura speċjalizzata u fl-isptar, għall-benefiċċju tal-partijiet interessati.

Emenda  79

Proposta for a direttiva

Artikolu 12 - paragrafu 2 - punt a

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(a) jipprovdi u jqassam tagħrif lill-pazjenti b’mod partikolari dwar id-drittijiet tagħhom relatati mal-kura tas-saħħa transkonfinali u l-garanziji ta’ kwalità u ta’ sigurtà, ħarsien ta’ data personali, proċeduri għal ilmenti u mezzi ta’ rikors disponibbli għal kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor, u dwar it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli;

(a) jipprovdi u jqassam tagħrif lill-pazjenti b’mod partikolari dwar id-drittijiet tagħhom relatati mal-kura tas-saħħa transkonfinali u l-garanziji ta’ kwalità u ta’ sigurtà, ħarsien ta’ data personali, proċeduri għal ilmenti u mezzi ta’ rikors disponibbli għal kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor, u dwar it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli u dwar ċentri ta' eċċellenza jew ċentri tal-kura tas-saħħa li jispeċjalizzaw f'ċertu mard;

Ġustifikazzjoni

Id-dritt ta' informazzjoni tal-pazjent għandu jkun komplut b'informazzjoni dwar ċentri ta' eċċellenza u ċentri ta' kura tas-saħħa speċjalizzati sabiex tkun tista' ssir għażla bbilanċjata tajjeb.

Emenda  80

Proposta for a direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt a

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(a) jipprovd u jqassam tagħrif lill-pazjenti b’mod partikolari dwar id-drittijiet tagħhom relatati mal-kura tas-saħħa transkonfinali u l-garanziji ta’ kwalità u ta’ sigurtà, ħarsien ta’ data personali, proċeduri għal ilmenti u mezzi ta’ rikors disponibbli għal kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor, u dwar it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli;

(a) jipprovdi u jqassam tagħrif lill-pazjenti b’mod partikolari dwar id-drittijiet tagħhom relatati mal-kura tas-saħħa transkonfinali u l-istandards ta’ kwalità u ta’ sigurtà, il-ħarsien ta’ data personali, il-proċeduri għal ilmenti, il-mezzi li bihom huma rregolati l-professjonisti u l-fornituri u l-mezzi li bihom tista' tittieħed azzjoni regolatorja, il-mezzi ta’ rikors disponibbli għal kura tas-saħħa mogħtija f'dak l-Istat Membru, u dwar it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli;

Emenda  81

Proposta for a direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt a

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(a) jipprovd u jqassam tagħrif lill-pazjenti b’mod partikolari dwar id-drittijiet tagħhom relatati mal-kura tas-saħħa transkonfinali u l-garanziji ta’ kwalità u ta’ sigurtà, ħarsien ta’ data personali, proċeduri għal ilmenti u mezzi ta’ rikors disponibbli għal kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor, u dwar it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli;

(a) jipprovdi u jqassam tagħrif lill-pazjenti u lill-professjonisti tal-kura tas-saħħa, b’mod partikolari dwar id-drittijiet tal-pazjenti relatati mal-kura tas-saħħa transkonfinali u l-garanziji ta’ kwalità u ta’ sigurtà, il-ħarsien ta’ data personali, il-proċeduri għal ilmenti u mezzi ta’ rikors disponibbli għal kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor, u dwar it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli;

Ġustifikazzjoni

Il-professjonisti tas-saħħa huma l-ewwel punt ta' kuntatt tal-pazjenti u jeħtieġu tagħrif dwar id-drittijiet tal-pazjenti sabiex jirrispettaw kemm id-drittijiet kollha tagħhom kif ukoll jiggwidaw lill-pazjenti biex jirċievu l-għajnuna li jeħtieġu.

Emenda  82

Proposta for a direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-punt ta' kuntatt nazzjonali fl-Istat Membru fejn issir il-kura għandu jirreġistra l-attivitajiet kollha fl-Istat Membru fejn issir il-kura skont l-Artikoli 6, 7, 8, 9 u 15 u jgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn issir il-kura u lill-punt ta' kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru tal-affiljazzjoni tiegħu. Il-fornituri tas-servizz tas-saħħa għandhom jagħtu t-tagħrif meħtieġ lill-punt ta' kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru tagħhom hekk kif jirċevuh.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi żgurat li l-proċedura possibilment timxi mingħajr diffikultajiet.

Emenda  83

Proposta for a direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test tal-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istat Membri għandhom joffru għajnuna reċiproka kif meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

1. L-Istati Membri għandhom joffru għajnuna reċiproka għall-promozzjoni tal-kwalità u tas-sikurezza tal-kura tas-saħħa, kif meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Emenda  84

Proposta for a direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test tal-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istat Membri għandhom joffru għajnuna reċiproka kif meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

1. L-Istat Membri għandhom joffru għajnuna reċiproka kif meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u għandhom jikkonkludu ftehimiet dwar dan is-suġġett.

Emenda  85

Proposta for a direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test tal-Kummissjoni

Emenda

l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-kooperazzjoni fil-provvediment tal-kura tas-saħħa transkonfinali fil-livell reġjonali u lokali kif ukoll permezz tat-teknoloġiji tat-tagħrif u tal-komunikazzjoni, l-kura tas-saħħa transkonfinali pprovduta fuq bażi temporanja jew ad hoc u forom oħra ta’ kooperazzjoni transkonfinali.

L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-kooperazzjoni fil-provvediment tal-kura tas-saħħa transkonfinali fil-livell reġjonali u lokali kif ukoll permezz tat-teknoloġiji tat-tagħrif u tal-komunikazzjoni, il-kura tas-saħħa transkonfinali pprovduta fuq bażi temporanja jew ad hoc u forom oħra ta’ kooperazzjoni transkonfinali, u għandhom jikkonkludu ftehimiet dwar dan is-suġġett.

Emenda  86

Proposta for a direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test tal-Kummissjoni

Emenda

2. l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-kooperazzjoni fil-provvediment tal-kura tas-saħħa transkonfinali fil-livell reġjonali u lokali kif ukoll permezz tat-teknoloġiji tat-tagħrif u tal-komunikazzjoni, l-kura tas-saħħa transkonfinali pprovduta fuq bażi temporanja jew ad hoc u forom oħra ta’ kooperazzjoni transkonfinali.

2. l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-kooperazzjoni fil-provvediment tal-kura tas-saħħa transkonfinali fil-livell reġjonali u lokali u l-komunikazzjoni bejn il-fornituri tal-kura tas-saħħa fl-Istati Membri fejn isir it-trattament u dawk ta' affiljazzjoni rispettivament sabiex tkun żgurata l-kontinwità tal-kura, kif ukoll permezz tat-teknoloġiji tat-tagħrif u tal-komunikazzjoni, il-kura tas-saħħa transkonfinali pprovduta fuq bażi temporanja jew ad hoc u forom oħra ta’ kooperazzjoni transkonfinali.

Ġustifikazzjoni

Il-kontinwità tal-kura hija importanti għas-sikurezza tal-pazjent. It-timijiet mediċi mill-pajjiż ta' oriġini tal-pazjent għandhom jikkoperaw mill-qrib mat-timijiet mediċi u ta' speċjalisti tal-pajjiż fejn issir il-kura sabiex jiżguraw li jkun hemm kontinwità tal-kura.

Emenda  87

Proposta for a direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

2a. L-Istati Membri, speċjalment il-pajjiżi ġirien ta' xulxin, jistgħu jilħqu ftehimiet bejniethom kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, dwar, fost l-oħrajn, oqsfa koperattivi validi li jridu jibqgħu jeżistu jew li jridu jitħallew jiżviluppaw aktar, fir-rigward tal-fluss ta' pazjenti bejn dawn l-Istati Membri, u fir-rigward tas-sistemi ta' ppjanar u ta' ċerti forom ta' kura fl-isptar.

Justification

De verplichting tot samenwerking van artikel 13 is niet voldoende uitgewerkt, waardoor instellingen in grensgebieden in hun plannen te zeer afhankelijk blijven van de toevallige patiëntenbewegingen en de willekeur van verzekeraars/lidstaten om e.e.a. toe te laten. Voor structurele samenwerking en investeringen daarin hebben instellingen nu eenmaal enige zekerheid nodig, dat het ook zal gaan lopen en ook gefinancierd gaat worden. Door deze toevoeging kunnen instellingen, verzekeraars en patiënten terugvallen op afspraken die zijn toegesneden op bestaande problematiek en mogelijkheden in de grensregio's. Deze samenwerkingsovereenkomsten kunnen per lidstaat meer of minder vergaand zijn.

Emenda  88

Proposta for a direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

2a L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lil xulxin minnufih u b'mod proattiv dwar dawk il-fornituri jew professjonisti tal-kura tas-saħħa meta tittieħed azzjoni regolatorja kontra r-reġistrazzjoni tagħhom jew kontra d-dritt tagħhom li jagħtu servizzi.

Emenda  89

Proposta for a direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt a

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(a) huma limitati għall dak li huwa meħtieġ u proporzjonat għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u mhumiex diskriminatorji, jew

(a) ma jkunux limitati għal dak li huwa meħtieġ, ma jkunux proporzjonati għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u ma jkunux diskriminatorji, jew

Ġustifikazzjoni

Din is-sentenza mhix korretta fil-verżjoni tal-Kummissjoni. Il-punt (a) jniżżel l-eċċezzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri li ma joqogħdux mar-regola ġenerali: il-projbizzjoni ta' kwalunkwe limitu fuq l-għarfien ta' preskrizzjoni individwali hi aċċettata f'każijiet fejn il-preskrizzjonijiet ma jkunux limitati għal dak li jkun meħtieġ u proporzjonat bil-għan li titħares is-saħħa tal-bniedem, jew fejn ikunu diskriminatorji.

Emenda  90

Proposta for a direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

1a. Ir-rikonoxximent tal-preskrizzjoni maħruġa minn Stat Membru ieħor m'għandhiex timplika bidla fid-dritt ta' Stat Membru li jiddetermina l-benefiċċji li l-Istati Membri stess jiddeċiedu li jagħtu.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda mhix intenzjonata biex tneħħi l-validità tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, li jippermetti lill-Istati Membri li jiddeterminaw liema benefiċċji jagħtu.

Emenda  91

Proposta for a direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1 b (ġdid)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Il-ħlas lura fir-rigward ta' preskrizzjoni individwali għandu jkun ibbażat biss fuq dispożizzjonijiet relevanti tal-Istat Membru ta' affiljazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-kwistjoni tal-għarfien reċiproku tal-preskrizzjonijiet trid tiġi ċċarata flimkien mal-kwistjoni tal-ħlas lura. Huwa importanti li l-ħlas lura jkun possibbli biss għall-prodotti mediċinali li jagħmlu parti mill-pakkett ta' benefiċċji fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni tal-pazjent.

Emenda  92

Proposta for a direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1 c (ġdid)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

 

1c. L-Istat Membru ta' affiljazzjoni għandu jkun obbligat iħallas lura l-ispejjeż ta' riċetta medika minn Stat Membru ieħor biss jekk dawn l-ispejjeż jiġu koperti wkoll fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni (eżempju, skont kodiċi ta' rimborż jew lista pożittiva).

Ġustifikazzjoni

Inkella jkun hemm kontraddizzjoni mal-Artikolu 11.

Emenda  93

Proposta for a direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt a

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(a) miżuri li jippermettu lil spiżjara jew professjonisti tas-saħħa oħrajn li jivverfikaw l-awtentiċità tal-preskrizzjoni u jekk il-preskrizzjoni ħarġitx fi Stat Membru ieħor minn persuna awtorizzata permezz tal-iżvilupp ta’ mudell ta’ preskrizzjoni Komunitarja, u li jappoġġjaw l-interoperabbiltà tal-preskrizzjonijiet-e;

(a) miżuri li jippermettu li spiżjara jew professjonisti tas-saħħa oħrajn jivverfikaw l-awtentiċità tal-preskrizzjoni u jekk il-preskrizzjoni ħarġitx fi Stat Membru ieħor minn persuna awtorizzata permezz tal-iżvilupp ta’ mudell ta’ preskrizzjoni Komunitarja standardizzata, u li jappoġġjaw l-interoperabbiltà tal-preskrizzjonijiet elettroniċi;

Ġustifikazzjoni

Il-monitoraġġ ta' tendenzi u xejriet fir-rigward ta' inċidenti jew nuqqasijiet tas-sistemi fejn tidħol il-kura transkonfinali tippermetti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex jidentifikaw uħud mill-problemi li jinqalgħu b'riżultat tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda  94

Proposta for a direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt b

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(b) miżuri li jiżguraw li l-prodotti mediċinali preskritti fi Stat Membru u użati f’ieħor huma identifikati b’mod korrett u li t-tagħrif lill-pazjenti dwar il-prodott jista' jinftiehem;

(b) miżuri li jiżguraw li l-prodotti mediċinali preskritti fi Stat Membru u użati f’ieħor huma identifikati b’mod korrett u li t-tagħrif lill-pazjenti dwar il-prodott jista' jinftiehem; preskrizzjonijiet maħruġa bl-użu ta' din il-formola Komunitarja jridu jiġu fformulati skont is-sistema ta' denominazzjoni internazzjonali mhix brevettata (INN);

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikunu jinftiehmu fi kwalunkwe post fl-Ewropa, il-preskrizzjonijiet maħruġa abbażi tal-formola Komunitarja għandhom jużaw lingwa komuni, is-sistema ta' denominazzjoni internazzjonali mhix brevettata (INN), li tidentifika l-prodotti mediċinali bil-kompożizzjoni molekulari tagħhom u mhux permezz tal-ismijiet kummerċjali tagħhom, li jistgħu jvarjaw minn pajjiż għall-ieħor.

Emenda  95

Proposta for a direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt c

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(c) miżuri li jeskludu kategoriji speċifiċi ta’ prodotti mediċinali mir-rikonoxximent ta’ preskrizzjonijiet stipulati f'dan l-artikolu fejn meħtieġ sabiex titħares is-saħħa pubblika.

(c) miżuri li jeskludu kategoriji speċifiċi ta’ prodotti mediċinali mill-għarfien tal-preskrizzjonijiet stipulati f'dan l-artikolu meta japplikaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 t'hawn fuq jew fejn meħtieġ sabiex titħares is-saħħa pubblika.

Ġustifikazzjoni

Fl-interess ta' ċarezza akbar, huwa mixtieq li jitfakkru l-kundizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri li ma jipprojbixxu l-ebda limitu dwar l-għarfien ta' preskrizzjoni individwali.

Emenda  96

Proposta for a direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt c a (ġdid)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(ca) miżuri li jiżguraw li l-preskrizzjoni maħruġa u t-tagħrif mogħti dwar prodotti mediċinali ordnati fi preskrizzjonijiet ikunu aċċessibbli għal persuni b'diżabilità.

Emenda  97

Proposta for a direttiva

Artikolu 15 a (ġdid)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

Zoni ta' prova

Sabiex, fil-ġejjieni, titwaqqaf politika dwar il-kura li tkun effettiva kemm jista' jkun, il-Kummissjoni għandha taħtar reġjuni qrib il-fruntieri bħala zoni ta' prova fejn inizjattivi innovattivi marbuta mal-kura transkonfinali jistgħu jiġu ppruvati, analizzati u evalwati bir-reqqa.

Emenda  98

Proposta for a direttiva

Artikolu 15 - paragrafu 1

Test tal-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp tan-netwerks ta’ referenza Ewropej tal-provvedituri tal-kura tas-saħħa. Dawn in-netwerks għandhom f’kull waqt ikunu miftuħa għal provvedituri tal-kura tas-saħħa ġodda li jistgħu jixtiequ jingħaqdu magħhom, dan sakemm provvedituri tal-kura tas-saħħa tali jissodisfaw il-kundizzjonijiet u l-kriterji kollha meħtieġa.

1. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp tan-netwerks ta’ referenza Ewropej tal-provvedituri tal-kura tas-saħħa u jsaħħu l-esperjenza ta' koperazzjoni fir-rigward tal-kura tas-saħħa fost il-gruppi Ewropej ta' koperazzjoni transkonfinali. Dawn in-netwerks għandhom f’kull waqt ikunu miftuħa għal provvedituri tal-kura tas-saħħa ġodda li jistgħu jixtiequ jingħaqdu magħhom, dan sakemm provvedituri tal-kura tas-saħħa tali jissodisfaw il-kundizzjonijiet u l-kriterji kollha meħtieġa.

Ġustifikazzjoni

Fil-livell ta' koperazzjoni transkonfinali dwar is-saħħa, l-EGCC huwa strument importanti u li diġà jeżisti. L-aħjar prattiki mill-EGCC jistgħu jintużaw biex ikun hemm aktar żviluppi fil-qasam ta' din id-direttiva.

Emenda  99

Proposta for a direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt f a (ġdid)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(fa) li jgħinu biex jiġi żgurat aċċess effettiv għal kulħadd għall-kura tas-saħħa, b'mod partikulari bl-iskop li jiġu miġġielda inugwaljanzi fir-risultati tal-kura tas-saħħa, kemm fl-Istati Membri u kemm bejniethom;

Ġustifikazzjoni

Dan huwa wieħed mill-elementi ċentrali tal-politiki għall-kura tas-saħħa.

Emenda  100

Proposta for a direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt f b (ġdid)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

(fb) li jistabbilixxu database tal-fornituri kollha tal-kura tas-saħħa u informazzjoni dwar speċjalizzazzjonijiet speċifiċi sabiex tiġi stabbilita lista ta' ċentri ta' eċċellenza;

Ġustifikazzjoni

Dan jista' jgħin lill-pazjenti biex jagħmlu l-għażla t-tajba ta' sptar speċifiku.

Emenda          101

Proposta for a direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri li jixtru servizzi tas-saħħa elettroniċi minn fornituri jew professjonisti fi Stati Membri oħra għandhom jiżguraw li dawn il-fornituri u l-professjonisti jkunu regolati kif xieraq u kkwalifikati u li jkunu wrew, permezz tal-awtorità kompetenti rilevanti, li huma adatti biex jipprattikaw u jipprovdu servizzi tas-saħħa elettroniċi.

Emenda 102

Proposta for a direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test tal-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiġbru data statistika u data oħra meħtieġa għal finijiet ta' monitoraġġ dwar il-provvista ta' kura tas-saħħa transkonfinali, il-fornituri u l-pazjenti tagħha, u l-ispejjeż u l-eżiti. Għandhom jiġbru din id-data bħala parti mis-sistemi ġenerali tagħhom għall-ġbir tad-data dwar il-kura tas-saħħa, f’konformità mal-liġi nazzjonali u Komunitarja għall-produzzjoni ta' statistiċi u dwar il-ħarsien ta' data personali.

1. L-Istati Membri għandhom jiġbru data statistika u data oħra meħtieġa għal finijiet ta' monitoraġġ dwar il-provvista ta' kura tas-saħħa transkonfinali, il-fornituri u l-pazjenti tagħha, u l-ispejjeż u l-eżiti. Huma għandhom jimmoniterjaw ukoll it-tendenzi u x-xejriet fir-rigward ta' inċidenti jew nuqqasijiet tas-sistemi fejn tidħol il-kura transkonfinali. Għandhom jiġbru din id-data bħala parti mis-sistemi ġenerali tagħhom għall-ġbir tad-data dwar il-kura tas-saħħa, f’konformità mal-liġi nazzjonali u Komunitarja għall-produzzjoni ta' statistiki u dwar il-ħarsien ta' data personali.

Ġustifikazzjoni

Il-monitoraġġ ta' tendenzi u xejriet fir-rigward ta' inċidenti jew nuqqasijiet tas-sistemi fejn tidħol il-kura transkonfinali tippermetti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex jidentifikaw uħud mill-problemi li jistgħu jinqalgħu b'riżultat tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda  103

Proposta for a direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

1a. L-iskop ta' dak il-ġbir ta' data huwa biex jiġi evalwat jekk din id-Direttiva tikkontribwixxix għall-mobilità tal-pazjenti, il-kwalità tal-kura tas-saħħa b'mod ġenerali u l-prinċipji ta' aċċess għal kulħadd.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jiġi enfasizzat li, b'kunsiderazzjoni għall-iskop tad-Direttiva, id-data li tinġabar għandha tgħin fl-evalwazzjoni dwar jekk id-direttiva tilħaqx l-iskop tagħha. Dan għandu jkun ukoll wieħed mill-elementi prinċipali tar-rapport (Artikolu 20).

Emenda  104

Proposta for a direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

3a. Il-ġbir ta' data fil-kuntest ta' dan l-Artikolu għandu jsir b'koperazzjoni mill-qrib mal-ġbir ta' data previst mill-Kummissjoni Amministrattiva dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti.

Ġustifikazzjoni

Il-koperazzjoni mill-qrib dwar il-ġbir ta' data skont din id-Direttiva u l-ġbir ta' data skont ir-regoli dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta' sigurtà soċjali jippermettu viżjoni aktar komprensiva tal-flussi transkonfinali ta' persuni fil-qasam tal-kura tas-saħħa.

Emenda  105

Proposta for a direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test tal-Kummissjoni

Emenda

2a. Il-Kummissjoni se tiżgura li jinġabar it-tagħrif meħtieġ biex tinkiseb stampa ċara tal-flussi transkonfinali ta' pazjenti u ta' professjonisti sabiex ikunu jistgħu jiġu indirizzati b'ħeffa l-effetti ħżiena u sabiex ikunu inkoraġġiti l-effetti pożittivi. Il-Kummissjoni għandha tinkludi dan it-tagħrif fir-rapport li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1.

PROĊEDURA

Titolu

Id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali

Referenzi

COM(2008)0414 – C6-0257/2008 – 2008/0142(COD)

Kumitat responsabbli

ENVI

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

2.9.2008

 

 

 

Kumitat(i) assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

23.9.2008

 

 

 

Rapporteur

Data tal-ħatra

Iles Braghetto

9.9.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

26.1.2009

10.2.2009

 

 

Data tal-adozzjoni

2.3.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

2

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Andersson, Edit Bauer, Iles Braghetto, Philip Bushill-Matthews, Milan Cabrnoch, Alejandro Cercas, Luigi Cocilovo, Jean Louis Cottigny, Jan Cremers, Richard Falbr, Joel Hasse Ferreira, Roger Helmer, Karin Jöns, Jean Lambert, Bernard Lehideux, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Siiri Oviir, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Rovana Plumb, Bilyana Ilieva Raeva, Elisabeth Schroedter, Gabriele Stauner, Ewa Tomaszewska, Anne Van Lancker, Gabriele Zimmer

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Françoise Castex, Gabriela Creţu, Donata Gottardi, Anna Ibrisagic, Rumiana Jeleva, Sepp Kusstatscher, Jamila Madeira, Viktória Mohácsi, Georgios Toussas

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Glenn Bedingfield, Herbert Bösch, Maddalena Calia, Ljudmila Novak, Gianluca Susta, Silvia-Adriana Ţicău

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur(*) (10.3.2009)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar the application of patients' rights in cross-border healthcare
(COM(2008)0414 – C6‑0257/2008 – 2008/0142(COD))

Rapporteur għal opinjoni(*): Bernadette Vergnaud

(*)       Associated committees - Rule 47 of the Rules of Procedure

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Is-servizzi tal-kura tas-saħħa kienu esklużi mid-Direttiva dwar is-servizzi minħabba li huma missjonijiet ta' interess ġenerali u li dwarhom għandha ssir leġiżlazzjoni speċifika li tiġġarantixxi r-rispett assolut tal-prinċipji tal-aċċess ugwali, tal-kwalità, tas-sigurtà u tas-solidarjetà.

Is-saħħa ma tistax tkun meqjusa bħala prodott ordinarju tas-suq intern minħabba li s-servizzi tal-kura tas-saħħa jipparteċipaw b'mod sħiħ għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni Ewropea.

Direttiva dwar id-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura transkonfinali għalhekk għandha tiżgura li ma tkunx strument tal-promozzjoni ta' "turiżmu mediku", li jekk ikun żviluppat, jista' joħloq inugwaljanza reali għall-kura u jwassal għal sistema tas-saħħa fuq żewġ binarji li minnha jkunu jistgħu jibbenefikaw l-iktar il-pazjenti infurmati u dawk l-iktar komdi finanzjarjament.

Skont it-Trattati li jiggarantixxu l-libertajiet fundamentali tal-moviment, u f'dak li jikkonċerna l-prinċipju ta' sussidjarjetà li jirrikonoxxi li kull Stat Membru għandu l-kompetenza li jorganizzja, jmexxi u jiffinanzja is-sistema tas-saħħa u tal-protezzjoni soċjali tiegħu, l-Unjoni Ewropea tista' madanakollu twassal għal valur miżjud ieħor fil-qafas tal-mobilità tal-pazjenti. Il-kumplessità, il-varjetà u l-ispeċifiċità tas-sistemi tas-saħħa jirrikjedu koperazzjoni massima fost l-Istati fl-oqsma tar-riċerka, tal-informazzjoni medika u amministrattiva kif ukoll riflessjoni profonda dwar l-artikulazzjoni li teżisti bejn l-ispeċifiċitajiet sabiex tkun żgurata sigurtà ġuridika, kemm għall-pazjenti u kemm għall-professjonisti tas-saħħa u tal-persuni li joffru servizzi tal-kura tas-saħħa.

Il-proposta tal-Kummissjoni ma ssolvix ħlief parzjalment din il-formula billi sempliċiment tikkodifika d-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja li huma preċiżament il-konsegwenza ta' vojt ġuridiku magħruf !

F'dak li jirrigwarda d-definizzjoni tal-kunċetti ewlenin (kura fl-isptarijiet u barra l-isptarijiet, provvediment tas-saħħa, żmien raġonevoli, preġudizzju, ...) preċiżjonijiet rigward l-artikulazzjoni bejn id-Direttiva u r-Regoli eżistenti (1408/71 u 883/2004), il-kunsiderazzjoni tal-kontinwità tal-kura u tar-responsabilitajiet f'każ ta' kumplikazzjonijiet eventwali wara operazzjonijiet jew saħansitra r-rikonoxximent reċiproku tal-preskrizzjonijiet, it-test huwa totalment insuffiċjenti u jżid l-inċertezza ġuridika minflok ineħħiha.

Huwa importanti li jkunu kjarifikati r-regoli tat-tariffi u r-rimborż, kif ukoll il-kundizzjonijiet li jirregolaw is-sistema tat-talba ta' awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istati Membri sabiex ikun garantit li l-ispejjeż għall-kura tas-saħħa jkunu kkunsidrati u għalhekk biex ma jinħolqux inugwaljanzi bejn il-pazjenti.

Awtorizzazzjoni minn qabel għandha tkun ikkunsidrata bħal opportunità għall-pazjenti biex ikunu infurmati u mogħtija parir meta jkunu qed ifittxu l-iktar kura xierqa, skont il-prinċipju kontra d-diskriminazzjoni, iktar milli bħala ostakolu għall-mobilità.

Barra minn hekk, hija tiżgura l-preservazzjoni tal-funzjonijiet essenzjali tas-servizzi pubbliċi tas-saħħa, jiġifieri, l-koeżjoni soċjali u territorjali u ż-żamma tal-bilanċ finanzjarju tal-iskemi pubbliċi tas-sigurtà soċjali li huma garanti ta' politika ta' solidarjetà fil-qasam tas-saħħa.

Għall-kura tas-saħħa li mhix suġġetta għal awtorizzazzjoni, dikjarazzjoni minn qabel għandha tippermetti l-verifika li pazjent ikun irċieva l-informazzjoni neċessarja kollha qabel it-tluq tiegħu.

F'kuntest ta' popolazzjoni dejjem tixjieħ, sitwazzjoni li timplika diffikultà biex wieħed jiddistingwi bejn dak li hu mediku u dak li hu soċjali, huwa importanti li jkun ikkunsidrat il-kunċett ta' kura tas-saħħa fit-tul minħabba li diversi Stati huma affettwati minn din il-problema.

L-artikulazzjoni bejn il-mobilità tal-pazjenti u l-problematika ta' professjonisti tas-saħħa hija assolutament neċessarja minħabba r-rabta qawwija li teżisti bejn iż-żewġ partijiet biex ikunu assigurati kemm il-kwalità u s-sigurtà tal-kura tas-saħħa u kemm li jkun żgurat li ma jkunx hemm żbilanċ fid-demografija medika f'ċerti Stati Membri. Dan in-nuqqas ta' ħsieb simultanju dwar is-sitwazzjoni tal-professjonisti, dwar it-taħriġ tagħhom u r-rikonoxximent tal-kwalifiki tagħhom toħloq defiċenza li tagħmel ħsara lill-pazjenti nfushom, minħabba li d-Direttiva tal-2005 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali mhix adattata għas-settur tas-saħħa.

