RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill (Euratom) li twaqqaf qafas Komunitarju dwar is-sikurezza nukleari
3.4.2009 - (COM(2008)0790 – C6‑0026/2009 – 2008/0231(CNS)) - *
Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Gunnar Hökmark
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill (Euratom) li twaqqaf qafas Komunitarju dwar is-sikurezza nukleari
(COM(2008)0790 – C6‑0026/2009 – 2008/0231(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0790),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 31 u 32 tat-Trattat Euratom, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0026/2009),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0236/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 119(2) tat-Trattat Euratom u biex tiżgura li r-rekwiżiti legali previsti mit-Trattat Euratom għall-adozzjoni ta’ din il-proposta ġew rispettati, b’mod partikulari l-konsultazzjoni mal-grupp ta’ esperi bi qbil mal-Artikolu 31 tat-Trattat Euratom;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
(6) Filwaqt li kull Stat Membru huwa ħieles biex jiddeċiedi dwar liema taħlita ta’ enerġija juża, wara perjodu ta’ riflessjoni, l-interess fil-bini ta’ impjanti ġodda kiber u xi Stati Membri ddeċidew li jilliċenzjaw impjanti ġodda. Barra minn hekk, aktar rekwiżiti għal estensjonijiet tal-ħajja tal-impjanti tal-enerġija nukleari huma mistennija li jiġu preżentati mill-pussessuri ta’ liċenzja fis-snin li ġejjin. |
(6) Kull Stat Membru huwa ħieles li jiddeċiedi dwar liema taħlita ta’ enerġija juża. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li jinżamm il-prinċipju li l-Istati Membri huma ħielsa li jiddeċiedu dwar liema taħlita ta’ enerġija jużaw. Barra minn hekk huwa importanti, bl-istess mod, li jiġi nnutat li din id-Direttiva m’għandhiex l-għan li toħloq inċentivi għall-Istati Membri biex jinkludu enerġija nukleari fit-taħlita ta’ enerġija li jużaw. Għalhekk, l-importanza tal-partijiet imħassra ta’ premessa 6 għandha timxi għal premessa 7, biex tinħoloq din id-distinzjoni. | |
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 7 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
(7) Għal dan il-għan, l-aħjar prattiċi għandhom jiġu żviluppati biex il-korpi regolatorji jiġu ggwidati fit-teħid ta' deċiżjonijiet tagħhom dwar l-estensjonijiet tat-tul tal-ħajja tal-installazzjonijiet nukleari. |
(7) Is-sikurezza nukleari għandha x’taqsam mal-interess tal-Komunità, li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni meta jitieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-liċenzjar ta’ impjanti ġodda u/jew l-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-installazzjonijiet nukleari. Għal dan il-għan, l-aħjar prattiċi għandhom jiġu żviluppati biex il-korpi regolatorji u l-Istati Membri jiġu ggwidati meta jiddeċiedu jekk għandhomx jagħtu liċenzji fuq impjanti ġodda kif ukoll fid-deċiżjonijiet tagħhom dwar l-estensjonijiet tat-tul tal-ħajja tal-installazzjonijiet nukleari. |
Ġustifikazzjoni | |
Is-sikurezza nukleari għandha x’taqsam mal-interess komuni tal-Komunità u għandha għalhekk tikkostitwixxi r-raġuni biex tiġi żviluppata l-aqwa prattika, u mhux minħabba li l-Istati Membri jridu joħorġu liċenzji fuq impjanti ġodda. Barra minn hekk għandu jissemma li din l-aqwa prattika tista’ tkun bħala linja gwida għall-Istati Membri wkoll, u mhux biss għall-korpi regolatorji. | |
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
(9) It-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari jeħtieġ li s-sistemi ta’ ġestjoni stabbiliti u l-pussessuri tal-liċenzji jiżguraw livell għoli ta’ sikurezza għall-pubbliku ġenerali. |
(9) It-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari jeħtieġ li s-sistemi ta’ġestjoni stabbiliti u l-pussessuri tal-liċenzji u l-ġesturi tal-iskart jiżguraw l-ogħla livell possibbli ta’ sikurezza għall-pubbliku ġenerali. |
Ġustifikazzjoni | |
Standards ta’ sikurezza ta’ faċilitajiet nukleari ġodda u eżistenti possibbli għandhom ikunu l-ogħla, li jikkorrispondu mal-aqwa avvanzi teknoloġiċi, regolatorji u operazzjonali fl-Unjoni. L-istess prinċipju bażiku għandu japplika wkoll waqt il-ġestjoni ta’ skart nukleari. | |
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
(10) Il-prinċipji fundamentali u r-rekwiżiti stabbiliti mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) jikkostitwixxu qafas ta’ prattiċi li fuqu għandhom jiġu bbażati r-rekwiżiti nazzjonali tas-sikurezza. L-Istati Membri taw kontribut kbir għat-titjib ta' dawn il-prinċipji fundamentali u rekwiżiti. |
(10) Il-prinċipji fundamentali, rekwiżiti u linji gwida stabbiliti mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) jikkostitwixxu sett ta' regoli u qafas ta’ prattiki li fuqu għandhom jiġu bbażati r-rekwiżiti nazzjonali tas-sikurezza. L-Istati Membri taw kontribut kbir għat-titjib ta' dawn il-prinċipji fundamentali, rekwiżiti u linji gwida. Ir-regoli għandhom jirriflettu l-aħjar prattiki internazzjonali rigward rekwiżiti għas-sikurezza u għalhekk jikkostitwixxu bażi tajba għal-leġiżlazzjoni tal-Komunità. Dawn ma jistgħux jidħlu fil-liġi tal-Komunità billi ssir sempliċi referenza f'din id-Direttiva għall-IAEA Safety Standards, Serje Nru SF-1 (2006). Anness bil-Prinċipji Fundamentali ta' Sikurezza għandu għalhekk jiġi miżjud mad-Direttiva. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-prinċipji ta' sikurezza tal-IAEA huma biss rakkomandazzjonijiet li ma jorbtux u għalhekk ma jistgħġux jidħlu fil-liġi tal-Komunità billi ssir sempliċi referenza għall-IAEA Safety Standards Series f'din id-Direttiva. Anness bil-Prinċipji Fundamentali ta' Sikurezza għandu għalhekk jiġi miżjud mad-Direttiva. Dan l-approċċ jippreżenta l-vantaġġ ċar ta' ċertezza akbar tar-regolamentazzjoni fil-livell Komunitarju u jagħti l-bażi legali għall-implimentazzjoni ta' dawn il-prinċipji. | |
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
(13) L-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku, b’mod preċiż u fil-ħin, dwar kwistjonijiet importanti ta’ sikurezza nukleari għandha tkun ibbażata fuq livell għoli ta' trasparenza f’materji relatati mas-sikurezza ta' installazzjonijiet nukleari. |
(13) l-għoti ta’ informazzjoni lill-ħaddiema tal-industrija nukleari u pubbliku, b’mod preċiż u fil-ħin, dwar kwistjonijiet importanti ta’ sikurezza nukleari għandha tkun ibbażata fuq livell għoli ta’ trasparenza f’materji relatati mas-sikurezza ta’ installazzjonijiet nukleari. |
Ġustifikazzjoni | |
L-emenda hija konsistenti mal-Artikolu 30 tat-Trattat li Jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija Atomika Ewopea li tipprovdi li standards bażiċi għandhom ikunu stabbiliti fil-Komunità għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li joħorġu mir-radjazzjoni jonizzanti, kif ukoll mad-Direttivi tal-UE dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema. | |
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 13 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
|
Sabiex jiġi żgurat l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika u t-trasparenza, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri xierqa kollha sabiex jimplimentaw l-obbligazzjonijiet stipulati fil-konvenzjonijiet internazzjonali li diġà jkopru r-rekwiżiti meħtieġa fil-kuntesti nazzjonali, internazzjonali jew transkonfinali, bħalma huma l-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta' deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (il-Konvenzjoni ta' Aarhus tal-25 ta' Ġunju 1998)1. |
|
---------------------------------------------------------------1 ĠU L 124, 17.5.2005, p. 1; ĠU L 164, 16.6.2006, p.17, kif emendat bir-Regolament 1367/2006 (ĠU L 264, 25.09.2006, p. 13). |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrigwarda dispożizzjonijiet dwar trasparenza fl-Artikolu 5 tal-proposta attwali. | |
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 15 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
(15) Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tar-rekwiżiti ta’ sikurezza għal installazzjonijiet nukleari, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu korpi regolatorji bħala awtoritajiet indipendenti. Il-korpi regolatorji għandhom jiġu pprovduti b’kompetenzi u riżorsi xierqa sabiex ikunu jistgħu jwettqu d-doveri tagħhom. |
(15) Sabiex tiġi żgurata r-regolamentazzjoni effettiva ta' installazzjonijiet nukleari, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu korpi regolatorji bħala awtoritajiet li jkunu indipendenti minn interessi li jistgħu jaffettaw b'mod mhux kif suppost id-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ta' sikurezza nukleari. Il-korpi regolatorji għandhom jiġu pprovduti b’kompetenzi u riżorsi xierqa sabiex ikunu jistgħu jwettqu d-doveri tagħhom. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrigwarda l-emenda 20 għall-Artikolu 4(1) imdaħħla mir-Rapporteur dwar l-indipendenza tal-korpi regolatorji. | |
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 19 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
(19) Il-korpi regolatorji responsabbli għas-sikurezza ta’ installazzjonijiet nukleari fl-Istati Membri għandhom jikkooperaw l-aktar permezz tal-Grupp ta’ Livell Għoli Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart li żviluppa għaxar prinċipji għar-regolamentazzjoni tas-sikurezza nukleari. Il-Grupp ta’ Livell Għoli Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart għandu jikkontribwixxi biex il-qafas Komunitarju tas-sikurezza nukleari jirnexxilu jilħaq l-għan tiegħu li jtejjeb is-sikurezza nukleari b’mod kontinwu. |
(19) Il-korpi regolatorji responsabbli għas-sorveljanza ta’ l-installazzjonijiet nukleari fl-Istati Membri għandhom jikkooperaw l-aktar permezz tal-Grupp ta’ Livell Għoli Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart . Il-Grupp ta’ Livell Għoli żviluppa għaxar prinċipji għar-regolamentazzjoni tas-sikurezza nukleari li huma importanti fil-kuntest ta' din id-Direttiva Il-Grupp ta’ Livell Għoli Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart għandu jikkontribwixxi biex il-qafas Komunitarju tas-sikurezza nukleari jirnexxilu jilħaq l-għan tiegħu li jtejjeb is-sikurezza nukleari b’mod kontinwu. |
Emenda 9 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
1. Din id-Direttiva għandha l-għan li tikseb, iżżomm u ssaħħaħ kontinwament is-sikurezza nukleari fil-Komunità u li ttejjeb ir-rwol tal-korpijiet regolatorji nazzjonali. |
1. Din id-Direttiva għandha l-għan li toħloq qafas Komunitarju għas-Sikurezza Nukleari fl-Unjoni Ewropea. Dan il-qafas jiddefinixxi pedamenti li fuqhom għandhom jistrieħu l-arranġamenti leġiżlattivi u regolatorji li jsiru mill-Istati Membri fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari u għandu l-għan li jikseb, iżomm u jsaħħaħ kontinwament is-sikurezza nukleari fil-Komunità u li ttejjeb ir-rwol tal-korpijiet regolatorji nazzjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
Hija meħtieġa definizzjoni aktar ċara tal-għan tad-Direttiva. L-għan huwa l-ħolqien ta’ qafas Komunitarju uniformi. Dan huwa indirizzat direttament fl-emenda. | |
Emenda 10 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
2. Għandha tapplika għad-disinn, il-lokazzjoni, il-kostruzzjoni, il-manutenzjoni, it-tħaddim u ż-żarmar ta’ installazzjonijiet nukleari, li għalihom il-kunsiderazzjoni tas-sikurezza hi meħtieġa taħt il-qafas leġislattiv u regolatorju tal-Istat Membru kkonċernat. |
2. Għandha tapplika għad-disinn, il-lokazzjoni, il-kostruzzjoni, il-manutenzjoni, it-tħaddim u ż-żarmar ta’ installazzjonijiet nukleari, li għalihom il-kunsiderazzjoni tas-sikurezza jkunu meħtieġa taħt il-qafas leġiżlattiv u regolatorju tal-Istat Membru kkonċernat. |
Ġustifikazzjoni | |
Billi l-għan tad-Direttiva huwa li jistabbilixxi qafas komuni bl-inklużjoni tal-prinċipji ta' sikurezza tal-IAEA fl-Anness, huwa relevanti li jiġi enfasizzat li dak li hemm miktub f'din id-Direttiva għandu jiġi applikat mill-Istati Membri. | |
Emenda 11 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
2. Għandha tapplika għad-disinn, il-lokazzjoni, il-kostruzzjoni, il-manutenzjoni, it-tħaddim u ż-żarmar ta’ installazzjonijiet nukleari, li għalihom il-kunsiderazzjoni tas-sikurezza hi meħtieġa taħt il-qafas leġislattiv u regolatorju tal-Istat Membru kkonċernat. |
2. Għandha tapplika għad-disinn, il-lokazzjoni, il-kostruzzjoni, il-manutenzjoni, l-ikkommissjonar, it-tħaddim u ż-żarmar ta’ installazzjonijiet nukleari u għax-xogħol imwettaq mis-sottokuntratturi kkummissjonat mill-operaturi, li għalihom il-kunsiderazzjoni tas-sikurezza hi meħtieġa taħt il-qafas leġiżlattiv u regolatorju tal-Istat Membru kkonċernat. |
Ġustifikazzjoni | |
Grupp ta’ ħaddiema li jistgħu jkunu f’riskju u potenzjament esposti għar-riskju tas-saħħa u s-sikurezza fl-installazzjoni nukleari huma dawk involuti f’attivitajiet bħat-tiswijiet, il-manutenzjoni u t-tindif tal-installazzjonijiet nukleari. Tali attivitajiet ikunu ġeneralment sottokuntrattati u terġa’ sottokuntrattati. Dawn il-ħaddiema huma l-inqas imħarrġa u l-inqas informati, u mhumiex integrati fil-proċeduri tas-saħħa u s-sikurezza tal-operatur. Id-Direttiva għandha tagħmilha ċara li dawk kollha involuti għandhom responsabbiltà kbira għas-sikurezza u l-kultura ta’ sikurezza. | |
Emenda 12 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt 1 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
(1) “installazzjoni nukleari” tfisser impjant ta’ manifattura ta’ fjuwil nukleari, reattur tar-riċerka (fosthom muntaġġi subkritiċi u kritiċi), impjant tal-enerġija nukleari, faċilità għall-ħżin ta’ fjuwil użat, impjant ta’ arrikkament jew faċilità ta’ proċessar mill-ġdid; |