Is-saħħa pubblika hija ċavetta tal-iżvilupp ekonomiku. Hija tippermetti li ċ-ċittadini jinfurmaw lilhom infushom aħjar u jfittxu kura aħjar, mingħajr ma tiffavorixxi la l-konsumeriżmu u lanqas it-turiżmu mediku, b'viżjoni iktar solidari u iktar integrali tad-drittijiet tal-pazjenti, mingħajr ma żżid l-inugwaljanzi soċjali u territorjali, billi tkun żgurata ċerta sigurtà ġuridika għall-pazjenti bħal tal-professjonisti, billi s-sistemi ta' sigurtà soċjali tagħna jsiru sostenibbli u billi jkun massimizzat u reċiprokat il-progress tar-riċerka: dawn huma l-isfidi tal-UE f'qasam fundamentali tal-mudell soċjali Ewropew, sabiex kull ċittadin iqis l-Ewropa bħala soluzzjoni u mhux bħala problema fil-ħajja ta' kuljum tiegħu.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji ġenerali tal-liġi kif rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Id-dritt għall-aċċess għall-kura tas-saħħa u d-dritt li tibbenefika minn trattament mediku taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi u l-prassi nazzjonali huma rikonoxxuti mill-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod speċifiku, din id-Direttiva trid tiġi implimentata u applikata b’rispett għad-drittijiet għall-ħajja privata u tal-familja, il-ħarsien ta' data personali, l-ugwaljanza quddiem il-liġi u l-prinċipju tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni u d-dritt ta' rimedju effettiv u proċess ġust, skond il-prinċipji ġenerali tal-liġi, kif imniżżla fl-Artikoli 7, 8, 20, 21, 47 tal-Karta.

(3) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji ġenerali tal-liġi kif rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Id-dritt għall-aċċess għall-kura tas-saħħa u d-dritt li tibbenefika minn trattament mediku taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi u l-prassi nazzjonali huma rikonoxxuti mill-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod speċifiku, din id-Direttiva trid tiġi implimentata u applikata b’rispett għad-drittijiet għall-ħajja privata u tal-familja, il-ħarsien ta’ dejta personali, l-ugwaljanza quddiem il-liġi u l-prinċipju tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni, l-għażliet etiċi fundamentali tal-Istati Membri u d-dritt ta’ rimedju effettiv u proċess ġust, skond il-prinċipji ġenerali tal-liġi, kif imniżżla fl-Artikoli 7, 8, 20, 21, 47 tal-Karta.

Ġustifikazzjoni

Concerns have been raised that ethically controversial medical "services" like euthanasia, DNA-testing or IVF maybe have to be financed by the Member States even if the relevant service is not allowed, or at least not financed, in the relevant Member States. For services which are clearly illegal, like euthanasia, there should be no doubt, but it may be helpful to clarify this point. In other areas, like DNA-testing, the situation is more complicated because it is not banned in any Member State but the conditions are quite different (for example obligation to do counselling before testing).

Emenda  2

Proposta għal Direttiva

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Din id-Direttiva tirrispetta u ma tippreġudikax il-libertà ta’ kull Stat Membru biex jiddeċiedi x’tip ta’ kura tas-saħħa jikkunsidra li hija approprjata. Ebda dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva m’għandha tkun interpretata b’mod li twaqqa’ l-għażliet etiċi fundamentali tal-Istati Membri, b’mod partikolari rigward il-protezzjoni tad-dritt għall-ħajja ta’ kull bniedem.

Ġustifikazzjoni

Concerns have been raised that ethically controversial medical "services" like euthanasia, DNA-testing or IVF maybe have to be financed by the Member States even if the relevant service is not allowed, or at least not financed, in the relevant Member States. For services which are clearly illegal, like euthanasia, there should be no doubt, but it may be helpful to clarify this point. In other areas, like DNA-testing, the situation is more complicated because it is not banned in any Member State but the conditions are quite different (for example obligation to do counselling before testing).

Emenda  3

Proposta għal Direttiva

Premessa 5 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b) Skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizza tal-UE, il-pazjenti u dawk li jipprovdu l-kura għandhom id-dritt li jmorru fi kwalunkwe Stat Membru għal assistenza medika. Huwa għalhekk ta’ importanza kbira li ċaqliq transkonfinali ta’ pazjenti u servizzi tas-saħħa transkonfinali għandu jkun kemm jista’ jkun ostakolat mill-inqas fl-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

L-istandards komuni tas-suq intern għandu dejjem ikunu mogħtija prijorità. Għalkemm is-sistemi ta’ kura huma suġġett f’idejn l-Istati Membri, pazjenti u provvedituri tal-kura jiċċaqalqu fuq il-fruntiera, għalhekk l-Unjoni Ewropea hemm bżonn li tkun attiva f’dawn l-oqsma. Fl-istess ħin, dan iċ-ċaqliq ta’ pazjenti u ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa għandu jkun ostakolatkemm jista’ jkun mill-inqas sabiex jiggarantixxi l-moviment ħieles tal-persuni fl-Unjoni Ewropea.

Emenda  4

Proposta għal Direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Din id-direttiva għandha l-għan li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-provvediment ta’ kura tas-saħħa transkonfinali sigura, ta’ kwalità għolja u effiċjenti fil-Komunità u li tiżgura l-moviment tal-pazjenti u l-libertà tal-provvediment tal-kura tas-saħħa u livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa, filwaqt li tirrispetta kompletament ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għat-tifsira tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali relatati mas-saħħa u l-organizzazzjoni u l-għoti ta' kura tas-saħħa u kura medika u benefiċċji tas-sigurtà soċjali b’mod partikolari għall-mard.

(8) Din id-direttiva għandha l-għan li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-provvediment ta’ kura tas-saħħa transkonfinali sigura, ta’ kwalità għolja u effiċjenti fil-Komunità, li tiżgura l-moviment tal-pazjenti u l-libertà tal-provvediment tal-kura tas-saħħa u livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa u li tiffaċilita l-provvista ta’ kura tas-saħħa transkonfinali, filwaqt li tirrispetta kompletament ir-responsabiltajiet tal-Istati Membri għat-tifsira tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali relatati mas-saħħa u l-organizzazzjoni u l-għoti ta' kura tas-saħħa u kura medika u benefiċċji tas-sigurtà soċjali b’mod partikolari għall-mard.

Ġustifikazzjoni

Leġiżlazzjoni li timmira li tindirizza l-applikazzjoni ta’ drittijiet tal-pazjenti għal kura tas-saħħa transkonfinali għandha tkun ċara fir-rikonoxximent tal-benefiċċji, f’ċertu ċirkostanzi, ta’ kura tas-saħħa transkonfinali. Dan huwa l-każ speċjalment fil-qasam ta’ mard rari, li trattament ta’ kwalità għalihom jista’ ma jkunx disponibbli fil-konfini ta’ stat membru partikolari.

Emenda  5

Proposta għal Direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, il-kunċett ta’ “kura tas-saħħa transkonfinali” ikopri l-metodi ta' provvista ta' kura tas-saħħa kif ġej:

(10) Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, il-kunċett ta’ “kura tas-saħħa transkonfinali” għandu jfisser:

- L-użu tal-kura tas-saħħa barra mill-pajjiż (jiġifieri: pazjent li jmur għand provveditur tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor għal trattament); l-hekk imsejħa ‘mobbiltà tal-pazjent’;

- Il-pazjent iżur fiżikament provveditur tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru li mhux dak li fih għandu affiljazzjoni tas-sigurtà soċjali bl-intenzjoni li jfittex servizzi tas-saħħa hemmhekk; l-hekk imsejħa ‘mobbiltà tal-pazjent’;

- Provvediment transkonfinali ta’ kura tas-saħħa (jiġifieri: twassil ta’ servizz minn territorju ta’ Stat Membru fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor); bħas-servizzi telemediċi, djanjosi remota u preskrizzjoni, servizzi tal-laboratorji;

 

- Is-servizz tas-saħħa nnifsu jaqsam il-fruntieri virtwalment jew mod ieħor: il-pazjent ma jmurx fiżikament fi Stat Membru ieħor iżda madankollu jirċievi servizzi tas-saħħa mit-territorju ta’ Stat Membru li mhux dak li fih għandu affiljazzjoni tas-sigurtà soċjali, bħal telekirurġija, kunsultazzjoni medika, ħruġ ta’ preskrizzjoni u servizzi remoti tal-laboratorji; dan huwa dak li jirreferu għalih bħala ‘telemediċina’;

- Il-preżenza permanenti ta’ provveditur ta’ kura tas-saħħa (jiġifieri: il-ħolqien tal-provveditur tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor); kif ukoll,

- Il-preżenza permanenti ta’ provveditur ta’ kura tas-saħħa (jiġifieri: il-ħolqien tal-provveditur tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor); kif ukoll,

- Il-preżenza temporanja ta’ persuni (jiġifieri: il-mobbiltà tal-professjonisti tas-saħħa, pereżempju li jmorru temporanjament fl-Istat Membru tal-pazjent biex jipprovdu s-servizzi).

- Il-preżenza temporanja ta’ persuni (jiġifieri: il-mobbiltà tal-professjonisti tas-saħħa, pereżempju li jmorru temporanjament fl-Istat Membru tal-pazjent biex jipprovdu s-servizzi);

 

- Ix-xiri ta’ prodotti konnessi mal-kura tas-saħħa, bħal mekkaniżi mediċi u mediċini, fi Stat Membru li mhux dak li fih ix-xerrej għandu affiljazzjoni tas-sigurtà soċjali; dan jista’ jkun, iżda mhux neċessarjament, akkompanjat mill-moviment fiżiku tal-pazjent għall-Istat Membru tal-aħħar.

Ġustifikazzjoni

L-ewwel parti tal-emenda hija maħsuba biex ittejjeb il-formulazzjoni. It-tieni parti tirreferi għax-xiri ta’ prodotti marbuta mal-kura tas-saħħa li kienu s-suġġett, inter alia, tas-Sentenza Decker, li għandha tkun inkorporata f’direttiva maħsuba biex tikkodifika is-sentenzi Kohll u Decker.

Emenda  6

Proposta għal Direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Kif rikonoxxut mill-Istati Membri fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-valuri u l-prinċipji komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea, jeżisti sett ta' prinċipji operattivi li huma komuni fis-sistemi tas-saħħa madwar il-Komunità. Dawn il-prinċipji operattivi jinkludu l-kwalità, is-sigurtà, kura li hija msejsa fuq evidenza u etika, l-involviment tal-pazjent, rimedji, id-dritt fundamentali għall-privatezza fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali, u l-kunfidenzjalità. Pazjenti, professjonisti u awtoritajiet responsabbli mis-sistemi tas-saħħa jridu jaraw li dawn il-prinċipji komuni huma rispettati u li qed jiġu pprovduti strutturi għall-implimentazzjoni tagħhom madwar il-Komunità. Għalhekk huwa xieraq li jkun meħtieġ li huma l-awtoritajiet tal-Istat Membru li qed tingħata l-kura tas-saħħa fit-territorju tiegħu, li huma responsabbli għall-iżgurar tal-konformità ma' dawn il-prinċipji operattivi. Dan huwa meħtieġ biex tkun żgurata l-fiduċja tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali, li minnha nnifisha hija meħtieġa għall-kisba tal-mobbiltà tal-pazjenti u l-moviment ħieles tal-provvediment tal-kura tas-saħħa fis-suq intern, kif ukoll livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa.

(11) Kif rikonoxxut mill-Istati Membri fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-valuri u l-prinċipji komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea, jeżisti sett ta’ prinċipji operattivi li huma komuni fis-sistemi tas-saħħa madwar il-Komunità. Dawn il-prinċipji operattivi jinkludu l-kwalità, is-sigurtà, kura li hija msejsa fuq evidenza u etika, l-involviment tal-pazjent, rimedji, id-dritt fundamentali għall-privatezza fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali, u l-kunfidenzjalità. Pazjenti, professjonisti u awtoritajiet responsabbli mis-sistemi tas-saħħa jridu jaraw li dawn il-prinċipji komuni huma rispettati u li qed jiġu pprovduti strutturi għall-implimentazzjoni tagħhom madwar il-Komunità. Għalhekk huwa xieraq li jkun meħtieġ li huma l-awtoritajiet tal-Istat Membru li qed tingħata l-kura tas-saħħa fit-territorju tiegħu, li huma responsabbli għall-iżgurar tal-konformità ma’ dawn il-prinċipji operattivi. Dan huwa meħtieġ biex tkun żgurata l-fiduċja tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali, li minnha nnifisha hija meħtieġa għall-kisba tal-mobbiltà tal-pazjenti u l-moviment ħieles tal-provvediment tal-kura tas-saħħa fis-suq intern, kif ukoll livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa. Skont dawn il-valuri komuni huwa madankollu aċċettat li l-Istati Membri jieħdu deċiżjonijiet differenti għal raġunijiet etiċi rigward id-disponibiltà ta’ ċertu trattamenti u l-kundizzjonijiet konkreti ta’ aċċess. Din id-Direttiva hija bla ħsara għad-diversità tal-etika. Ma timponix fuq l-Istati Membri biex jagħmlu trattamenti u servizzi aċċessibbli għat-territorju tagħhom jew biex jirrimborżaw spejjeż għal dawk it-trattamenti (li kienu riċevuti fi Stat Membru ieħor) li mhumiex awtorizzati skond liġijiet, regolamenti u kodiċi ta’ kondotta nazzjonali tal-professjonijiet mediċi.

Ġustifikazzjoni

Concerns have been raised that ethically controversial medical "services" like euthanasia, DNA-testing or IVF maybe have to be financed by the Member States even if the relevant service is not allowed, or at least not financed, in the relevant Member States. For services which are clearly illegal, like euthanasia, there should be no doubt, but it may be helpful to clarify this point. In other areas, like DNA-testing, the situation is more complicated because it is not banned in any Member State but the conditions are quite different, for example obligation to do counselling before testing is necessary in one Member State and not in the other.

Emenda  7

Proposta għal Direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Id-dritt għall-ħlas lura tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor mill-iskema ta’ sigurtà soċjali statutorja ta' pazjenti bħala persuni assigurati ġie rikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja f'bosta sentenzi. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-ħelsien tal-għoti tas-servizzi jinkludi l-ħelsien għar-riċevituri tal-kura tas-saħħa, inklużi persuni li jeħtieġu trattament mediku, li jmorru fi Stat Membru ieħor sabiex jirċivuh hemmhekk. L-istess japplika għar-riċevituri tal-kura tas-saħħa li jkunu qed ifittxu kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor permezz ta' mezzi oħrajn, pereżempju permezz tas-servizzi s-saħħa-e. Filwaqt li l-liġi Komunitarja ma tnaqqasx mis-setgħa tal-Istati Membri li jorganizzaw il-kura tas-saħħa u s-sistemi tas-sigurtà soċjali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-liġi Komunitarja meta jeżerċitaw din is-setgħa, b'mod partikolari mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-ħelsien tal-provvediment tas-servizzi. Dawk id-dispożizzjonijiet jipprojbixxu lill-Istati Membri milli jintroduċu jew iżommu restrizzjonijiet mhux iġġustifikati dwar l-eżerċizzju ta' dak il-ħelsien fis-settur tal-kura tas-saħħa.

(18) Id-dritt għall-ħlas lura tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa mogħtija jew ta’ prodotti mixtrija marbuta mal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor mill-iskema ta’ sigurtà soċjali statutorja li huma affiljati miegħu l-pazjenti ġie rikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja f’bosta sentenzi. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-ħelsien tal-għoti tas-servizzi u prodotti jinkludi l-ħelsien għall-pazjenti li deliberatament jirċievu servizzi tal-kura tas-saħħa u deliberatament jixtru prodotti marbuta mal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor. L-istess japplika għar-riċevituri tal-kura tas-saħħa li jkunu qed ifittxu servizzi tal-kura tas-saħħa permezz ta’ telemediċini minn Stat Membru li mhux dak fejn għandhom affiljazzjoni tas-sigurtà soċjali. Filwaqt li l-liġi Komunitarja ma tnaqqasx mis-setgħa tal-Istati Membri li jorganizzaw il-kura tas-saħħa u s-sistemi tas-sigurtà soċjali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-liġi Komunitarja meta jeżerċitaw din is-setgħa, b’mod partikolari mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-ħelsien tal-provvediment tas-servizzi u prodotti. Dawk id-dispożizzjonijiet jipprojbixxu lill-Istati Membri milli jintroduċu jew iżommu restrizzjonijiet mhux iġġustifikati dwar dawn il-libertajiet.

Gustifikazzjoni

Din il-premessa tapplika mhux biss għal servizzi iżda wkoll għax-xiri ta’ prodotti fil-kuntest ta’ kura tas-saħħa transkonfinali. L-emenda tifformula l-premessa aħjar ukoll.

Emenda  8

Proposta għal Direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Huwa xieraq li jkun meħtieġ ukoll li l-pazjenti li jagħżlu l-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor f'ċirkustanzi għajr għal dawk imbassra għall-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1408/71 għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-prinċipji ta' moviment ħieles tas-servizzi skond it-Trattat u d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Il-pazjenti għandhom jiġu garantiti l-ġarr tal-ispejjeż ta' din il-kura tas-saħħa mill-anqas fil-livell mogħti għall-istess kura tas-saħħa, jew waħda simili, fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni tagħhom. Dan jirrispetta fis-sħiħ ir-responsabbilta tal-Istati Membri li jistabbilixxu l-livell tal-kopertura għall-mard disponibbli għaċ-ċittadini tagħhom u jipprevjeni kull effett sinifikanti fuq il-finanzjament tas-sistemi tal-kura tas-saħħa nazzjonali. L-Istati Membri, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, xorta waħda jistgħu jipprovdu għall-ħlas lura tal-ispejjeż tat-trattament fil-livell tat-tariffi fis-seħħ fl-Istat Membru tat-trattament jekk dan huwa ta' benefiċċju akbar għall-pazjent. Dan jista’ jkun il-każ b’mod partikolari għal kull trattament mogħti permezz tan-netwerks ta’ referenza Ewropej kif imsemmi fl-Artikolu 15 ta’din id-Direttiva.

(21) Huwa xieraq li jkun meħtieġ ukoll li l-pazjenti li jagħżlu l-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor f'ċirkustanzi għajr għal dawk imbassra għall-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1408/71 għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-prinċipji ta’ moviment ħieles tas-servizzi u prodotti skond it-Trattat u d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Il-pazjenti għandhom jiġu garantiti l-ġarr tal-ispejjeż ta’ din il-kura tas-saħħa u dawk il-prodotti mill-anqas fil-livell mogħti għall-istess kura tas-saħħa jew prodotti, jew waħda simili, kieku kienu provduti jew mixtrija fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni tagħhom. Dan jirrispetta bis-sħiħ ir-responsabbilta tal-Istati Membri li jistabbilixxu l-livell tal-kopertura għall-mard disponibbli għaċ-ċittadini tagħhom u jipprevjeni kull effett sinifikanti fuq il-finanzjament tas-sistemi tal-kura tas-saħħa nazzjonali. L-Istati Membri, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, xorta waħda jistgħu jipprovdu għall-ħlas lura tal-ispejjeż tat-trattament fil-livell tat-tariffi fis-seħħ fl-Istat Membru tat-trattament jekk dan huwa ta’ benefiċċju akbar għall-pazjent. Dan jista’ jkun il-każ b’mod partikolari għal kull trattament mogħti permezz tan-netwerks ta’ referenza Ewropej kif imsemmi fl-Artikolu 15 ta’din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Din id-Direttiva tapplika mhux biss għal servizzi iżda wkoll għax-xiri ta’ prodotti fil-kuntest ta’ kura tas-saħħa transkonfinali. L-emenda tifformula l-premessa aħjar ukoll.

Emenda  9

Proposta għal Direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Il-pazjent m’għandu qatt jieħu vantaġġ finanzjarju mill-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor u l-ġarr tal-ispejjeż għandu għalhekk jiġi limitat biss għall-ispejjeż attwali tal-kura tas-saħħa riċevuta.

(24) Il-pazjent m’għandu qatt jieħu vantaġġ finanzjarju mill-kura tas-saħħa mogħtija jew prodotti mixtrija fi Stat Membru ieħor. Il-ġarr tal-ispejjeż għandu għalhekk jiġi limitat biss għall-ispejjeż attwali.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva tapplika mhux biss għal servizzi iżda wkoll għax-xiri ta’ prodotti fil-kuntest ta’ kura tas-saħħa transkonfinali. L-emenda tifformula l-premessa aħjar ukoll.

Emenda  10

Proposta għal Direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Din id-Direttiva m'għandhiex l-għan li toħloq dritt għall-ħlas lura ta’ trattament fi Stat Membru ieħor, jekk trattament tali mhux fost il-benefiċċji pprovduti fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ affiljazzjoni tal-pazjent. Bl-istess mod, din id-Direttiva ma twaqqafx lill-Istati Membri milli jestendu l-iskemi ta’ benefiċċji fi flus tagħhom għal kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor skond id-dispożizzjonijiet tagħha.

(25) Din id-Direttiva m’għandhiex l-għan li toħloq dritt għall-ħlas lura ta’ trattament jew għall-ispejjeż tax-xiri ta’ prodotti fi Stat Membru ieħor, jekk trattament jew prodotti tali mhumiex fost il-benefiċċji pprovduti fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ affiljazzjoni tal-pazjent. Bl-istess mod, din id-Direttiva ma twaqqafx lill-Istati Membri milli jestendu l-iskemi ta’ benefiċċji fi flus tagħhom għal kura tas-saħħa u prodotti mogħtija fi Stat Membru ieħor skond id-dispożizzjonijiet tagħha.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva tapplika mhux biss għal servizzi iżda wkoll għax-xiri ta’ prodotti fil-kuntest ta’ kura tas-saħħa transkonfinali. L-emenda tifformula l-premessa aħjar ukoll.

Emenda  11

Proposta għal Direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Din id-Direttiva tipprovdi ukoll għad-dritt ta' pazjent li jirċievi prodott mediċinali awtorizzat għat-tqegħid fis-suq fl-Istat Membru fejn qed tingħata l-kura tas-saħħa, anke jekk il-prodott mediċinali mhux awtorizzat għat-tqegħid fis-suq fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni, minħabba li dan huwa parti indispensabbli mill-kisba ta’ trattament effettiv fi Stat Membru ieħor.

(27) Din id-Direttiva tipprovdi ukoll għad-dritt ta’ pazjent li jirċievi prodott mediċinali awtorizzat għat-tqegħid fis-suq fl-Istat Membru fejn qed tingħata l-kura tas-saħħa fl-Istat Membru ta’ trattament, anke jekk il-prodott mediċinali mhux awtorizzat għat-tqegħid fis-suq fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni, minħabba li dan huwa parti indispensabbli mill-kisba ta’ dan it-trattament speċifiku u effettiv għall-pazjent fi Stat Membru ieħor.

Ġustifikazzjonijiet

Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u l-konsegwenzi prattiċi fir-rigward tal-provvista ta’ prodotti mediċinali, din id-direttiva m’għandhiex tikser il-prinċipju inkluż fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/83/KE li prodotti mediċinali awtorizzati fl-Istat Membru kkonċernat biss jistgħu jkunu mqiegħda fis-suq.

Emenda  12

Proposta għal Direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Kull kura tas-saħħa li ma titqiesx bħala kura fl-isptar skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Diretttiva għandha titqies bħala kura mhux fl-isptar. Fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-moviment ħieles tas-servizzi, huwa xieraq li ma jiġix stabbilit rekwiżit ta' awtorizzazzjoni minn qabel għal ħlas lura mis-sistema tas-sigurtà soċjali statutorja ta’ Stat Membru ta' affiljazzjoni għal kura mhux fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor. Sakemm il-ħlas lura ta’ kura tali jibqa’ fil-limiti tal-kopertura garantita mill-iskema ta’ assigurazzjoni ta’ mard tal-Istat Membru ta’ affiljazjoni, in-nuqqas ta’ rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni mill-qabel mhux se jfixkel l-ekwilibrju finanzjarju tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali.

(29) Kull kura tas-saħħa li ma titqiesx bħala kura fl-isptar skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Diretttiva u l-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta' affiljazzjoni għandha titqies bħala kura mhux fl-isptar. Fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-moviment ħieles tas-servizzi, huwa xieraq li ma jiġix stabbilit rekwiżit ta' awtorizzazzjoni minn qabel għal ħlas lura mis-sistema tas-sigurtà soċjali statutorja ta’ Stat Membru ta' affiljazzjoni għal kura mhux fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor. L-implimentazzjoni ta' sistema ta' dikjarzzjoni preliminari għall-kura li tingħata barra sptar għandha tippermetti li jkun żgurat li l-pazjent ikun irċieva l-informazzjoni kollha neċessarja qabel it-tluq tiegħu. Sistema bħal din ma tistax tintroduċi l-prinċipju ta' awtorizzazzjoni awtomatika għall-kura li tingħata barra sptar.

Ġustifikazzjoni

B'mod parallel mas-sistema ta' awtorizzazzjoni minn qabel li l-Istati Membri ta' affiljazzjoni jistgħu jistabbilixxu għall-kura speċjalizzata u dik fl-isptarijiet, tista' tiġi stabbilita sistema ta' dikjarazzjoni minn qabel. Il-ħlas ma jistax jiġi rifjutat mill-Istat Membru ta' affiljazzjoni fil-kuntest ta' din il-proċedura, li għandha sempliċment l-għan li tiżgura li l-pazjent ikun irċieva l-informazzjoni kollha neċessarja qabel it-tluq tiegħu.

Emenda  13

Proposta għal Direttiva

Premessa 32 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32a) Awtorizzazzjoni minn qabel għandha tkun miċħuda biss fil-kuntest ta’ proċedura ġusta u trasparenti. Ir-regoli stabbiliti mill-Istati Membri għas-sottomissjoni ta’ rikjesta ta’ awtorizzazzjoni u r-raġunijiet possibbli għal ċaħda għandhom ikunu dikjarati minn qabel. Iċ-ċaħdiet għandhom ikunu limitati għal dak li hu meħtieġ, u għandhom ikunu proporzjonali għall-għanijiet tal-istabbiliment ta’ sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel.

Emenda  14

Proposta għal Direttiva

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-forma ta' dawn il-punti ta' kuntatt nazzjonali kif ukoll dwar kemm se jkun hemm minnhom. Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali jistgħu jiġu wkoll inkorporati fi jew mibnija fuq attivitajiet ta' ċentri tat-tagħrif eżisteni, dan sakemm jiġi indikat b'mod ċar li huma wkoll punti ta' kuntatt nazzjonali għall-kura tas-saħħa transkonfinali. Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali għandu jkollhom il-faċilitajiet xierqa biex jagħtu tagħrif dwar l-aspetti prinċipali tal-kura tas-saħħa transkonfinali u biex jagħtu għajnuna prattika lill-pazjenti fejn ikun meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha taħdem flimkien mal-Istati Membri sabiex tiffaċilita l-kooperazzjoni dwar il-punti ta' kuntatt nazzjonali għall-kura tas-saħħa transkonfinali, inkluż li jagħmlu t-tagħrif rilevanti disponibbli fil-livell Komunitarju, bħal permezz tal-Portal Ewropew dwar is-Saħħa. L-eżistenza tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali ma għandux iwaqqaf lill-Istati Membri milli jistabbilixxu punti ta’ kuntatt marbuta oħra fil-livell reġjonali jew lokali, li jirriflettu l-organizzazzjoni speċifika tas-sistema tal-kura tas-saħħa tagħhom.

(36) L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-forma ta’ dawn il-punti ta’ kuntatt nazzjonali kif ukoll dwar kemm se jkun hemm minnhom. Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali jistgħu jiġu wkoll inkorporati fi jew mibnija fuq attivitajiet ta’ ċentri tat-tagħrif eżisteni, dan sakemm jiġi indikat b’mod ċar li huma wkoll punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-kura tas-saħħa transkonfinali. Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali għandu jkollhom il-faċilitajiet xierqa biex jagħtu tagħrif dwar l-aspetti prinċipali tal-kura tas-saħħa transkonfinali u biex jagħtu għajnuna prattika lill-pazjenti fejn ikun meħtieġ. Il-punt ta’ kuntatt m’għandux jipprovdi parir legali f’każijiet individwali. Il-Kummissjoni għandha taħdem flimkien mal-Istati Membri sabiex tiffaċilita l-kooperazzjoni dwar il-punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-kura tas-saħħa transkonfinali, inkluż li jagħmlu t-tagħrif rilevanti disponibbli fil-livell Komunitarju, bħal permezz tal-Portal Ewropew dwar is-Saħħa. L-eżistenza tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali ma għandux iwaqqaf lill-Istati Membri milli jistabbilixxu punti ta’ kuntatt marbuta oħra fil-livell reġjonali jew lokali, li jirriflettu l-organizzazzjoni speċifika tas-sistema tal-kura tas-saħħa tagħhom. Konsegwentement, il-punti ta’ kuntatt jistgħu jkunu bbażati fl-organizzazzjonijiet kompetenti professjonali li kienu mogħtija dan ir-rwol mill-Istati Membri, kif ukoll fl-awtoritajiet amministrativi.

Ġustifikazzjoni

L-involviment tal-organizzazzjonijiet professjonali relevanti jevita r-riskju ta’ dupplikazzjoni u l-ispejjeż assoċjati, peress li ftit minnhom diġà huma familjari ma’ dawn ir-rwolijiet ta’ provvista ta’ informazzjoni. Dan jagħmel possibbli wkoll l-assigurazzjoni li l-punti ta’ kuntatt jibbenefikaw mill-ħila esperta tal-organizzazzjonijiet professjonali konċernati. Parir legali f’każijiet individwali jmur lil hinn mill-kompiti tal-punti ta’ kuntatt u jqajjem domandi dwar ir-responsabiltà.

Emenda  15

Proposta għal Direttiva

Premessa 38 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(38a) Il-Kummissjoni għandha tirrinforza għajnuna reċiproa bejn korpi nazzjonali responsabbli għall-monitoraġġ tal-kwalità, iċ-ċertifikazzjoni volontarja tal-attivitajiet, ċertifikazzjonijiet ta’ kwalità u koperazzjoni ta’ assoċjazzjonijiet professjonali u għandha tappoġġja l-iżvilupp ta’ kodiċi tal-kondotta ta’ provvedituri tas-servizzi tal-kura tas-saħħa.

Emenda  16

Proposta għal Direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Fejn prodotti mediċinali huma awtorizzati fl-Istat Membru tal-pazjent skond id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u ġew preskritti fi Stat Membru ieħor għal pazjent individwali, fil-prinċipju għandu jkun possibbli għal preskrizzjonijiet tali li jkunu rikonoxxuti medikalment u użati fl-Istat Membru tal-pazjent. It-tneħħija ta' barrieri regolatorji u amministrattivi għal rikonoxximen tali hija mingħajr ħsara għall-ħtieġa ta' ftehim xieraq tat-tabib li qed jitratta l-pazjenti jew l-ispiżjar f'kull każ individwali, jekk dan huwa ġustifikat mill-ħarsien tas-saħħa umana u huwa meħtieġ u proporzjonali għal dan l-għan. Rikonoxximent mediku tali għandu jkun wkoll mingħajr ħsara għad-deċiżjoni tal-Istat Membru ta’ affiljazzjoni fir-rigward tal-inklużjoni ta' prodotti mediċinali tali fil-benefiċċji koperti mis-sistema ta' sigurtà soċjali ta’ affiljazzjoni. L-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent se tkun iffaċilitata mill-adozzjoni ta' miżuri meħtieġa għall-ħarsien tas-sigurtà ta’ pazjent, u l-evitar tal-użu ħażin jew it-taħlit ta' prodotti mediċinali.

 

(39) Fejn prodotti mediċinali huma awtorizzati fl-Istat Membru tal-pazjent skond id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u ġew preskritti fi Stat Membru ieħor għal pazjent individwali, fil-prinċipju għandu jkun possibbli għal preskrizzjonijiet tali li jkunu rikonoxxuti medikalment jew fi spiżeriji u użati fl-Istat Membru tal-pazjent. It-tneħħija ta’ barrieri regolatorji u amministrattivi għal rikonoxximent tali hija mingħajr ħsara għall-ħtieġa ta’ ftehim xieraq tat-tabib li qed jittratta l-pazjenti jew l-ispiżjar f'kull każ individwali, jekk dan huwa ġustifikat mill-ħarsien tas-saħħa umana u huwa meħtieġ u proporzjonali għal dan l-għan. Rikonoxximent tali għandu jkun wkoll mingħajr ħsara għad-deċiżjoni tal-Istat Membru ta’ affiljazzjoni fir-rigward tal-inklużjoni ta’ prodotti mediċinali tali fil-benefiċċji koperti mis-sistema ta’ sigurtà soċjali ta’ affiljazzjoni u bla ħsara għall-validità tar-regoli nazzjonali ta’ prezzijiet u pagament. L-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent se tkun iffaċilitata mill-adozzjoni ta’ miżuri meħtieġa għall-ħarsien tas-sigurtà ta’ pazjent, u l-evitar tal-użu ħażin jew it-taħlit ta’ prodotti mediċinali.

 

Ġustifikazzjoni

Ir-rikonoxximent ta’ preskrizzjonijiet mhuwiex biss rikonoxximent mediku, iżda rikonoxximent fejn prodotti mediċinali huma mibjugħa minn spiżjara.

Emenda  17

Proposta għal Direttiva

Premessa 39 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(39a) Il-Kummissjoni Ewropea għandha tipprepara studju ta’ vijabiltà dwar sistema ta’ punt ta’ referenza komuni tal-UE dwar il-kwalità tal-kura tas-saħħa.

Emenda  18

Proposta għal Direttiva

Premessa (40)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) In-netwerks ta’ referenza Ewropej għandhom jipprovdu l-kura tas-saħħa lill-pazjenti kollha li għandhom kundizzjonijiet li jitolbu konċentrazzjoni partikolari ta' riżorsi jew għarfien espert, sabiex jipprovdu kura bi prezz raġjonevoli, ta' kwalità għolja u effettivi meta mqabbla mal-ispejjeż u jistgħu jkunu wkoll punti importanti għat-taħriġ u r-riċerka medika, it-tqassim tat-tagħrif u l-valutazzjoni. Il-mekkaniżmu għall-identifikazzjoni u l-iżvilupp tan-netwerks ta’ referenza Ewropej għandhom jiġu stabbiliti bil-għan li jiġi organizzat aċċess ugwali fil-livell Ewropew għall-għarfien espert komuni f'livell għoli f'qasam mediku partikolari għall-pazjenti kollha kif ukoll għall-professjonisti tas-saħħa.

(40) In-netwerks ta’ referenza Ewropej għandhom jipprovdu l-kura tas-saħħa lill-pazjenti kollha li għandhom kundizzjonijiet li jitolbu konċentrazzjoni partikolari ta’ riżorsi jew għarfien espert, sabiex jipprovdu kura bi prezz raġjonevoli, ta’ kwalità għolja u effettivi meta mqabbla mal-ispejjeż u jistgħu jkunu wkoll punti importanti għat-taħriġ u r-riċerka medika, it-tqassim tat-tagħrif u l-evalwazzjoni. Il-mekkaniżmu għall-identifikazzjoni u l-iżvilupp tan-netwerks ta’ referenza Ewropej għandhom jiġu stabbiliti bil-għan li jiġi organizzat aċċess ugwali fil-livell Ewropew għall-għarfien espert komuni f’livell għoli f’qasam mediku partikolari għall-pazjenti kollha kif ukoll għall-professjonisti tas-saħħa. Sinerġiji sinifikanti jistgħu jkunu miksuba permezz tal-għaqda tal-qafas istituzzjonali għal netwerks ta’ referenza mal-punti ta’ kuntatt ċentrali fl-Istati Membri, skont il-premessa 34.

Ġustifikazzjoni

Hemm vantaġġ doppju li jkun miksub għal pazjenti permezz tal-għaqda tal-infrastruttura ta’ koordinazzjoni kemm għal punti ta’ kuntatt ta’ kura tas-saħħa transkonfinali kif ukoll għal netwerks ta’ referenza f’istituzzjoni unika f’kull Stat Membru.

Emenda  19

Proposta għal Direttiva

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43) Il-progress kontinwu fix-xjenza medika u t-teknoloġiji tas-saħħa jippreżentaw kemm opportunitajiet kif ukoll sfidi għas-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri. Il-kooperazzjoni fil-valutazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa l-ġodda tista’ tappoġġja lill-Istati Membri permezz tal-ekonomiji fil-kobor u tevita d-duplikazzjoni tal-isforz, u tipprovdi bażi aħjar ta' evidenza għall-aqwa użu ta' teknoloġiji ġodda sabiex tkun żgurata kura tas-saħħa sigura, ta' kwalità għolja u effiċjenti. Dan se jikkontribwixxi wkoll għas-suq intern billi jimmassimizza l-veloċità u l-iskala tad-difużjoni ta’ innovazzjonijiet fix-xjenza medika u t-teknoloġiji tas-saħħa. Kooperazzjoni tali teħtieġ strutturi sostnuti bl-involviment tal-awtoritajiet rilevanti kollha tal-Istati Membri kollha, li jibnu fuq il-proġetti bi prova eżistenti.

(43) Il-progress kontinwu fix-xjenza medika u t-teknoloġiji tas-saħħa jippreżentaw kemm opportunitajiet kif ukoll sfidi għas-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri. Il-koperazzjoni fil-evalwazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa l-ġodda tista’ tappoġġja lill-Istati Membri permezz tal-ekonomiji fil-kobor u tevita d-duplikazzjoni tal-isforz, u tipprovdi bażi aħjar ta’ evidenza għall-aqwa użu ta’ teknoloġiji ġodda sabiex tkun żgurata kura tas-saħħa sigura, ta’ kwalità għolja u effiċjenti. Dan jista’ jikkontribwixxi wkoll għas-suq intern billi jimmassimizza l-veloċità u l-iskala tat-tixrid ta’ innovazzjonijiet fix-xjenza medika u t-teknoloġiji tas-saħħa. Koperazzjoni tali teħtieġ strutturi sostnuti bl-involviment tal-partijiet interessati rilevanti kollha, inkluż professjonisti tal-kura tas-saħħa, rappreżentanti tal-pazjenti, riċerkaturi u produtturi kif ukoll awtoritajiet tal-Istati Membri kollha, li jibnu fuq il-proġetti bi prova eżistenti.

 

Barra minn hekk, din il-koperazzjoni għandha tkun ibbażata wkoll fuq prinċipji sodi ta’ governanza tajba bħat-trasparenza, disponibiltà, inklużjoni, oġġettività u li l-proċeduri jkunu ġusti, li huma ta’ rispons għall-bżonnijiet, preferenzi u aspettazzjonijiet tal-pazjenti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-korpi tal-Evalwazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa li jimxu skont dawn il-prinċipji biss jistgħu jidħlu fin-netwerk.

Ġustifikazzjoni

Sistemi tas-Saħħa u l-proċess tal-Evalwazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa (HTA) għandhom ikunu disponibbli u inklussivi. Il-perspettivi, esperjenzi u ħila esperta tal-pazjenti għandhom ikunu integrati fil-proċess ta’ evalwazzjoni sabiex jippermettu evalwazzjoni aħjar tal-benefiċċji, spejjeż u riskji. Tobba, professjonisti tas-saħħa, riċerkaturi u l-industrija għandhom ikunu involuti wkoll. Il-pożizzjonijiet tal-partijiet interessati għandhom ikunu rappreżentati fil-fażi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-proċess tal-HTA. Din l-emenda tmur ma’ emenda għall-Artikolu 17.

Emenda  20

Proposta għal Direttiva

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas ġenerali għad-dispożizzjoni ta’ kura tas-saħħa transkonfinali sigura, ta’ kwalità għolja u effiċjenti.

 

Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas ġenerali għall-aċċess taċ-ċittadini tal-UE għal kura tas-saħħa sigura, ta’ kwalità għolja u effiċjenti, skont kundizzjonijiet ekwitabbli, u tistabbilixxi mekkaniżmi ta’ koperazzjoni bejn l-Istati membri fil-qasam tas-saħħa, li jirrispettaw ir-responsabiltà nazzjonali għall-organizzazzjoni u l-provvista ta’ kura tas-saħħa.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta kurrenti, li tiffoka fuq il-mobiltà tal-pazjent, tista’ tkun ikkunsidrata ta’ benefiċċju għal ċittadini b’ċertu profil (sinjuri, infurmati tajjeb u familjari mal-lingwi barranin), iżda dawk iċ-ċittadini huma minoranza.

Il-proposta m’għandhiex tiffoka sempliċiment fuq it-trattament tal-mobiltà tal-pazjenti (li taffettwa biss minoranza) iżda fuq it-titjib tal-kwalità u s-sigurtà tal-kura tas-saħħa, u fuq koperazzjoni bejn Stati Membri, li kollha kemm huma għandhom jibbenefikaw liċ-ċittadini in ġenerali.

Emenda  21

Proposta għal Direttiva

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-provvediment ta’ kura tas-saħħa irrispettivament minn kif tiġi organizzata, mogħtija jew iffinanzjata jew jekk hix pubblika jew privata.

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-provvediment ta’ kura tas-saħħa fi Stat Membru li mhux dak li fih il-pazjent jgħix jew huwa persuna assigurata irrispettivament minn kif tiġi organizzata, mogħtija jew iffinanzjata jew jekk hix pubblika jew privata.

Emenda  22

Proposta għal Direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta jintlaħqu ċ-ċirkustanzi li taħthom trid tingħata awtorizzazzjoni li pazjent imur fi Stat Membru ieħor sabiex jirċievi t-trattament xieraq skond l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1408/71, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta’ din id-Direttiva m'għandhomx japplikaw. Kuntrarju għal dan, meta persuna assigurata tfittex kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor f'ċirkustanzi oħrajn, japplikaw l-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1408/71 m'għandux japplika. Madankollu, fejn il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni stipulati fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 1408/71 huma sodisfatti, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata u l-benefiċċji mogħtija f'konformità ma’ dan ir-Regolament. F’dan il-każ, l-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta’ din id-Direttiva ma japplikawx.

2. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u meta jintlaħqu ċ-ċirkustanzi li taħthom trid tingħata awtorizzazzjoni li pazjent imur fi Stat Membru ieħor sabiex jirċievi t-trattament xieraq skond l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1408/71, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta’ din id-Direttiva m'għandhomx japplikaw. Kuntrarju għal dan, meta persuna assigurata tfittex kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor f’ċirkustanzi oħrajn, japplikaw l-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1408/71 m'għandux japplika. Madankollu, fejn il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni stipulati fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 1408/71 huma sodisfatti, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata u l-benefiċċji mogħtija f'konformità ma’ dan ir-Regolament. F’dan il-każ, l-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta’ din id-Direttiva ma japplikawx.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun iddikjarat b’mod espliċitu li meta r-Regolament Nru 1408/71 (Direttiva 883/2004) ma jkunx konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, din il-ġurisprudenza għandu jkollha preċedenza. Id-direttivi kollha li jirrigwardaw il-ħlas lura ta’ u l-kundizzjonijiet tal-kura tas-saħħa, awtorizzazzjoni u monitoraġġ ta’ prodotti mediċinali, protezzjoni ta’ data personali u direttivi oħra għandu jkollhom preċedenza fuq din id-direttiva sakemm ma jkunux differenti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, kif inhu stabbilit b’mod espliċitu fil-Paragrafu 2.

Emenda  23

Proposta għal Direttiva

Artikolu 4 – point a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) “kura tas-saħħa” tfisser servizz tas-saħħa mogħti minn jew taħt is-superviżjoni ta’ professjonist tas-saħħa fl-eżerċizzju tal-professjoni tiegħu, u irrispettivament mill-modi li bihom qed tiġi organizzata, mogħtija u ffinanzjata fil-livell nazzjonali jew jekk hix pubblika jew privata;

(a) “kura tas-saħħa” tfisser servizzi jew prodotti tas-saħħa, b’mod partikolari servizzi mediċi jew farmaċewtiċi u prodotti mediċinali jew mekkaniżmi mediċinali, mogħtija minn jew taħt is-superviżjoni ta’ professjonist tas-saħħa fl-eżerċizzju tal-professjoni tiegħu, u irrispettivament mill-modi li bihom qed jiġu organizzati, mogħtija u ffinanzjata fil-livell nazzjonali jew jekk humiex pubbliċi jew privati;

Ġustifikazzjoni

Il-provvista ta’ prodotti mediċinali hija koperta mill-moviment ħieles tal-prodotti. L-ispiżjara jagħmlu ħafna iktar minn sempliċi distribuzzjoni, meta jagħtu pariri u kura lill-pazjenti tagħhom. Barra minn hekk, il-prodotti mediċinali li jipprovdu jissupplimentaw it-terapija provduta mit-tobba u għalhekk jirrapreżentaw komponent ewlieni tal-kura tas-saħħa. L-attivitajiet tagħhom għandhom għalhekk ikunu koperti b’mod komprensiv mill-ambitu ta’ din id-direttiva.

Emenda  24

Proposta għal Direttiva

Artikolu 4 – point a a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa) “dejta tas-saħħa” tfisser kwalunkwe informazzjoni li tirrigwarda s-saħħa fiżika jew mentali ta’ individwu, jew l-provvediment tas-servizz tas-saħħa lill- individwu, li tista’ tinkludi: a) informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-individwu għall-provvediment ta’ servizzi tas-saħħa; b) informazzjoni dwar pagamenti jew eliġibiltà għall-kura tas-saħħa fir-rigward tal-individwu; c) numru, simbolu jew dettall assenjat lil individwu sabiex l-individwu jkun identifikat b’mod uniku għal raġunijiet tas-saħħa; d) kwalunkwe informazzjoni dwar l-individwu miġbura matul il-provvediment ta’ servizzi tas-saħħa lill-individwu; e) informazzjoni li tirriżulta mill-ittestjar jew l-eżaminazzjoni ta’ parti tal-ġisem jew sustanza tal-ġisem; u f) l-identifikazzjoni ta’ persuna (professjonista tal-kura tas-saħħa) bħala provveditur tal-kura tas-saħħa lill-individwu;

Ġustifikazzjoni

Kif rakkomandat fl-opinjoni tal-EDPS, id-definizzjoni ta’ dejta tas-saħħa għandha tkun wiesgħa kemm jista’ jkun. Din hija d-definizzjoni ISO 27799.

Emenda  25

Proposta għal Direttiva

Artikolu 4 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) “professjonist tas-saħħa” tfisser tabib tal-mediċina jew infermiera responsabbli għall-kura ġenerali jew dentist jew qabla jew spiżjar fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2005/36/KE jew professjonist ieħor li jeżerċita attivitajiet fis-settur tal-kura tas-saħħa li huma ristretti għal professjoni regolata kif imfisser fl-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 2005/36/KE;

(d) “professjonist tas-saħħa” tfisser tabib tal-mediċina jew infermiera responsabbli għall-kura ġenerali jew dentist jew qabla jew spiżjar fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2005/36/KE jew professjonist ieħor li jeżerċita attivitajiet fis-settur tal-kura tas-saħħa li huma ristretti għal professjoni regolata kif imfisser fl-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 2005/36/KE; jew persuna li teżerċita legalment attivitajiet tal-kura tas-saħħa fl-Istat Membru ta’ trattament.

Ġustifikazzjoni

Emenda skond l-ambitu tad-Direttiva (servizzi u prodotti tal-kura tas-saħħa).

Emenda  26

Proposta għal Direttiva

Artikolu 4 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

h) “Stat Membru ta’ affiljazzjoni” tfisser l-Istat Membru fejn il-pazjent huwa persuna assigurata;

h) “Stat Membru ta’ affiljazzjoni” tfisser l-Istat Membru fejn il-pazjent għandu affiljazzjoni tas-sigurtà soċjali skont ir-regoli ta’ koordinazzjoni stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 1408/71;

Emenda  27

Proposta għal Direttiva

Artikolu 4 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

i) “Stat Membru ta’ trattament” tfisser l-Istat Membru li tingħata l-kura tas-saħħa transkonfinali fit-territorju tiegħu;

 

i) “Stat Membru ta’ trattament” tfisser l-Istat Membru li tingħata l-kura tas-saħħa transkonfinali fit-territorju jew mit-territorju tiegħu;

 

Ġustifikazzjoni

- id-definizzjoni ‘Stat Membru ta’ trattament’:‘jew mit-territorju tiegħu’ għandha tikkjarifika li t-telemediċina hija inkluża wkoll fid-definizzjoni.

Emenda  28

Proposta għal Direttiva

Artikolu 4 – punt i a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ia) ‘tagħmir mediku’ tfisser mezz mediku kif definit mid-Direttiva 93/42/KEE jew mid-Direttiva 90/385/KEE jew mid-Direttiva 98/7/KE;

 

Ġustifikazzjoni

Ix-xiri ta’ oġġetti b’rabta mal-kura tas-saħħa (pereżempju tagħmir mediku) kien is-suġġett tas-sentenza Decker (it-tagħmir inkwistjoni f’dik il-kawża kien nuċċali), u għaldaqstant għandu jkun inkorporat ukoll f’direttiva intenzjonata biex tinkorpora fid-dispożizzjonijiet is-sentenzi Kohll u Decker.

Amendment  29

Proposal for a directive

Artikolu 4 – punt i b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ib) ‘oġġetti użati b’rabta mal-kura tas-saħħa’ tfisser oġġetti li jintużaw biex jippreservaw jew itejbu s-saħħa ta’ persuna, bħal tagħmir mediku u mediċini;

Ġustifikazzjoni

Ix-xiri ta’ oġġetti b’rabta mal-kura tas-saħħa (pereżempju tagħmir mediku) kien is-suġġett tas-sentenza Decker (it-tagħmir inkwistjoni f’dik il-kawża kien nuċċali), u għaldaqstant għandu jkun inkorporat ukoll f’direttiva intenzjonata biex tinkorpora fid-dispożizzjonijiet is-sentenzi Kohll u Decker.

Emenda  30

Proposta għal Direttiva

Artikolu 5 - titolu u paragrafu 1 u l-punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tal-Istat Membru li jipprovdi t-trattament

Responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membri

1. L-Istati Membri ta’ trattament għandhom ikunu responsabbli mill-organizzazzjoni u l-għoti ta’ kura tas-saħħa. F’dan il-kuntest u filwaqt li jqisu l-prinċipji tal-universalità, l-aċċess għal kura ta’ kwalità, l-ekwità u s-solidarjetà, dawn għandhom jiddefinixxu standards ċari ta’ kwalità u ta’ sigurtà għal kura tas-saħħa mogħtija fit-territorju tagħhom, jiżguraw li:

1. L-Istati Membri ta’ trattament għandhom ikunu responsabbli mill-organizzazzjoni u l-għoti ta’ kura tas-saħħa. F’dan il-kuntest u fuq il-bażi tal-prinċipji tal-universalità, l-aċċess ġeografiku u finanzjarju għal kura ta’ kwalità, l-effikaċja u l-effettività, l-kontinwità, l-ekwità u s-solidarjetà, dawn għandhom jiddefinixxu standards ċari ta’ kwalità u ta’ sigurtà għal kura tas-saħħa mogħtija fit-territorju tagħhom, jiżguraw li:

a) il-mekkaniżmi jinsabu fis-seħħ għall-iżgurar li l-provvedituri tal-kura tas-saħħa huma kapaċi jissodisfaw standards tali, filwaqt li jitqiesu prassi tax-xjenza medika internazzjonali u prassi mediċi li huma ġeneralment rikonoxxuti bħala tajba;

a) il-mekkaniżmi li joffru edukazzjoni u taħriġ sistematiċi ta' kwalità għolja lill-profesjonisti li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa jinsabu fis-seħħ biex jiżguraw li l-provvedituri tal-kura tas-saħħa huma kapaċi jissodisfaw standards tali, filwaqt li jitqiesu prassi tax-xjenza medika internazzjonali u prassi mediċi li huma ġeneralment rikonoxxuti bħala tajba;

Amendment  31

Proposal for a directive

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) l-applikazzjoni ta’ standards tali mill-provvedituri tal-kura tas-saħħa fil-prattika hija sorveljata b’mod regolari u tittieħed azzjoni korrettiva meta ma jintlaħqux standards xierqa, filwaqt li jitqies il-progress fix-xjenza medika u t-teknoloġija tas-saħħa;

b) il-kura tas-saħħa msemmija fil-paragrafu 1 tingħata f’konformità mal-istandards u l-linji gwida tal-kwalità u s-sigurtà definiti mill-Istat Membru ta’ trattament u jkun żgurat li:

 

(i) il-pazjenti u l-provvedituri tal-kura tas-saħħa minn Stati Membri oħra huma pprovduti b’informazzjoni dwar tali standards u linji gwida, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza, inter alia b’mezzi elettroniċi;

 

(ii) il-pazjenti u l-provvedituri tal-kura tas-saħħa minn Stati Membri oħra huma pprovduti b’informazzjoni dwar l-għażla ta’ trattament, il-prezzijiet u r-riżultati potenzjali tal-kura tas-saħħa pprovduta u dettalji rigward il-kopertura tal- assigurazzjoni tal-provveditur tal-kura tas-saħħa jew mezzi oħra ta’ protezzjoni personali jew kollettiva fir-rigward tar-responsabbiltà professjonali tagħhom;

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11 għandhom ikunu inkorporati fl-Artikolu 5 għax jittrattaw l-istess suġġett. Jista’ jiġi kkunsidrat it-tħassir tal-Artikolu 1 .

Għal raġunijiet ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, id-definizzjoni ta’ standards tal-kwalità u s-sigurtà għandha tkun ittrattata esklussivament bħala kwistjoni tal-liġi applikabbli.

Il-pazjenti u l-provvedituri għandhom jiġu infurmati rigward l-istandards tal-kwalità u s-sigurtà tal-Istati Membri. Madankollu, il-pazjenti għandhom jiġu infurmati wkoll rigward l-għażliet terapewtiċi biex ikunu f’qagħda li jagħżlu.

Amendment  32

Proposal for a directive

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) il-provvedituri tas-saħħa jipprovdu t-tagħrif rilevanti kollu sabiex jippermettu lill-pazjenti li jagħmlu għażla infurmata, b’mod partikolari dwar id-disponibbiltà, il-prezzijiet u r-riżultati tal-kura tas-saħħa pprovduta u d-dettalji tal-kopertura ta’ assigurazzjoni tagħhom jew mezzi oħrajn ta’ ħarsien personali jew kollettiv fir-rigward tar-responsabbiltà professjonali;

 

c) il-provvedituri tas-saħħa jipprovdu t-tagħrif rilevanti kollu sabiex jippermettu lill-pazjenti li jagħmlu għażla infurmata, b’mod partikolari dwar l-għażla tat-trattament, id-disponibbiltà, il-prezzijiet u r-riżultati potenzjali tal-kura tas-saħħa pprovduta u d-dettalji tal-kopertura ta’ assigurazzjoni tagħhom jew mezzi oħrajn ta’ ħarsien personali jew kollettiv fir-rigward tar-responsabbiltà professjonali;

Ġustifikazzjoni

Il-pazjenti għandha tingħatalhom informazzjoni dwar għażliet terapewtiċi differenti li tippermettilhom jagħmlu għażla infurmata.