(1) “installazzjoni nukleari” tfisser impjant ta’ manifattura ta’ fjuwil nukleari, reattur tar-riċerka (fosthom muntaġġi subkritiċi u kritiċi), impjant tal-enerġija nukleari, faċilità għall-ħżin ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv, impjant ta’ arrikkament jew faċilità ta’ proċessar mill-ġdid, inklużi faċilitajiet għall-immaniġġar u t-trattament ta’ sustanzi radjuattivi ġġenerati matul it-tħaddim ta’ installazzjoni; |
Emenda 13 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt 3 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
(3) “materjal radjuattiv” tfisser kwalunkwe materjal li fih radjunuklejdi li l-attività jew konċentrazzjoni tagħhom ma tistax tiġi injorata mil-lat tal-protezzjoni mir-radjazzjoni; |
(3) “sustanza radjuattiva” tfisser kwalunkwe materjal li fih radjunuklejdi li l-attività jew konċentrazzjoni tagħhom ma tistax tiġi injorata mil-lat tal-protezzjoni mir-radjazzjoni; |
Ġustifikazzjoni | |
It-terminu“sustanza radjuattiva” jintuża fid-Direttiva tal-UE 96/29/Euratom li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti. | |
Emenda 14 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt 8 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
(8) “korp regolatorju" tfisser kwalunkwe korp jew korpi, awtorizzat mill-Istat Membru li jagħti f’dak l-Istat Membru liċenzji u li jissorvelja l-lokazzjoni, id-disinn, il-kostruzzjoni, l-kummissjunar, it-tħaddim jew iż-żarmar ta’ installazzjonijiet nukleari; |
(8) "korp regolatorju" tfisser awtorità jew sistema ta' awtoritajiet maħtura mill-Istat Membru bħala awtorità legali li tmexxi l-proċess regolatorju, inkluż l-għoti ta' awtorizzazzjonijiet, u b'hekk ir-regolazzjoni ta' radjazzjoni, skart nukleari, skart radjuattiv u s-sikurezza tat-trasport; |
Ġustifikazzjoni | |
Għandhom jiġu mogħtija b'mod ċar ir-responsabbiltajiet tal-korp regolatorju responsabbli għar-regolazzjoni u l-kontroll tal-aspetti ta' sikerezza ta' installazzjonijiet nukleari. Hemm distinzjoni bejn dan il-proċess u l-iskemi għall-għoti ta' liċenzji li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew governattivi. | |
Emenda 15 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt 9 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
(9) "liċenzja" tfisser kull awtorizzazzjoni mogħtija mill-korp regolatorju lill-applikant sabiex jagħti r-responsabbiltà għal-lokazzjoni, id-disinn, il-kostruzzjoni, l-attivazzjoni, l-operazzjoni jew iż-żarmar ta’ installazzjonijiet nukleari; |
(9) "liċenzja" tfisser kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija minn awtorità governattiva jew nazzjonali approvata minn dak il-gvern lill-applikant sabiex jagħti r-responsabbiltà għal-lokazzjoni, id-disinn, il-kostruzzjoni, l-attivazzjoni, l-operazzjoni jew iż-żarmar ta’ installazzjonijiet nukleari; |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-ġustifikazzjoni għall-Artikolu 2(8). | |
Emenda 16 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt 10 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
(10) “reatturi tal-enerġija nukleari” tfisser reatturi tal-enerġija nukleari liċenzjati biex joperaw wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. |
(10) “reatturi ġodda tal-enerġija nukleari” tfisser reatturi tal-enerġija nukleari liċenzjati biex jinbnew wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. |
Ġustifikazzjoni | |
Rigward id-dispozzjoni tal-Artikolu 6.2, il-kwistjoni hi li jiġi determinat meta rekwiżiti ġodda, speċjalment taħt l-aspett ta' disinn ta' sikurezza, jistgħu jiddaħħlu. L-awtorizzazzjoni biex jitħaddmu tiġi fi tmiem il-proċess regolatorju, wara li tkun intemmet il-kostruzzjoni u r- reviżjoni tal-fajl rigward sikurezza mhux lakemm tista' titqies. | |
Emenda 17 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – titolu | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
Responsabbiltà u qafas għas-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari |
Qafas legali għas-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari |
Ġustifikazzjoni | |
Kif inhu bħalissa, l-Artiklu 3 kif emendat huwa riorganizzazzjoni tal-Artikoli 3,4,8 u 10 tal-proposta u jirrigwarda l-obbligazzjonijiet tal-Istati Membri li jadottaw qafas leġiżlattiv u regolatorju li jiżgura r-regolamentazzjoni u s-sorveljanza tal-installazzjonijiet nukleari. Dan jinkludi: (i) qafas regolatorju xieraq, b'mod partikulari li jieħu ħsieb rekwiżiti ta' sikurezza nazzjonali, sistema għall-għoti ta' liċenzji u spezzjonijiet regolatorji, u d-dritt tal-Istati Membri li jimponu miżuri ta' sikurezza stretti; (ii) l-għoti ta' prijorità għall-politiki ta' sikurezza; (iii) l-evalwazzjoni minn esperti tal-qafas regolatorju u tal-korpi regolatorji eżistenti. | |
Emenda 18 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
1. Ir-responsabbiltà ewlenija għas-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari għandha tibqa’ mal-pussessur tal-liċenzja taħt il-kontroll tal-korp regolatorju. Il-miżuri u l-kontrolli tas-sikurezza li għandhom jiġu implimentati f’installazzjoni nukleari għandhom jiġu deċiżi biss mill-korp regolatorju u applikati mill-pussessur tal-liċenzja. |
imħassar |
Il-pussessur tal-liċenzja għandu jkollu r-responsabbiltà ewlenija għas-sikurezza tul il-ħajja kollha tal-installazzjonijiet nukleari sakemm jinħeles mir-responsabbiltà tal-kontroll regolatorju. Din ir-responsabbiltà tal-possessur tal-liċenzja ma tistax tiġi delegata. |
|
Ara d-dispożizzjonijiet li daħħlu bl-emenda 33 għall-Artikolu 7(1)( ġdid) | |
Emenda 19 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu qafas leġiżlattiv u regolatorju biex jirregolaw is-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari. Dan għandu jinkludi rekwiżiti nazzjonali tas-sikurezza, sistema ta’ liċenzjar u kontroll tal-installazzjonijiet nukleari, il-projbizzjoni tat-tħaddim tagħhom mingħajr liċenzja u sistema ta’ sorveljanza regolatorja li jkollha l-infurzar meħtieġ. |
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu qafas leġiżlattiv u regolatorju, ibbażat fuq l-aħjar prassi tal-EU u internazzjonali disponibbli, biex jirregolaw is-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari. Dan għandu jinkludi rekwiżiti nazzjonali tas-sikurezza, sistema ta’ liċenzjar u kontroll tal-installazzjonijiet nukleari, il-projbizzjoni tat-tħaddim tagħhom mingħajr liċenzja u sistema ta’ sorveljanza regolatorja, permezz ta' sospensjoni, modifika jew revokar ta' liċenzji, li jkollha l-infurzar meħtieġ. |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-ġustifikazzjoni għall-Emenda 11 għall-Artikolu 3 - titolu. | |
Emenda 20 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
|
2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi applikata leġiżlazzjoni biex tipprovdi għar-revokazzjoni tal-liċenzja operattiva ta' installazzjoni nukleari f'każijiet ta' ksur serju tal-kundizzjonijiet tal-liċenzja. |
(Emenda ġdida mfassla parzjalment mill-ġdid fuq l-Artiklu 8 (2) | |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-ġustifikazzjoni għall-Emenda 11 għall-Artikolu 3 - titolu. | |
Emenda 21 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
|
2b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet kollha impenjati f'attivitajiet relatati direttament ma' installazzjonijiet nukleari jistabbilixxu politiki li jagħtu l-prijorità mistħoqqa lis-sikurezza nukleari. |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-ġustifikazzjoni għall-Emenda 11 għall-Artikolu 3 - titolu. | |
Emenda 22 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
|
2c. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-anqas kull għaxar snin il-korp regolatorju u s-sistema regolatorja nazzjonali jiġu sottomessi għal evalwazzjoni minn esperti internazzjonali sabiex l-infrastruttura regolatorja tiġi mtejba kontinwament. |
|
L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni bir-riżultati tal-evalwazzjoni ta' esperti internazzjonali. |
(Emenda ġdida mfassla parzjalment mill-ġdid fuq l-Artiklu 4 (5) | |
Ġustifikazzjoni | |
Evalwazzjonijiet internazzjonali ta' esperti jgħinu lill-Istati Membri u lill-korpi regolatorji biex jaqsmu bejniethom l-aħjar prattiki regolatorji u biex jiżviluppaw għarfien komuni tar-rekwiżiti internazzjonali u tal-KE. Din tkun parteċipi fit-tisħiħ tal-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' sikurezza fil-livell tal-KE u t-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari fil-Komunità. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tinżamm infurmata dwar ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet tal-esperti. | |
Emenda 23 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 d (ġdid) | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
|
2d. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu miżuri ta’ sikurezza aktar stretti minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva. |
(Emenda ġdida meħuda kollha kemm hi minn Artikolu 10) | |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-ġustifikazzjoni għall-Emenda 11 għall-Artikolu 3 - titolu. | |
Emenda 24 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – titlu | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
Korpi regolatorji |
Ħatra u responsabbiltajiet tal-korpi regolatorji |
Ġustifikazzjoni | |
Din ir-riorganizzazzjoni tal-Artikolu 4 hija dedikata għall-korpi regolatorji, id-dmirijiet, ir-riżorsi u l-kompetenzi tagħhom. B'mod partikolari, l-indipendenza ta' korp regolatorju f'dik li hi governanza u politika għall-industrija nukleari għandha tissaħħaħ b'mod ċar u tiġi żviluppata aktar. | |
Emenda 25 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu – -1 d (ġdid) | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
|
-1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw korp regolatorju nazzjonali li jkun responsabbli għar-regolamentazzjoni, is-sorveljanza u l-evalwazzjoni tas-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari. |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-ġustifikazzjoni għall-Emenda 18 għall-Artikolu 4 - titolu. | |
Emenda 26 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp regolatorju jkun effettivament indipendenti minn kull organizzazzjoni li xogħlha jkun li tippromwovi, tħaddem installazzjonijiet nukleari jew tiġġustifika l-benefiċċji tagħhom għas-soċjetà, kif ukoll ħieles minn kwalunkwe element li jista’ jaffettwa s-sikurezza. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-indipendenza effettiva tal-korp regolatorju. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jwettaq il-ħidmiet konferiti fuqu minn din id-Direttiva: |
|
(a) il-korp regolatorju jkun legalment distint u funzjonalment independenti minn kull entità pubblika jew privata, b’mod partikolari minn dawk li xogħolhom hu li jippromwovu, iħaddmu installazzjonijiet nukleari jew jiġġustifikaw il-benefiċċji tagħhom għas-soċjetà, kif ukoll ħielsa minn kwalunkwe element li jista’ jaffettwa s-sikurezza; |
|
(b) li l-persunal tal-korp regolatorju u l-persuni responsabbli għall-ġestjoni tiegħu jaġixxu indipendentament minn kull interess tas-suq u m’għandhom ifittxu jew jieħdu istruzzjonijiet minn kwalunkwe gvern jew entità pubblika oħra, meta jwettqu l-ħidmiet regolatorji tagħhom. |
|
Dan ir-rekwiżit hu bla preġudizzju għal kooperazzjoni xierqa fil-viċin, ma’ awtoritajiet nazzjonali relevanti oħra. |
Ġustifikazzjoni | |
Waqt li japprova l-insistenza tar-rapporteur dwar l-indipendenza tal-korp regolatorju, dan għandu jiġi żgurat waqt l-attivitajiet tiegħu kollha u biss meta jsiru ‘x-xogħlijiet regolatorji’. | |
Emenda 27 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
2. Il-korp regolatorju għandu jingħata l-awtorità, il-kompetenza u r-riżorsi finanzjarji u umani xierqa biex iwettaq ir-responsabbiltajiet u d-doveri tiegħu. Għandu jissorvelja u jirregola s-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari u jiżgura l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti, kundizzjonijiet u regolamenti tas-sikurezza. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp regolatorju jkollu l-awtorità, il-kompetenza u r-riżorsi finanzjarji u umani xierqa biex iwettaq ir-responsabbiltajiet u d-doveri tiegħu. Il-korp regolatorju għandu jissorvelja u jirregola s-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari u jiżgura li l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' sikurezza applikabbli u l-kundizzjonijiet tal-liċenzji jiġu osservati. . |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-ġustifikazzjoni għall-Emenda 18 għall-Artikolu 4 - titolu. | |
Emenda 28 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
3. Il-korp regolatorju jagħti liċenżji u jimmonitorja l-applikazzjoni tagħhom dwar il-lokazzjoni, id-disinn, il-kostruzzjoni, il-kummissjunar, it-tħaddim jew iż-żarmar tal-installazzjonijiet nukleari. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-ġustifikazzjoni għall-emenda 8 għall-Artikolu 2 - punt (8) u d-dispożizzjonijiet li jidħlu bl-emenda 23 għall-Artikolu 4 (3a) (ġdid). | |
Emenda 29 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
|
3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp regolatorju jagħmel evalwazzjonijiet ta' sikurezza nukleari, investigazzjonijiet u kontrolli, u, fejn ikun meħtieġ, il-korp regolatorju għandu jieħu passi ta' infurzar għa installazzjonijiet nukleari tul it-tħaddim kif ukoll id-dekommissjoni tagħhom. |
(Emenda ġdida mfassla parzjalment mill-ġdid fuq l-Artiklu 8 (1) | |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-ġustifikazzjoni għall-Emenda 18 għall-Artikolu 4 - titolu. | |