Amendment  33

Proposal for a Directive

Article 5 - paragraph 1 – point d

Text proposed by the Commission

Amendment

(d) patients have a means of making complaints and are guaranteed remedies and compensations when they suffer harm arising from the healthcare they receive;

deleted

Amendment  34

Proposal for a directive

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

e) sistemi ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà professjonali jew garanzija jew arranġament simili, li huma ekwivalenti jew essenzjalment komparabbli fir-rigward tal-għan tagħhom u li huma xierqa għan-natura u l-estent tar-riskju huma fis-seħħ għal trattament mogħti fit-territorju tagħhom;

e) sistemi ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà professjonali jew garanzija jew arranġament simili, li huma ekwivalenti jew essenzjalment komparabbli fir-rigward tal-għan tagħhom u li huma xierqa għan-natura u l-estent tar-riskju huma fis-seħħ għal trattament mogħti fit-territorju tal-Istati Membri kollha;

Amendment  35

Proposal for a Directive

Artikolu 5 - titolu u paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tal-Istat Membru li jipprovdi t-trattament

Responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membri

1. L-Istati Membri ta’ trattament għandhom ikunu responsabbli mill-organizzazzjoni u l-għoti ta’ kura tas-saħħa. F’dan il-kuntest u filwaqt li jqisu l-prinċipji tal-universalità, l-aċċess għal kura ta’ kwalità, l-ekwità u s-solidarjetà, dawn għandhom jiddefinixxu standards ċari ta’ kwalità u ta’ sigurtà għal kura tas-saħħa mogħtija fit-territorju tagħhom, jiżguraw li:

1. L-Istati Membri ta’ trattament għandhom ikunu responsabbli mill-organizzazzjoni u l-għoti ta’ kura tas-saħħa. F’dan il-kuntest u fuq il-bażi tal-prinċipji tal-universalità, l-aċċess għal kura ta’ kwalità, l-ekwità u s-solidarjetà, dawn għandhom jiddefinixxu standards ċari ta’ kwalità u ta’ sigurtà għal kura tas-saħħa mogħtija fit-territorju tagħhom, jiżguraw li:

a) il-mekkaniżmi jinsabu fis-seħħ għall-iżgurar li l-provvedituri tal-kura tas-saħħa huma kapaċi jissodisfaw standards tali, filwaqt li jitqiesu prassi tax-xjenza medika internazzjonali u prassi mediċi li huma ġeneralment rikonoxxuti bħala tajba;

a) il-mekkaniżmi jinsabu fis-seħħ għall-iżgurar li l-provvedituri tal-kura tas-saħħa huma kapaċi jissodisfaw standards tali, filwaqt li jitqiesu prassi tax-xjenza medika internazzjonali u prassi mediċi li huma ġeneralment rikonoxxuti bħala tajba;

b) l-applikazzjoni ta’ standards tali mill-provvedituri tal-kura tas-saħħa fil-prattika hija sorveljata b'mod regolari u tittieħed azzjoni korrettiva meta ma jintlaħqux standards xierqa, filwaqt li jitqies il-progress fix-xjenza medika u t-teknoloġija tas-saħħa;

b) l-applikazzjoni ta’ standards tali mill-provvedituri tal-kura tas-saħħa fil-prattika hija sorveljata b'mod regolari u tittieħed azzjoni korrettiva meta ma jintlaħqux standards xierqa, filwaqt li jitqies il-progress fix-xjenza medika u t-teknoloġija tas-saħħa;

c) il-provvedituri tas-saħħa jipprovdu t-tagħrif rilevanti kollu sabiex jippermettu lill-pazjenti li jagħmlu għażla infurmata, b’mod partikolari dwar id-disponibbiltà, il-prezzijiet u r-riżultati tal-kura tas-saħħa pprovduta u d-dettalji tal-kopertura ta’ assigurazzjoni tagħhom jew mezzi oħrajn ta’ ħarsien personali jew kollettiv fir-rigward tar-responsabbiltà professjonali;

c) il-provvedituri tas-saħħa jipprovdu t-tagħrif rilevanti kollu sabiex jippermettu lill-pazjenti li jagħmlu għażla infurmata, b’mod partikolari dwar id-disponibbiltà, il-prezzijiet, iċ-ċertifikazzjonijiet tal-kwalità u r-riskji inerenti għall-kura tas-saħħa pprovduta u d-dettalji tal-kopertura ta’ assigurazzjoni tagħhom jew mezzi oħrajn ta’ ħarsien personali jew kollettiv fir-rigward tar-responsabbiltà professjonali;

d) il-pazjenti għandhom mezz biex jagħmlu l-ilmenti tagħhom u huma garantiti rimedji u kumpens meta jsofru minn ħsara li tirriżulta mill-kura tas-saħħa li jirċievu;

 

e) sistemi ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà professjonali jew garanzija jew arranġament simili, li huma ekwivalenti jew essenzjalment komparabbli fir-rigward tal-għan tagħhom u li huma xierqa għan-natura u l-estent tar-riskju huma fis-seħħ għal trattament mogħti fit-territorju tagħhom;

d) sistemi ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà professjonali jew garanzija jew arranġament simili, li huma ekwivalenti jew essenzjalment komparabbli fir-rigward tal-għan tagħhom u li huma xierqa għan-natura u l-estent tar-riskju huma fis-seħħ għal trattament mogħti fit-territorju;

f) id-dritt funadamentali għall-privatezza fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali huwa mħares f’konformità mal-miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-ħarsien tad-data personali, b'mod partikolari d-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE;

e) id-dritt funadamentali għall-privatezza fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali huwa mħares f’konformità mal-miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-ħarsien tad-data personali, b'mod partikolari d-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE;

g) pazjenti minn Stati Membri oħrajn għandhom igawdu minn trattament ugwali għal dak mogħti liċ-ċittadini tal-Istat Membru ta’ trattament, inkluż il-ħarsien kontra diskriminazzjoni stipulat skont il-liġi Komunitarja kif ukoll mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ fl-Istat Membru ta' trattament

f) pazjenti minn Stati Membri oħrajn għandhom igawdu minn trattament ugwali għal dak mogħti liċ-ċittadini tal-Istat Membru ta’ trattament, inkluż il-ħarsien kontra diskriminazzjoni stipulat skont il-liġi Komunitarja kif ukoll mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ fl-Istat Membru ta' trattament;

 

g) sforzi sistematiċi u kontinwi għandhom isiru sabiex jiġi żgurat li r-regoli jittejbu, bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-valuri u l-prinċipji komuni għas-sistemi ta' kura tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea*, u billi jitqies il-progress tax-xjenza medika internazzjonali u tal-prattika tajba ġeneralment rikonoxxuta kif ukoll tat-teknoloġiji ġodda relatati mal-kura tas-saħħa;

 

h) l-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri li jittrattaw il-pazjent għandhom jikkontrollaw b'mod regolari l-aċċessibilità, il-kwalità u l-istat finanzjarju tas-sistemi tagħhom għall-kura tas-saħħa fuq il-bażi tad-dejta miġbura skont l-Artikolu 18; huma b'mod regolari għandhom jieħdu miżuri adegwati sabiex jinżamm il-livell tas-saħħa pubblika u l-vijabilità finanzjarja tas-sistemi tagħhom ta' sigurtà soċjali;

 

i) ma jiġix mistenni b'applikazzjoni ta' din id-Direttiva li dawk li jagħtu servizz ta' kura tas-saħħa jaċċettaw trattament ipprogrammat jew li jagħtu l-prijorità lil pazjenti ta' Stati Membri oħra, għad-dannu ta' pazjenti oħra li jippreżentaw l-istess bżonnijiet, partikolarment minħabba t-titwil tal-ħinijiet ta' stennija.

 

2. Sabiex tiġi garantita bl-aħjar mod possibbli s-sigurtà tal-pazjenti, l-Istati Membri li jittrattawhom u dawk ta' affiljazzjoni għandhom jaraw illi:

 

a) il-pazjenti jkunu jistgħu jressqu lment lil medjatur indipendenti fl-Istat Membru fejn ikunu qed jiġu trattati u fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni, jiksbu tiswija u kumpens meta jġarrbu ħsara fil-kuntest tal-kura tas-saħħa transkonfinali li huma jkunu rċevew;

 

b) ir-regoli ta' kwalità u ta' sigurtà tal-Istat Membru fejn huwa trattat il-pazjent għandhom ikunu pubblikati f'lingwa u format ċari u aċċessibbli għaċ-ċittadini;

 

c) f'każ ta' kumplikazzjoni li tirriżulta minn kura tas-saħħa rċevuta barra l-pajjiż, jew jekk kontroll mediku partikolari jkun meħtieġ, l-Istat Membru ta' affiljazzjoni għandu jiggarantixxi ħlas ekwivalenti għal dak previst għal kura tas-saħħa rċevuta fit-territorju tiegħu.

* ĠU C 146, 22.6.2006, p. 1.

Note à la traduction: pour le paragraphe 2, point a), voir le paragraphe 1, point d).

Amendment  36

Proposal for a directive

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sakemm ikun meħtieġ li jiġi ffaċilitat il-provvediment tal-kura tas-saħħa transkonfinali u b’livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa bħala l-bażi, il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżviluppa linji ta’ gwida biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1.

3. Sakemm ikun meħtieġ li jiġi ffaċilitat il-provvediment tal-kura tas-saħħa transkonfinali u b’livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa bħala l-bażi, il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżviluppa proposti biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni hija responsabbli biss għall-provvediment ta’ kura tas-saħħa transkonfinali. L-iżvilupp ta’ linji gwida jidħol b’mod ċar fuq ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tas-sistema tal-kura tas-saħħa. Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-Istati Membri huma responsabbli għall-organizzazzjoni tas-servizzi tas-saħħa tagħhom.

Amendment  37

Proposal for a directive – amending act

Artikolu 6 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor

 

Il-kura tas-saħħa mogħtija fi jew minn Stat Membru ieħor

 

Amendment  38

Proposal for a directive – amending act

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari l-Artikoli 7, 8 u 9, l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jiżgura li l-persuni assigurati li jivjaġġaw lejn Stat Membru ieħor bil-għan li jirċievu kura tas-saħħa hemm jew li qed ifittxu li jirċievu kura tas-saħħa pprovduta fi Stat Membru ieħor, ma jitwaqqfux milli jirċievu kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor fejn it-trattament ikkonċernat huwa fost il-benefiċċji pprovduti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ affiljazzjoni li hija intitolata għalihom il-persuna assigurata. L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jħallas lura l-ispejjeż lill-persuna assigurata, li kienu jitħallsu mis-sistema ta’ sigurtà soċjali statutorja tiegħu li kieku l-istess kura tas-saħħa, jew waħda simili, kienet ipprovduta fit-territorju tiegħu. Fi kwalunkwe każ, huwa l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni li jistabbilixxi l-kura tas-saħħa li qed tiġi mħallsa, irrilevanti minn fejn qed tiġi pprovduta.

 

1. Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari l-Artikoli 7, 8 u 9, l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jiżgura li l-persuni assigurati li jivjaġġaw lejn Stat Membru ieħor bil-għan li jirċievu kura tas-saħħa hemm jew li qed ifittxu li jirċievu kura tas-saħħa minn Stat Membru ieħor mingħajr ma jmorru fiżikament f’dak l-Istat Membru jew ifittxu li jixtru oġġetti marbuta mal-kura tas-saħħa hemm ma jitwaqqfux milli jirċievu din il-kura tas-saħħa jew dawn l-oġġetti fejn it-trattament jew l-oġġetti kkonċernati huma fost il-benefiċċji pprovduti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ affiljazzjoni li hija intitolata għalihom il-persuna assigurata. L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jħallas lura l-ispejjeż lill-persuna assigurata, li kienu jitħallsu mis-sistema ta’ sigurtà soċjali statutorja tiegħu li kieku l-istess kura tas-saħħa, jew waħda simili, kienet ipprovduta fit-territorju tiegħu jew l-istess oġġetti jew oħrajn simili nxtraw fit-territorju tiegħu. Din id-Direttiva m’għandhiex tipprekludi lill-Istati Membri milli jadottaw regoli aktar favorevoli, pereżempju li l-ispejjeż tat-trattament jitħallsu lura bir-rata (ogħla) li tapplika fl-Istat Membru fejn ikun ingħata t-trattament jew inxtraw l-oġġetti. Dan jista’ partikolarment ikun il-każ għat-trattamenti li jistgħu jingħataw permezz tan-netwerks ta’ referenza Ewropej msemmija fl-Artikolu 15 ta’ din id-Direttiva. Fi kwalunkwe każ, huwa l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni li jistabbilixxi liema servizzi u oġġetti tal-kura tas-saħħa qed jiġu mħallsa, irrilevanti minn fejn qed jiġu pprovduti jew mixtrija.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tipprevedi biss għal mod li jippermetti li l-Istati Membri jillimitaw il-fluss ’il barra ta’ pazjenti. Għandu jinstab mod biex jinkiseb il-maqlub, jiġifieri mod biex jitnaqqas l-influss ta’ pazjenti. Kemm il-fluss ’il barra u kemm l-influss ta’ pazjenti jista’ jipperikola l-bilanċ finanzjarju tal-iskemi tas-sigurtà soċjali u/jew il-kapaċità u l-aċċessibilità għall-kura.

Amendment  39

Proposal for a Directive

Artikolu 6 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-ispejjeż tal-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor għandhom jitħallsu mill-Istat Membru ta' affiljazzjoni skont id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva sal-livell tal-ispejjeż li kienu jinġarru kieku l-istess kura tas-saħħa, jew waħda simili, ingħatat fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni, mingħajr ma jinqabżu l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa riċevuta.

2. L-ispejjeż tal-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor għandhom jitħallsu mis-sistema ta' sigurtà soċjali tal-Istat Membru ta' affiljazzjoni skont id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva sal-livell tal-ispejjeż li kienu jinġarru kieku l-istess kura tas-saħħa, jew waħda simili, ingħatat fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni, mingħajr ma jinqabżu l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa riċevuta. F'ċerti każijiet, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jkopru spejjeż oħra annessi, bħall-ispejjeż tal-ivvjaġġar jew tal-alloġġ.

Amendment  40

Proposal for a directive – amending act

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni jista’ jimponi fuq pazjent li jfittex il-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor l-istess kundizzjonijiet, kriterji ta’ eliġibbiltà u formalitajiet regolatorji u amministrattivi għall-kisba tal-kura tas-saħħa u l-ħlas lura tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa li kieku jimponi kieku l-istess kura tas-saħħa jew waħda simili ngħatat fit-territorju tiegħu, dan sakemm ma jkunux diskriminatorji u lanqas ostaklu għall-moviment ħieles tal-persuni.

3. L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni jista’ jimponi fuq pazjent li jfittex servizzi jew oġġetti marbuta mal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor l-istess kundizzjonijiet, kriterji ta’ eliġibbiltà u formalitajiet regolatorji u amministrattivi li kieku jimponi kieku l-istess kura tas-saħħa jew waħda simili ngħatat jew l-istess oġġetti nxtraw fit-territorju tiegħu, dan sakemm ma jkunux diskriminatorji u lanqas ostaklu għal-libertà li jkunu pprovduti oġġetti u servizzi.

 

Ġustifikazzjoni

Dak li huwa rilevanti hawnhekk mhuwiex il-moviment ħieles tal-persuni (dan il-prinċipju huwa l-bażi tar-Regolament Nru 1408/71). Dak li huwa rilevanti hawnhekk hija l-libertà li jiġu pprovduti oġġetti u servizzi.

Amendment  41

Proposal for a directive – amending act

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandu jkollhom mekkaniżmu għall-kalkolu tal-ispejjeż li għandhom jitħallsu lill-persuna assigurata mis-sistema ta’ sigurtà soċjali statutorja għall-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor. Dan il-mekkaniżmu għandu jissejjes fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji magħrufa minn qabel u l-ispejjeż imħallsa lura skont dan il-mekkaniżmu m’għandhomx ikunu anqas minn dawk li kienu jinġarru li kieku l-istess kura tas-saħħa jew waħda simili kellha tingħata fit-territorju tal-Istat Membru ta’ affiljazzjoni.

 

4. L-Istati Membri għandu jkollhom mekkaniżmu għall-kalkolu tal-ispejjeż li għandhom jitħallsu lill-persuna assigurata mis-sistema ta’ sigurtà soċjali statutorja għall-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor. Dan il-mekkaniżmu għandu jissejjes fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji magħrufa minn qabel u l-ispejjeż imħallsa lura skont dan il-mekkaniżmu m’għandhomx ikunu anqas minn dawk li kienu jinġarru li kieku l-istess kura tas-saħħa jew waħda simili kellha tingħata fit-territorju tal-Istat Membru ta’ affiljazzjoni. Dawn l-ispejjeż għandhom jinkludu l-ivvjaġġar, meta titfaċċa sitwazzjoni ta’ dewmien mhux xieraq, jew nuqqas ta’ disponibbiltà tat-trattament fil-każ ta’ mard rari, mingħajr preġudizzju għall-każ ta’ trattamenti li huma speċifikament projbiti fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Jekk persuni assigurati jkunu kostretti jivvjaġġaw għall-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor, minħabba dewmien mhux xieraq jew nuqqas ta’ disponibbiltà tat-trattament, kif huwa partikolarment rilevanti fil-każ ta’ mard rari, l-ispejjeż għandhom jiddaħħlu wkoll fl-ispejjeż eliġibbli biex ikunu mħallsa lura mill-provveditur tal-kura tas-saħħa fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni. Madankollu, dan m’għandux japplika fil-każijiet fejn it-trattamenti huma speċifikament projbiti fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni.

Amendment  42

Proposal for a directive – amending act

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni m’għandux iħallas lura l-ispejjez ta’ kura mhux fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor soġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel, fejn l-ispiża ta’ kura tali, kieku ngħatat fit-territorju tiegħu, kienet titħallas mis-sistema ta’ sigurtà soċjali tiegħu.

 

L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni m’għandux iħallas lura l-ispejjez ta’ kura mhux fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor jew ix-xiri ta’ oġġetti marbuta mal-kura tas-saħħa li jinxtraw fi Stat Membru ieħor soġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel, fejn l-ispiża ta’ kura tali, kieku ngħatat fit-territorju tiegħu, jew ta’ dawk l-oġġetti, kieku nxtraw fit-territorju tiegħu, kienet titħallas mis-sistema ta’ sigurtà soċjali tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Ix-xiri ta’ oġġetti b’rabta mal-kura tas-saħħa (pereżempju tagħmir mediku) kien is-suġġett tas-sentenza Decker (it-tagħmir inkwistjoni f’dik il-kawża kien nuċċali), u għaldaqstant għandu jkun inkorporat ukoll f’direttiva intenzjonata biex tinkorpora fid-dispożizzjonijiet is-sentenzi Kohll u Decker.

Amendment  43

Proposal for a directive

Artikolu 8 – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kura fl-isptar u speċjalizzata

 

 

Kura fl-isptar

Amendment  44

Proposal for a directive

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Din il-lista għandha tiġi stabbilita u tista’ tiġi aġġornata regolarment mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).

 

2. Din il-lista għandha tiġi stabbilita f’kooperazzjoni u djalogu mal-awtoritajiet tas-saħħa tal-Istati Membri u tista’ tiġi aġġornata regolarment mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).

Ġustifikazzjoni

Hija prattika tajba li jkun hemm kooperazzjoni u djalogu mal-awtoritajiet tas-saħħa kompetenti tal-Istati Membri fit-twaqqif ta’ din il-lista speċifika, minħabba li l-mard u t-trattamenti tagħhom mhumiex l-istess fl-Istati Membri kollha .

Amendment  45

Proposal for a directive

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni jista’ jistipula sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għal ħlas lura mis-sistema tas-sigurtà soċjali tiegħu tal-ispiża ta’ kura fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

3. L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni jista’ jistipula sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għal ħlas lura mis-sistema tas-sigurtà soċjali tiegħu tal-ispiża ta’ kura fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) kura tas-saħħa li teħtieġ akkomodazzjoni mal-lejl għall-pazjent ikkonċernat għal mill-anqas lejl wieħed.

(a) kura tas-saħħa li tista’ tingħata biss fi ħdan infrastruttura medika u li normalment teħtieġ l-akkomodazzjoni tal-pazjent.

(b) l-għan tas-sistema huwa li tindirizza l-ħruġ konsekuttiv ta’ pazjenti kawża tal-implimentazzjoni tal-Artikolu attwali u li tħarsu milli jfixkel b’mod serju, jew li jkun probabbli li jfixkel b’mod serju:

(b) l-għan tas-sistema huwa li tindirizza l-ħruġ konsekuttiv ta’ pazjenti kawża tal-implimentazzjoni tal-Artikolu attwali u li tħarsu milli jfixkel b’mod serju, jew li jkun probabbli li jfixkel b’mod serju:

(i) il-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru; u/jew

(i) il-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru; u/jew

(ii) l-ippjanar u r-razzjonalizzazzjoni mwettqa fis-settur tal-isptarijiet sabiex tiġi evitata kapaċità żejda fl-isptar, żbilanċ fil-provvista tal-kura tas-saħħa u ħela loġistika u finanzjarja, iż-żamma ta’ servizz mediku u tal-isptar bilanċjat miftuħ għal kulħadd, jew iż-żamma ta’ kapaċità ta’ trattament jew kompetenza medika fit-territorji tal-Membru kkonċernat.

(ii) l-ippjanar u r-razzjonalizzazzjoni mwettqa fis-settur tal-isptarijiet sabiex tiġi evitata kapaċità żejda fl-isptar, żbilanċ fil-provvista tal-kura tas-saħħa u ħela loġistika u finanzjarja, iż-żamma ta’ servizz mediku u tal-isptar bilanċjat miftuħ għal kulħadd, jew iż-żamma ta’ kapaċità ta’ trattament jew kompetenza medika fit-territorji tal-Membru kkonċernat.

Amendment  46

Proposal for a directive

Artikolu 8 – paragrafu 4 a – (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Meta awtorizzazzjoni minn qabel kienet mitluba u mogħtija, l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jiżgura li l-pazjent huwa mistenni li jħallas biss kwalunkwe spejjeż li kien jkun mistennija li jħallas li kieku l-kura tiegħu kienet provduta fis-sistema tas-saħħa tal-pajjiż tiegħu.  L-Istati Membri għandhom ifittxu li jittrasferixxu l-fondi b’mod dirett bejn il-finanzjaturi u l-provvedituri tal-kura għal kwalunkwe spejjeż oħra.

Amendment   47

Proposal for a directive

Artikolu 8 – paragrafu 5 a – (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Pazjenti li qegħdin fuq lista ta’ stennija għal trattament mediku fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni tagħhom m’għandhomx ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel, jekk il-ħin meħtieġ sabiex dan ikun miksub ikun ta’ preġudizzju għall-istat tas-saħħa tagħhom jew ir-riċeviment ta’ trattament mediku tagħhom, jew fejn it-trattament in kwistjoni ma jistax ikun provdut għall-persuna konċernata fl-Istat Membru tal-affiljazzjoni tagħhom, minkejja proċeduri li huma speċifikament preskritti skont il-liġi tal-Istat Membru ta’ affiljazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Pazjenti li jaffaċċjaw dewmien mhux dovut m’għandhomx jkunu meħtieġa awtorizzazzjoni minn qabel. L-istess japplika għal pazjenti li ma jistax ikollhom aċċess għal trattamenti minħabba n-nuqqas ta’ disponibiltà tagħhom fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni tagħhom. Madankollu, dan m’għandux ikunu interpretat bħala faċilitazzjoni tal-provvediment u l-iffinanzjar ta’ trattamenti li huma preskritti speċifikament skont il-liġi tal-Istat Membru ta’ affiljazzjoni..

Amendment  48

Proposal for a directive

Artikolu 8 – paragrafu 5 a – (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Pazjenti li huma fuq lista ta’ stennija għal trattament mediku fil-pajjiż fejn joqogħdu u għandhom bżonn urġenti ta’ kura m’għandhomx ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel.

Ġustifikazzjoni

Pazjenti li iegħdin fuq lista ta’ stennija fil-pajjiż fejn joqogħdu u għandhom bżonn urġenti ta’ kura għandu jkollhom il-poter li jfittxu trattament fil-ħin fi Stat Membru ieħor mingħajr ma jkunu suġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel. Huma għandhom ikunu rikonoxxuti wkoll li d-dritt għall-kura tagħhom, li ħafna drabi jiswa ħafna, ikun imħallas totalment direttament mill-pajjiż ta’ oriġini lill-pajjiż tal-provvediment tal-kura (mingħajr ma jkollhom iħallsu minn qabel).

Amendment  49

Proposal for a directive

Artikolu 8 – paragrafu 5 a – (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Pazjenti b’mard rari m’għandhomx ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel.

Ġustifikazzjoni

F’kuntest ta’ skarsezza globali ta’ għarfien u ħila esperta fuq livell nazzjonali, pazjenti milquta minn mard rari, kemm jekk kien hemm djanjożi jew le, għandhom ikunu rikonoxxuti d-dritt li jagħżlu minn fejn jixtru kura tas-saħħa, mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel. Għandu jkun rikonoxxut ukoll id-dritt li l-kura tagħhom, li ħafna drabi tiswa ħafna, tkun imħallsa totalment direttament mill-pajjiż ta’ oriġini lill-pajjiż ta’ provvediment ta’ kura (mingħajr ma jkollhom iħallsu minn qabel), anke u speċjalment meta l-kura li għandhom bżonn ma teżistix fil-pajjiż ta’ affiljazzjoni tagħhom, peress li ħafna drabi din hija r-raġuni għala jkollhom bżonn isiefru.

Amendment  50

Proposal for a directive – amending act

Artikolu 9 – paragrafu -1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a. Skemi ta’ awtorizzazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq kriterji li jipprekludu lill-awtoritajiet kompetenti milli jeżerċitaw il-poter tagħhom ta’ evalwazzjoni b’mod arbitrarju jew diskrezzjonarju.

Amendment  51

Proposal for a directive – amending act

Artikolu 9 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Meta tkun moghtija awtorizzazzjoni minn qabel, l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jfittex il-ħlas lura għal kwalunkwe spiża oħra li għandha tkun provduta direttament mix-xerrej lill-provveditur.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-pagament dirett tal-ispejjeż involuti bejn l-assiguratur fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni lill-provveditur tas-servizz fl-Istat Membru tat-trattament. Dan għandu jkun il-każ sabiex il-pazjenti ma’ jkollhomx iġorru l-piż ta’ spejjeż li jitħallsu minn qabel li jista’ jservi ta’ ostaklu għal aċċess għal trattament.

Amendment  52

Proposal for a directive – amending act

Artikolu 9 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Għandu jkun hemm Ombudsman Ewropew li jittratta l-ilmenti tal-pazjenti rigward awtorizzazzjoni minn qabel, il-kwalità tat-trattament u pagamenti.

Ġustifikazzjoni

Il-pazjenti għandhom ikunu intitolati li jinstemgħu l-ilħna tagħhom fuq livell tal-UE meta jkollhom ilmenti dwar kwistjonijiet importanti bħal awtorizzazzjoni minn qabel, il-kwalità tat-trattament u pagamenti.

Amendment  53

Proposal for a directive – amending act

Artikolu 9 – paragrafu 5 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b. Il-Kummissjoni għandha twettaq studju ta’ vijabbiltà fl-istabbiliment ta’ clearing house sabiex tiffaċilita l-ħlas lura ta’ spejjeż skont din id-Direttiva fuq il-fruntiera, fis-sistemi ta’ kura tas-saħħa u fiz-zoni tal-munita fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u għandha tirrapporta lura lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u, jekk xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-ħlas lura ta’ spejjeż bejn l-Istati Membri b’mod li jippermetti miżura ta’ ħlas kemm jista’ jkun oġġettiva u imparzjali. Dan jista’ jifforma parti minn soluzzjoni effiċjenti għall-kisba ta’ dan l-għan.

Amendment  54

Proposal for a directive

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri ta’ affiljazzjoni għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi fis-seħħ għall-provvediment lill-pazjenti fuq talba b'tagħrif dwar il-kisba tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor, u t-termini u l-kundizzjoni li japplikaw, inter alia kull meta tiġi kkawżata ħsara b’riżultat ta’ kura tas-saħħa riċevuta fi Stat Membru ieħor.

1. L-Istati Membri ta’ affiljazzjoni għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi fis-seħħ għall-provvediment lill-pazjenti fuq talba b’tagħrif dwar il-kisba tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor, u t-termini u l-kundizzjonijiet li japplikaw, inter alia kull meta tiġi kkawżata ħsara b’riżultat ta’ kura tas-saħħa riċevuta fi Stat Membru ieħor. Organizzazzjonijiet tal-pazjenti għandhom ikunu involuti fil-koperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-proċess tal-provvediment u t-trasmissjoni ta’ informazzjoni lill-pazjenti.

Ġustifikazzjoni

Organizzazzjonijiet tal-pazjenti huma riżors ta’ valur fl-appoġġ tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti involuti fil-proċess ta’ provvediment u trasmissjoni ta’ informazzjoni direttament lill-pazjenti.

Amendment  55

Proposal for a directive

Artikolu 10 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a Għandu jkun hemm ċentru ta’ pariri indipendenti f’kull Stat Membru sabiex jagħti pariri lill-pazjenti dwar it-trattamenti differenti fl-Istati Membri. Fuq il-bażi tal-informazzjoni li jipprovdi ċ-ċentru tal-pariri, il-pazjenti jiddeċiedu liema trattament jippreferu.

Amendment  56

Proposal for a directive

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istat Membri għandhom jagħżlu punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-kura tas-saħħa transkonfinali u jikkomunikaw l-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tagħhom lill-Kummissjoni.

1. L-Istat Membri għandhom jagħżlu punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-kura tas-saħħa transkonfinali u jikkomunikaw l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-punti ta’ kuntatt nazzjonali għandhom ikunu stabbiliti b’mod effiċjenti u trasparenti. L-informazzjoni dwar l-eżistenza tagħhom għandha tkun trasmessa b’mod approprjat fl-Istati Membri, sabiex il-pazjenti jkollhom aċċess faċli għall-informazzjoni.

Amendment  57

Proposal for a directive

Artikolu 12 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali għal kura tas-saħħa transkonfinali jistgħu jkunu inkorporati wkoll fiċ-­ċentri ta’ informazzjoni eżistenti fl-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Il-premessa 36 tal-preambolu tiddikjara b’mod ċar li l-punti ta’ kuntatt nazzjonali jistgħu jkunu inkorporati fi strutturi eżistenti fl-Istati Membri, u dan għandu jkun espress b’mod ċar fid-dispożizzjonijiet tad-direttiva. Dan jagħmel possibbli l-evitar ta’ tqegħid ta’ piżijiet amministrativi addizzjonali fuq l-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-direttiva.

Amendment  58

Proposal for a directive

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-punt ta’ kuntatt nazzjonali fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni għandu, b'kooperazzjoni mill-qrib ma' awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħrajn, u ma' punti ta' kuntatt nazzjonali fi Stati Membri oħrajn, b'mod partikolari fl-Istat Membru ta' trattament, u mal-Kummissjoni:

2. Il-punt ta’ kuntatt nazzjonali fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu, b’koperazzjoni mill-qrib ma’ awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħrajn, iżda indipendentement minnhom, u ma’ punti ta’ kuntatt nazzjonali fi Stati Membri oħrajn, b’mod partikolari fl-Istat Membru ta’ trattament, u mal-Kummissjoni:

Ġustifikazzjoni

Huwa imperattiv li tkun stabbilita indipendenza funzjonali bejn il-punti ta’ kuntatt nazzjonali u awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħrajn, bħas-servizzi tas-saħħa nazzjonali, peress li jista’ jkun hemm inċentiva sabiex dawn tal-aħħar joperaw is-suġġett tal-bidu għall-prerogattivi tagħhom stess, pjuttost mill-prerogattivi tal-pazjenti.

Amendment  59

Proposal for a directive

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jipprovd u jqassam tagħrif lill-pazjenti b’mod partikolari dwar id-drittijiet tagħhom relatati mal-kura tas-saħħa transkonfinali u l-garanziji ta’ kwalità u ta’ sigurtà, ħarsien ta’ data personali, proċeduri għal ilmenti u mezzi ta’ rikors disponibbli għal kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor, u dwar it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli;

(a) jipprovdi u jqassam tagħrif lill-pazjenti b’mod partikolari dwar id-drittijiet tagħhom relatati mal-kura tas-saħħa transkonfinali u l-garanziji ta’ kwalità u ta’ sigurtà, ħarsien ta’ data personali, l-istat pubbliku jew privat tal-provveditur tal-kura, il-proċedura u r-rati ta’ ħlas lura, proċeduri għal ilmenti u mezzi ta’ rikors disponibbli għal kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor, u dwar it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli;

Amendment   60

Proposal for a directive

Artikolu 12 – paragrafu 2 - punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jiffaċilita l-iżvilupp ta’ skema ta’ riżoluzzjoni internazzjonali barra l-qrati għal tilwim li jirriżulta minn kura tas-saħħa transkonfinali;

(d) jiffaċilita l-iżvilupp ta’ skema ta’ riżoluzzjoni internazzjonali barra l-qrati, b’koperazzjoni mal-Ombudsman, għal tilwim li jirriżulta minn kura tas-saħħa transkonfinali;

Ġustifikazzjoni

L-Ombudsman huwa awtorità indipendenti li jopera f’kull Stat Membru, li prinċipalment jinvestiga l-prattiki jew omissjonijiet jew azzjonijiet materjali amministrattivi individwali minn korpi tas-servizz pubbliku li jiksru d-drittijiet jew jippreġudikaw l-interessi leġittimi ta’ persuni naturali jew legali. F’din l-istanza speċifika, l-Ombudsman jista’ jgħin lejn ir-riżoluzzjonijiet ta’ tilwim.

Amendment  61

Proposal for a directive

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt e a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) Provvedituri ta’ kura primarji għandhom jinfurmaw lill-pazjenti dwar id-disponibiltà u l-funzjoni tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni tagħħom.

Ġustifikazzjoni

Provvedituri tal-kura primarji, bħal per eżempju tobba tal-familja/tobba ġeneralisti, huma f’ħafna każijiet l-ewwel punt ta’ kuntatt bejn il-pazjent u s-servizz tas-saħħa. Għalhekk, sabiex dawn il-pazjenti jkunu magħmula konxji tad-drittijiet tagħhom għal kura tas-saħħa transkonfinali, provvedituri tal-kura primarji għandhom ikunu obbligati li jiggwidaw lill-pazjenti fid-direzzjoni tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali sabiex jagħtuhom l-iktar informazzjoni possibbli dwar l-alternattivi tagħhom ta’ trattament.

Amendment  62

Proposal for a Directive

Artikolu 13 - paragrafi 2a 2b u 2c(ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri jiżguraw il-koperazzjoni bejn id-diversi awtoritajiet kompetenti tagħhom sabiex jiggarantixxu l-affidabilità tal-informazzjoni mqegħda għad-dispożizzjoni tal-pazjenti bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10.

 

2b. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw sabiex jiggarantixxu l-kontroll mediku u/jew it-trattament ta' kumplikazzjonijiet eventwali li jirriżultaw minn kura tas-saħħa mogħtija barra l-pajjiż. L-Istat Membru li jittratta lill-pazjent għandu jiggarantixxi lill-Istat Membru ta' affiljazzjoni li jkun responsabbli mill-ħlas ta' dan il-kontroll u/jew trattament dwar il-possibilitajiet ta' rikors f'każ ta' dannu, u għandu jiżgura l-aċċess għall-fajl mediku.

Ġustifikazzjoni

Id-dmir ta' koperazzjoni għandu japplika għad-dispożizzjonijiet il-ġodda tal-Artikoli 5 u 10.

Amendment  63

Proposal for a directive

Artikolu 14 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Jekk prodott mediċinali huwa awtorizzat li jitqiegħed fis-suq fit-territorju tagħhom skond l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83/KE, l-Istat Membri għandhom jiżguraw li l-preskrizzjonijiet maħruġa minn persuna awtorizzata fi Stat Membru ieħor għal pazjent partikolari tista’ tintuża fit-territorju tagħhom u li kull restrizzjoni ta’ rikonoxximent ta’ preskrizzjonijiet individwali huma pprojbiti sakemm dawn:

1. Jekk prodott mediċinali huwa awtorizzat li jitqiegħed fis-suq fit-territorju tagħhom skond l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83/KE, l-Istat Membri għandhom jiżguraw li l-preskrizzjonijiet maħruġa għal dak il-prodott mediċinali minn persuna awtorizzata fi Stat Membru ieħor għal pazjent partikolari tista’ tintuża fit-territorju tagħhom u li kull restrizzjoni ta’ rikonoxximent ta’ preskrizzjonijiet individwali huma pprojbiti sakemm dawn:

Ġustifikazzjoni

Artikel 6 der Richtlinie 2001/83/EG sieht vor, dass nur im jeweiligen Mitgliedstaat zugelassene Arzneimittel in den Verkehr gebracht werden dürfen. Diese nationalen Zulassungen machen auch heute noch den weit überwiegenden Marktanteil der Arzneimittel gegenüber zentralen europäischen Zulassungen auf der Grundlage der Verordnung (EG) 726/2004 aus. Auch bei an sich unzweifelhaft authentischen Verschreibungen können im konkreten Einzelfall legitime und begründete Zweifel an der Befugnis der verschreibenden Person zur Verschreibung des fraglichen Arzneimittels bestehen, z.B. bei einer möglichen Überschreitung berufsrechtlicher Grenzen der Approbation. Diesen möglichen Zweifeln wird durch die Änderung in Buchstabe b) Rechnung getragen.

Amendment  64

Proposal for a directive

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) huma msejsa fuq dubji leġittimi u ġustifikati dwar l-awtentiċità jew il-kontenut ta’ preskrizzjoni individwali.

(b) huma msejsa fuq dubji leġittimi u ġustifikati dwar l-awtentiċità jew il-kontenut ta’ preskrizzjoni individwali jew dwar id-dritt tal-parti li tagħmel il-preskrizzjoni li toħroġ preskrizzjoni.

Ġustifikazzjoni

Artikel 6 der Richtlinie 2001/83/EG sieht vor, dass nur im jeweiligen Mitgliedstaat zugelassene Arzneimittel in den Verkehr gebracht werden dürfen. Diese nationalen Zulassungen machen auch heute noch den weit überwiegenden Marktanteil der Arzneimittel gegenüber zentralen europäischen Zulassungen auf der Grundlage der Verordnung (EG) 726/2004 aus. Auch bei an sich unzweifelhaft authentischen Verschreibungen können im konkreten Einzelfall legitime und begründete Zweifel an der Befugnis der verschreibenden Person zur Verschreibung des fraglichen Arzneimittels bestehen, z.B. bei einer möglichen Überschreitung berufsrechtlicher Grenzen der Approbation. Diesen möglichen Zweifeln wird durch die Änderung in Buchstabe b) Rechnung getragen.

Amendment  65

Proposal for a directive

Artikolu 14 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għall-iffaċilitar tal-implimentazzjoni tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta:

2. Għall-iffaċilitar tal-implimentazzjoni tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tissuġġerixxi:

Ġustifikazzjoni

Il-miżuri mniżżla huma mistennija li jaffettwaw l-attivitajiet tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa u l-protezzjoni tal-kura tas-saħħa. L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jżommu l-kompetenza tagħhom f’dawn l-oqsma.

Amendment  66

Proposal for a directive

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) miżuri li jippermettu lil spiżjara jew professjonisti tas-saħħa oħrajn li jivverfikaw l-awtentiċità tal-preskrizzjoni u jekk il-preskrizzjoni ħarġitx fi Stat Membru ieħor minn persuna awtorizzata permezz tal-iżvilupp ta’ mudell ta’ preskrizzjoni Komunitarja, u li jappoġġjaw l-interoperabbiltà tal-preskrizzjonijiet-e;

(a) miżuri li jippermettu lil spiżjara jew professjonisti tas-saħħa oħrajn li jivverfikaw l-awtentiċità tal-preskrizzjoni u jekk il-preskrizzjoni ħarġitx fi Stat Membru ieħor minn persuna awtorizzata permezz tal-iżvilupp ta’ mudell ta’ preskrizzjoni Komunitarja, u li jappoġġjaw l-interoperabbiltà tal-preskrizzjonijiet-e; Salvagwardji tal-protezzjoni tad-dejta għandhom ikunu kkunsidrati u inkorporati mill-ewwel stadju ta’ dan il-proċess ta’ żvilupp;

Ġustifikazzjoni

Kif rakkomandat fl-opinjoni EDPS, dan huwa importanti sabiex ikun hemm livell għoli ta’ protezzjoni tad-dejta

Amendment  67

Proposal for a directive

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt b a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ba) miżuri li jiffaċilitaw il-kuntatt bejn il-parti li tagħmel il-preskrizzjoni u l-parti li tqassam sabiex ikunu riżolti ċertu inċertezzi dwar il-preskrizzjoni;

Ġustifikazzjoni

Sistema ta’ rikonoxximent ta’ preskrizzjonijiet Ewropej għandha tippermetti kuntatt dirett bejn it-tobba u l-ispiżjara. Dan il-kuntatt dirett huwa kundizzjoni essenzjali għar-riżoluzzjoni ta’ ċerti inċertezzi li jirrigwardaw trattament b’mediċini, u hija diġà prattika kurrenti fl-Istati Membri.

Amendment  68

Proposal for a directive

Artikolu 14 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Artikolu 14 għandu japplika wkoll għal preskrizzjonijiet għall-provvista ta’ mekkaniżmi mediċi awtorizzati skond il-liġijiet tal-Istat Membru konċernat.

Amendment  69

Proposal for a directive

Artikolu 15 – paragrafu 3 – parti introduttorja and punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta:

Il-Kummissjoni għandha tipproponi:

(a) lista ta’ kriterji u kundizzjonijiet speċifiċi li n-netwerks ta’ referenza Ewropej iridu jissodisfaw, inklużi l-kundizzjonijiet u l-kriterji meħtieġa mill-provvedituri tal-kura tas-saħħa li jixtiequ jingħaqdu man-netwerks ta’ referenza Ewropej, biex tiżgura, b’mod partikolari, li n-netwerks ta’ referenza Ewropej:

(a) lista ta’ kriterji u kundizzjonijiet speċifiċi li n-netwerks ta’ referenza Ewropej iridu jissodisfaw, inklużi lista ta’ zoni ta’ mard iktar rari li hemm bżonn li jkunu kkunsidrati u l-kundizzjonijiet u l-kriterji meħtieġa mill-provvedituri tal-kura tas-saħħa li jixtiequ jingħaqdu man-netwerks ta’ referenza Ewropej, biex tiżgura, b’mod partikolari, li n-netwerks ta’ referenza Ewropej:

Ġustifikazzjoni

Kif iddikjarat fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni (punt 8.3), l-għan ewlieni tan-netwerk ta’ referenza Ewropea huwa li ‘jipprovdu l-kura tas-saħħa lil pazjenti b’ kundizzjonijiet li jitolbu konċentrazzjoni partikolari ta' riżorsi jew għarfien espert, biex jipprovdu kura bi prezz raġjonevoli, ta’ kwalità għolja u effettiva meta mqabbla mal-ispejjeż.’ L-Artikolu rilevanti tad-direttiva għandu jirrifletti dan.

Amendment  70

Proposal for a directive

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt b a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) miżuri li jiżguraw l-affordabiltà finanzjarja u l-aċċessibiltà ġeografika ta’ netwerks ta’ referenza Ewropej.

Ġustifikazzjoni

Jekk il-provvediment ta’ ċertu kura speċjalizzata għandu jkun organizzat fuq livell Ewropew, għandhom ikunu provduti garanziji sabiex dan jibqa’ aċċessibbli.

Amendment  71

Proposal for a directive

Artikolu 16 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 16a

Telemediċina

 

Prattikanti tat-telemediċina li jipprovdu kura tas-saħħa għal pazjenti fl-UE għandhom ikunu reġistrati mar-regolatur mediku tal-Istat Membru minn fejn hu provdut it-trattament ta’ telemediċina.

Ġustifikazzjoni

Regolaturi mediċi fl-Istati Membri tal-UE għandhom jirregolaw lit-tobba kollha li jipprovdu kura tas-saħħa għal pazjenti fl-Istati Membri tagħhom, irrispettivament mill-post minn fejn il-prattikant qed jipprovdi dan it-trattament.

Amendment  72

Proposal for a directive

Artikolu 17 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kooperazzjoni dwar it-tmexxija ta’ teknoloġiji tas-saħħa ġodda

Kooperazzjoni dwar it-tmexxija ta’ teknoloġiji tas-saħħa

Ġustifikazzjoni

In-netwerk propost għandu jkun imħaddem skont il-prinċipji ta’ governanza tajba, kif stabbilit fil-White Paper tal-Kummissjoni dwar il-Governanza Ewropea (2001),b’mod partikolari rigward id-disponibiltà, kontabilità, effettività u koerenza. Koperazzjoni dwar evalwazzjonijiet tat-tekonoloġija tas-saħħa għandha tkun sabiex jitjiebu proċeduri trasparenti, oġġettivi, inklussivi u fil-ħin. Il-Kummissjoni għandha għalhekk taċċetta awtoritajiet tal-evalwazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa li jilħqu dawk l-istandards. Din l-emenda hija konformi ma’ emenda għall-premessa 43.

Amendment  73

Proposal for a directive

Artikolu 17 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-Kummissjoni Ewropea għandha, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, tistabbilixxi qafas operazzjonali għan-netwerk li huwa bbażat fuq il-prinċipji ta’ governanza tajba inkluż trasparenza, oġġettività, ekwità ta’ proċeduri, u parteċipazzjoni wiesgħa u totali tal-partijiet interessati tal-gruppi soċjali relevanti kollha inkluż professjonisti tal-kura tas-saħħa, pazjenti, riċerkaturi u l-industrija.

Ġustifikazzjoni

In-netwerk propost għandu jkun imħaddem skont il-prinċipji ta’ governanza tajba, kif stabbilit fil-White Paper tal-Kummissjoni dwar il-Governanza Ewropea (2001),b’mod partikolari rigward id-disponibiltà, kontabilità, effettività u koerenza. Koperazzjoni dwar evalwazzjonijiet tat-tekonoloġija tas-saħħa għandha tkun sabiex jitjiebu proċeduri trasparenti, oġġettivi, inklussivi u fil-ħin. Il-Kummissjoni għandha għalhekk taċċetta awtoritajiet tal-evalwazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa li jilħqu dawk l-istandards. Din l-emenda hija konformi ma’ emenda għall-premessa 43.

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt a a, b u c (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) isib modi sostenibbli biex jibbilanċja l-għanijiet ta’ aċċess għal mediċini, premju għall-innovazzjoni u amministrazzjoni tal-baġits tal-kura tas-saħħa;

 

(ab) jiżviluppa proċeduri u metodoloġiji trasparenti, oġġettivi, inklussivi u fil-ħin li jibbilanċjaw l-għanijiet kollha;

 

(ac) jiżgura parteċipazzjoni totali tal-gruppi soċjetali relevanti kollha, b’mod partikolari l-pazjenti, l-komunità medika, r-riċerka u l-industrija;

Ġustifikazzjoni

In-netwerk propost għandu jkun imħaddem skont il-prinċipji ta’ governanza tajba, kif stabbilit fil-White Paper tal-Kummissjoni dwar il-Governanza Ewropea (2001),b’mod partikolari rigward id-disponibiltà, kontabilità, effettività u koerenza. Koperazzjoni dwar evalwazzjonijiet tat-tekonoloġija tas-saħħa għandha tkun sabiex jitjiebu proċeduri trasparenti, oġġettivi, inklussivi u fil-ħin. Il-Kummissjoni għandha għalhekk taċċetta awtoritajiet tal-evalwazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa li jilħqu dawk l-istandards. Din l-emenda hija konformi ma’ emenda għall-premessa 43.

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jappoġġja l-provvediment ta’ tagħrif oġġettiv, ta’ min joqgħod fuqu, f'waqtu, trasparenti u trasferibbli dwar l-effettività fil-qosor u fit-tul tat-teknoloġiji tas-saħħa u jippermetti l-iskambju effettiv ta’ dan it-tagħrif bejn l-awtoritajiet jew korpi nazzjonali.

(b) jappoġġja l-provvediment ta’ tagħrif oġġettiv, ta’ min joqgħod fuqu, f'waqtu, trasparenti u trasferibbli dwar l-effettività fil-qosor u fit-tul tat-teknoloġiji tas-saħħa u l-effetti u l-impatti possibbli tagħhom fuq is-soċjetà, u jippermetti l-iskambju effettiv ta’ dan it-tagħrif bejn l-awtoritajiet jew korpi nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu jipprovdi għal koperazzjoni fost il-korpi responsabbli għal evalwazzjonijiet tal-impatt tat-teknoloġija fis-settur tal-kura tas-saħħa. Dawn il-korpi jipposjedu informazzjoni mhux biss dwar l-effettività tat-teknoloġiji iżda wkoll dwar l-effetti possibbli tagħhom u l-bidliet li jistgħu jġibu fis-soċjetà. Għandu għalhekk iseħħ ukoll skambju ta’ informazzjoni dwar dawn il-kwistjonijiet.

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-awtoritajiet jew il-korpi li qed jieħdu sehem fin-netwerk kif imsemmi fil-paragrafu 1 u jikkomunikaw l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dawn l-awtoritajiet jew korpi lill-Kummissjoni.

3. L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-awtoritajiet jew il-korpi li qed jieħdu sehem fin-netwerk kif imsemmi fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tippermetti biss awtoritajiet li jwettqu l-prinċipji ta’ governanza tajba biex jingħaqdu man-netwerk.

Ġustifikazzjoni

In-netwerk propost għandu jkun imħaddem skont il-prinċipji ta’ governanza tajba, kif stabbilit fil-White Paper tal-Kummissjoni dwar il-Governanza Ewropea (2001),b’mod partikolari rigward id-disponibiltà, kontabilità, effettività u koerenza. Koperazzjoni dwar evalwazzjonijiet tat-tekonoloġija tas-saħħa għandha tkun sabiex jitjiebu proċeduri trasparenti, oġġettivi, inklussivi u fil-ħin. Il-Kummissjoni għandha għalhekk taċċetta awtoritajiet tal-evalwazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa li jilħqu dawk l-istandards. Din l-emenda hija konformi ma’ emenda għall-premessa 43.

Amendment  77

Proposal for a directive

Artikolu 17 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), tadotta l-miżuri meħtieġa għall-ħolqien u t-tmexxija ta’ dan in-netwerk u tispeċifika n-natura u t-tip tat-tagħrif li għandu jiġi skambjat.

4. Il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), tadotta l-miżuri meħtieġa għall-ħolqien u t-tmexxija ta’ dan in-netwerk skont l-għanijiet hawn fuq imsemmija u tispeċifika n-natura u t-tip tat-tagħrif li għandu jiġi skambjat.

Ġustifikazzjoni

In-netwerk propost għandu jkun imħaddem skont il-prinċipji ta’ governanza tajba, kif stabbilit fil-White Paper tal-Kummissjoni dwar il-Governanza Ewropea (2001),b’mod partikolari rigward id-disponibiltà, kontabilità, effettività u koerenza. Koperazzjoni dwar evalwazzjonijiet tat-tekonoloġija tas-saħħa għandha tkun sabiex jitjiebu proċeduri trasparenti, oġġettivi, inklussivi u fil-ħin. Il-Kummissjoni għandha għalhekk taċċetta awtoritajiet tal-evalwazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa li jilħqu dawk l-istandards. Din l-emenda hija konformi ma’ emenda għall-premessa 43.

Amendment  78

Proposal for a directive

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Member States shall collect statistical and other additional data needed for monitoring purposes on the provision of cross-border healthcare, the care provided, its providers and patients, the cost and the outcomes. Għandhom jiġbru din id-data bħala parti mis-sistemi ġenerali tagħhom għall-ġbir tad-data dwar il-kura tas-saħħa, f’konformità mal-liġi nazzjonali u Komunitarja għall-produzzjoni ta' statistiċi u dwar il-ħarsien ta' data personali.

1. L-Istati Membri għandhom jiġbru dejta tal-istatistika meħtieġa għal raġunijiet ta’ monitoraġġ dwar il-provvediment ta’ kura tas-saħħa transkonfinali, il-kura provduta, il-provvedituri u l-pazjenti tagħha, l-ispejjeż u r-riżultati. Għandhom jiġbru din id-dejta bħala parti mis-sistemi ġenerali tagħhom għall-ġbir tad-dejta dwar il-kura tas-saħħa, f’konformità mal-liġi nazzjonali u Komunitarja għall-produzzjoni ta' statistiċi u dwar il-ħarsien ta’ dejta personali, u b’mod speċifiku l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 95/46/KE.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 95/46 jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi li jirrigwardaw l-użu sussegwenti ta’ dejta tas-saħħa.

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-data msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni minn tal-anqas kull sena, għajr għal data li diġà tinġabar skond id-Direttiva 2005/36/KE.

2. L-Istati Membri għandhom , jekk ikun meħtieġ, jittrażmettu d-dejta msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni, għajr għal dejta li diġà tinġabar skond id-Direttiva 2005/36/KE. Evalwazzjoni tal-bżonn ta’ dawn it-trasferimenti għal raġunijiet leġittimi tkun speċifikata minn qabel b’mod xieraq.

Ġustifikazzjoni

L-obbligazzjoni li tkun trasmessa dejta lill-Kummissjoni għandha tkun suġġetta għal evalwazzjoni ta’ ħtieġa pjuttost milli permezz ta’ definizzjoni fuq bażi annwali.

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kunsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu mniżżel fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal 3 xhur.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kunsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu mniżżel fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal 3 xhur.Meta l-miżuri ta’ implimentazzjoni jirrigwardaw l-ipproċessar ta’ dejta personali għandu jkun ikkonsultat il-Kontrollatur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

Ġustifikazzjoni

Kif rakkomandat fl-opinjoni EDPS, huwa imporanti li l-EDPS ikun ikkonsultat fuq dawn il-kwistjonijiet.

Amendment  81

Proposal for a Directive

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha fi żmien ħames snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 22(1) tfassal rapport dwar l-operazzjoni ta' din id-Direttiva u tibgħatha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Il-Kummissjoni għandha fi żmien tliet snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 22(1) tfassal rapport dwar l-operazzjoni ta' din id-Direttiva u tibgħatha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport jagħti attenzjoni partikolari lill-konsegwenzi tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fuq il-mobilità tal-pazjenti u fuq it-totalità tal-protagonisti tas-sistemi ta' kura tas-saħħa tal-Istati Membri. Jekk ikun neċessarju, il-Kummissjoni għandha tehmeż proposti għal emendi leġiżlattivi mar-rapport.

Għal dan il-għan u mingħajr ħsara għall-Artikolu 22, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kull miżura li introduċew, immodifikaw jew żammew bil-għan li jimplimentaw il-proċeduri stipulati fl-Artikoli 8 u 9.

Għal dan il-għan u mingħajr ħsara għall-Artikolu 22, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kull miżura li introduċew, immodifikaw jew żammew bil-għan li jimplimentaw il-proċeduri stipulati fl-Artikoli 8 u 9.

Ġustifikazzjoni

Jaqbel li jiġu ppreċiżati ċerti aspetti li għandhom jiġu koperti mir-rapport ta' evalwazzjoni, li għandu wkoll jitressaq wara tliet snin.

PROĊEDURA

Titolu

Id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali

Referenzi

COM(2008)0414 – C6-0257/2008 – 2008/0142(COD)

Kumitat responsabbli

ENVI

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

2.9.2008

 

 

 

Kumitat(i) assoċjat(i) - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

23.9.2008

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Bernadette Vergnaud

10.9.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

6.11.2008

22.1.2009

11.2.2009

 

Data tal-adozzjoni

9.3.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

16

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mogens Camre, Gabriela Creţu, Janelly Fourtou, Evelyne Gebhardt, Martí Grau i Segú, Ioan Lucian Hămbăşan, Malcolm Harbour, Pierre Jonckheer, Eija-Riitta Korhola, Kurt Lechner, Lasse Lehtinen, Catiuscia Marini, Nickolay Mladenov, Catherine Neris, Bill Newton Dunn, Zita Pleštinská, Karin Riis-Jørgensen, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Eva-Britt Svensson, Jacques Toubon, Bernadette Vergnaud

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Emmanouil Angelakas, Wolfgang Bulfon, Colm Burke, Jan Cremers, Magor Imre Csibi, Brigitte Fouré, Benoît Hamon, Othmar Karas, José Ribeiro e Castro, Olle Schmidt, Søren Bo Søndergaard, Anja Weisgerber, Stefano Zappalà

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Alfredo Antoniozzi, Thijs Berman, Christofer Fjellner, Jim Higgins, Maria Grazia Pagano

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (10.3.2009)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali
(COM(2008)0414 – C6‑0257/2008 – 2008/0142(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Harald Ettl

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur jilqa' b'soddisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva dwar "id-drittijiet ta' pazjent għal kura tas-saħħa transkonfinali", peress li l-proposta għandha l-għan li żżid it-trasparenza u ċ-ċertezza legali għall-pazjenti. L-offerta dejjem tikber fl-istituzzjonijiet ta' trattament mediku u informazzjoni aħjar għaċ-ċittadini jindikaw li l-mobilità tal-pazjent se tiżdied. Il-vantaġġi fil-politika tas-saħħa li jistgħu jirriżultaw minn netwerk aħjar tal-istituzzjonijiet ta' trattament mediku fl-Ewropa għandhom jiġu intensifikati. Fl-istess ħin, għandu jiġi żgurat li l-proposta għal direttiva la twassal għal impożizzjoni unilaterali tal-ispejjeż fuq l-Istati Membri u lanqas tagħmel ħsara lill-kura tas-saħħa interna, u/jew lis-servizz tas-saħħa disponibbli fil-pajjiż, jekk ammont sproporzjonat ta' pazjenti jfittxu s-servizzi tas-saħħa.

Is-servizzi tas-saħħa tħallew barra mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi, peress li dawn is-servizzi għandhom valur akbar u għandhom jiġu rikonoxxuti permezz ta' dispożizzjonijiet legali separati fil-livell Ewropew. Quddiem dan kollu, il-Parlament Ewropew talab lill-Kummissjoni f'rapport ta' inizjattiva f'Mejju 2008 tipproponi qafas regolatorju ġdid għall-kura tas-saħħa transkonfinali. F'Lulju 2008, bħala parti mill-pakkett soċjali, il-Kummissjoni ppublikat il-proposta għal direttiva preżenti, li biha ġiet ikkodifikata b'mod partikolari l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali.

Ir-rapporteur jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni biex tiffaċilita l-mobilità transkonfinali tal-pazjenti u biex tikkjarifika d-drittijiet tal-pazjenti permezz ta' leġiżlazzjoni sekondarja. Għall-pazjenti għall-inqas għandhom jiġu eżawriti s-sinerġiji kollha fil-qasam tal-mediċina. Dan jeħtieġ miżuri ta' prevenzjoni ekonomiċi, assigurattivi u organizzattivi, pereżempju fir-rigward tal-ammont ta' sodod fl-Istati Membri u l-kapaċità finanzjarja. Biex jiġu evitati problemi ta' kapaċità fil-provvista ta' servizzi lill-popolazzjoni ta' Stat Membru stess minħabba l-ammont ta' pazjenti ġejjin minn Stati Membri oħra, il-pazjenti għandu jkollhom aċċess għall-istituzzjonijiet Ewropej fir-rispett tal-kapaċitajiet relattivi ta' kull Stat Membru u r-riżorsi finanzjarji tiegħu.

Skont l-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 152 (1) tat-Trattat KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw standard għoli tal-protezzjoni tas-saħħa. Fil-preżent, is-servizzi tas-saħħa tal-Istati Membri jvarjaw sostanzjalment bejniethom. Din is-sitwazzjoni għandha tkompli tiġi żviluppata u l-istandard għoli ta' kwalità għandu jinżamm. Is-saħħa bħala oġġett prezzjuż ħafna għandha tiġi appoġġjata minn politika ta' trattat, garanzija ta' kwalità u regoli tal-ombudsman. Il-possibilità ta' kura tas-saħħa transkonfinali m'għandhiex tinkoraġġixxi Stati Membri individwali jieqfu jiżviluppaw l-istituzzjonijiet tas-saħħa tagħhom u jippromwovu l-kura barra l-pajjiż.

Ir-rapporteur jaqbel mal-approċċ fejn tingħata l-possibilità lill-Istati Membri, fis-sitwazzjoni fejn il-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-saħħa u/jew il-kapaċità ta' Stat Membru li jipprovdi servizzi ta' sptar tiġi mminata/jiġu mminati serjament, li jintroduċu r-rekwiżit li tingħata awtorizzazzjoni minn qabel għar-rimborż tal-ispejjeż. F'dan il-kuntest huwa importanti li wieħed jinnota li l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li jitolbu mingħand is-sistemi li minnhom jiġu l-pazjenti l-ispejjeż totali tas-servizz. F'xi uħud mill-Istati Membri l-kura fl-isptar tiġi ffinanzjata parzjalment mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u parzjalment minn fondi fiskali. Jekk il-pazjenti minn barra jintalbu jħallsu biss ir-rata tas-sigurtà soċjali, dawk l-Istati Membri li l-kapaċità insuffiċjenti tagħhom possibilment tinkoraġġixxi lill-pazjenti jfittxu kura fi Stat Membru ieħor, ikunu qed jieħdu benefiċċju mhux ġustifikat mill-persuni li jħallsu t-taxxi fil-pajjiż barrani fejn issir il-kura.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emendi  1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Meta wieħed iqis li l-kundizzjonijiet għar-rikors għall-Artikolu 95 tat-Trattat bħala bażi legali ntlaħqu, il-leġiżlatura Komunitarja għandha toqgħod fuq din il-bażi legali anke meta l-ħarsien tas-saħħa pubblika hija fattur deċiżiv fl-għażliet li jsiru; f’dan ir-rigward l-Artikolu 95(3) tat-Trattat b’mod espliċitu jitlob li, fil-kisba tal-armonizzazzjoni, għandu jiġi garantit livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa umana filwaqt li jitqies b’mod partikolari kull żvilupp ġdid imsejjes fuq fatti xjentifiċi.