Emenda 30 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 3 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
|
3b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp regolatorju jkollu s-setgħa li jordna sospensjoni ta' tħaddim ta' kwalunkwe installazzjoni nukleari f'każijiet fejn is-sikurezza ma tkunx garantita. |
(Emenda ġdida mfassla parzjalment mill-ġdid fuq l-Artiklu 8 (3) | |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-ġustifikazzjoni għall-Emenda 18 għall-Artikolu 4 - titolu). | |
Emenda 31 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
4. Il-korpi regolatorji għandhom jiżguraw li l-pussessuri tal-liċenzja jkollhom biżżejjed persunal bi kwalifiki xierqa. |
imħassar |
(Ara d-dispożizzjonijiet li daħħlu mill-ġdid fl-Artikolu 7(3)). | |
Emenda 32 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
5. Mill-anqas ta’ kull għaxar snin, il-korp regolatorju għandu jissottometti ruħu u s-sistema regolatorja nazzjonali għal reviżjoni minn esperti ugwali fil-qasam bl-għan li l-infrastruttura regolatorja tiġi mtejba kontinwament. |
imħassar |
(Ara d-dispożizzjonijiet li ddaħħlu mill-ġdid fl-Artikolu 3 (2c)(ġdid) dwar il-qafas legali stabbilit mill-Istati Membri. | |
Emenda 33 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 5 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
|
5a. Korpi regolatorji tal-Istati Membri għandhom jagħmlu skambju tal-aqwa prattiki regolatorji u jiżviluppaw fehmiet dwar rekwiżiti internazzjonali tas-sikurezza nukleari . |
Ġustifikazzjoni | |
Dan għandu jirriżulta fl-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tas-sikurezza u tal-qafas għall-proċess regolatorju fl-Unjoni Ewropea. | |
Emenda 34 Proposta għal direttiva Artikolu 5 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-pubbliku dwar il-proċeduri u r-riżultati tal-attivitajiet ta’ sorveljanza relatati mas-sikurezza nukleari. Għandhom jiżguraw ukoll li l-korpi regolatorji jinfurmaw lill-pubbliku b’mod effettiv dwar l-oqsma tal-kompetenza tagħhom. Għandu jiġi żgurat l-aċċess għall-informazzjoni, skont l-obbligi nazzjonali u internazzjonali rilevanti |
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-pubbliku u lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri u r-riżultati tal-attivitajiet ta’ sorveljanza relatati mas-sikurezza nukleari u fil-każijiet kollha ta’ inċident jinfurmaw lill-pubbliku mill-aktar fis. Għandhom jiżguraw ukoll li l-korpi regolatorji jinfurmaw lill-pubbliku b’mod effettiv dwar l-oqsma tal-kompetenza tagħhom. Għandu jiġi żgurat l-aċċess għall-informazzjoni, skont l-obbligi nazzjonali u internazzjonali rilevanti |
Emenda 35 +(Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom iħarsu l-prinċipji findamentaqli tas-sikurezza tal-IAEA (Prinċipji Fundamentali tas-Sikurezza tal-IAEA: Prinċipji fundamentali tas-sikurezza, Standard tas-Sikurezza IAEA Nru SF-1 (2006). Għandhom josservaw l-obbligi u r-rekwiżiti inkorporati fil-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari (IAEA INFCIRC 449 tal-5 ta’ Lulju 1994). |
1. Għal-lokalizzazzjoni, id-disinn, il-kostruzzjoni, it-tħaddim u d-dekommissjoni ta' faċilitajiet nukleari l-Istati Membri għandhom japplikaw il-prinċipji fundamentali tas-sikurezza tal-IAEA (Prinċipji Fundamentali tas-Sikurezza tal-IAEA: Prinċipji fundamentali tas-sikurezza, Standard tas-Sikurezza IAEA Nru SF-1 (2006), li huma relevanti għall-ħolqien ta’ qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari kif speċifikat fl-Anness. Għandhom japplikaw l-obbligi u r-rekwiżiti inkorporati fil-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari1. |
|
________________________________________________________________1ĠU L 318, 11.12.1999, p. 20 u ĠU L 172, 6.5.2004, p. 7. |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-Premessa 10. Ir-referenza għal att mhux vinkolanti fid-direttiva ma jkollhiex l-effet li tagħmlu vinkolanti. Sabiex il-kontenut tal-Prinċipji Fundamentali ta' Sikurezza jkunu vinkolant, it-testi tagħha għandhom jiġu stipulati bħala parti mill-att vinkolanti. Anness li jkun hemm fih id-dispożizzjoni tal-Prinċipji Fundamentali ta' Sikurezza jkun jista': (i) ikun konsistenti mal-Gwida Prattika Konġunta tal-PE, il-Kunsill u l-Kummissjoni għall-persuni involuti fit-tfassil tal-leġiżlazzjoni fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Komunità; (ii) jiżgura ċertezza legali għat-test b'referenza 'statika' għall-prinċipji tal-IAEA, bħal dik t'hawn fuq. | |
Emenda 36 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
B’mod partikolari għandom jiżguraw li l-prinċipji applikabbli stipulati fil-prinċipji fundamentali tas-sikurezza tal-IAEA jiġu implimentati sabiex jassiguraw livell għoli ta’ sikurezza fl-installazzjonijiet nukleari, li jinkludu inter alia arranġamenti effettivi kontra l-perikli radjoloġiċi possibbli, il-prevenzjoni u r-reazzjoni għal-aċċidenti, il-ġestjoni tal-qdim tal-impjant, il-ġestjoni fuq perjodu taż-żmien twil tal-materjali kollha radjuattivi prodotti u informazzjoni dwar il-popolazzjoni u l-awtoritajiet tal-Istati tal-madwar. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-ġustifikazzjoni għall-emenda 28 għall-Artikolu 6 (1) - subparagrafu 1. | |
Emenda 37 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
2. Fir-rigward tas-sikurezza ta’ reatturi tal-enerġija nukleari ġodda, l-Istati Membri għandhom jippruvaw jiżviluppaw rekwiżiti addizzjonali tas-sikurezza, f'konformità mat-titjib kontinwu tas-sikurezza abbażi tal-livelli ta’ sikurezza żviluppati mill-Assoċjazzjoni tar-Regolaturi Nukleari tal-Ewropa tal-Punent (WENRA) u b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Grupp ta’ Livell Għoli Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart. |
2. Għall-ħruġ ta' liċenzji għall-bini ta’ reatturi tal-enerġija nukleari ġodda, l-Istati Membri għandhom jippruvaw jiżviluppaw rekwiżiti addizzjonali tas-sikurezza li jirriflettu t-titjib kontinwu tal-esperjenza ta' tħaddim tar-reatturi eżistenti, intwizzjonijiet miksuba mill-analiżi ta' sikurezza ta' impjanti mħaddma, metodoloġiji u tekonologija l-aktar avvanzati u r-riżultati ta' riċerka dwar is-sikurezza. |
Ġustifikazzjoni | |
Hekk kif jitjiebu t-teknoloġiji u l-istandards ta' sikurezza, ir-rekwiżiti ta' sikurezza għall-installazzjonijiet nukleari jridu jiżdiedu kontinwament. Il-livell ta' sikurezza fl-installazzjonijiet nukleari jridu jkunu bħal "ġirja għall-quċċata" sabiex, ikun liema jkun iż-żmien, tinkiseb l-aqwa sikurezza possibbli. Ir-referenza għal-livelli ta' sikurezza kif żviluppati mill-WENRA rigward reatturi nukleari ġodda ma tistax tiddaħħal fil-qalba tad-Direttiva għaliex livelli ta' referenza komuni rigward sikurezza għal reatturi tal-futur għandhom ma żviluppawx ruħhom. Il-KE ma tistax torbot lill-Istati Membri biex jimplimentawhom. | |
Emenda 38 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
|
2a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-pajjiżi terzi kollha li jixtiequ jew jinsabu waqt proċess ta’ negozjar għad-dħul fl-UE jikkonformaw mill-anqas mal-istandards maħruġa f’din id-Direttiva u l-prinċipji fl-Anness kif stabbiliti mill-IAEA. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa fundamentali li jiġi żgurat li l-pajjiżi ġirien tal-UE jsegwu għall-anqas l-istess standards tas-sikurezza nukleari, billi r-riżultati tal-inċidenti nukleari huma dejjem transkonfinali . | |
Emenda 39 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – titolu | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
Obbligi tal-pussessuri tal-liċenzja |
Responsabbiltajiet tal-pussessuri tal-liċenzji |
Ġustifikazzjoni | |
Dan l-artikolu, li hu mfassla u organizzat mill-ġdid, huwa dedikat għar-responsabbiltajiet tal-pussessuri ta' liċenzji: L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-responsabbiltà primarja għas-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari tibqa' responsabbiltà tad-detentur tal-liċenzja u għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li d-detentur ta' liċenzja jirrispetta r-responsabbiltà li ġġib magħha. | |
Emenda 40 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu – -1 d (ġdid) | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
|
-1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-responsabbiltà primarja għas-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari tul it-tħaddim tal-installazzjoni nukleari, tkun tad-pussessur tal-liċenzja. Din ir-responsabbiltà tal-possessur tal-liċenzja ma tistax tiġi delegata. |
(Emenda ġdida mfassla parzjalment mill-ġdid fuq l-Artiklu 3 (1)u (2) | |
Emenda 41 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
1. Il-pussessuri tal-liċenzja għandhom jiddisinjaw, jibnu, jħaddmu u jżarmaw l-installazzjonijiet nukleari tagħhom f’konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6(1) u (2). |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pussessuri tal-liċenzja jinżammu responsabbli biex jiddisinjaw, jibnu, iħaddmu u jżarmaw l-installazzjonijiet nukleari tagħhom f’konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-Direttiva għandha tkun indirizzata lill-Istati Membri u mhux lill-pussessuri tal-liċenzja. | |
Emenda 42 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
2. Il-pussessuri tal-liċenzja għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw sistemi tal-ġestjoni li għandhom jiġu vverifikati b’mod regolari mill-korp regolatorju. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pussessuri tal-liċenzja jistabbilixxu u jimplimentaw sistemi tal-ġestjoni li jiġu vverifikati b’mod regolari mill-korp regolatorju. |
Emenda 43 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
3. Il-pussessuri tal-liċenzja għandhom jallokaw riżorsi finanzjarji u umani xierqa sabiex iwettqu l-obbligi tagħhom. |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pussessuri tal-liċenzja jallokaw riżorsi finanzjarji u umani xierqa biex iwettqu l-obbligi tagħhom. L-istaff tal-pussesuri tal-liċenzja għandu jkun kwalifikat kif suppost għall-attivitajiet kollha li huma importanti għas-sikurezza nukleari. |
Emenda 44 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
|
3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp regolatorju jevalwa b’mod regolari s-suffiċjenza u l-kwalifiki tal-persunal tal-pussessur tal-liċenzja, bħala prerekwiżit biex tkun assigurata s-sikurezza nukleari, fuq il-bażi ta’ rapport ippreżentat mill-pussessur tal-liċenzja dwar l-evalwazzjoni ta’ kwistjonijiet marbuta mal-impjieg bħas-saħħa u s-sikurezza u l-kultura ta’ sikurezza, il-kwalifiki u t-taħriġ, l-għadd tal-impjegati u l-użu ta’ sottokuntratturi. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa ġeneralment rikonoxxut li l-fattur uman huwa riskju importanti fl-operazzjonijiet nukleari. Waqt li r-responsabbiltà tal-possessur tal-liċenzja hija waħda ċara, ir-rappurtar dwar il-kultura ta’ sikurezza marbuta mal-fattur uman għad jista’ jittejjeb. Rapport regolari jippermetti t-titjib. L-emenda hija konsistenti u tikkumplementa l-emenda 35 tar-rapporteur. | |
Emenda 45 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
|
3a. Kull tliet snin l-awtoritajiet regolatorji relevanti għandhom jippreżentaw rapport dwar is-sikurezza nukleari u l-kultura ta’ sikurezza lill-Kummissjoni Ewropea u lill-imsieħba soċjali Ewropej. B’konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali Ewropej il-Kummissjoni Ewropea tista’ tipproponi modi ta’ titjib bil-għan li tiġi żgurata s-sikurezza nukleari, inkluż ħarsien għas-saħħa fl-ogħla livell possibbli fl-UE. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-prinċipji fundamentali tas-sikurezza li għalihom tirreferi l-KE, u jekk jiġu adottati permezz tal-emenda 43 tar-rapporteur, ma jistabbilixxux mod ta’ kif tista’ titjieb l-esperjenza fir-rigward tas-sikurezza nukleari, b’mod partikolari b’rabta mas-saħħa u s-sigurtà. Kemm l-Istati Membri u kemm ir-regulaturi, il-KE, l-operaturi u r-rappreżentanti tal-ħaddiema jibbenefikaw mill-iskambju regolari ta’ informazzjoni u esperjenza li jippermetti t-titjib u l-bini ta’ kultura ta’ sikurezza li tkun tal-livell tal-UE. L-imsieħba soċjali kkonċernati huma dawk involuti fid-djalogu soċjali intersettorjali u settorjali għas-settur tal-elettriku. | |
Emenda 46 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
1. Il-valutazzjonijiet, l-investigazzjonijiet, il-kontrolli u, fejn neċessarju l-azzjonijiet ta’ infurzar tas-sikurezza nukleari għandhom isiru mill-korp regolatorju fl-installazzjonijiet nukleari tul il-ħajja kollha tal-installazzjonijiet, anke waqt iż-żarmar. |
imħassar |
(Ara d-dispożizzjonijiet li daħħlu għall-Artikolu 4(3a)( ġdid)). | |
Emenda 47 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
2. F’każ ta’ ksur serju jew ripetut tar-regoli tas-sikurezza fl-installazzjoni nukleari, il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jirtira l-liċenzja operattiva. |
imħassar |
(Ara d-dispożizzjonijiet li daħħlu għall-Artikolu 3(2a)( ġdid)). | |
Emenda 48 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
3. Il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jordna li jitwaqqaf l-operat ta’ kwalunkwe impjant nukleari fil-każ li jitqies li s-sikurezza ma tkunx garantita b’mod sħiħ |
imħassar |
(Ara d-dispożizzjonijiet li daħħlu mill-ġdid għall-Artikolu 4(3b)( ġdid)). | |
Emenda 49 Proposta għal direttiva Artikolu 9 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
L-edukazzjoni xierqa u l-opportunitajiet ta’ taħriġ għal taħriġ teoretiku u prattiku kontinwu fis-sikurezza nukleari għandhom jiġu magħmula disponibbli mill-Istati Membri separatament u permezz ta’ kooperazzjoni trans-nazzjonali. |