(2) Meta wieħed iqis li l-kundizzjonijiet għar-rikors għall-Artikolu 95 tat-Trattat bħala bażi legali ntlaħqu, il-leġiżlatura Komunitarja għandha toqgħod fuq din il-bażi legali anke meta l-ħarsien tas-saħħa pubblika hija fattur deċiżiv fl-għażliet li jsiru; f’dan ir-rigward l-Artikolu 95(3) tat-Trattat b’mod espliċitu jitlob li għandu jiġi garantit livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa umana filwaqt li jitqies b’mod partikolari kull żvilupp ġdid imsejjes fuq fatti xjentifiċi.

Justification

L-għan ta' din id-direttiva huwa li jiġu ċċaati d-drittijiet tal-pazjenti u mhux l-armonizzazzjoni tal-organizzazzjoni tas-sistema tas-saħħa. Dan huwa esklużivament fir-responsabilità tal-Istati Membri.

Emendi  2

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Is-sistemi tas-saħħa tal-Komunità huma parti ċentrali mill-livelli għolja ta’ ħarsien soċjali tal-Ewropa, u jikkontribwixxu għal koeżjoni soċjali u ġustizzja soċjali kif ukoll għall-iżvilupp sostenibbli. Huma jiffurmaw wkoll parti minn qafas aktar ġenerali ta’ servizzi ta’ interess ġenerali.

(4) Is-sistemi tas-saħħa tal-Komunità huma parti ċentrali mill-livelli għolja ta’ ħarsien soċjali tal-Ewropa, u jikkontribwixxu għal koeżjoni soċjali u ġustizzja soċjali kif ukoll għall-iżvilupp sostenibbli. Huma jiffurmaw ukoll parti minn qafas aktar wiesa’ ta’ servizzi ta’ interess ġenerali. Huma jgawdu stejtus speċjali fost is-servizzi ta’ interess ġenerali minħabba l-objettivi tagħhom ta’ prijorità li jiżguraw is-sikurezza tal-pazjenti u jħarsu s-saħħa pubblika.

Justification

Għalkemm id-direttiva preżenti tipproponi sistema ta' regoli separati għas-servizzi tas-saħħa li huma esklużi mid-Direttiva dwar is-Servizzi, is-suġġett tas-saħħa qed jiġi trattat bil-mod li għalih kien intenzjonat qabel fil-qafas tad-Direttiva dwar is-servizzi. Għandu jiġi ċċarat li s-servizzi tas-saħħa huma ta' valur ogħla fil-konfront tas-servizzi l-oħra.

Emendi  3

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Ir-riċerka tissuġġerixxi li f’10 % tal-każi tirriżulta l-ħsara mill-kura tas-saħħa. Għalhekk huwa essenzjali li jkunu żgurati obbligazzjonijiet komuni ċari għal ċirkustanzi fejn toħroġ il-ħsara mill-kura tas-saħħa biex ikun evitat in-nuqqas ta' fiduċja f'dawk li mekkaniżmi li jaġixxu bħala ostaklu għall-għażla ta' kura tas-saħħa transkonfinali. Il-kopertura għall-ħsara u l-kumpens mis-sistemi tal-pajjiż tat-trattament għandha tkun bla ħsara għall-possibbiltà għall-Istati Membri li jestendu l-kopertura tas-sistemi domestiċi tagħhom għal pazjenti mill-pajjiż tagħhom li jkunu qed ifittxu l-kura tas-saħħa barra mill-pajjiż, fejn dan ikun aktar xieraq għall-pazjent, b’mod partikolari fil-każ ta’ pazjenti li għalihom l-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor huwa meħtieġ.

(15) Ir-riċerka tissuġġerixxi li f’madwar 10 % tal-każi tirriżulta l-ħsara fiżika mill-kura tas-saħħa. Għalhekk huwa essenzjali li jkunu żgurati obbligazzjonijiet komuni ċari għal ċirkustanzi fejn toħroġ il-ħsara mill-kura tas-saħħa biex ikun evitat in-nuqqas ta' fiduċja f'dawk li mekkaniżmi li jaġixxu bħala ostaklu għall-għażla ta' kura tas-saħħa transkonfinali. Il-kopertura għall-ħsara u l-kumpens mis-sistemi tal-pajjiż tat-trattament għandha tkun bla ħsara għall-possibbiltà għall-Istati Membri li jestendu l-kopertura tas-sistemi domestiċi tagħhom għal pazjenti mill-pajjiż tagħhom li jkunu qed ifittxu l-kura tas-saħħa barra mill-pajjiż, fejn dan ikun aktar xieraq għall-pazjent, b’mod partikolari fil-każ ta’ pazjenti li għalihom l-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor huwa meħtieġ.

Emendi  4

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Il-pazjent m’għandu qatt jieħu vantaġġ finanzjarju mill-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor u l-ġarr tal-ispejjeż għandu għalhekk jiġi limitat biss għall-ispejjeż attwali tal-kura tas-saħħa riċevuta.

(24) Il-pazjent m’għandu qatt jieħu vantaġġ finanzjarju mill-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor u l-ġarr tal-ispejjeż għandu għalhekk jiġi limitat biss għall-ispejjeż attwali tal-kura tas-saħħa riċevuta. L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jħallas lura wkoll spejjeż oħra relatati, bħal m’huma l-ispejjeż ta’ trattament terapewtiku.

Justification

Għalkemm id-direttiva preżenti tipproponi sistema ta' regoli separati għas-servizzi tas-saħħa li huma esklużi mid-Direttiva dwar is-Servizzi, is-suġġett tas-saħħa qed jiġi trattat bil-mod li għalih kien intenzjonat qabel fil-qafas tad-Direttiva dwar is-servizzi. Għandu jiġi ċċarat li s-servizzi tas-saħħa huma ta' valur ogħla fil-konfront tas-servizzi l-oħra.

Emendi  5

Proposta għal direttiva

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-provvediment ta’ kura tas-saħħa irrispettivament minn kif tiġi organizzata, mogħtija jew iffinanzjata jew jekk hix pubblika jew privata.

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-provvediment transkonfinali ta’ kura tas-saħħa irrispettivament minn kif tiġi organizzata, mogħtija jew iffinanzjata jew jekk hix pubblika jew privata. Din id-Direttiva għandha tapplika għal skemi tal-assikurazzjoni tal-mard statutorji, privati u kombinati.

Justification

Għandha tiddaħħal il-kelma "transkonfinali", peress li nkella jkun hemm nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 152 tat-Trattat KE (Attività kumplimentari tal-Komunità)

Emendi  6

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) Regolamenti dwar il-koordinazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali, b’mod partikolari l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1408/71 tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jispustaw ruħhom fil-Komunità u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali.

(f) Regolamenti dwar il-koordinazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali, b’mod partikolari l-Artikoli 19, 20, 22 u 25 tar-Regolament (KE) Nru 1408/71 tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jispustaw ruħhom fil-Komunità u l-Artikoli 17, 18, 19, 20, 27 u 28 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali.

Emendi  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt g a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) Id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropa u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja1;

 

1 ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1.

Emendi  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt g b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gb) L-ewwel Direttiva 73/239/KEE tal-Kunsill tal-24 ta' Lulju 1973 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u l-eżerċitar tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni fuq il-ħajja1 ;

 

1 GU L 228 16.8.1973, p. 3.

Emendi  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt g c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gc) Direttiva 92/49/KEE tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni fuq il-ħajja (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja)1.

 

1 ĠU L 228, 11.08.1992, p. 1.

Emendi  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jintlaħqu ċ-ċirkustanzi li taħthom trid tingħata awtorizzazzjoni li pazjent imur fi Stat Membru ieħor sabiex jirċievi t-trattament xieraq skond l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1408/71, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta’ din id-Direttiva m’għandhomx japplikaw. Kuntrarju għal dan, meta persuna assigurata tfittex kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor f'ċirkustanzi oħrajn, japplikaw l-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1408/71 m'għandux japplika. Madankollu, fejn il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni stipulati fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 1408/71 huma sodisfatti, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata u l-benefiċċji mogħtija f'konformità ma’ dan ir-Regolament. F’dan il-każ, l-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta’ din id-Direttiva ma japplikawx.

Sad-data li fiha jidħol fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 883/2004, meta jkunu ssodisfatti ċ-ċirkustanzi li taħthom trid tingħata awtorizzazzjoni li pazjent imur fi Stat Membru ieħor sabiex jirċievi t-trattament xieraq skond l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1408/71, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta’ din id-Direttiva m’għandhomx japplikaw. Madankollu, fejn il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni stipulati fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 1408/71 huma ssodisfati, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata u l-benefiċċji mogħtija f'konformità ma’ dan ir-Regolament. F’dan il-każ, l-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta’ din id-Direttiva ma japplikawx.

Justification

Is-sentenza li għandha tiġi mħassra tistabbilixxi 'opt-in' mir-Regolament Nru 1408/71/KE għal din id-direttiva: il-konsegwenzi u l-kapaċità amministrattiva mhumiex ċari, u għandha tiġi miċhuda l-possibilità li r-Regolament Nru 1408 jiġi mminat.

Emendi  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 - paragrafu 2 - subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

 

meta jkunu ssodisfati ċ-ċirkustanzi li taħthom trid tingħata awtorizzazzjoni li pazjent imur fi Stat Membru ieħor sabiex jirċievi t-trattament xieraq skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta’ din id-Direttiva m'għandhomx japplikaw. Kuntrarju għal dan, meta persuna assigurata tfittex kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor f'ċirkustanzi oħrajn, japplikaw l-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 m'għandux japplika. Madankollu, fejn il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni stipulati fl-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 huma ssodisfati, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata dejjem u l-benefiċċji pprovduti f'konformità ma’ dak ir-Regolament. F’dan il-każ, l-Artikoli 6, 7, 8 u 9 ta’ din id-Direttiva ma japplikawx.

Emendi  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – punt g – punt ii a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iia) persuna assigurata kif definit fil-kundizzjonijiet tal-poloz tal-iskemi privati relevanti tal-assigurazzjoni tal-mard;

Emendi  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. F'konformità mal-Artikolu 152 tat-Trattat, l-Istat Membru ta’ trattament huwa totalment responsabbli għall-organizzazzjoni tas-sistema tal-kura tas-saħħa u għall-kura medika pprovduta.

Justification

In-'naħa ta’ min qed jirċievi' m’hijiex indirizzata; għalhekk hawnhekk issir referenza għat-Trattat KE.

Emendi  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Skont l-Artikolu 12(2)(da), l-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ trattament għandhom ikunu responsabbli għas-sorveljanza kostanti fuq il-bażi tad-dejta akkwistata hemmhekk. L-awtoritajiet għandhom, jekk ikun xieraq, fuq il-bażi tar-riżultati ta’ dik is-sorveljanza, jieħdu miżuri immedjati biex jiżguraw is-saħħa pubblika u jippreservaw il-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali.

Justification

La d-data tinġabar xorta waħda, għandu jkun possibbli li din tiġi użata immedjatament sabiex tgħin lill-Istati Membri jippjanaw il-politika nazzjonali tagħhom tas-saħħa – biex "jaġixxu minflok jirreaġixxu.

Emendi  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Minħabba l-importanza mill-akbar, partikolarment għall-pazjenti, li jiġu ssalvagwardjati l-kwalità u s-sikurezza tal-kura transkonfinali, l-organizzazzjonijiet involuti fit-tfassil tan-normi u tal-linji gwida kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 3 għandhom tal-anqas jinkludu l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti u, b’mod partikolari, dawk li fl-ambitu tal-responsabilità tagħhom jaqa’ l-aspett transkonfinali.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari l-Artikoli 7, 8 u 9, l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jiżgura li l-persuni assigurati li jivjaġġaw lejn Stat Membru ieħor bil-għan li jirċievu kura tas-saħħa hemm jew li qed ifittxu li jirċievu kura tas-saħħa pprovduta fi Stat Membru ieħor, ma jitwaqqfux milli jirċievu kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor fejn it-trattament ikkonċernat huwa fost il-benefiċċji pprovduti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta' affiljazzjoni li hija intitolata għalihom il-persuna assigurata. L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jħallas lura l-ispejjeż lill-persuna assigurata, li kienu jitħallsu mis-sistema ta’ sigurtà soċjali statutorja tiegħu li kieku l-istess kura tas-saħħa, jew waħda simili, kienet ipprovduta fit-territorju tiegħu. Fi kwalunkwe każ, huwa l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni li jistabbilixxi l-kura tas-saħħa li qed tiġi mħallsa, irrilevanti minn fejn qed tiġi pprovduta.

1. Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari l-Artikoli 7, 8 u 9, l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jiżgura li l-persuni assigurati li jivjaġġaw lejn Stat Membru ieħor bil-għan li jirċievu kura tas-saħħa hemm jew li qed ifittxu li jirċievu kura tas-saħħa pprovduta fi Stat Membru ieħor, ma jitwaqqfux milli jirċievu kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor. L-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru ta' affiljazzjoni għandha tħallas lura l-ispejjeż effettivi tat-trattament lill-persuna assigurata. Jekk hemm diversi metodi disponibbli biex tkun ittrattata ċerta marda jew ċerta leżjoni, il-pazjent għandu jkollu d-dritt li jieħu l-flus lura għall-metodi kollha ta' trattament li jkunu ppruvati u ttestjati b'mod suffiċjenti mix-xjenza medika internazzjonali, jekk dawn mhumiex disponibbli fl-Istat Membru ta' affiljazzjoni. Fi kwalunkwe każ, huwa l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni li jistabbilixxi l-kura tas-saħħa li qed tiġi mħallsa, irrilevanti minn fejn qed tiġi pprovduta.

Justification

Sabiex jiġi ċċarat li mhuwiex l-Istat Membru iżda hija/huma l-istituzzjoni/jiet ta' sigurtà soċjali kkonċernata/ikkonċernati li għandha tħallas/għandhom iħallsu lura l-ispejjeż. Sabiex jiġi ċċarat li għandhom jitħallsu lura mhux biss l-ispejjeż li għandhom jiġu koperti mis-sistema tas-sigurtà soċjali statutorja iżda wkoll dawk li għandhom jiġu koperti mis-sistemi tas-saħħa ffinanzjati mill-Istat.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-ispejjeż tal-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor għandhom jitħallsu mill-Istat Membru ta' affiljazzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva sal-livell tal-ispejjeż li kienu jinġarru kieku l-istess kura tas-saħħa, jew waħda simili, ingħatat fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni, mingħajr ma jinqabżu l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa riċevuta.

2. L-ispejjeż tal-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor għandhom jitħallsu lura mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru ta' affiljazzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva sal-livell tal-ispejjeż li kienu jinġarru kieku l-istess kura tas-saħħa, jew waħda simili, ingħatat fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni, mingħajr ma jinqabżu l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa riċevuta.

Justification

Sabiex jiġi ċċarat li mhuwiex l-Istat Membru iżda hija/huma l-istituzzjoni/jiet ta' sigurtà soċjali kkonċernata/ikkonċernati li għandha tħallas/għandhom iħallsu lura l-ispejjeż.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istat Membri għandu jkollhom mekkaniżmu għall-kalkolu tal-ispejjeż li għandhom jitħallsu lill-persuna assigurata mis-sistema ta' sigurtà soċjali statutorja għall-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor. Dan il-mekkaniżmu għandu jissejjes fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji magħrufa minn qabel u l-ispejjeż imħallsa lura skond dan il-mekkaniżmu m'għandhomx ikunu anqas minn dawk li kienu jinġarru li kieku l-istess kura tas-saħħa jew waħda simili kellha tingħata fit-territorju tal-Istat Membru ta' affiljazzjoni.

4. L-Istat Membri għandu jkollhom mekkaniżmu għall-kalkolu tal-ispejjeż li għandhom jitħallsu lill-persuna assigurata mis-sistema tas-saħħa statutorja kkonċernata għall-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor. Dan il-mekkaniżmu għandu jissejjes fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji magħrufa minn qabel u l-ispejjeż imħallsa lura skond dan il-mekkaniżmu m'għandhomx ikunu anqas minn dawk li kienu jinġarru li kieku l-istess kura tas-saħħa jew waħda simili kellha tingħata fit-territorju tal-Istat Membru ta' affiljazzjoni.

Justification

Sabiex jiġi ċċarat li mhux biss l-ispejjeż li għandhom jiġu koperti mis-sistema tas-sigurtà soċjali statutorja iżda wkoll dawk li għandhom jiġu koperti mis-sistemi tas-saħħa jew sistemi mħallta ffinanzjati mill-Istat għandhom jitħallsu lura.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Din il-lista għandha tiġi stabbilita u tista’ tiġi aġġornata regolarment mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).

2. Din il-lista għandha tiġi stabbilita u tista’ tiġi aġġornata regolarment mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3). Fit-tfassil ta’ din il-lista, il-Kummissjoni għandha tqis il-pożizzjoni speċjali tan-netwerks ta’ referenza Ewropej kif imsemmi fl-Artikolu 15.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Is-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għandha tiġi limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonali sabiex jiġi evitat impatt tali, u m'għandhiex tikkostitwixxi mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja.

4. Is-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għandha tapplika bla ħsara għall-Artikolu 3(2) u trid tiġi limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonali biex jiġi evitat impatt tali u m'għandhiex tikkostitwixxi mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

 

Tiċħid ta' kura fi sptar u ta’ kura speċjalizzata

 

8a. Stat Membru ta’ trattament jista’ jippermetti li provveditur individwali tal-kura tas-saħħa jċaħħad minn kura fi sptar jew kura speċjali lil pazjenti fi Stat Membru ieħor li jfittxu trattament f’dak l-Istat Membru jekk din il-ħaġa tkun ta’ detriment għal pazjenti oħra bi ħtiġijiet tas-saħħa simili, pereżempju minħabba żieda fiż-żmien ta’ stennija għat-trattament.

Justification

Inklużjoni tal-aħħar klawsola tal-Premessa 12. Din il-klawsola essenzjali meħuda mill-premessi ma tinsabx fit-test tad-direttiva: fl-interess taċ-ċertezza legali u ta' kjarezza akbar, ikun aħjar li din il-klawsola tkun inkluża hawnhekk. L-għan li tingħata kura tas-saħħa lill-pazjenti kemm jista' jkun viċin il-post fejn joqogħdu jew fejn jaħdmu m'għandux isir impossibbli minħabba aċċess bla limitu għal pazjenti minn Stati Membri oħra.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jiżgura li l-proċeduri amministrattivi dwar l-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor li għandu x’jaqsam ma' kull awtorizzazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 8(3), ħlas lura ta' spejjeż ta' kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor u kundizzjonijiet u formalitajiet oħrajn imsemmija fl-Artikolu 6(3), huma msejsa fuq kriterji oġġettivi, mhux diskriminatorji li huma ppubblikat minn qabel, u li huma meħtieġa u proporzjonali sabiex jintlaħqu l-għanijiet. Fi kwalunkwe każ, persuna assigurata għandha tingħata dejjem l-awtorizzazzjoni skond ir-Regolamenti dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali msemmija fl-Artikolu 3.1 f) dejjem meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 22.1 c) u l-Artikolu 22.2 tar-Regolament 1408/71.

1. L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jiżgura li l-proċeduri amministrattivi dwar l-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor li għandu x’jaqsam ma' kull awtorizzazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 8(3), ħlas lura ta' spejjeż ta' kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor u kundizzjonijiet u formalitajiet oħrajn imsemmija fl-Artikolu 6(3), huma msejsa fuq kriterji oġġettivi, mhux diskriminatorji li huma ppubblikat minn qabel, u li huma meħtieġa u proporzjonali sabiex jintlaħqu l-għanijiet. Sad-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, persuna assigurata għandha tingħata l-awtorizzazzjoni skond ir-regolamenti dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali msemmija fl-Artikolu 3(1)(f) ta’ din id-Direttiva, skont l-Artikolu 22(1)(c) u l-Artikolu 22(2) tar-Regolament 1408/71. Mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 ’il quddiem, persuna assigurata għandha tingħata l-awtorizzazzjoni fuq il-bażi tar-regolamenti dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali kif hemm imsemmi fl-Artikolu 3(1)(f) skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. L-Istati Membri ta’ affiljazzjoni għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi fis-seħħ għall-provvediment lill-pazjenti fuq talba b'tagħrif dwar il-kisba tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor, u t-termini u l-kundizzjoni li japplikaw, inter alia kull meta tiġi kkawżata ħsara b’riżultat ta’ kura tas-saħħa riċevuta fi Stat Membru ieħor.

10. L-Istati Membri ta’ affiljazzjoni għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi fis-seħħ għall-provvediment lill-pazjenti fuq talba b'tagħrif dwar il-kisba tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor, u t-termini u l-kundizzjoni li japplikaw, inter alia kull meta tiġi kkawżata ħsara b’riżultat ta’ kura tas-saħħa riċevuta fi Stat Membru ieħor. Fir-rigward ta’ tagħrif li għandu x’jaqsam mal-kura transkonfinali, għandha ssir distinzjoni ċara bejn id-drittijiet li l-pazjenti jkollhom skont din id-Direttiva u d-drittijiet li jirriżultaw minn regolamenti dwar il-koordinament tal-iskemi tas-sigurtà soċjali kif hemm imsemmi fl-Artikolu 3(1)(f).

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istat Membri għandhom jagħżlu punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-kura tas-saħħa transkonfinali u jikkomunikaw l-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tagħhom lill-Kummissjoni.

1. L-Istat Membri għandhom jagħżlu punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-kura tas-saħħa transkonfinali u jikkomunikaw l-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tagħhom lill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, il-fondi tal-assikurazzjoni fuq is-saħħa u l-provvedituri tal-kura jkunu involuti fix-xogħol ta’ dawk il-punti ta' kuntatt nazzjonali.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 - paragrafu 2 - punt d a 9 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) jirreġistra l-attivitajiet kollha fl-Istat Membru ta’ trattament skont l-Artikoli 6, 7, 8, 9 u 15 u jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ trattament dwar din il-ħaġa, filwaqt li l-provvedituri tal-kura tas-saħħa jipprovdu t-tagħrif meħtieġ malli jirċevuh.

Justification

Sabiex jiġi żgurat li l-proċedura timxi mingħajr diffikultajiet.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istat Membri għandhom joffru għajnuna reċiproka kif meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

1. L-Istati Membri għandhom joffru għajnuna reċiproka kif meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u għandhom jikkonkludu ftehimiet f’dan ir-rigward.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-kooperazzjoni fil-provvediment tal-kura tas-saħħa transkonfinali fil-livell reġjonali u lokali kif ukoll permezz tat-teknoloġiji tat-tagħrif u tal-komunikazzjoni, l-kura tas-saħħa transkonfinali pprovduta fuq bażi temporanja jew ad hoc u forom oħra ta’ kooperazzjoni transkonfinali.

2. l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-kooperazzjoni fil-provvediment tal-kura tas-saħħa transkonfinali fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll permezz tat-teknoloġiji tat-tagħrif u tal-komunikazzjoni u l-kura tas-saħħa transkonfinali pprovduta fuq bażi temporanja jew ad hoc, u għandhom jikkonkludu ftehimiet f’dan ir-rigward.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15 a

Reġjuni ta’ mal-fruntiera

 

Sabiex, fil-ġejjieni, tiġi stabbilita politika tal-kura tas-saħħa li tkun waħda effettiva kemm jista' jkun, il-Kummissjoni għandha tagħżel reġjuni ta’ mal-fruntieri bħala żoni ta' prova fejn inizjattivi innovattivi li għandhom x'jaqsmu mal-kura transkonfinali jistgħu jiġu ttestjati, analizzati u evalwati bir-reqqa.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli biex tiġbor l-informazzjoni meħtieġa bil-għan li tirreġistra l-flussi transkonfinali tal-pazjenti u tal-professjonisti sabiex tkun tista' tirrimedja fil-pront kull effett negattiv li jista’ jiżviluppa u biex tkompli tħeġġeġ effetti pożittivi. Il-Kummissjoni għandha tinkludi dik l-informazzjoni fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1.

PROĊEDURI

Titolu

Id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali

Referenzi

COM(2008)0414 – C6-0257/2008 – 2008/0142(COD)

Kumitat responsabbli

ENVI

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

2.9.2008

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Harald Ettl

22.10.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

11.12.2008

20.1.2009

 

 

Data tal-adozzjoni

9.3.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

0

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Jonathan Evans, Elisa Ferreira, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Donata Gottardi, Benoît Hamon, Gunnar Hökmark, Sophia in ‘t Veld, Othmar Karas, Wolf Klinz, Kurt Joachim Lauk, Hans-Peter Martin, Gay Mitchell, Sirpa Pietikäinen, John Purvis, Bernhard Rapkay, Eoin Ryan, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Peter Skinner, Margarita Starkevičiūtė, Ivo Strejček, Ieke van den Burg, Cornelis Visser

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Harald Ettl, Margaritis Schinas, Eva-Riitta Siitonen

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (17.2.2009)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali
(COM(2008)0414 – C6‑0257/2008 – 2008/0142(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Françoise Grossetête

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

1) Kuntest

Huwa importanti li wieħed jiddistingwi b’mod ċar il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-proposta għal Direttiva, biex tkun evitata kull konfużjoni minħabba verżjonijiet differenti. Il-proposta hija mmirata biss lejn il-mobilità tal-pażjenti. Hija ma tikkonċernax il-mobilità tal-professjonisti. Għalhekk hija ma tikkonċernax l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar «is-servizzi » fil-qasam tas-saħħa.

B’mod ġenerali, il-pazjenti jixtiequ jibbenefikaw minn kura tas-saħħa ta’ kwalità, viċin tagħhom u fi żmien qasir. Madanakollu f’ċerti każi, l-aħjar kura tinsab fi Stat Membru. Il-pazjenti għalhekk jinsabu f’pożizzjoni li jivjaġġaw f’post ieħor biex jiksbu servizzi tas-saħħa tal-aħjar kwalità, iktar mgħaġġla jew irħas.

Qabel ma wieħed ikollu aċċess għal din il-kura tas-saħħa, wieħed għandu jkollu informazzjoni li tippermettilu jkun jaf jekk is-servizzi differenti humiex ta’ kwalità tajba, disponibbli u xierqa; huwa importanti wkoll li l-proċedura amministrattiva applikabbli tkun ċara. Meta l-pazjenti jiddeċiedu li jirċievu kura tas-saħħa barra l-pajjiż, jeħtieġ li tkun garantita l-protezzjoni xierqa tal-benesseri u s-sigurtà tagħhom.

Il-kuntest attwali huwa kkaratterizzat minn tkabbir tal-interdipendenza tas-sistemi u l-politiki tas-saħħa tal-Unjoni Ewropea kollha.

Dan l-iżvilupp jispjega ruħu permezz ta’ numru ta’ fatturi, speċjalment minħabba ż-żieda fiċ-ċirkulazzjoni tal-pazjenti u tal-professjonisti fl-UE (faċilitat permezz tas-sentenzi tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja), mill-aspettattivi komuni tal-popolazzjoni kollha tal-Unjoni jew saħansitra t-tixrid ta' teknoloġiji u tekniki mediċi ġodda bbażati fuq it-teknoloġiji tal-informatika.

2) Dgħufija tas-sistema attwali għad-detriment tal-pazjenti

Teżisti madanakollu inċertezza legali f’dan il-qasam. Il-Qorti tal-Ġustizzja żviluppat każistika li f’ċerti aspetti hija kontradittorja u li barra minn hekk, l-applikazzjoni tagħha, mhix omoġena fl-Istati Membri kollha.

Għalhekk, hemm bżonn li tiġi kjarifikata l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-komunitajiet Ewropej dwar ċerti każijiet :

– kwalunkwe kura lil hinn minn sptar li huma intitolati għaliha ċ-ċittadini fl-Istat Membru tagħhom, huma jistgħu ifittxuha f'kull Stat Membru ieħor mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel, u għandhom ikunu rimborżati sal-livell ta' rimborż provdut mis-sistema tagħhom. F’dak li jirrigwarda l-kura fl-isptarijiet, il-pazjent ikun jeħtieġ awtorizzazzjoni mis-sistema fl-Istat Membru tiegħu. Din l-awtorizzazzjoni għandha tingħatalu sakemm is-sistema li qed nitkellmu dwarha, ma tistax tiggarantilu fi żmien medikament aċċettabbli, il-kura li għandu bżonn, b’kunsiderazzjoni għall-istat ta’ saħħtu. F’dan il-każ ukoll, il-pazjent ikkonċernata għandu jkun rimburżat bl-ammont stipulat mis-sistema fl-Istat Membru tiegħu.

– il-proposta terġa’ tikkonferma li l-kwistjonijiet dwar l-organizzazzjoni tal-kura tas-saħħa u tas-sigurtà soċjali jibqgħu kompetenza tal-awtoritajiet nazzjonali.

– hija ssostni l-bżonn tal-awtorizzazzjoni minn qabel għal kura fl-isptarijiet, kura li hija iktar diffiċli u tiswa’ ħafna flus u għalhekk, tinsisti fuq il-kontroll u l-pjanifikazzjoni tal-Istati Membri.

Id-Direttiva ma għandhiex l-għan li tarmonizza s-sistemi tal-kura tas-saħħa u s-sistemi tas-sigurtà soċjali iżda għal kuntrarju għandha l-għan li ssaħħaħ is-sigurtà legali tal-pazjenti u t-titjib tas-sitwazzjonijiet eżistenti fi ħdan l-Istati Membri.

Sadattant aħna għandna nistaqsu lilna nfusna jekk id-Direttiva tagħtix biżżejjed attenzjoni lil każijiet konkreti li ta’ kuljum ixekklu l-ħajja ta’ ċittadini bħalna. Dawk primarjament interessati xi drabi, minħabba din il-kumplessità jirrinunzjaw li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom. Għandu jsir minn kollox biex il-pazjenti jkunu infurmati speċjalment dwar in-netwerks Ewropej ta’ referenza stipulati fl-Artikolu 15 tad-Direttiva dwar il-proċeduri.

3) Il-bżonn t’azzjoni

Meta jkun provdut qafas għal u kodifikazzjoni tal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-Direttiva tagħti iktar koerenza u tikkjarifika iktar id-drittijiet konkreti tal-pazjenti. Fl-ebda każ, il-mobilità tal-pazjenti ma għandha twassal għal « dumping» bejn is-sistemi tas-saħħa jew għal degradazzjoni tas-sigurtà tal-kura tas-saħħa.

Huwa xieraq li tkun żgurata s-sigurtà legali u l-appoġġ għall-koperazzjoni bejn is-sistemi tas-saħħa nazzjonali u dan fl-interess tal-pazjenti. Għal dan il-għan, huwa importanti li jitjiebu d-dispożizzjonijiet dwar il-garanzija tal-aċċess għal informazzjoni għall-pazjenti u l-leġittimità ta’ sorsi ta’ informazzjoni dwar l-għoti tal-kura tas-saħħa, il-prodotti farmaċewtiċi u t-trattamenti mediċi.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tippoponi barra minn hekk, il-ħolqien ta’ netwerk li jiġbor flimkien l-awtoritajiet jew l-organi nazzjonali inkarigati mill-evalwazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa (HTA) bil-għan li jkun hemm użu massimu ta’ teknoloġiji ġodda b’mod li jkunu żgurati servizzi għall-kura tas-saħħa sikuri,effikaċi u ta’ kwalità. Filwaqt li din l-inizjattiva jistħoqqilha tkun appoġġjata, il-modalitajiet ta’ dan in-netwerk jkunu jistgħu jintemmu.

Bl-istess mod jidher essenzjali li wieħed jiżgura koperazzjoni ikbar fost is-servizzi mediċi t’emerġenza sabiex tissaħħaħ il-koordinazzjoni tagħhom. Dan huwa ħafna iktar evidenti fiz-zoni transkonfinali.

Lil hinn mill-kwistjoni dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali, din l-inizjattiva għandha tippermetti l-identifikazzjoni tal-isfidi u r-riformi neċessarji għall-kura tas-saħħa.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal Direttiva

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti għall-aċċess għal kura tas-saħħa sigura, ta' kwalità għolja u effettiva, taħt kundizzjonijiet ekwi

Ġustifikazzjoni

Qed jiġi propost li l-proposta għal direttiva m'għandhiex tiffioka prinċipalment fuq il-mobbiltà tal-pazjent iżda fuq it-tliet linji fundamentali li madwarhom il-Kummissjoni bniet il-proposta tagħha: il-prinċipji komuni fis-sistemi tas-saħħa kollha tal-UE, il-koperazzjoni Ewropea dwar il-kura tas-saħħa u qafas speċifiku għall-kura tas-saħħa transkonfinali.

Emenda  2

Proposta għal Direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Din id-Direttiva dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali tapplika għat-tipi tal-kura tas-saħħa kollha. Kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja, la n-natura speċjali tagħhom u lanqas il-mod li bihom huma organizzati jew iffinanzjati ma jneħħihom mill-ambitu tal-prinċipju fundamentali tal-moviment ħieles. B’rigward għall-kura għal terminu twil ta’ żmien, id-Direttiva ma tapplikax għal għajnuna u appoġġ għal familji jew individwi li huma fi stat ta' ħtieġa partikolari matul perjodu estiż ta' żmien. Ma tapplikax pereżempju għal djar soċjali residenzjali jew djar, jew għajnuna mogħtija lix-xjuħ jew tfal minn ħaddiema soċjali jew dawk volontarji jew professjonisti għajr għal professjonisti tas-saħħa.

(9) Din id-Direttiva dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali tapplika għat-tipi tal-kura tas-saħħa kollha. Kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja, la n-natura speċjali tagħhom u lanqas il-mod li bihom huma organizzati jew iffinanzjati ma jneħħihom mill-ambitu tal-prinċipju fundamentali tal-moviment ħieles. Fir-rigward tal-kura għal perjodu twil ta’ żmien, id-Direttiva ma tapplikax għal għajnuna u appoġġ għal familji jew individwi li għandhom ħtieġa partikolari, matul perjodu estiż ta' żmien, ta' kura minn infermieri, appoġġ jew kura sakemm dan ikun jinvolvi trattament espert speċifiku jew għajnuna pprovduta minn sistema ta' sigurtà soċjali. Hija tkopri l-ewwel u qabel kollox dawk is-servizzi ta' kura li jingħataw fit-tul li jkunu meqjusa meħtieġa sabiex il-persuna li tkun tinħtieġ il-kura tkun ipprovduta ħajja kemm jista' jkun mimlija u indipendenti. Din id-Direttiva ma tapplikax pereżempju għal djar soċjali residenzjali jew djar, jew għajnuna mogħtija lix-xjuħ jew tfal minn ħaddiema soċjali jew dawk volontarji jew professjonisti għajr għal professjonisti tas-saħħa.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda sservi biex ikun iċċarat il-fatt li s-servizzi fil-qasam tal-assistenza soċjali jew tal-kura soċjali, ir-rijabilitazzjoni bil-għan li wieħed jerġa' jidħol jaħdem u l-kura li tingħata fit-tul huma esklużi mill-ambitu ta' din id-direttiva.

Emenda  3

Proposta għal Direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Din id-Direttiva m'għandhiex l-għan li toħloq dritt għall-ħlas lura ta’ trattament fi Stat Membru ieħor, jekk trattament tali mhux fost il-benefiċċji pprovduti fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ affiljazzjoni tal-pazjent. Bl-istess mod, din id-Direttiva ma twaqqafx lill-Istati Membri milli jestendu l-iskemi ta’ benefiċċji fi flus tagħhom għal kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor skond id-dispożizzjonijiet tagħha.

(25) Din id-Direttiva m'għandhiex l-għan li toħloq dritt għall-ħlas lura ta’ trattament fi Stat Membru ieħor, jekk trattament tali mhux fost il-benefiċċji pprovduti fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ affiljazzjoni tal-pazjent, u l-anqas m'għandha l-għan li timmodifika l-kundizzjonijiet għal dak id-dritt, jekk ikunu previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta' affiljazzjoni. Bl-istess mod, din id-Direttiva ma twaqqafx lill-Istati Membri milli jestendu l-iskemi ta’ benefiċċji fi flus tagħhom għal kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor skond id-dispożizzjonijiet tagħha.

Ġustifikazzjoni

Il-kompetenza fir-rigward tal-organizzazzjoni tas-servizzi tas-saħħa taqa' fuq l-Istati Membri skont l-Artikolu 152 tat-Trattat KE.

Emenda  4

Proposta għal Direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Din id-Direttiva tipprovdi ukoll għad-dritt ta' pazjent li jirċievi prodott mediċinali awtorizzat għat-tqegħid fis-suq fl-Istat Membru fejn qed tingħata l-kura tas-saħħa, anke jekk il-prodott mediċinali mhux awtorizzat għat-tqegħid fis-suq fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni, minħabba li dan huwa parti indispensabbli mill-kisba ta’ trattament effettiv fi Stat Membru ieħor.

(27) Din id-Direttiva tipprovdi ukoll għad-dritt ta' pazjent li jirċievi prodott mediċinali awtorizzat għat-tqegħid fis-suq jew servizzi ta' kura tas-saħħa fl-Istat Membru fejn qed tingħata l-kura tas-saħħa, anke jekk il-prodott mediċinali jew is-servizzi ta' kura tas-saħħa mhumiex disponibbli fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni, minħabba li dan huwa parti indispensabbli mill-kisba ta’ trattament effettiv fi Stat Membru ieħor.

Ġustifikazzjoni

Hija ħaġa essenzjali li pazjent li jkun fi Stat Membru li ma jkunx il-pajjiż fejn jgħix il-pazjent jista' jibbenefika minn servizzi ta' kura tas-saħħa u mediċini anke fejn ma jkunux disponibbli bl-Istat Membru ta' affiljazzjoni.

Emenda  5

Proposta għal Direttiva

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43) Il-progress kontinwu fix-xjenza medika u t-teknoloġiji tas-saħħa jippreżentaw kemm opportunitajiet kif ukoll sfidi għas-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri. Il-kooperazzjoni fil-valutazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa l-ġodda tista’ tappoġġja lill-Istati Membri permezz tal-ekonomiji fil-kobor u tevita d-duplikazzjoni tal-isforz, u tipprovdi bażi aħjar ta' evidenza għall-aqwa użu ta' teknoloġiji ġodda sabiex tkun żgurata kura tas-saħħa sigura, ta' kwalità għolja u effiċjenti. Dan se jikkontribwixxi wkoll għas-suq intern billi jimmassimizza l-veloċità u l-iskala tad-difużjoni ta’ innovazzjonijiet fix-xjenza medika u t-teknoloġiji tas-saħħa. Kooperazzjoni tali teħtieġ strutturi sostnuti bl-involviment tal-awtoritajiet rilevanti kollha tal-Istati Membri kollha, li jibnu fuq il-proġetti bi prova eżistenti.

(43) Il-progress kontinwu fix-xjenza medika u t-teknoloġiji tas-saħħa jippreżentaw kemm opportunitajiet kif ukoll sfidi għas-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri. Madankollu, l-evalwazzjoni tat-teknoloġiji dwar is-saħħa, kif ukoll ir-restrizzjoni possibbli tal-aċċess għal teknoloġiji ġodda minħabba ċertu deċiżjonijiet ta’ organiżmi amministrattivi, iqajmu ċertu numru ta’ mistoqsijiet fundamentali tas-soċjetà li jirrikjedu l-kontribuzzjoni ta’ grupp vast ta’ parteċipanti ewlenin ikkonċernati kif ukoll it-twaqqif ta’ mudell vijabbli ta’ amministrazzjoni. Għalhekk, il-koperazzjoni kollha għandha tinkludi mhux biss lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, iżda wkoll lill-parteċipanti ewlenin ikkonċernati inklużi l-professjonisti tas-saħħa, ir-rappreżentanti tal-pazjenti u l-industrijalisti. Barra minn hekk, din il-koperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq prinċipji vijabbli ta’ tmexxija tajba bħat-trasparenza, l-ftuħ, l-oġġettività u l-imparzjalità tal-proċedura. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-organiżmi t'evalwazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa li jikkonformaw ma’ dawn il-prinċipji biss jistgħu jingħaqdu ma’ dan in-netwerk.

Ġustifikazzjoni

L-iskambju ta’ informazzjoni fost l-organiżmi t’evalwazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa jassumu u jirrikjedu l-applikazzjoni ta’ prinċipji ta’ prattika tajba (bħat-tmexxija tajba, it-trasparenza u l-parteċipazzjoni tal-parteċipanti ewlenin ikkonċernati) fl-evalwazzjonijiet immexxija mill-Istati Membri. L-evalwazzjonijiet tat-teknoloġiji tas-saħħa għalhekk għandhom jissodisfaw il-kriterji tal-ftuħ u tal-oġġettività u għandhom ikunu bbażati fuq id-djalogu u l-inklużjoni tal-parteċipanti ewlenin ikkonċernati, inklużi l-pazjenti u l-industrijalisti.

Emenda  6

Proposta għal Direttiva

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45) B’mod partikolari, is-setgħa għandha tiġi konferita fuq il-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri li ġejjin: lista ta’ trattamenti, għajr għal dawk li jeħtieġu akkomodazzjoni mal-lejl, li għandhom jiġu soġġetti għall-istess reġim bħall-kura fl-isptar; miżuri relatati għat-tħallija barra ta' kategoriji speċifiċi ta' prodotti jew sustanzi mediċinali mir-rikonoxximent tal-preskrizzjonijiet maħruġa fi Stat Membru ieħor stipulat f’din id-Direttiva; lista ta’ kriterji u kundizzjonijiet speċifiċi li jridu jiġu sodisfatti min-netwerks ta’ referenza Ewropej; il-proċedura għall-ħolqien ta’ netwerks ta’ referenza Ewropej. Minħabba li dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u ġew mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, jew biex jissupplementaw din id-Direttiva biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(45) B’mod partikolari, is-setgħa għandha tiġi konferita fuq l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex jadottaw il-miżuri li ġejjin: lista ta’ trattamenti, għajr għal dawk li jeħtieġu akkomodazzjoni mal-lejl, li għandhom jiġu soġġetti għall-istess reġim bħall-kura fl-isptar; miżuri relatati għat-tħallija barra ta' kategoriji speċifiċi ta' prodotti jew sustanzi mediċinali mir-rikonoxximent tal-preskrizzjonijiet maħruġa fi Stat Membru ieħor stipulat f’din id-Direttiva;

Emenda  7

Proposta għal Direttiva

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas ġenerali għat-twettiq ta' kura tas-saħħa transkonfinali sigura, effikaċi u ta' kwalità.

Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas ġenerali għat-twettiq ta' kura tas-saħħa transkonfinali sigura, effikaċi u ta' kwalità, filwaqt li tiggarantixxi aċċess ekwu għaċ-ċittadini tal-Unjoni għal din il-kura u tirrispetta l-kompetenzi nazzjonali fil-qasam tal-organizzazzjoni tat-twettiq tal-kura tas-saħħa.

Emenda  8

Proposta għal Direttiva

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-provvediment ta’ kura tas-saħħa irrispettivament minn kif tiġi organizzata, mogħtija jew iffinanzjata jew jekk hix pubblika jew privata.

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-provvediment ta’ kura tas-saħħa, iddefinit fl-Artikolu 4, li m'huwiex iggarantit mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) 883/2004 dwar il-koordinament tas-sistemi tas-sigurtà soċjali[1]

 

___________

ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Kull ripetizzjoni ta' xulxin li jista' jkun hemm bejn id-direttiva u r-regolamenti kien jagħmilha possibbli li wieħed jistabbilixxi żewġ sistemi paralleli għall-kura tas-saħħa transkonfinali: skont ir-regolamenti dwar il-koordinament tas-sigurtà soċjali u skont din id-direttiva l-ġdida, ħaġa li tkun toħloq inċertezza legali. Il-linja li tagħmel distinzjoni bejn l-iskop tar-Regolament 883/2004 u din id-direttiva għandha tkun iddefinita tajjeb.

Emenda  9

Proposta għal Direttiva

Artikolu 2 – punt 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal servizzi li jkunu mmirati prinċipalment għal kura li tieħu fit-tul. Dawn jinkludu b'mod partikulari servizzi pprovduti fuq perjodu estiż li jkunu maħsuba biex jassistu persuni biex imexxu b'mod ġenerali l-ħajja tagħhom ta' kuljum.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda sservi biex ikun iċċarat il-fatt li s-servizzi fil-qasam tal-assistenza soċjali jew tal-kura soċjali, ir-rijabilitazzjoni bil-għan li wieħed jerġa' jidħol jaħdem u l-kura li tingħata fit-tul huma esklużi mill-ambitu ta' din id-direttiva.

Emenda  10

Proposta għal Direttiva

Artikolu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) “kura tas-saħħa” tfisser servizz tas-saħħa mogħti minn jew taħt is-superviżjoni ta’ professjonist tas-saħħa fl-eżerċizzju tal-professjoni tiegħu, u irrispettivament mill-modi li bihom qed tiġi organizzata, mogħtija u ffinanzjata fil-livell nazzjonali jew jekk hix pubblika jew privata;

a) “kura tas-saħħa” tfisser servizz tas-saħħa mogħti lil pazjenti biex ikun evalwat, mantenut jew jiġieb lura għal li kien l-istat tas-saħħa tagħhom. Għall-għanijiet tal-Artikoli 6 sa 11 ''kura tas-saħħa'' tfisser trattament li jinsabu fost il-benefiċċji tal-kura tas-saħħa stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta' affiljazzjoni;

Emenda  11

Proposta għal Direttiva

Artikolu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) “kura tas-saħħa transkonfinali” tfisser kura tas-saħħa pprovduta fi Stat Membru għajr għal dak fejn il-pazjent huwa persuna assigurata jew il-kura tas-saħħa pprovduta fi Stat Membru għajr għal dak fejn joqgħod, huwa rreġistrat jew huwa stabbilit il-provveditur tal-kura tas-saħħa;

(b) “kura tas-saħħa transkonfinali” tfisser kura tas-saħħa pprovduta fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn il-pazjent huwa persuna assigurata;

Ġustifikazzjoni

Bħal fil-każ tal-premessa 10, il-kunċett ta' kura tas-saħħa transkonfinali jkun jinkludi kemm il-mobbiltà tal-pazjent fis-sens aktar strett u kemm il-mobbiltà tas-servizzi tas-saħħa li jistgħu jkunu pprovduti mill-bogħod; ir-referenza li ssir f'dan l-artikolu għall-provvedituri tal-kura tas-saħħa ma titqiesx xierqa.

Emenda  12

Proposta għal Direttiva

Artikolu 4 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) “persuna assigurata” tfisser:

(g) "persuna assigurata" tfisser persuna li hija assigurata skont id-definizzjoni fl-Artikolu 1(c) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004;

(i) sad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004: persuna li hija assigurata f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1, 2 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1408/71,

 

(ii) sa mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004: persuna assigurata fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(c) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004;

 

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2009.

Emenda  13

Proposta għal Direttiva

Kapitolu II – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-AWTORITAJIET TAL-ISTATI MEMBRI RESPONSABBLI MILL-KONFORMITÀ MAL-PRINĊIPJI KOMUNI GĦALL-KURA TAS-SAĦĦA

L-ISTATI MEMBRI RESPONSABBLI MILL-KONFORMITÀ MAL-PRINĊIPJI KOMUNI GĦALL-KURA TAS-SAĦĦA

Ġustifikazzjoni

Jekk jintuża, it-terminu "awtoritajiet" jeħtieġ li jkun iddefinit.

Emenda  14

Proposta għal Direttiva

Artikolu 5 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tal-Istat Membru li jipprovdi t-trattament

Responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tal-Istat Membru li jipprovdi t-trattament

Ġustifikazzjoni

Din sabiex ikun konsistenti mal-emenda tat-titolu tal-Kapitolu II.

Emenda  15

Proposta għal Direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri ta’ trattament għandhom ikunu responsabbli mill-organizzazzjoni u l-għoti ta’ kura tas-saħħa. F’dan il-kuntest u filwaqt li jqisu l-prinċipji tal-universalità, l-aċċess għal kura ta’ kwalità, l-ekwità u s-solidarjetà, dawn għandhom jiddefinixxu standards ċari ta’ kwalità u ta’ sigurtà għal kura tas-saħħa mogħtija fit-territorju tagħhom, jiżguraw li:

1. Fejn il-kura tas-saħħa tingħata fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih il-pazjent huwa affiljat, it-trattament għandu jsir skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn jingħata t-trattament. Il-kura tas-saħħa għandha tkun ipprovduta skont l-istandards tal-kwalità u tas-sikurezza u skont il-linji gwida definiti mill-Istat Membru li fih isir it-trattament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi:

Ġustifikazzjoni

Dan l-ifformular mill-ġdid tal-kliem isaħħaħ il-prinċipju li l-organizzazzjoni u l-provvediment tal-kura tas-saħħa jaqgħu fil-kompetenza nazzjonali tal-Istati Membri. Il-prinċipji tal-universalità, tal-kwalità, tal-ekwità u tas-solidarjetà tal-kura tas-saħħa għandhom ikunu inklużi fl-Artikolu 1 dwar l-objettivi tad-direttiva.

Emenda  16

Proposta għal Direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) il-mekkaniżmi jinsabu fis-seħħ għall-iżgurar li l-provvedituri tal-kura tas-saħħa huma kapaċi jissodisfaw standards tali, filwaqt li jitqiesu prassi tax-xjenza medika internazzjonali u prassi mediċi li huma ġeneralment rikonoxxuti bħala tajba;

 

a) il-mekkaniżmi jinsabu fis-seħħ għall-iżgurar li l-provvedituri tal-kura tas-saħħa u ta' servizzi mediċi urġenti huma kapaċi jissodisfaw standards tali, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi fil-prassi tax-xjenza medika internazzjonali u prassi mediċi li huma ġeneralment rikonoxxuti bħala tajba;

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti wkoll li l-istandards ta’ kwalità jkopru wkoll is-servizzi mediċi ta’ emerġenza.

Emenda  17

Proposta għal Direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) l-applikazzjoni ta’ standards tali mill-provvedituri tal-kura tas-saħħa fil-prattika hija sorveljata b'mod regolari u tittieħed azzjoni korrettiva meta ma jintlaħqux standards xierqa, filwaqt li jitqies il-progress fix-xjenza medika u t-teknoloġija tas-saħħa;

b) l-applikazzjoni ta’ standards tali mill-provvedituri tal-kura tas-saħħa u tas-servizzi mediċi urġenti fil-prattika hija sorveljata b'mod regolari u tittieħed azzjoni korrettiva meta ma jintlaħqux standards xierqa, filwaqt li jitqies il-progress fix-xjenza medika u t-teknoloġija tas-saħħa;

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti wkoll li l-istandards ta’ kwalità jkopru wkoll is-servizzi mediċi ta’ emerġenza.

Emenda  18

Proposta għal Direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sakemm ikun meħtieġ li jiġi ffaċiltat il-provvediment tal-kura tas-saħħa transkonfinali u b'livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa bħala l-bażi, il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżviluppa linji ta’ gwida biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ikun aħjar jekk dan il-paragrafu jitħassar, minħabba li l-mod kif il-linji gwida ġew żviluppati mill-Kummissjoni jinterferu direttament fil-kompetenzi nazzjonali esklussivi fil-qasam tal-organizzazzjoni u l-provvediment tas-kura tas-saħħa.

Emenda  19

Proposta għal Direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari l-Artikoli 7, 8 u 9, l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jiżgura li l-persuni assigurati li jivjaġġaw lejn Stat Membru ieħor bil-għan li jirċievu kura tas-saħħa hemm jew li qed ifittxu li jirċievu kura tas-saħħa pprovduta fi Stat Membru ieħor, ma jitwaqqfux milli jirċievu kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor fejn it-trattament ikkonċernat huwa fost il-benefiċċji pprovduti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta' affiljazzjoni li hija intitolata għalihom il-persuna assigurata. L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jħallas lura l-ispejjeż lill-persuna assigurata, li kienu jitħallsu mis-sistema ta’ sigurtà soċjali statutorja tiegħu li kieku l-istess kura tas-saħħa, jew waħda simili, kienet ipprovduta fit-territorju tiegħu. Fi kwalunkwe każ, huwa l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni li jistabbilixxi l-kura tas-saħħa li qed tiġi mħallsa, irrilevanti minn fejn qed tiġi pprovduta.

1. Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari l-Artikoli 7, 8 u 9, l-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jiżgura li l-persuni assigurati li jivjaġġaw lejn Stat Membru ieħor bil-għan li jirċievu kura tas-saħħa hemm jew li qed ifittxu li jirċievu kura tas-saħħa pprovduta fi Stat Membru ieħor, ma jitwaqqfux milli jirċievu kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor fejn it-trattament ikkonċernat huwa fost il-benefiċċji pprovduti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta' affiljazzjoni li hija intitolata għalihom il-persuna assigurata. L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jħallas lura l-ispejjeż lill-persuna assigurata, li kienu jitħallsu mis-sistema ta’ sigurtà soċjali statutorja tiegħu li kieku l-istess kura tas-saħħa, jew waħda simili, kienet ipprovduta fit-territorju tiegħu. Il-pazjenti għandhom ikunu intitolati li jkunu rimborżati għall-metodi ta' trattament, anke fejn dawk il-metodi mhumiex rimborżati fl-Istat Membru tagħhom stess, kemm-il darba dan ikun il-każ fl-Istat Membru ospitanti u kemm-il darba l-metodu huwa rikonoxxut mix-xjenza medika internazzjonali;

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom ikollhom id-dritt li jfasslu huma s-sistemi ta' sigurtà soċjali tagħhom stess. Madankollu, il-metodu ta' trattament użat huwa spiss kwistjoni ta' prattika fi ħdan il-professjoni medika bbażata fuq it-taħriġ u l-ispeċjalizzazzjoni tagħha. Dan m'għandux ikun prinċipju ta' gwida fid-determinazzjoni ta' rimborż, li għandu jkun dipendenti fuq ir-riżultati miksuba għall-pazjent. Dan ma jaffettwax il-livell ta' rimborż imma sempliċement jagħti lill-pazjenti libertà akbar ta' għażla, ħaġa li hija partikolarment importanti għal pazjenti li jkollhom mard ġdid jew aktar rari.

Emenda  20

Proposta għal Direttiva

Artikolu 6 – punt 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Ċittadin ta' Stat Membru jista' jkun affiljat ma' skema tas-saħħa fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat fejn huwa jgħix, billi jħallas kontribuzzjonijiet lil dik l-iskema.

Ġustifikazzjoni

Li jkunu appoġġjati l-interessi ta' ċittadini li jinsabu fi Stat Membru li ma jkunx dak tar-residenza jfisser li jitħallielhom aċċess għal skema ta' saħħa ta' Stat Membru li ma jkunx dak tar-residenza.

Emenda  21

Proposta għal Direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-ispejjeż tal-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor għandhom jitħallsu mill-Istat Membru ta' affiljazzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva sal-livell tal-ispejjeż li kienu jinġarru kieku l-istess kura tas-saħħa, jew waħda simili, ingħatat fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni, mingħajr ma jinqabżu l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa riċevuta.

2. L-ispejjeż tal-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor għandhom jitħallsu mill-Istat Membru ta' affiljazzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva sal-livell tal-ispejjeż li kienu jinġarru kieku l-istess kura tas-saħħa tkun ngħatat fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni, mingħajr ma jinqabżu l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa riċevuta.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom ikollhom id-dritt li jfasslu huma s-sistemi ta' sigurtà soċjali tagħhom stess. Madankollu, il-metodu ta' trattament użat huwa spiss kwistjoni ta' prattika fi ħdan il-professjoni medika bbażata fuq it-taħriġ u l-ispeċjalizzazzjoni tagħha. Dan m'għandux ikun prinċipju ta' gwida fid-determinazzjoni ta' rimborż, li għandu jkun dipendenti fuq ir-riżultati miksuba għall-pazjent. Dan ma jaffettwax il-livell ta' rimborż imma sempliċement jagħti lill-pazjenti libertà akbar ta' għażla, ħaġa li hija partikolarment importanti għal pazjenti li jkollhom mard ġdid jew aktar rari.

Emenda  22

Proposta għal Direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Pazjenti li jivvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor bl-għan li jirċievu kura tas-saħħa hemm jew sabiex ifittxu li jirċievu kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor għandhom jiġu garantiti aċċess għar-reġistri mediċi tagħhom, f'konformità mal-miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-ħarsien ta' data personali, b’mod partikolari d-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE.

5. Pazjenti li jivvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor bl-għan li jirċievu kura tas-saħħa hemm jew sabiex ifittxu li jirċievu kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor għandhom jiġu garantiti aċċess għar-reġistri mediċi tagħhom, f'konformità mal-miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-ħarsien ta' data personali, b’mod partikolari d-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE. Id-dejta għandha tkun trażmessa biss bil-kunsens espliċitu bil-miktub tal-pazjent jew tal-qraba tal-pazjent.

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li jkun żgurat li d-dejta tista' tkun trażmessa biss bil-kunsens espliċitu bil-miktub tal-pazjent jew tal-qraba tal-pazjent.

Emenda  23

Proposta għal Direttiva

Artikolu 6 – punt 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex iċ-ċittadini tal-UE li jġarrbu inċident jew emerġenzi mediċi oħra fi Stati Membri oħra jkunu jistgħu jirċievu kura medika ta' emerġenza ta' kwalità għolja.

Ġustifikazzjoni

Il-kollaborazzjoni m'għandhiex tkun limitata għall-inċidenti, imma għandha tapplika wkoll għal emerġenzi mediċi oħra.