Bil-għan li jinbnew riżorsi umani nazzjonali adegwati u biex jiġi preservat l-għarfien nukleari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-edukazzjoni opportunitajiet ta’ taħriġ għal taħriġ bażiku u kontinwu teoretiku u prattiku fis-sikurezza nukleari, inklużi programmi ta’ skambju, ikunu disponibbli mill-Istati Membri u, jekk ikun meħtieġ, permezz ta’ kooperazzjoni transnazzjonali. |
Emenda 50 Proposta għal direttiva Artikolu 10 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
Artikolu 10 |
imħassar |
Prijorità għas-sikurezza |
|
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu miżuri ta’ sikurezza aktar stretti minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva. |
|
(Ara d-dispożizzjonijiet li daħħlu mill-ġdid għall-Artikolu 3(3b)( ġdid)). | |
Emenda 51 Proposta għal direttiva Artikolu 11 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva sa mhux iżjed tard minn [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ], u kull tliet snin wara. Abbażi tal-ewwel rapport, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, akkompanjat, jekk xieraq, bi proposti leġiżlattivi. |
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fl-istess żmien u bl-istess frekwenza tar-rapporti nazzjonali għal-laqgħat ta' evalwazzjoni tal-Konvenzjoni tas-Sikurezza Nukleari Abbażi ta' dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, akkompanjat, jekk xieraq, bi proposti leġiżlattivi. |
Ġustifikazzjoni | |
(i) Jeħtieġ li tiġi żgurata koordinazzjoni tajba mar-rapporti magħmula mill-Istati Membri skont il-miżuri korrispondenti tal-Konvenzjoni tas-CNS.(ii) Is-sorveljanza, ir-rappurtaġġ u t-trasparenza huma ta' importanza primarja għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Dan hu element kritiku sabiex jiġi żgurat li l-PE ikun assoċjat ma' kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-Kapitlu III tat-Trattat Euratom u b'mod partikulari sabiex il-PE ikun jista' jiġi infurmat b'mod strett. | |
Emenda 52 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
○L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iżjed tard minn [sentejn wara d-data msemmija fl-Artikolu 13]. Minnufih, għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. |
○L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iżjed tard minn [sentejn wara d-data msemmija fl-Artikolu 13]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet. |
Emenda 53 Proposta għal direttiva Anness (ġdid) | |
Test propost mill-Kummisjoni |
Emenda |
|
Anness |
|
MIRA TA’ SIKUREZZA |
|
Il-mira ta’ sikurezza fundamentali hija l-protezzjoni tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali mill-effetti ta’ ħsara tar-radjazzjoni jonizzanti li jistgħu jiġu kkawżati mill-installazzjonijiet nukleari. |
|
1. Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali, l-installazzjonijiet nukleari għandhom jitmexxew b’mod li jwassal għall-ogħla standards ta’ sikurezza li jistgħu jintlaħqu b’mod raġonevoli u b’kunsiderazzjoni ta’ fatturi ekonomiċi u soċjali. |
|
B’żieda mal-miżuri marbuta mal-ħarsien tas-saħħa stipulati fl-istandards bażiċi tal-Euratom (Direttiva 96/29/Euratom), għandhom jittieħdu l-miżuri li ġejjin: |
|
- tnaqqis tal-probabbiltà ta’ avvenimenti li jistgħu jwasslu għal telf tal-kontroll fuq il-qalba ta’ reattur nukleari, il-katina ta’ reazzjonijiet nukleari jew għajn radjuattiva u |
|
- mitigazzjoni tal-konsegwenzi ta’ avvenimenti bħal dawn fil-każ li jseħħu. |
|
2. Il-mira ta’ sikurezza fundamentali għandha titqies għall-installazzjonijiet nukleari kollha u għall-istadji kollha tal-ħajja tal-installazzjoni nukleari li tkun. |
|
PRINĊIPJI TAS-SIKUREZZA |
|
Prinċipju 1: Responsabilità għas-sikurezza |
|
Kull Stat Membru għandu jiżgura li r-responsabbiltà primarja għas-sikurezza ta’ installazzjoni nukleari tkun fuq il-pussessur tal-liċenzja għandu jieħu l-passi adegwati biex jiżgura li dawn il-pussessuri tal-liċenzja kollha jwettqu r-responsabbiltà tagħhom. |
|
1.1 Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-pussessur tal-liċenzja jkun adotta miżuri biex: |
|
- jistabbilixxi u jżomm għaddejjin il-kompetenzi meħtieġa; |
|
- jipprovdi taħriġ u tagħrif adegwati; |
|
- jistabbilixxi proċeduri u arranġamenti biex iżomm is-sikurezza kif għandha tkun taħt il-kundizzjonijiet kollha; |
|
- jivverifika d-disinn xieraq u l-kwalità adegwata tal-installazzjonijiet nukleari; |
|
- jiżgura l-kontroll sikur tal-materjal radjuattiv kollu li jintuża jew jkun prodott jew merfugħ; |
|
- jiżgura l-kontroll sikur tal-iskart radjuattiv kollu li jiġi ġġenerat |
|
bil-għan li titwettaq ir-responsabbiltà għas-sikurezza ta’ installazzjoni nukleari. |
|
Dawn ir-responsabbiltajiet għandhom ikunu mwettqa skont l-objettivi u r-rekwiżiti applikabbli tas-sikurezza kif stabbilit jew approvati mill-korp regolatorju, u t-twettiq tagħhom għandu jkun żgurat permezz tal-implimentazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni. |
|
Prinċipju 2: Tmexxija u ġestjoni għas-sikurezza |
|
It-tmexxija u l-ġestjoni effettivi għas-sikurezza għandhom ikunu stabbiliti u sostnuti fl-organizzazzjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mas-sikurezza nukleari. |
|
2.1 It-tmexxija fi kwistjonijiet ta’ sikurezza trid tintwera fil-livelli l-aktar għolja f’organizzazzjoni. Sistema ta’ ġestjoni effettiva għandha tiġi implimentata u tinżamm kif għandha tkun u trid tintegra l-elementi kollha tal-ġestjoni sabiex ir-rekwiżiti għas-sikurezza jkunu stabbiliti u applikati b’mod koerenti ma’ rekwiżiti oħra, inklużi dawk li għandhom x’jaqsmu mal-prestazzjoni tal-bniedem, mal-kwalità u mas-sikurezza, u sabiex is-sikurezza ma tiġix kompromessa minn rekwiżiti jew domandi oħra. |
|
Is-sistema ta’ ġestjoni trid tiżgura wkoll il-promozzjoni ta’ kultura ta’ sikurezza, il-valutazzjoni regolari tal-prestazzjoni tas-sikurezza u l-applikazzjoni tal-lezzjonijiet li wieħed ikun tgħallem mill-esperjenza. |
|
2.2 Kultura ta’ sikurezza li tkun tirregola l-attitudnijiet u l-imġiba fir-rigward tas-sikurezza tal-organizzazzjonijiet u tal-individwi kollha kkonċernati trid tkun integrata fis-sistema ta' ġestjoni. Kultura ta’ sikurezza tinkludi: |
|
- l-impenn individwali u kollettiv lejn is-sikurezza min-naħa tat-tmexxija, tal-ġestjoni u tal-persunal fil-livelli kollha; |
|
- il-kontabilità tal-organizzazzjonijiet u tal-individwi fil-livelli kollha għas-sikurezza; |
|
- il-miżuri li għandhom il-għan li jinkuraġġixxu attitudni fejn wieħed jistaqsi u jitgħallem u li jiskuraġġixxu l-kompjaċenza fir-rigward tas-sikurezza. |
|
2.3 Is-sistema ta’ ġestjoni għandha tagħraf il-firxa kollha kemm hi tal-interazzjonijiet tal-individwi fil-livelli kollha mat-teknoloġija u mal-organizzazzjonijiet. Sabiex ikunu evitati l-fallimenti tas-sigurtà, dawk sinifikanti mil-lat uman u dawk mil-lat ta’ organizzazzjoni, għandhom jitqiesu l-fatturi umani u jridu jkunu appoġġjati kemm il-prestazzjoni tajba u kemm il-prattiki tajba. |
|
Prinċipju 3: Valutazzjoni tas-sikurezza |
|
Għandhom jitwettqu valutazzjonijiet komprensivi u sistematiċi tas-sikurezza qabel il-kostruzzjoni u l-ikkummissjunar ta’ installazzjoni nukleari u tul il-ħajja kollha tagħha. Għandu jintuża approċċ iggradat b’kunsiderazzjoni tal-kobor tar-riskji potenzjali kkawżati mill-installazzjoni nukleari. |
|
3.1 Il-korp regolatorju għandu jirrikjedi valutazzjoni dwar is-sikurezza nukleari għall-installazzjonijiet nukleari kollha, f’konsistenza ma’ approċċ iggradat. Din il-valutazzjoni tas-sikurezza għandha tinvolvi l-analiżi sistematika tal-operazzjoni normali u l-effetti tagħha, tal-modi kif jistgħu jseħħu fallimenti u tal-konsegwenzi ta’ fallimenti bħal dawn. Il-valutazzjonijiet tas-sikurezza jkopru l-miżuri tas-sikurezza meħtieġa għall-kontroll tar-riskju, u l-karatteristiċi tas-sikurezza li jkunu ddisinjati u maħduma bl-inġinerija huma vvalutati biex jintwera li huma jissodisfaw il-funzjonijiet ta’ sikurezza rekwiżiti minnhom. Fejn ikunu mitluba miżuri ta’ kontroll jew azzjonijiet tal-operatur biex tinżamm kif għandha tkun is-sikurezza, għandha ssir valutazzjoni inizjali tas-sikurezza biex jintwera li l-arranġamenti li jkunu saru jkunu robusti u li huma ta' min jafda fuqhom. Permess għal installazzjoni nukleari għandu jingħata biss minn Stat Membru, ladarba jkun intwera għas-sodisfazzjon tal-korp regolatorju li l-miżuri tas-sigurtà proposti jkunu adegwati. |
|
3.2 Il-valutazzjoni tas-sikurezza għandha tkun irripetuta jew kollha kemm hi jew parti minnha skont ma jkun meħtieġ aktar tard fit-tmexxija tal-operazzjonijiet sabiex jitqiesu ċ-ċirkustanzi li jkunu nbidlu (bħalma huma l-applikazzjoni ta’ standards ġodda jew żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi), ir-rappurtar lura tal-esperjenza tat-tħaddim, modifiki u l-effetti li jiġu mill-qdumija. Għal operazzjonijiet li jkomplu fuq perjodi twal ta’ żmien, il-valutazzjonijiet huma eżaminati mill-ġdid u rripetuti skont ma jkun meħtieġ. Il-kontinwazzjoni ta’ operazzjonijiet bħal dawn hija suġġetta għal dawn il-valutazzjonijiet mill-ġdid li juru li l-miżuri tas-sikurezza jkunu għadhom adegwati. |
|
3.3 Fi ħdan il-valutazzjoni tas-sikurezza meħtieġa għandhom jiġu identifikati u analizzati l-prekursuri ta’ inċidenti (avvenimenti inizjattivi li setgħu jwasslu għal kundizzjonijiet ta’ inċident) u għandhom jittieħdu miżuri sabiex jiġu evitati l-okkorrenzi ta’ inċidenti. |
|
3.4 Sabiex tissaħħaħ aktar is-sikurezza, għandhom jitwettqu proċessi adegwati għar-rappurtar lura u l-analiżi tal-esperjenza tat-tħaddim fl-istess faċilitajiet u oħrajn, inkluż l-avvenimenti inizjattivi, il-prekursuri ta’ inċidenti, il-kważi-inċidenti, l-inċidenti u l-atti mhux awtorizzati, bil-għan li jservu ta’ tagħlim li jista’ jitqassam u jinħadem. |
|
Prinċipju 4: Ottimizzazzjoni tal-ħarsien |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħarsien ikun ottimizzat biex jipprovdi l-ogħla livell ta’ sikurezza li jista’ jintlaħaq raġonevolment mingħajr ma jillimitaw bla bżonn l-użu tagħhom. |
|
4.1 L-ottimizzazzjoni tal-ħarsien teħtieġ li jsiru ġudizzji rigward is-sinifikat relattiv ta’ diversi fatturi, inklużi: |
|
- il-probabilità li jseħħu avvenimenti prevedibbli u l-konsegwenzi rrelatati; |
|
- il-kobor u d-distribuzzjoni tad-dożi ta’ radjazzjoni li wieħed ikun irċieva; |
|
- fatturi ekonomiċi, soċjali u ambjentali li huma konsegwenza tar-riskji ta’ radjazzjoni. |
|
- l-ottimizzazzjoni tal-ħarsien tfisser ukoll l-użu tal-prattiki tajba u tas-sens komun skont kemm jista’ jkun prattikament possibbli fl-attivitajiet ta’ kuljum. |
|
Prinċipju 5: Prevenzjoni u mitigazzjoni |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru l-isforzi prattikabbli kollha biex ikunu evitati u mitigati l-inċidenti nukleari jew tar-radjazzjoni. |
|
5.1 Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-pussessuri tal-liċenzja jagħmlu l-isforzi prattikabbli kollha |
|
- biex ikun evitat li jseħħu kundizzjonijiet anormali jew inċidenti li jistgħu jwasslu għal telf ta’ kontroll; |
|
- biex tkun evitata l-eskalazzjoni ta’ kull kundizzjoni anormali jew inċidenti bħal dawn li fil-fatt iseħħu; u |
|
- biex tiġi mmitigata kull konsegwenza ta’ inċident li twassal għal effetti ta' ħsara;. |
|
bl-implimentazzjoni tad-‘difiża fil-fond’. |
|
5.2 L-applikazzjoni tal-kunċett tad-difiża fil-fond għandu jiżgura li l-ebda falliment tekniku, mill-bniedem jew organizzazzjonali waħdu ma jista’ jwassal għal effetti ta’ ħsara, u li l-kumbinazzjoni ta’ fallimenti li jistgħu jwasslu għal effetti ta' ħsara sinifikanti jkollha probabilità baxxa ħafna li sseħħ. |
|
5.3 Id-difiża fil-fond għandha tiġi implimentata permezz tal-kumbinazzjoni flimkien ta’ livelli konsekuttivi u indipendenti ta’ ħarsien li jkollhom ifallu kollha kemm huma qabel ma jistgħu jiġu kkawżati effetti ta’ ħsara fuq il-ħaddiema jew il-pubbliku ġenerali. Il-livelli tad-difiża fil-fond għandhom jinkludu: |
|
- l-għażla adegwata tas-siti |
|
- id-disinn adegwat tal-installazzjoni nukleari, li jikkonstisti f’dawn li ġejjin: |
|
il-kwalità għolja tad-disinn u l-konstruzzjoni |
|
l-affidabilità għolja tal-komponenti u t-tagħmir |
|
sistemi ta’ kontroll, ta’ limitazzjoni u ta’ ħarsien u karatteristiċi ta’ sorveljanza; |
|
- organizzazzjoni adegwata li għandha |
|
sistema effettiva ta’ ġestjoni b’impenn qawwi lejn il-kultura ta’ sikurezza |
|
proċeduri u prattiki operazzjonali komprensivi |
|
proċeduri komprensivi għall-ġestjoni tal-inċidenti |
|
arranġamenti ta’ tħejjija għall-emerġenzi |
|
Prinċipju 6: tħejjija u rispons għall-emerġenzi |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru arranġamenti favur it-tħejjija u r-rispons għall-emerġenzi fir-rigward tal-inċidenti tal-installazzjonijiet nukleari f’konformità mad-Direttiva 96/29/Euratom. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Prinċipji Fundamentali tas-Sikurezza tal-IAEA u l-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari jkopru wkoll firxa ta’ attivitajiet/installazzjonijiet differenti minn dawk inklużi fil-proposta għal direttiva. Dan l-Anness jinkludi dawk il-prinċipji relevanti tal-IAEA u tal-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari li huma koperti mill-proposta preżenti, addattati għall-kuntest tal-UE. Biex tinżamm mal-adattament tal-Prinċipji Fundamentali tas-Sikurezza tal-IAEA u tal-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari, il-kjarifika tal-Artikolu 6.1 kif proposta f'emenda oħra jeħtieġ li tintrabat mal-Anness. |
NOTA SPJEGATTIVA
Il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva timmira li tibda mill-ġdid il-proċess tat-twaqqif ta’ qafas komuni tal-UE dwar is-sikurezza nukleari, li fil-bidu kienet illanċjata fl-2003.