Emenda  24

Proposta għal Direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-għanijiet ta’ ħlas lura ta’ kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor f’konformità ma’ din id-Direttiva, kura fl-isptar għandha tfisser:

1. Għall-għanijiet ta’ ħlas lura ta’ kura tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa mogħtija fi Stat Membru ieħor f’konformità ma’ din id-Direttiva, ''kura fl-isptar u kura speċjalizzata'', bi qbil mad-definizzjoni li tinsab fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta' affiljazzjoni, għandha tfisser kura tas-saħħa li tkun teħtieġ l-użu ta’ infrastruttura medika jew tagħmir mediku speċjalizzati ħafna u għoljin ħafna, jew tkun tinvolvi trattamenti li huma ta' riskju partikolari għall-pazjent jew għall-popolazzjoni.

a) kura tas-saħħa li teħtieġ akkomodazzjoni mal-lejl għall-pazjent ikkonċernat għal mill-anqas lejl wieħed.

 

b) kura tas-saħħa, inkluża f’lista speċifika, li ma teħtieġx akkomodazzjoni mal-lejl għall-pazjent għal mill-anqas lejl wieħed. Din il-lista għandha tiġi limitata għal:

 

- kura tas-saħħa li teħtieġ l-użu ta’ infrastruttura medika jew tagħmir mediku speċjalizzati ħafna u għoljin ħafna;

 

- kura tas-saħħa li tinvolvi trattamenti li huma ta' riskju partikolari għall-pazjent jew għall-popolazzjoni.

 

Emenda  25

Proposta għal Direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Din il-lista għandha tiġi stabbilita u tista’ tiġi aġġornata regolarment mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).

2. Din il-lista għandha tiġi stabbilita u tista’ tiġi aġġornata regolarment minn kull Stat Membru ta' affiljazzjoni jew mill-awtoritajiet kompetenti ta' dan l-Istat, skont il-karatteristiċi tal-organizzazzjoni tiegħu.

Emenda  26

Proposta għal Direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-għan tas-sistema huwa li tindirizza l-ħruġ konsekuttiv ta' pazjenti kawża tal-implimentazzjoni tal-Artikolu attwali u li tħarsu milli jfixkel b'mod serju, jew li jkun probabbli li jfixkel b’mod serju:

(b) l-għan tas-sistema huwa li tindirizza l-fluss sinifikanti ta' pazjenti kawża tal-implimentazzjoni tal-Artikolu attwali u li tħarsu milli jfixkel b'mod serju, jew li jkun probabbli li jfixkel b’mod serju:

(i) il-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru; u/jew

(i) il-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru; u/jew

(ii) l-ippjanar u r-razzjonalizzazzjoni mwettqa fis-settur tal-isptarijiet sabiex tiġi evitata kapaċità żejda fl-isptar, żbilanċ fil-provvista tal-kura tas-saħħa fl-isptarijiet u ħela loġistika u finanzjarja, iż-żamma ta' servizz mediku u tal-isptar bilanċjat miftuħ għal kulħadd, jew iż-żamma ta’ kapaċità ta’ trattament jew kompetenza medika fit-territorji tal-Membru kkonċernat

(ii) l-ippjanar u r-razzjonalizzazzjoni mwettqa fis-settur tal-kura tas-saħħa sabiex tiġi evitata kapaċità żejda fl-isptar, żbilanċ fil-provvista tal-kura tas-saħħa u ħela loġistika u finanzjarja, iż-żamma ta' servizz mediku u tal-isptar bilanċjat miftuħ għal kulħadd, jew iż-żamma ta’ kapaċità ta’ trattament jew kompetenza medika fit-territorji tal-Membru kkonċernat.

Emenda  27

Proposta għal Direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt b a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' affiljazzjoni għandhom jistabbilixxu kriterji biex jidentifikaw meta l-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru, jew l-ippjanar u r-razzjonalizzazzjoni mwettqa fis-settur tal-kura tas-saħħa tiegħu, jiġi mdgħajjef jew meta x'aktarx li jkun se jiddgħajjef.

Emenda  28

Proposta għal Direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Is-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għandha tiġi limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonali sabiex jiġi evitat impatt tali, u m'għandhiex tikkostitwixxi mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja.

4. Is-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għandha tiġi limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonali u m'għandhiex tikkostitwixxi mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja.

Ġustifikazzjoni

Din biex tkun hemm konsistenza mal-emenda tal-Artikolu 8(3).

Emenda  29

Proposta għal Direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istat Membru għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku kull tagħrif rilevanti dwar is-sistemi ta' awtorizzazzjoni minn qabel introdotti skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.

5. L-Istat Membru ta' affiljazzjoni għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku l-lista ta' sptarijiet u ta' servizzi ta' kura tas-saħħa speċjalizzati u kull tagħrif rilevanti dwar is-sistemi ta' awtorizzazzjoni minn qabel introdotti skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.

Emenda  30

Proposta għal Direttiva

Artikolu 8 – punt 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Is-sistema ta' awtorizzazzjoni minn qabel m'għandhiex tapplika f'każijiet ta' mard akut u emerġenzi fejn l-azzjoni fil-pront hija essenzjali. Flimkien ma' dan, ir-rekwiżit tal-awtorizzazzjoni minn qabel għandu jitneħħa fil-każ ta' trasferiment minn sptar wieħed għal sptar ieħor fi Stat Membru differenti.

Ġustifikazzjoni

L-awtorizzazzjoni minn qabel mhijiex fattibbli f'każijiet akuti. L-emerġenzi jridu jkunu ttrattati għalihom, peress li l-awtorizzazzjoni ma tistax tkun akkwistata f'każijiet bħal dawn. Bl-istess mod, fil-każ ta' pazjenti miżmuma l-isptar mhux is-soltu possibbli li wieħed jistenna biex l-ispejjeż ikunu assunti.

Emenda  31

Proposta għal Direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b. Fil-każ ta' li ssir xi talba għall-awtorizzazzjoni minn persuna assigurati biex tirċievi kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor, l-Istat Membru ta' affiljazzjoni għandu jiżgura jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 kinux issodisfati u, jekk iva, għandu jagħti l-awtorizzazzjoni minn qabel skont dak ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta għal direttiva hija differenti mir-regoli eżistenti dwar il-koordinament tal-iskemi ta' sigurtà soċjali. Li kieku d-direttiva kellha tirrepeti regolamenti eżistenti, din il-ħaġa kienet tippermetti żewġ sistemi paralleli għall-kura tas-saħħa transkonfinali. Fil-fatt qed tinħoloq sistema fuq żewġ linji għax il-proposta mhux biss tonqos għal kollox milli tidentifika l-oqsma li mhumiex koperti fir-regolament, imma tiffoka essenzjalment fuq dawk l-oqsma li fil-fatt diġà jkopri.

Emenda  32

Proposta għal Direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5c. Fi kwalunkwe każ, l-Istat Membru jista' jirrifjuta li jagħti awtorizzazzjoni minn qabel jekk l-istess trattament jista' jingħata fit-territorju tiegħu fi żmien limitat li jkun medikament ġustifikabbli, filwaqt li jitqies l-istat kurrenti tas-saħħa tal-pazjent(a) in kwistjoni u l-iżvilupp probabbli tal-marda tiegħu/tagħha.

Ġustifikazzjoni

Huwa propost li l-awtorità nazzjonali tas-saħħa għandha tkun responsabbli (permezz ta' awtorizzazzjoni minn qabel) biex ikun żgurat li ċ-ċittadini jkunu pprovduti l-kura tas-saħħa minn professjonisti tas-saħħa u f'ċentri tas-saħħa bi standards adegwati ta' kwalità u sikurezza.

Emenda  33

Proposta għal Direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jiżgura li l-proċeduri amministrattivi dwar l-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor li għandu x’jaqsam ma' kull awtorizzazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 8(3), ħlas lura ta' spejjeż ta' kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor u kundizzjonijiet u formalitajiet oħrajn imsemmija fl-Artikolu 6(3), huma msejsa fuq kriterji oġġettivi, mhux diskriminatorji li huma ppubblikat minn qabel, u li huma meħtieġa u proporzjonali sabiex jintlaħqu l-għanijiet. Fi kwalunkwe każ, persuna assigurata għandha tingħata dejjem l-awtorizzazzjoni skond ir-Regolamenti dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali msemmija fl-Artikolu 3.1 f) dejjem meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 22.1 c) u l-Artikolu 22.2 tar-Regolament 1408/71.

1. L-Istat Membru ta’ affiljazzjoni għandu jiżgura li l-proċeduri amministrattivi dwar l-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor li għandu x’jaqsam ma' kull awtorizzazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 8, u l-ħlas ta' spejjeż ta' kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor u kundizzjonijiet u formalitajiet oħrajn imsemmija fl-Artikolu 6(3), huma msejsa fuq kriterji oġġettivi, mhux diskriminatorji li huma ppubblikat minn qabel, u li huma meħtieġa u proporzjonali sabiex jintlaħqu l-għanijiet.

Ġustifikazzjoni

Din fl-interess taċ-ċarezza legali fir-rigward tad-direttiva u r-regolament.

Emenda  34

Proposta għal Direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sistemi proċedurali tali għandhom ikunu aċċessibbli faċilment u kapaċi fl-iżgurar li t-talbiet jiġu trattati b’oġġettività u imparzjalità fil-limiti ta’ żmien stipulati u li jsiru pubbliċi minn qabel mill-Istati Membri.

2. Sistemi proċedurali tali għandhom ikunu aċċessibbli faċilment u kapaċi fl-iżgurar li t-talbiet jiġu trattati b’oġġettività u imparzjalità fil-limiti ta’ żmien stipulati u li jsiru pubbliċi minn qabel mill-Istati Membri. Meta jkunu qed jiġu ttrattati talbiet bħal dawn, għandu jittieħed kont tal-urġenza tal-każ u taċ-ċirkustanzi individwali.

Ġustifikazzjoni

Hija ħaġa essenzjali li għandha tinżamm kif inhi s-sitwazzjoni kurrenti li biha huma l-professjonisti tas-saħħa tas-settur pubbliku (b'mod partikulari dawk involuti fil-kura primarja li jaġixxu bħala dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet għas-sistema) li jiddeċiedu dwar il-ħtieġa li tkun ipprovduta kura tas-saħħa lil pażjenti fi Stati Membri oħra, sabiex ikunu evitati sitwazzjonijiet fejn il-kura tkun ipprovduta bla bżonn.

Għaċ-ċittadini l-awtorizzazzjoni minn qabel tista' tidher bħala restrizzjoni fuq id-drittijiet tagħhom għal mobbiltà transkonfinali, għalkemm fir-realtà tirrappreżenta garanzija għaċ-ċittadini li jivvjaġġaw biex jgħaddu minn trattament.

Emenda  35

Proposta għal Direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri, waqt li jistipulaw il-limiti ta' żmien li fihom iridu jiġu trattati talbiet għall-użu tal-kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor, għandhom iqisu:

imħassar

(a) il-kundizzjoni medika speċifika,

 

(b) il-grad ta’ uġigħ tal-pazjent,

 

(c) in-natura tad-diżabbiltà tal-pazjent, u

 

(d) l-abbiltà tal-pazjent li jwettaq attività professjonali.

 

Ġustifikazzjoni

Din biex tkun hemm konsistenza mal-emenda tal-Artikolu 9(2).

Emenda  36

Proposta għal Direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt d a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

da) l-iffaċilitar tal-aċċess tal-pazjenti għal netwerks Ewropej ta’ referenza stipulati fl-Artikolu 15.

Ġustifikazzjoni

Il-parteċipazzjoni f’netwerks Ewropej ta’ referenza hija sottomessa għall-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15 tad-Direttiva. Dawn jistgħu jxekklu l-parteċipazzjoni ta’ ċerti Stati Membri, fatt li jista’ jkun ta’ żvantaġġ għall-pazjenti ta’ dawn l-Istati Membri li jbatu minn mardiet ikkurati miċ-ċentri ta’ referenza.

Emenda  37

Proposta għal Direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-kooperazzjoni fil-provvediment tal-kura tas-saħħa transkonfinali fil-livell reġjonali u lokali kif ukoll permezz tat-teknoloġiji tat-tagħrif u tal-komunikazzjoni, l-kura tas-saħħa transkonfinali pprovduta fuq bażi temporanja jew ad hoc u forom oħra ta’ kooperazzjoni transkonfinali.

2. l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-kooperazzjoni fil-provvediment tal-kura tas-saħħa transkonfinali fil-livell reġjonali u lokali kif ukoll permezz tat-teknoloġiji tat-tagħrif u tal-komunikazzjoni, l-kura tas-saħħa transkonfinali pprovduta fuq bażi temporanja jew ad hoc u forom oħra ta’ kooperazzjoni transkonfinali. Dan għandu japplika b'mod speċjali għall-każijiet ta' kura tas-saħħa ta' emerġenza, bil-għan b'mod partikulari li s-servizzi ta' ambulanza u s-servizzi ta' salvataġġ jiffunzjonaw mingħajr xkiel.

Ġustifikazzjoni

Fil-każ ta' inċidenti u emerġenzi mediċi oħra b'mod partikulari, il-koperazzjoni transkonfinali, b'mod speċjali fil-qasam tas-servizzi ta' salvataġġ, għandha tiffunzjona mingħajr xkiel sabiex ma jseħħ l-ebda dewmin bħala riżultat ta' ostakli burokratiċi.

Emenda  38

Proposta għal Direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt f a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

fa) l-implimentazzjoni ta’ strumenti li jippermettu l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi tas-saħħa f’każ ta’ aċċidenti gravi, b’mod partikolari f’zoni transkonfinali.

Ġustifikazzjoni

L-aċċidenti gravi jitolbu li l-kura medika urġenti għandha tkun ikkunsidrata min-netwerks Ewropej ta’ referenza.

Emenda  39

Proposta għal Direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt a - punt ix b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ix a) iż-żamma ta’ relazzjonijiet xierqa u effikaċi mal-fornituri ta’ teknoloġiji;

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċentri ta’ referenza għandhom l-għan li jaċċelleraw it-tixrid tat-teknoloġiji mediċi innovattivi, madanakollu t-test ma jagħti l-ebda indikazzjoni dwar ir-relazzjonijiet mal-fornituri tat-teknoloġiji li huma sors importanti ta' innovazzjoni.

Emenda  40

Proposta għal Direttiva

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), tadotta l-miżuri speċifiċi meħtieġa għall-ksib tal-interoperabbiltà tas-sistemi tat-teknoloġija tat-tagħrif u tal-komunikazzjoni fil-qasam tal-kura tas-saħħa, applikabbli meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jintroduċuhom. Dawn il-miżuri għandhom jirriflettu l-iżviluppi fit-teknoloġiji tas-saħħa u x-xjenza medika u jirrispettaw id-drittijiet fundamentali għall-ħarsien ta’ data personali skond il-liġi applikabbli. Dawn għandhom jispeċifikaw b’mod partikolari l-istandards u t-terminoloġiji meħtieġa għall-interoperabbiltà tas-sistemi tat-teknoloġija tat-tagħrif u tal-komunikazzjoni rilevanti biex jiġi żgurat proveddiment sigur, ta’ kwalita għolja u effiċjenti ta’ servizzi tas-saħħa transkonfinali.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-immaniġġjar politiku tal-kura tas-saħħa m'huwiex kwistjoni ta' indħil f'kif għandhom jitmexxew l-operazzjonijiet, per eżempju. Din il-ħaġa għandha tkun kwistjoni ta' stipular ta' linji gwida, ta' tmexxija ta' evalwazzjonijiet effiċjenti, ta' ggwidar dwar kwistjonijiet finanzjarji u ta' moniteraġġ li l-kwalità hija sodisfaċenti u f'konformità mal-livell li għalih taspira l-politika tas-saħħa. L-Istati Membri organizzaw il-kura tas-saħħa tagħhom b'mod sikur u ta' min jorbot fuqu. Il-kura tas-saħħa, inkluża l-evalwazzjoni ta' prodotti u metodi ġodda, għandha tkompli tkun immaniġġjata f'livell nazzjonali, inkella hemm ir-riskju li bħala riżultat se jkun hemm aktar burokrazija.

Emenda  41

Proposta għal Direttiva

Artikolu 17 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kooperazzjoni dwar it-tmexxija ta’ teknoloġiji tas-saħħa ġodda

Kooperazzjoni dwar it-tmexxija ta’ teknoloġiji tas-saħħa

Ġustifikazzjoni

L-evalwazzjonijiet għandhom japplikaw għat-teknoloġiji kollha tas-saħħa, inklużi t-teknoloġiji eżistenti. Dan jista’ jiffaċilita l-allokazzjoni tajba ta’ riżorsi tas-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri. F’ċerti każi wkoll, l-iffinanzjar ta’ teknoloġiji eżistenti jista’ jkun allokat mill-ġdid għal teknoloġiji ġodda.

Emenda  42

Proposta għal Direttiva

Artikolu 17 – punt 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. 1 a. Il-Kummissjoni stabbilixxiet, bi ftehima mal-Parlament Ewropew, qafas operazzjonali għan-netwerk immirat għal paragrafu 1, ibbażat fuq il-prinċipji ta’ tmexxija tajba, l-oġġettività u l-imparzjalità tal-proċeduri, kif ukoll fuq il-parteċipazzjoni tal-parteċipanti ewlenin mill-gruppi soċjali kkonċernati, inklużi t-tobba, il-pazjenti u l-industrijalisti.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tkun żgurata l-koperazzjoni istituzzjonali fost l-awtoritajiet nazzjonali jew l-organiżmi ta’ evalwazzjoni ta’ teknoloġiji tas-saħħa li twassal għal proċess ta’ deċiżjoni bbilanċjat, infurmat u trasparenti, in-netwerk għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-parteċipanti ewlenin ikkonċernati.

Emenda  43

Proposta għal Direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-għan tan-netwerk ta’ evalwar tat-teknoloġija tas-saħħa għandu jkun li:

2. L-għan tan-netwerk ta’ evalwar tat-teknoloġija tas-saħħa għandu jkun li:

(a) jappoġġja il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet jew korpi nazzjonali;

 

(a) jsib modi kif fuq medda twila ta' żmien jinstab bilanċ bejn l-obbjettivi tas-saħħa pubblika u l-aċċess għall-mediċini, l-ippremjar tal-innovazzjoni u l-immaniġġjar tal-baġits tal-kura tas-saħħa;

 

(aa) jiżviluppa proċeduri u metodoloġiji trasparenti li bihom ikunu jistgħu jiġu segwiti dawn it-tliet objettivi;

 

(ab) jiżgurat li l-partijiet kollha kkonċernati, b'mod partikulari l-pazjenti, il-komunità medika u l-industrija, jipparteċipaw fl-indirizzar ta' għażliet li jistgħu jaffettwaw is-saħħa pubblika, l-innovazzjoni u l-kompetittività fl-Ewropa fuq il-medda ta' żmien il-medja u fuq dik fit-tul;

(b) jappoġġja l-provvediment ta’ tagħrif oġġettiv, ta’ min joqgħod fuqu, f'waqtu, trasparenti u trasferibbli dwar l-effettività fil-qosor u fit-tul tat-teknoloġiji tas-saħħa u jippermetti l-iskambju effettiv ta’ dan it-tagħrif bejn l-awtoritajiet jew korpi nazzjonali.

(b) jappoġġja l-provvediment ta’ tagħrif oġġettiv, ta’ min joqgħod fuqu, f'waqtu, trasparenti u trasferibbli dwar l-effettività fil-qosor u fit-tul tat-teknoloġiji tas-saħħa u jippermetti l-iskambju effettiv ta’ dan it-tagħrif bejn l-awtoritajiet jew korpi nazzjonali.

 

(ba) jikkunsidra n-natura u t-tip ta’ informazzjoni li jistgħu jkunu skambjati.

Emenda  44

Proposta għal Direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-awtoritajiet jew il-korpi li qed jieħdu sehem fin-netwerk kif imsemmi fil-paragrafu 1 u jikkomunikaw l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dawn l-awtoritajiet jew korpi lill-Kummissjoni.

3. L-Istati Membri għandhom, filwaqt li jqisu l-evalwazzjoni tal-effettività relattiva tat-teknoloġiji tas-saħħa, jagħżlu l-awtoritajiet jew il-korpi li qed jieħdu sehem fin-netwerk kif imsemmi fil-paragrafu 1 u jikkomunikaw l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dawn l-awtoritajiet jew korpi lill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-prinċipji ta’ tmexxija tajba jkunu inklużi fin-Netwerk. B’dan il-mod, il-parteċipanti ewlenin kollha involuti fl-evalwazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa jkunu jistgħu jappoġġjaw id-deċiżjonijiet meħuda.

Emenda  45

Proposta għal Direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), tadotta l-miżuri meħtieġa għall-ħolqien u t-tmexxija ta’ dan in-netwerk u tispeċifika n-natura u t-tip tat-tagħrif li għandu jiġi skambjat.

4. Il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), tadotta l-miżuri meħtieġa għall-ħolqien, it-tmexxija u t-trasparenza ta’ dan in-netwerk.

Ġustifikazzjoni

In-netwerk għandu jiffunzjoni b’mod trasparenti biex ikun żgurat li d-deċiżjonijiet meħuda wara l-iskambju ta’ informazzjoni jkunu kredibbli. In-netwerk għandu jiddetermina t-tip ta’ informazzjoni li għandha tkun skambjata. Il-parteċipanti kollha fin-netwerk għandhom ikunu involuti f’din id-diskussjoni li għandha tkun l-ewwel attività tan-netwerk.

Emenda  46

Proposta għal Direttiva

Artikolu 17 – punt 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. In-netwerk imsemmi f’paragrafu 1 jikkonsulta u jiżgura l-impenn attif tar-rappreżentanti tal-industrija, tal-gruppi ta’ pazjenti u tal-komunità medika.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tkun żgurata l-koperazzjoni istituzzjonali fost l-awtoritajiet nazzjonali jew l-organiżmi ta’ evalwazzjoni ta’ teknoloġiji tas-saħħa li twassal għal proċess ta’ deċiżjoni bbilanċjat, infurmat u trasparenti, in-netwerk għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-parteċipanti ewlenin ikkonċernati.

PROĊEDURA

Titolu

Id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali

Referenzi

COM(2008)0414 – C6-0257/2008 – 2008/0142(COD)

Kumitat responsabbli

ENVI

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

2.9.2008

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Françoise Grossetête

25.9.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

5.11.2008

2.12.2008

20.1.2009

 

Data tal-adozzjoni

17.2.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

9

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Dragoş Florin David, Pilar del Castillo Vera, Den Dover, Lena Ek, Nicole Fontaine, Adam Gierek, Norbert Glante, Fiona Hall, David Hammerstein, Rebecca Harms, Erna Hennicot-Schoepges, Mary Honeyball, Werner Langen, Pia Elda Locatelli, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Atanas Paparizov, Miloslav Ransdorf, Paul Rübig, Patrizia Toia, Nikolaos Vakalis, Alejo Vidal-Quadras, Dominique Vlasto

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Ivo Belet, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Neena Gill, Robert Goebbels, Françoise Grossetête, Gunnar Hökmark, Pierre Pribetich, John Purvis, Silvia-Adriana Ţicău

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (13.2.2009)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa trans-konfinali
(COM(2008)0414 – C6‑0257/2008 – 2008/0142(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Diana Wallis

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon iċ-ċertezza legali msaħħa li nħolqot permezz tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-dritt tal-pazjenti li jirċievu kura tas-saħħa fi Stat Membru li mhux pajjiżhom. Hija tenfasizza li din hija kwistjoni ta' importanza diretta għall-ħajja ta' kuljum u l-benesseri ta' ħafna cittadini tal-UE, b'mod partikolari minħabba ż-żieda fil-profil tal-età tal-popolazzjoni.

Ir-rapporteur tikkonferma l-għażla tal-bażi legali u taqbel li l-proposta għal direttiva hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Dan għandu jservi biex jipproteġi sistemi nazzjonali tas-saħħa u jtaffi t-tħassib dwar l-impatt tad-direttiva proposta fuq il-finanzjament futur tagħhom.

Ir-rapporteur tinnota wkoll l-importanza tal-effett tad-direttiva fuq ir-Regolament Nru 1408/71[1] u r-rwol komplementari li se jkollhom. Ċertament, huwa importanti li wieħed jinnota li l-proposta m'ghandix l-għan li tieħu post il-qafas eżistenti għall-kura tas-saħħa trans-konfinali stipulat f'dak ir-regolament. Infatti, ir-Regolament Nru 1408/71 jorganizza l-koordinament tal-iskemi tas-sigurtà soċjali nazzjonali, filwaqt li d-dispożizzjonijiet rigward id-drittijiet stabbiliti fid-direttiva proposta u fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1408/71 jikkostitwixxu mekkaniżmi alternattivi għas-suppożizzjoni ta' spejjeż mediċi magħmula fi Stati Membri oħra. Bħala riżultat, il-pazjent għandu għażla: persuna assigurata jew tibbenefika mill-mekkaniżmi ta' dan ir-regolament jew tista' tagħżel is-sistema tad-direttiva proposta.

Id-direttiva proposta se tagħti liċ-ċittadini tal-UE id-dritt li jfittxu kura mhux fi sptar fi Stat Membru ieħor bla ma jkollhom bżonn iġibu awtorizzazzjoni minn qabel mill-iskemi tas-saħħa nazzjonali tagħhom. Il-pazjenti, l-ewwel ikollhom iħallsu għall-kura u wara jitolbu rimborż lis-sistema nazzjonali tagħhom. Skont il-proposta, ir-rimborż ikun ikopri l-ispejjeż tal-kura li, kienu jitħallsu mis-sistema nazzjonali tas-sigurtà soċjali, li kieku l-kura kienet provduta fit-territorju nazzjonali.

Minħabba l-fatt li d-direttiva tqajjem ċerti kwistjonijiet tal-liġi internazzjonali privata (jista' jkun hemm talbiet kemm f'tort u kemm f'kuntratt maturl il-kors li tkun qed tingħata l-kura medika), kien diffiċli għar-rapporteur biex tenfasizza li r-regoli l-Komunitarji dwar il-ġuriżdizzjoni u l-liġi applikabbli, japplikaw. M'hemm l-ebda inkompatibilità la mar-Regolament Rome 1[2] u lanqas mar-Regolamn Rome II [3].

Wara li ntqal dan, ir-rapporteur tirrimarka fuq aspett wieħed ta' "ħidma mhux mitmuma" minħabba li l-parlament qed jistenna studju mwiegħed mill-Kummissjoni dwar id-danni f'każijiet ta' korriment personali. B'dan l-aspett f'moħħha, hija rat li huwa xieraq li tiġi nkluża fid-direttiva proposta, premessa dwar il-danni, li tittieħed mir-Regolament Rome II.

Fl-aħħar nett, fir-figward tal-ġurisdizzjoni u l-applikazzjoni tar-Regolament Brussels I[4], ir-rapporteur tikkunsidra li fejn ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fis-sentenza tal-Qorti fil-każ Odenbrei[5]t, il-parti li tkun ġarbet id-danni f'każ ta' negliġenza medika għandha tkun tista' tieħu azzjoni direttament kontra l-assiguratur tiegħu jew tagħha fl-Istat Membru fejn ikun/tkun iddomiċiljat/a.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Titolu

Test tal-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti għall-aċċess għal kura tas-saħħa, ta’ kwalità għolja u effikaċi, f’kundizzjonijiet ta’ ekwità

Ġustifikazzjoni

El marco específico para la asistencia sanitaria afecta sólo a una minoría de pacientes, mientras que la mejora de la calidad y seguridad de la asistencia, así como la cooperación entre EEMM son cuestiones que redundarán en beneficio de la generalidad de los ciudadanos y se considera que deberían constituir el núcleo principal de la propuesta.

Se propone que la asistencia sanitaria transfronteriza no sea presentada como un ideal en la propuesta de Directiva, sino como una segunda opción a considerar si no es posible la asistencia sanitaria en el lugar de residencia del ciudadano. Debe quedar claro que el objetivo es que el ciudadano pueda acceder a una asistencia sanitaria segura y de la mayor calidad lo más cerca posible de su lugar de residencia.

Emenda2

Proposta għal direttiva

Premessa 16 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Minkejja dak li ntqal, fil-każ ta' talbiet ibbażati fuq responsabilità kuntrattwali jew mhux kuntrattwali, il-liġi applikabbli għandha tkun determinata skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Rome I)¹ u r-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Rome II)² Il-ġurisdizzjoni għandha tkun determinata skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali³, b'hekk huwa mifhum li, fejn il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati, il-partijiet li jkunu ġarbu d-danni jkunu jistgħu jieħdu azzjoni direttament kontra l-assiguratur tagħhom fl-Istat Membru fejn ikunu ddomiċiljati.

 

ĠU L 177, 31.7.2006, p. 6.

ĠU L 199, 31.7.2006, p. 40.

ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

Test tal-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas ġenerali għad-dispożizzjoni ta’ kura tas-saħħa transkonfinali sigura, ta’ kwalità għolja u effiċjenti.

Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas ġenerali għal aċċess minn ċittadini tal-UE għal kura tas-saħħa sigura, ta' kwalità għolja u effiċjenti, taħt kundizzjonijiet ġusti, u tistabbilixxi mekkaniżmi għal koperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa, li jirrispettaw il-kompetenzi nazzjonali fir-rigward tal-organizzazzjoni u l-għoti tal-kura tas-saħħa.

Ġustifikazzjoni

Se propone que el objetivo de la propuesta no se centre en abordar la movilidad de los pacientes, sino que su núcleo fundamental sean los otros 2 ejes en los que la Comisión Europea dice estructurar la