Il-għan hu li wieħed jasal li joħloq qafas tal-UE għas-sikurezza nukleari, ibbażat fuq diversi objettivi operazzjonali, jiġifieri t-tisħiħ tal-irwol tar-regolaturi nazzjonali, it-tisħiħ tal-indipendenza tagħhom u l-iżgurar ta' livell għoli ta' trasparenza dwar is-sikurezza ta' istallazzjonijiet nukleari. Din il-proposta tintegra l-prinċipji tal-istrumenti internazzjonali prinċipali disponibbli, bħal m’hi l-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari u x-xogħol ta’ sikurezza li sar mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika.
Ir-Rapporteur jilqa’ b’sodisfazzjon b’mod partikulari din il-proposta li tikkontribwixxi għar-rinfurzar tal-qafas legali Ewropew attwali sabiex tittejjeb it-trasparenza u l-governanza tal-attivitajiet nukleari. Il-PE talab b’mod konsistenti[1] għall-ħtieġa urġenti li titfassal leġiżlazzjoni robusta u li jkunu adottati miżuri konkreti fil-livell tal-Komunità fl-oqsma tas-sikurezza nukleari, il-ġestjoni tal-iskart radjuattiv u ż-żarmar ta’ installazzjonijiet nukleari. Din il-ħaġa hija ta’ importanza partikulari minħabba s-sinifikat tal-enerġija nukleari, li hija prodotta fi 15 mis-27 Stat Membru u li tissodisfa madwar terz mid-domanda għall-elettriku fl-UE. L-importanza tal-irwol tal-enerġija nukleari x'aktarx li tiżdied ukoll, minħabba r-"rinaxximent" relattiv tal-enerġija nukleari - bħalissa hemm sitt reatturi ġodda li qed jinbnew f’erba’ Stati Membri - u tal-estensjoni tal-ħajja tal-operazzjoni tal-power stations, kif ukoll minħabba l-fatt li l-enerġija nukleari hija waħda mill-fatturi ewlenin biex naslu li jkollna politika indipendenti tal-EU dwar l-enerġija u biex nilħqu l-għan li l-emissjonijiet tas-CO2 jitnaqqsu fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima.
F’dan ir-rigward, ir-Rapporteur kieku jenfasizza li għalkemm l-għażla li l-enerġija nukleari tkun inkluża fit-taħlita tal-enerġija taqa’ fuq l-Istati Membri, l-Unjoni Ewropea għandha rwol ewlieni li tiżgura li din is-sorsa ta' enerġija tkun żviluppata filwaqt li tkun regolata minn regoli restrittivi u qafas regolatorju permezz tat-Trattat Euratom. Issa huwa stabbilit, mingħajr kontroversja, li l-Kummissjoni għandha kompetenza fil-qasam tas-sikurezza nukleari skont l-Artikoli 31 u 32 tat-Trattat Euratom bil-għan li tistabbilixxi “standards uniformi tas-sikurezza biex titħares is-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku in ġenerali u biex ikun żgurat li jiġu applikati", kif inhu kkonfermat mill-ġudizzju tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-29/99 Kummissjoni v Kunsill.
Barra minn hekk, l-approċċ li qed iżżomm il-Kummissjoni jwitti t-triq għall-iżvilupp ta’ korpus leġiżlattiv dwar standards armonizzati għas-sikurezza nukleari u leġiżlazzjoni derivata li jkun jifforma l-qafas għar-regoli nazzjonali tal-Istati Membri dwar is-sikurezza nukleari. Huwa vitali wkoll fir-rigward tal-ftehimiet ta’ koperazzjoni tal-Euratom dwar is-sikurezza nukleari, il-kontroll tal-materjali nukleari u tal-assistenza lil pajjiżi terzi, sabiex ikun żgurat li l-attività nukleari kollha titmexxa skont l-ogħla standards tas-sikurezza. Għalhekk, din il-proposta ssaħħaħ il-kredibilità internazzjonali tal-kontribut tal-Euratom fil-qasam tas-sikurezza nukleari.
RAKKOMANDAZZJONIJIET TAR-RAPPORTEUR
I - Għażla ta’ politika:
L-għażla ta’ politika miżmuma mill-Kummissjoni tikkonsisti fl-elaborazzjoni ta’ leġiżlazzjoni tal-KE li tistabbilixxi qafas komuni li jkun mibni fuq regoli internazzjonali eżistenti li huma diġà żviluppati mill-IAEA, ikkumplementata minn rekwiżiti addizzjonali għal impjanti nukleari ġodda, bil-għan li tintlaħaq, tinżamm u tittejjeb il-ħin kollu s-sikurezza nukleari fil-Komunità. Dan il-qafas jipprovdi għal prinċipji tas-sikurezza kif ukoll jimponi fuq l-Istati Membri l-ħtieġa li jadottaw qafas leġiżlattiv u regolatorju li jkun jiżgura r-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-installazzjonijiet nukleari, prinċipalment permezz ta’: l-elaborazzjoni ta’ rekwiżiti nazzjonali tas-sikurezza, sistema ta’ liċenzjar tal-installazzjonijiet nukleari, korp regolatorju indipendenti, sistema ta’ superviżjoni, il-valutazzjoni u l-kontroll ta’ installazzjonijiet nukleari.
(i) B’mod ġenerali r-Rapporteur jista’ jaderixxi ma’ din il-għażla: hija tirrispetta għal kollox il-prinċipju tas-sussidjarjetà fil-qasam tal-kompetenzi komuni mal-Istati Membri. Barra minn hekk, hija tipprovdi biex ikun hemm flessibilità suffiċjenti fl-implimentazzjoni tad-direttiva, filwaqt li tiżgura li l-prinċipji tas-sikurezza jkunu ddefiniti b’mod komuni (dawk imsemmija fid-direttiva) u tħalli fuq l-Istati Membri r-responsabilità li jadottaw il-miżuri meħtieġa, kif ukoll il-libertà li jadottaw regoli aktar b’saħħithom.
Dan l-approċċ huwa konformi mal-prinċipju tar-responsabilità nazzjonali għas-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari, filwaqt li r-responsabilità primarja tkun taqa’ fuq il-pussessur tal-liċenzja taħt il-kontroll ta’ korp regolatorju indipendenti.
F’dan ir-rigward, ir-Rapporteur kieku jipproponi għalhekk li jsir ftit tat-titjib billi titranġa mill-ġdid l-ordni tal-abbozz tal-proposta, ħalli jkun jirrifletti aħjar il-ġerarkija tan-normi u tar-responsabilitajiet ta' bejn: id-definizzjoni ta’ qafas regolatorju nazzjonali; l-irwol tal-korp regolatorju indipendenti; il-prinċipji u r-rekwiżiti li għandhom jiġu adottati u r-responsabilità tal-pussessur tal-liċenzja.
(ii) Ir-Rapporteur jinsab kunfidenti li fl-istess ħin id-direttiva ta’ qafas tipprovdi għal armonizzazzjoni ġenwina tal-prinċipji tas-sikurezza: il-proposta titlob lill-Istati Membri biex jirrispettaw il-prinċipji tal-IEAE u biex josservaw l-obbligi tal-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari, konkluża taħt il-patronaġġ tal-IAEA. Din il-ħaġa turi rikonoxximent min-naħa tal-Kummissjoni li r-regoli meħtieġa diġà jeżistu fil-livell internazzjonali u huma żviluppati sew. Huma jikkostitwixxu bażi tajba għal-leġiżlazzjoni Komunitarja li l-għan tagħha għalhekk huwa li tiżgura l-implimentazzjoni ġenwina u uniformi tagħha mill-Istati Membri.
Ir-Rapporteur jaqbel ukoll mal-fehma li l-istandards, il-metodi u l-iggwidar tal-IAEA jikkostitwixxu qafas sod tal-aħjar prattiki rikonoxxuti fil-livell internazzjonali, li minnhom huma misluta l-parti l-kbira tar-rekwiżiti nazzjonali. Id-dħul tagħhom fil-liġi tal-KE għandu l-mira li jiżgura s-sodisfazzjon tal-obbligi fil-livell ta’ EU, u biex il-Kummissjoni tingħata l-għodod meħtieġa biex tikkontrolla u tissanzjona r-rispett għal dawk ir-regoli u biex tiżgura l-konformità tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva.
II - Kredibilità tal-proċess tal-armonizzazzjoni tar-regoli tas-sikurezza:
(i) Ir-Rapporteur jinsab imħasseb dwar l-iżgurar ta’ indipendenza ġenwina tal-korp regolatorju.
Il-valur miżjud fundamentali tad-Direttiva proposta huwa t-titjib tal-irwol tal-korp regolatorju fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Ir-Rapporteur iqis li l-irwol tiegħu għandu jkun definit aħjar u l-indipendenza tiegħu imkabbra. Din il-ħaġa tkun tiżgura l-leġittimità tiegħu billi jingħatawlu setgħat biex jieħu l-miżuri urġenti meħtieġa kollha, inklużi s-sospensjoni tal-attività ta’ impjant nukleari (ara l-Artikolu 4 abbozzat mill-ġdid).
(ii) Iċ-ċertezza legali tar-regolament fil-livell ta’ UE
Standard, Rekwiżiti u Ggwidar stipulati mill-IAEA jikkostitwixxu ġabra ta’ regoli u qafas ta’ prattiki li fuqhom għandhom ikunu bbażati l-leġiżlazzjoni Komunitarja u r-rekwiżiti tas-sikurezza nazzjonali. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tagħraf li l-10 Prinċipji Fundamentali ppubblikati mill-IAEA fl-2006 jikkostitwixxu ġabra mwaħħda ta’ prinċipji u l-bażi li fuqha għandhom ikunu stabbiliti r-rekwiżiti tas-sikurezza tal-Istati Membri. Bħala tali, peress li huma biss rakkomandazzjonijiet mingħajr status vinkolanti, ir-Rapporteur iqis madankollu li ma jistgħux jiddaħħlu fil-liġi tal-Komunità billi ssir sempliċi referenza għas-Serje tal-Istandards tas-Sikurezza tal-IAEA (Safety Standards Series) f'din id-Direttiva. Ir-Rapporteur għalhekk kieku huwa favur li Anness bil-Prinċipji Fundamentali tas-Sikurezza għandu jiġi miżjud mad-Direttiva. Dan l-approċċ jippreżenta l-vantaġġ ċar ta' ċertezza akbar tar-regolamentazzjoni fil-livell Komunitarju u jkun iwassal il-bażi legali għall-implimentazzjoni ta' dawk il-prinċipji u jkun jagħmel l-armonizzazzjoni fil-livell ta’ UE waħda effettiva.
Fir-rigward tal-obbligi ġejjin mill-Konvenzjoni tas-CNS, ir-Rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon ir-referenza diretta li hemm fid-Direttiva għall-obbligi konklużi mill-Istati Membri.
L-irwol mogħti lid-WENRA u lill-Grupp ta' Livell Għoli bil-għan li jkunu allinjati u żviluppati aktar rekwiżiti addizzjonali tas-sikurezza għal "reatturi ġodda" mhuwiex wieħed ċar. Ir-Rapporteur huwa inqas imħasseb mill-istatus ta' dawk il-gruppi ad-hoc (Id-WENRA f'dan il-każ hija assoċjazzjoni informati ta' awtoritajiet nukleari regolatorji) milli mill-fatt li l-livelli u l-istandards tas-sikurezza għal teknoloġiji ġejjiena għadhom m'humiex maturi. Id-Direttiva bilkemm tista’ tiġġudika minn qabel ir-riżultati ta’ dan il-proċess u timpenja lill-Istati Membri biex jimplimentawhom. Ir-Rapporteur jara dan il-proċess bħala għajn ta’ inċertezza legali. Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, ir-Rapporteur kieku preferibilment huwa favur li l-Istati Membri jkunu inkuraġġiti biex isegwu t-titjib kontinwu tal-istandards tas-sikurezza. Peress li jqisu l-aħjar prattiki disponibbli u l-aħjar esperjenza ggwadanjata kif ukoll jirriflettu l-iżviluppi u t-titjibiet teknoloġiċi, l-armonizzazzjoni se tikkostitwixxi “tellieqa sal-quċċata”, peress li l-livelli tal-istandards tas-sikurezza jogħlew u t-titjibiet ikunu implimentati bla heda.
III - Trasparenza
(i) Jeħtieġ li jkun rinfurzat il-qafas legali attwali biex jittejbu t-trasparenza u l-aċċettazzjoni pubblika.
Ir-Rapporteur jappoġġja r-referenza li hemm għall-konvenzjonijiet internazzjonali relevanti. F’dan il-qasam ukoll, ġiet żviluppata ġabra ta’ preskrizzjonijiet sabiex ikun żgurat l-aċċess għat-tagħrif, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku u t-trasparenza fil-kuntesti nazzjonali, internazzjonali jew transkonfinali, bħal m’huma l-Konvenzjoni ta’ Aarhus jew il-Konvenzjoni ta’ Espoo. Meta tkun qed titlob lill-Istati Membri biex jimplimentaw l-obbligi tagħhom, id-Direttiva tkun qed tagħti lill-Kummissjoni l-għodda biex tiżgura li l-Istati Membri jorganizzaw b’mod effettiv it-trasparenza tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u tar-riżultati tal-kontrolli fil-qasam tas-sikurezza.
(ii) Ir-Rapporteur iqis li l-monitoraġġ, ir-rappurtar u t-trasparenza huma elementi essenzjali għad-direttiva ta’ qafas.
Ir-Rapporteur jenfasizza l-ħtieġa li tkun żgurata l-assoċjazzjoni tal-PE dwar kwistjonijiet taħt dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom u b’mod partikulari li l-PE jingħata l-għodod biex jinżamm mgħarraf tajjeb u biex isegwi l-attività fil-qasam tas-sikurezza nukleari.
Il-PE għandu jkun mgħarraf b’mod adegwat mill-Kummissjoni rigward ir-rapporti regolari dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva li joħorġu skont l-Artikolu 11 li l-frekwenza tagħhom għandha tkun allinjata mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni tas-Sikurezza Nukleari u l-proċess tagħha ta’ reviżjoni.
Kemm ir-rapporti u kemm ir-revizjonijiet mill-pari jikkontribwixxu biex ikunu identifikati l-oqsma tal-aħjar prattiki u biex jissaħħaħ it-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari fil-Komunità. Il-PE għandu jkun parti minn dan il-proċess.
Għar-raġunijiet kollha msemmija hawn fuq, ir-Rapporteur jipproponi li tiġi emendata l-proposta tal-Kummissjoni.
- [1] Ir-Rapport Maldeikis dwar Il-Valutazzjoni tal-Euratom 50 Sena ta’ Enerġija Nukleari (A6-0129/2007, bid-data tat-02.04.2007); Ir-Rapport Reul dwar Sorsi ta' enerġija konvenzjonali u t-teknoloġija tal-enerġija (A6-0348/2007, bid-data tal-24.10.2007).
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI
1.4.2009
Is-Sinjura Angelika Niebler
Chairperson
Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
BRUSSELL
Suġġett: Opinjoni dwar il-bażi legali of the proposal għal direttiva tal-Kunsill (EURATOM) li twaqqaf qafas Komunitarju dwar is-sikurezza nukleari
(COM(2008)0790 – C6‑0026/2009 – 2008/0231(CNS))
Sinjura Chairperson,
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, fuq inizjattiva tiegħu stess, iddeċieda li jittratta l-kwistjoni tal-bażi legali għall-proposta tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq skont l-Artikolu 35(3) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-kumitat eżamina l-kwistjoni msemmija hawn fuq waqt il-laqgħa tat-31 ta’ Marzu 2009.
Il-Kumitat għall-Industrija bħalissa qed jitratta l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li twaqqaf qafas Komunitarju dwar is-sikurezza nukleari, li r-rapporteur tagħha hu is-Sur Hökmark. Il-Kumitat għall-Ambjent ta opinjoni (rapporteur: Is-Sa Harms). Fl-abbozz ta’ opinjoni tagħha s-Sa Harms issuġġeriet li tiżdied il-bażi legali tal-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE mal-bażijiet legali eżistenti tal-Artikoli 31 u 32 tat-Trattat EURATOM.
Sfond għal-leġiżlazzjoni proposta
Din hi t-tielet darba f'għaxar snin li wieħed prova jintroduċi regoli ġodda dwar is-sikurezza nukleari (iż-żewġ proposti preċedenti tal-2002 u l-2003 ġew irtirati).
L-għan tal-proposta tal-2002 kien “ id-definizzjoni tal-obbligi bażiċi u tal-prinċipji ġenerali dwar is-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari" li “fi stadju aktar tard, se tkun ikkumplimentata mill-istabbiliment ta' standards komuni u mekkaniżmi ta' kontroll sabiex ikun iggarantit livell għoli ta' sikurezza (...)” Fir-reviżjonijiet tal-2003 r-rekwiżit għall-introduzzjoni ta' obbligi bażiċi u standards komuni tneħħa u kien sostitwit mill-mekkaniżmi tal-Komunità għall-iżgurar tal-konformità mal-prinċipji ta' sikurezza nukleari komuni, inkluża, b'mod partikulari, skema Komunitarja ta' verifika.F’din il-proposta tal-aħħar mhumiex previsti mekkaniżmi ta’ dan it-tip, u mhu se jkun hemm ebda verifika Komunitarja. Minflok, l-abbozz ta' direttiva se jsaħħaħ biss ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari (CNS) tal-Aġenzija Internazzjonali dwar l-Enerġija Atomika.
Il-bażi legali proposta mill-Kummissjoni hija l-Artikoli 31 u 32 tat-Trattat EURATOM. Il-kwistjoni tqum dwar jekk għandux jiżdied l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, u b'hekk jingħata l-benefiċċju tal-proċedura ta' kodeċiżjoni lill-Parlament. Fl-alternattiva, ġie argumentat ukoll li l-Artikolu 203 tat-Trattat EURATOM għandu jintuża flimkien mal-Artikoli 31 u 32 jew minflokhom sabiex jiġu koperti l-aspetti teknoloġiċi tas-sikurezza nukleari u l-aspetti ambjentali.
Il-bażijiet legali li qed jiġu kkunsidrati
Għal skopijiet ta’ konvenjenza, id-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat qed jiddaħħlu hawn taħt.
Artikolu 31 tat-Trattat EURATOM
Il-Kummissjoni għandha tipprepara n-normi bażiċi wara li tieħu l-opinjoni ta’ grupp ta’ l-awtoritajiet maħtura mill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku minn fost l-esperti xjentifiċi, speċjalment esperti tas-saħħa pubblika, mill-Istati Membri. l-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar in-normi bażiċi hekk imħejjija.
Wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, il-Kunsill li jaġixxi permezz ta’ vot b’ maġġoranza kkwalifikata, fuq proposta mill-Kummissjoni li titrażmetti l-opinjonijiet li tkun irċeviet mill-Kumitati, għandha tistabbilixxi n-normi bażiċi.
Artikolu 32 tat-Trattat EURATOM
Fuq talba tal-Kummissjoni jew ta’ Stat Membru, in-normi bażiċi jistgħu jiġu riveduti jew issuplimentati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31.
Il-Kummissjoni tkun marbuta li teżamina talba bħal din magħmula minn Stat Membru.
Il-frażi “normi bażiċi” hija definita fl-Artikolu 30 tat-Trattat EURATOM kif ġej:
Artikolu 30 tat-Trattat EURATOM
Għandhom ikunu stabbiliti fil-Komunità normi bażiċi għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali kontra l-perikoli li jinħolqu minn radjazzjoni jonizzanti.
Il-frażi “normi bażiċi” għandha tfisser::
|
|
a. id-dożi massimi kompatibbli ma’ sigurtà adekwata;
|
|
|
|
b. il-grad massimu permissibli ta’ l-esposizzjoni u kontaminazjoni; u
|
|
|
|
c. il-prinċipji fundamentali li jirregolaw is-superviżjoni medika tal-ħaddiema.
|
|
Ta’ min jinnota li dawn id-dispożizzjonijiet jinsabu fil-Kaptiolu 3 tat-Titolu II tat-Trattat EURATOM, Protezzjoni tas-Saħħa.
Ġie suġġerit li l-Artikolu 175(1) KE jiżdied bħala bażi legali:
Artikolu 175(1)
1. Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 u wara li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għandu jiddeċiedi dwar liema azzjoni għandha tittieħed mill-Komunità sabiex jintlaħqu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 174.
L-Artikolu 174, li għalih jirreferi l-Artikolu 175(1), jgħid hekk:
Artikolu 174
1. Il-politika tal-Komunità dwar l-ambjent għandha tikkontribwixxi sabiex jintlaħqu dawn il-miri li ġejjin:
– is-salvagwardja, il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent,
– il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem;
– l-użu għaqli u razzjonali tar-riżorsi naturali;
– il-promozzjoni ta' miżuri f'livell internazzjonali li jittrattaw problemi ambjentali kemm reġjonali kif ukoll globali.
2. Il-Politika Komunitarja dwar l-ambjent għandu jkollha l-mira ta’ protezzjoni ta' livell għoli li tieħu kont tad-diversità tas-sitwazzjonijiet fid-diversi reġjuni tal-Komunità. Għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni u fuq il-prinċipji li azzjoni preventiva għandha tittieħed, li l-ħsara lill-ambjent għandha, bħala prijorità, tissewwa f'ras il-għajn u li min iniġġeż għandu jħallas.
F’dan il-kuntest, il-miżuri ta’armonizzazzjoni li jirrispondu għall-ħtiġiet ta’ protezzjoni ambjentali għandhom jinkludu, fejn xieraq, klawżola ta’ salvagwardja li tippermetti lill-Istati Membri li jieħdu miżuri proviżorji għal raġunijiet ambjentali nonekonomiċi, suġġett għall-proċedura ta’ spezzjoni mill-Komunità.
3. Fil-preparazzjoni tagħha tal-politika dwar l-ambjent, il-Komunità għandha tieħu in konsiderazzjoni:
– dati xjentifiċi u tekniċi eżistenti;
– il-kundizzjonijiet ambjentali fir-reġjuni differenti tal-Komunità;
– il-vantaġġi u l-piżijiet li jistgħu jirriżultaw minn azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni;
– l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Komunità in ġenerali u l-iżvilupp bilanċjat tar-reġjuni tagħha.
4. Fil-qafas tal-isferi ta’ kompetenza rispettiva tagħhom, il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jikkoperaw ma’ pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti. L-arranġamenti dwar il-kooperazzjoni tal-Komunità jistgħu jkunu s-suġġett ta’ akkordju bejn il-Komunità u t-terzi involuti, li għandhom ikunu negozjati u konklużi skont l-Artikolu 300.
Is-subparagrafu preċedenti m’għandux jippreġudika l-kompetenza tal-Istati Membri li jinnegozjaw f’korpi internazzjonali u li jikkonkludu ftehim internazzjonali.
Artikolu 203 tat-Trattat EURATOM
Jekk ikun jidher meħtieġ li l-Komunità tieħu azzjoni biex jintlaħaq xi wieħed mill-għanijiet tal-Komunità, u jekk dan it-Trattat ma jkunx ipprovda għal xi setgħa t'azzjoni hekk meħtieġa għal dan il-għan, il-Kunsill, b'vot unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, għandu jieħu l-passi xierqa.
Bażijiet għall-analiżi
Hu importanti li wieħed jiċċara għaliex l-għażla tal-bażi legali hija importanti. Min-naħa l-oħra, bħal ma l-Qorti tal-Ġustizzja nnotat, din l-għażla hija ta' "sinifikat kostituzzjonali"[1] għaliex il-Komunità hija regolata mill-prinċipju tal-għoti tal-kompetenzi. Fi kliem ieħor, dan ifisser li l-Komunità tista’ taġixxi biss meta t-Trattati li fuqhom hija bbażata jagħtuha s-setgħa li tagħmel dan. Min-naħa l-oħra, hemm il-problema ta’ meta ma jkunx hemm bażi legali kapaċi li tkopri l-azzjoni tal-Komunità (fejn m’hemmx biżżejjed kompetenza) jew fejn il-bdil tal-bażi legali jwassal għal bidla fil-proċedura għall-adozzjoni. Eżempju elokwenti jista' jinstab fl-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Jacobs fil-Kawża C-314/99 il-Pajjiżi l-Baxxi v. il-Kummissjoni [2]tal-Komunitajiet Ewropej, fejn il-bidla fil-bażi legali kienet tfisser li l-att kien ikollu jkun adottat bl-użu ta' proċedura differenti minn dak li biha ġie fil-fatt adottat.
F'dak il-każ, hekk kif is-Servizz Legali tal-Parlament innota wkoll fil-Kawża British American Tobacco[3], żball li jikkonċerna l-bażi legali huwa aktar minn sempliċiment difett formali meta jista' jagħti lok għall-irregolarità fil-proċedura applikabbli għall-adozzjoni tal-att u jista' jirriżulta fl-annulament tiegħu, ladarba dan huwa parti mis-sustanza tiegħu u ma jibqax konformi mal-liġi.
Għal dawn ir-raġunijiet l-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliet sensiela konsistenti ta' kriterji li wieħed għandu jżomm f'moħħu meta jqis kemm hi xierqa bażi legali partikolari:
(1) L-għażla tal-bażi legali għal miżura għandha taqa' fuq fatturi objettivi li jista' jkollhom reviżjoni ġudizzjarja.
(2) Dawk il-fatturi jinkludu b'mod partikolari l-għan u l-kontenut tal-miżura.
(3) Il-fatt li istituzzjoni tkun tixtieq tipparteċipa aktar bis-sħiħ fl-adozzjoni ta’ miżura partikulari, ix-xogħol li jkun sar f’aspetti oħra fl-isfera tal-azzjoni koperta mill-miżura u l-kuntest li fih il-miżura kienet adottata huma irrelevanti[4].
Sabiex jiġu analizzati l-għan u l-kontenut tal-miżuri proposti, huwa neċessarju li tiġi eżaminata l-proposta oriġinali tal-Kummissjoni, b’kunsiderazzjoni tal-emendi proposti fil-kumitat prinċipali u fl-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent.
L-għan u l-kontenut tal-leġiżlazzjoni proposta
Skont il-memorandum ta’ spjegazzjoni għall-proposta tal-Kummissjoni[5], l-għan u l-kontenut tal-proposta għal direttiva huwa dawn li ġejjin:
“L-abbozz tad-Direttiva attwali li twaqqaf qafas Komunitarju għas-Sikurezza Nukleari għandu l-għan li jibda mill-ġdid il-proċess tat-twaqqif ta’ qafas tal-UE komuni għas-sikurezza nukleari, billi jaġġorna u jibdel il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Kunsill (Euratom) li tistabbilixxi obbligi bażiċi u prinċipji ġenerali dwar is-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari[6], inklużi fil-Pakkett ta’ Sikurezza Nukleari.
L-interess mill-ġdid li ntwera fl-enerġija nukleari minn għadd ta’ Stati Membri, bl-għan ta’ diversi estensjonijiet tat-tul tal-ħajja u ta’ bini ta’ impjanti ġodda, jagħmel iż-żmien ta’ din il-proposta riveduta partikolarment xieraq. Hu ċar li l-effetti tal-inċidenti radjoloġiċi ma jiqfux fil-fruntieri, b’konsegwenzi possibbli mhux biss għas-saħħa tal-ħaddiema u taċ-ċittadini, iżda wkoll implikazzjonijiet ekonomiċi kbar għall-industrija tal-ġenerazzjoni tal-enerġija. L-adozzjoni f'leġiżlazzjoni Komunitarja vinkolanti ta’ prinċipji tas-sikurezza nukleari li jkunu aċċettati internazzjonalment tiżgura livell addizzjonali ta’ garanzija għall-biċċa l-kbira tal-pubbliku tal-UE, billi din tipprovdi ċ-ċertezza legali.
(omissis)
L-approċċ bażiku tagħha hu li sett ta’ prinċipji komuni fil-qasam tas-sikurezza nukleari, diġà inklużi fis-CNS, ikunu regolati fil-livell tal-Komunità, supplimentati b’rekwiżiti addizzjonali tas-sikurezza għal reatturi tal-enerġija nukleari ġodda, li l-Istati Membri jiġu mħeġġin biex jiżviluppaw f’konsistenza mal-prinċipju tat-titjib kontinwu tas-sikurezza, abbażi tal-livelli ta’ sikurezza żviluppati mill-WENRA u b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart (HLG). Abbażi tal-għaxar prinċipji għar-regolamentazzjoni tas-sikurezza nukleari li adotta, il-grupp għandu jsir il-punt fokali għall-kooperazzjoni bejn il-korpi regolatorji responsabbli għas-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari fl-Istati Membri u għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-qafas tas-sikurezza nukleari tal-Komunità.
l-għan ġenerali tal-proposta hu li tikseb, iżżomm u ssaħħaħ kontinwament is-sikurezza nukleari fil-Komunità u li ttejjeb ir-rwol tal-korpi regolatorji. L-ambitu tal-applikazzjoni tagħha huwa d-disinn, il-lokazzjoni, il-kostruzzjoni, il-manutenzjoni, it-tħaddim u ż-żarmar ta’ installazzjonijiet nukleari, li għalihom il-kunsiderazzjoni tas-sikurezza hi meħtieġa taħt il-qafas leġislattiv u regolatorju tal-Istat Membru kkonċernat. Id-dritt ta’ kull Stat Membru biex jiddeċiedi jekk jużax l-enerġija nukleari huwa rikonoxxut u mħares għal kollox.
Permezz ta’ dan il-qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari, hu previst li se jintlaħqu diversi għanijiet operazzjonali, jiġifieri t-titjib tar-rwol tar-regolaturi nazzjonali, ir-responsabbiltà ewlenija għas-sikurezza ta’ min ikollu l-liċenzja taħt il-kontroll tal-korp regolatorju, sabiex jiżviluppaw regoli Ewropej fil-qasam tas-sikurezza nukleari, it-tisħiħ tal-indipendenza tal-korp regolatorju, jiġi żgurat livell għoli ta’ trasparenza fi kwistjonijiet relatati mas-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari, l-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ ġestjoni, is-sorveljanza regolari tas-sikurezza, id-disponibbiltà ta’ għarfien espert dwar is-sikurezza nukleari, il-prijorità għas-sikurezza.”
It-termini ta’ promulgazzjoni u l-premessi tad-direttiva proposta
F’din it-taqsima se tinġibed l-attenzjoni lejn kwalunkwe dispożizzjonijiet li speċifikament jirreferu għall-aspetti ambjentali.
L-Artikolu 1 jistipula l-objettiv u l-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva, b’mod partikolari “li tikseb, iżżomm u ssaħħaħ kontinwament is-sikurezza nukleari fil-Komunità u li ttejjeb ir-rwol tal-korpijiet regolatorji nazzjonali”. Din “għandha tapplika għad-disinn, il-lokazzjoni, il-kostruzzjoni, il-manutenzjoni, it-tħaddim u ż-żarmar ta’ installazzjonijiet nukleari, li għalihom il-kunsiderazzjoni tas-sikurezza hi meħtieġa taħt il-qafas leġislattiv u regolatorju tal-Istat Membru kkonċernat”. Id-direttiva għandha tkun bla ħsara għad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta’ Mejju 1996 li tistabbilixxi standards tas-sikurezza bażiċi għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li joħorġu mir-radjazzjoni jonizzanti[7], li, kif l-premessa 3 tagħmilha ċara, tistabbilixxi l-istandards bażiċi tas-sikurezza. Dan l-artikolu jistqarr ukoll li kull Stat Membru biex jiddeċiedi jekk joperax il-programm nukleari ċivili tiegħu jew le.
L-Artikolu 2 jistipula d-definizzjonijiet. Tinġibed l-attenzjoni lejn il-fatt li dan jiddefinixxi “sikurezza nukleari” bħala “l-ksib, permezz ta’ miżuri meħuda bit-tir tal-prevenzjoni ta’ aċċidenti jew tat-tnaqqis ta’ konsegwenzi tal-aċċidenti, ta’ kundizzjonijiet ta’ tħaddim xieraq li jirriżultaw fi protezzjoni tal-ħaddiema, tal-pubbliku u tal-ilma, arja u ħamrija minn perikli tar-radjazzjoni eċċessivi li joħorġu minn installazzjonijiet nukleari” (l-enfasi miżjuda).
L-Artikolu 3 jipprevedi li r-responsabilità ewlenija għas-sikurezza tal-istallazzjonijiet nukleari hija ta’ min ikollu l-liċenzja u li l-Isatti membri għandhom jistabbilixxu u jżommu qafas leġiżlattiv u regolatorju (rekwiżiti nazzjonali ta' sikurezza, sistema ta' għoti ta' liċenzji u kontroll u sistema ta' superviżjoni regolatorja).
L-Artikolu 4 jitratta l-korpi regolatorji (b’indipendenza, awtorità, kompetenza u fondi suffiċjenti u persunal), li għandhom jagħtu liċenzji u jkollhom funzjonijiet ta' monitoraġġ. Il-korpi regolatorji u s-sistemi regolatorji nazzjonali huma suġġetti għal reviżjoni minn esperti internazzjonali kull għaxar snin.
L-Artikolu 5 jitratta t-trasparenzja (informazzjoni pubblika).
L-Artikolu 6 jipprevedi li l-Istati Membri għandhom josservaw il-prinċipji fundamentali tas-sikurezza tal-IAEA sabiex jassiguraw “livell għoli ta’ sikurezza fl-installazzjonijiet nukleari, li jinkludu inter alia arranġamenti effettivi kontra l-perikli radjoloġiċi possibbli, il-prevenzjoni u r-reazzjoni għal-aċċidenti, il-ġestjoni tal-qdim tal-impjant, il-ġestjoni fuq perjodu taż-żmien twil tal-materjali kollha radjuattivi prodotti u informazzjoni dwar il-popolazzjoni u l-awtoritajiet tal-Istati tal-madwar”. Dawn għandhom ukoll jiżviluppaw rekwiżiti addizzjoni ta’ sikurezza fuq il-bażi tar-rekwiżiti ta’ sikurezza żviluppati mill-WENRA.
L-Artikolu 7 jistipula l-obbligi ta’ min għandu l-liċenzja u l-Artikolu 8 jitratta s-superviżjoni.
L-Artikolu 9 jipprovdi għall-edukazzjoni u t-taħriġ.
L-Artikolu 10 jiddikkjara li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu miżuri ta’ sikurezza aktar stretti.
L-Artikoli 11, 12, 13 u 14 jitrattaw rispettivament ir-rappurtar, it-traspożizzjoni, id-dħul fis-seħħ u l-indirizzati tad-direttiva.
Il-preambolu għad-direttiva ma fih ebda referenza speċifika għall-protezzjoni tal-ambjent, għalkemm il-premessa 5 tirreferi għal difiżi effettivi kontra riskji radjoloġiċi u aċċidenti li jistgħu jħallu konsegwenzi radjoloġiċi, li tista’ tinftiehem li tkopri t-theddid għall-ambjent. Il-premessi li jibqa' jiġġustifikaw id-dispożizzjonijiet tat-termini ta’ promulgazzjoni, filwaqt li jirreferu għall-Artikolu 2(b) tat-Trattat EURATOM (skont liema l-Komunità għandha tistabbilixxi standards ta' sikurezza uniformi li jipproteġu s-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku b'mod ġenerali u għandha tiżgura li dawn jiġu applikati) u għall-Artikolu 30 (ikkwotat hawn fuq). Il-bażi prinċipali għad-direttiva hija stipulata fil-premessa 5: “Minkejja li s-sistema tal-protezzjoni mir-radjazzjoni stabbilita mill-istandards bażiċi fis-seħħ, ibbażata fuq l-għarfien xjentifiku attwali, tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-popolazzjoni, din is-sistema għandha tiġi ssupplimentata sabiex tiżgura li jinżamm, jiġi żviluppat u mtejjeb kontinwament livell għoli ta’ sikurezza fl-installazzjonijiet nukleari. Iż-żamma ta’ livell għoli ta’ sikurezza, mill-fażi tad-disinn sa dik taż-żarmar, hija kundizzjoni sine qua non meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet tal-protezzjoni tas-saħħa kif stabbilit fl-Artikolu 2(b) tat-Trattat. Għal dan il-għan, għandhom jinżammu difiżi effettivi kontra riskji radjoloġiċi flimkien mal-prevenzjoni ta’ aċċidenti li jistgħu jħallu konsegwenzi radjoloġiċi.”
Il-bidla prinċipali proposta fl-abbozz ta' rapport tal-Kumitat għall-Industrija (PRż764148MT.doc; rapporteur: Gunnar Hökmark) hija li jiżdied anness li jistipula l-prinċipji fundamentali relevanti tal-IAEA “li kien abbozzat mill-ġdid biex id-dispożizzjonijiet tiegħu jkunu adattati għall-obbligi tal-Istati Membri” minħabba r-raġuni li “dawn ma jistgħux jidħlu fil-liġi tal-Komunità billi ssir sempliċi referenza f'din id-Direttiva għall-IAEA Safety Standards, Serje Nru SF-1 (2006).” (L-emenda 1 għall-premessa 10). Ta’ min jinnota li dawn il-prinċipji spiss jirriflettu tħassib dwar il-protezzjoni tal-ambjent, pereżempju: kontroll sikur tal-iskart radjuattiv kollu, ġestjoni tal-iskart radjuattiv, ġestjoni tar-riskju radjutattiv (espressi f’termini ġenerali, b’kunsiderazzjoni tal-fatturi ambjentali, il-protezzjoni tal-ġenerazzjonijiet tal-preżent u tal-futur - in-nies u l-ambjent, l-effetti dannużi għall-ambjent, eċċ.). B’mod iktar speċifiki, il-prinċipju 8 għandu passaġġ twil fuq l-ambjent li ta’ min jiġi kwotat in extenso: “Billi l-effetti tal-espożizzjoni għar-radjazzjoni fuq is-saħħa tal-bniedem huma mifhuma relattivament tajjeb, għalkemm b’inċertezzi, l-effetti tar-radjazzjoni fuq l-ambjent ġew investigati b'inqas reqqa. Is-sistema preżenti tal-ħarsien mir-radjazzjoni tipprovdi ħarsien xieraq tal-ekosistemi fl-ambjent tal-bniedem kontra l-effetti ta' ħsara tal-espożizzjoni għar-radjazzjoni. L-intenzjoni ġenerali tal-miżuri meħuda għall-għanijiet tal-ħarsien ambjentali kienet li l-ekosistemi jitħarsu kontra l-espożizzjoni tar-radjazzjoni li jkollha konsegwenti ta’ ħsara għall-popolazzjonijiet ta’ xi speċi (bħala ħaġa distinta minn organiżmi individwali).”
L-ebda waħda mill-emendi l-oħra li jinsabu fl-abbozz ta’ rapport tal-Kumitat għall-Industrija m’għandha referenza diretta għall-protezzjoni tal-ambjent fiha nnifisha. L-istess huwa veru għall-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent (AD/775321EN.doc); rapporteur: Rebecca Harms).
Minn din l-analiżi jidher li ċ-ċentru tal-gravità tad-direttiva proposta hija s-sikurezza nukleari b’mod ġenerali, peress li l-għan tagħha hu li tissupplimenta l-istandards bażiċi stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom sabiex ikun żgurat li jinżamm, jiġi żviluppat u jittejjeb b'mod kontinwu livell għoli ta' sikurezza tal-istallazzjonijiet nukleari. Mir-referenza espliċita fl-Artikolu 2 għall-ambjent u l-ekosistemi fl-anness propost mill-Kumitat għall-Industrija jidher ċar li, għall-iskopijiet tad-direttiva, is-sikurezza nukleari għandha tinftiehem ukoll fit-termini tal-protezzjoni tal-ambjen u mhux biss fit-termini tal-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali. Minkejja dan, madankollu, l-ikbar piż tal-istrument huwa li jissupplimenta s-sistema eżistenti tal-istandards ta’ radjazzjoni stipulati mid-Direttiva 96/29/Euratom li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti u l-ebda waħda mid-dispożizzjonijiet stipulati fid-direttiva proposta m'hi mfassla biex titratta speċifikament il-protezzjoni kontra theddid għall-ambjent. Filfatt, id-direttiva proposta (inkluż l-anness propost) kull ma tagħmel hu li titlob lill-Istati Membri biex josservaw il-prinċipji tal-IAEA mingħajr ma tispeċifika kif dawn għandhom jagħmlu dan f’termini tekniċi u li tistabbilixxi r-responsabilitajiet u l-ħidmiet ta’ min għandu l-liċenzja u tar-regolaturi. Ma fiha ebda dispożizzjoni dwar l-aspetti teknoloġiċi tas-sikurezza nukleari. L-użu tat-terminu “prinċipji” juri dan kollu.
Madankollu, minkejja dan, jekk il-Kummissjoni, pereżempju, kellha tiżviluppa l-prinċipju 8 f’leġiżlazzjoni speċifika marbuta mal-protezzjoni tal-ekosistemi fl-ambjent uman kontra l-effetti dannużi tal-esponiment għar-radjazzjoni, ikun hemm ftit dubju li l-bażi legali xierqa tkun l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE.
Il-bażi legali xierqa
Il-Kummissjoni tiġġustifika l-għażla tagħha tal-bażi legali kif ġej:
“Il-bażi legali għal din il-proposta hi l-Artikolu 31 tat-Trattat Euratom, b’rabta mal-Artikolu 32 tiegħu. L-Artikolu 31 jiddefinixxi l-proċedura għall-adozzjoni tal-istandards tas-sikurezza bażiċi provduti fl-Artikolu 30 għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li joħorġu mir-radjazzjoni jonizzanti. L-Artikolu 32 b’mod espliċitu jiddikjara li l-istandards bażiċi jistgħu jiġu ssupplimentati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31.”[8]
Id-dubji li ġejjin tqajmu minn diversi Membri dwar il-bażi legali proposta.
L-Artikolu 31 tat-Trattat EURATOM għandu jinsab fil-Kapitolu 3, bl-isem “Protezzjoni tas-Saħħa”. Barra minn hekk, il-preambolu tal-EURATOM jispeċifika li l-Istati firmatarji huma “anżjużi li jistabilixxu kundizzjonijiet ta’ sigurtà li jeliminaw il-periklu għall-ħajja u s-saħħa tal-poplu".
Jiġi speċifikat li n-nomri li għandhom jiġu adottati skont din id-dispożizzjoni huma marbuta mal-“-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali kontra l-perikoli li jinħolqu minn radjazzjoni jonizzanti” (Artikolu 30). Filfatt, l-Artikolu 30 jistabbilixxi biss il-bażi għal sistema ta’ protezzjoni mir-radjazzjoni billi jiddefinixxi d-dożi u l-livelli massimi permessa ta' esponiment u ta' kontaminazzjoni. Jiġi stipulat ukoll li mis-sentenza fil-Kawża C-29/99 Il-Kummissjoni v. il-Kunsill [2002] ECRI-11221 jidher li l-Istati Membri għandhom il-kompetenza esklussiva fuq l-aspetti teknoloġiċi tas-sikurezza nukleari. Madankollu, il-proposta u, iktar u iktar, is-suġġerimenti tar-Rapporteur (l-anness li jkopri l-prinċipji ta' sikurezza) ikopru l-aspetti teknoloġiċi tas-sikurezza nukleari, li, jingħad, tmur lilhonn mil-limiti tal-kompetenza tal-Komunità skont il-Trattat EURATOM.
Barra minn hekk, l-Artikolu 2(2) tal-proposta fih definizzjoni ġdida ta’ “sikurezza nukleari”. Skont din id-dispożizzjoni l-ġdida, “sikurezza nukleari”, jiġifieri s-suġġett tad-direttiva, hija definita permezz tar-referenza għall-“protezzjoni tal-ħaddiema, tal-pubbliku u tal-ilma, arja u ħamrija minn perikli tar-radjazzjoni eċċessivi li joħorġu minn installazzjonijiet nukleari”. Madankollu l-protezzjoni tal-ambjent mhix koperta mill-Artikolu 31 tat-Trattat EURATOM. L-arja, l-ilma u l-ħamrija jissemmew fl-Artikoli 37 u 38 tat-Trattat EURATOM imma dawk id-dispożizzjonijiet ma jipprovdu l-ebda bażi legali għall-adozzjoni ta’ miżuri leġiżlattivi, sempliċiment għall-ġbir tad-data jew għal rakkomandazzjonijiet.
Minflok, wieħed jargumenta li l-protezzjoni tal-ambjent hija kompetenza (maqsuma) tal-Komunità Ewropea skont l-Artikolu 175 tat-Trattat KE u, għalhekk, dik id-dispożizzjoni għandha tintuża bħala bażi legali addizzjonali. Għall-kuntrarju tal-Artikolu 31 tat-Trattat EURATOM, li sempliċiment jipprovdi għal konsulta tal-Parlament Ewropew, l-Artikolu 175 tat-Trattat KE jirrikjedi l-kodeċiżjoni.
F’dan ir-rigward qed jiġi osservat li l-proposta m’għadhiex tirrikjedi rrapurtar regolari lill-Parlament Ewropew dwar l-istatus tal-applikazzjoni tad-direttiva u s-sikurezza nukleari fil-KE (għall-kuntrarju taż-żewġ proposti preċedenti).
Ta’ min jinnota li d-direttivi li jirregolaw (ukoll) l-installazzjonijiet nukleari diġà huma bbażati fuq it-Trattat KE, filwaqt li l-eżempju l-iktar prominenti hija d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent. Dan kien ibbażat esklussivament fuq it-Trattat KE, u b’mod iktar partikolari, id-dispożizzjoni dwar il-protezzjoni tal-ambjent.
Jiġi argumentat li, bħala alternattiva u bħala l-aħħar għażla, il-bażi legali normali tal-Artikolu 203 tat-Trattat EURATOM għandha tintuża (jew esklussivament jew bħala t-tieni bażi legali) biex tkopri l-aspetti teknoloġiċi u ambjentali msemmija hawn fuq.
Evalwazzjoni
Il-Kummissjoni tqis li minkejja li s-sistema tal-protezzjoni mir-radjazzjoni stabbilita mill-istandards bażiċi fis-seħħ tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-popolazzjoni, din is-sistema għandha tiġi ssupplimentata sabiex tiżgura li jinżamm, jiġi żviluppat u mtejjeb kontinwament livell għoli ta’ sikurezza fl-installazzjonijiet nukleari. Għal din ir-raġuni issa qed tissottometti din il-proposta leġiżlattivi skont l-Artikoli 31 u 32 tat-Trattat EURATOM.
Għalkemm it-Trattat EURATOM ma fih ebda bażi legali espliċita dwar is-sikurezza nukleari, il-Qorti tal-Ġustizzja f’diversi każi (Kawża 187/87 Saarland u Oħrajn [1988] ECR 5013; Kawża C-70/88 Il-Parlament v. il-Kunsill [1991] ECR I-4529 u Kawża C-29/99 Il-Parlament v. il-Kunsill [2002] ECR I-11221) saħqet li mhux xieraq li, sabiex jiġu definiti l-kompetenzi tal-Komunità, issir distinzjoni artifiċjali bejn il-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku b'mod ġenerali u s-sikurezza ta’ sorsi ta’ radjazzjoni jonizzata u li, għalhekk, il-Komunità għandha l-kompetenza leġiżlattiva biex tistabbilixxi, għall-iskopijiet tal-protezzjoni tas-saħħa, sistema ta’ awtorizzazzjoni li għandha tiġi applikata mill-Istati Membri.
Għalhekk, fid-dawl ta’ analiżi dettaljata tal-għan u l-kontenut tad-direttiva proposta, hu meqjus li l-analiżi tas-Servizz Legali li l-Artikoli 31 u 32 tat-Trattat EURATOM jikkostitwixxu bażi legali xierqa u li mhemmx bżonn li wieħed jirrikorri għall-Artikolu 203 tat-Trattat EURATOM hija korretta. Din il-pożizzjoni mhix mibdula bl-introduzzjoni ta’ anness li fih prinċipji ta’ sikurezza, peress li dan ma jbiddilx is-suġġett tal-istrument propost.
Madankollu, il-pożizzjoni tinbidel jekk il-Kummissjoni, pereżempju, kellha tiżviluppa l-prinċipju 8 f’leġiżlazzjoni speċifika marbuta mal-protezzjoni tal-ekosistemi fl-ambjent uman kontra l-effetti dannużi tal-esponiment għar-radjazzjoni, meta jkun hemm ftit dubju li l-bażi legali xierqa tkun l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE.
Is-Servizz Legali jidhirlu li, jekk ikun ikkonfermat definittivament, in-nuqqas tal-Kummissjoni li tikseb opinjoni ġdida dwar l-istandards bażiċi minn grupp ta’ persuni maħtura mill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku qabel ma tippreżenta l-proposta l-ġdida tagħha jikkostitwixxi ksur ta' rekwiżit proċedurali essenzjali li, skont l-Artikolu 230 (it-tieni subparagrafu) tat-Trattat KE, jikkostitwixxi raġuni biex l-att adottat hekk jiġi revedut. Din il-pożizzjoni tidher korretta f’għajnejn il-liġi. Huwa rakkomandat li l-kumitat responsabbli jikkjarifika din il-kwistjoni għas-sodisfazzjon sħiħ tiegħu mal-Kummissjoni.
Għeluq
Matul il-laqgħa tiegħu tal-31 ta' Marzu 2009, filwaqt li nnota li n-nuqqas tal-Kummissjoni li tikseb opinjoni ġdida dwar l-istandards bażiċi minn grupp ta’ persuni maħtura mill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku qabel ma tippreżenta l-proposta l-ġdida tagħha jikkostitwixxi ksur ta' rekwiżit proċedurali essenzjali li, skont l-Artikolu 230 (it-tieni subparagrafu) tat-Trattat KE, jikkostitwixxi raġuni biex l-att adottat hekk jiġi revedut, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali għaldaqstant iddeċieda, b'13-il vot favur, 6 voti kontra u l-ebda astensjoni[9], li jirrakkomanda li l-bażi legali xierqa hija l-Artikoli 31 u 32 tat-Trattat Euratom.
Dejjem tiegħek,
Giuseppe Gargani
- [1] Opinjoni Nru 2/00 tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar il-Protokoll ta’ Cartagna [2001] ECR.I-9713.
- [2] [2002] ECR I-5521.
- [3] Kawża C-491/2001 The Queen v Secretary of State for Health, ex parte British American Tobacco (Investments) Ltd and Imperial Tobacco Ltd [2002] ECR I-11453.
- [4] Kawża C-269/97 Il-Kummissjoni v il-Kunsill [2000] ECR I-2257, paragrafi 43 u 44.
- [5] COM(2008) 790 finali.
- [6] COM(2003)32 finali u COM(2004)526 finali
- [7] ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1.
- [8] Memorandum ta’ spjegazzjoni, paġna 3.2.
- [9] Dawn kienu preżenti għall-votazzjoni finali: Giuseppe Gargani (Chairperson), Rainer Wieland (Viċi Chairperson), Lidia Joanna Geringer de Oedenberg (Viċi Chairperson), Francesco Enrico Speroni (Viċi Chairperson), Monica Frassoni (rapporteur), Carlo Casini, Bert Doorn, Nicole Fontaine, Neena Gill, Klaus-Heiner Lehne, Véronique Mathieu, Hans-Peter Mayer, Manuel Medina Ortega, Hartmut Nassauer, Aloyzas Sakalas, Eva-Riitta Siitonen, Jacques Toubon, Diana Wallis, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (18.3.2009)
għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li twaqqaf qafas Komunitarju dwar is-sikurezza nukleari
(COM(2008)0790 – C6‑0026/2009 – 2008/0231(CNS))
Rapporteur għal opinjoni: Rebecca Harms
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
L-abbozz ta' Direttiva ppublikat jiddikjara li l-għan tad-Direttiva hu li "tikseb, iżżomm u ssaħħaħ kontinwament is-sikurezza nukleari fil-Komunità u li ttejjeb ir-rwol tal-korpi regolatorji". Madankollu, il-proposta ma tfittix li tintroduċi setgħat li jippermettulha li tilħaq dan il-għan, u mhux se jkollha valur addizzjonali ta' sikurezza.
Il-proposta tal-Kummissjoni hija t-tielet tentattiv fi żmien għaxar snin għall-introduzzjoni ta' regoli ġodda dwar is-sikurezza nukleari. Fl-ewwel tentattiv, f'Novembru 2002, kien iddikjarat li:
"Sabiex jintlaħqu l-objettivi Komunitarji rigward il-ħarsien mir-radjazzjoni (...), hija essenzjali bħala l-ewwel stadju d-definizzjoni tal-obbligi bażiċi u tal-prinċipji ġenerali dwar is-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari(...). Din, fi stadju aktar tard, se tkun ikkumplimentata mill-istabbiliment ta' standards komuni u mekkaniżmi ta' kontroll sabiex ikun iggarantit livell għoli ta' sikurezza (...)”.
Madankollu, dak li fl-2002 kien meqjus essenzjali issa qisu mhux importanti. Fir-reviżjonijiet tal-2003 r-rekwiżit għall-introduzzjoni ta' obbligi bażiċi u standards komuni tneħħa u kien sostitwit mill-mekkaniżmi tal-Komunità għall-iżgurar tal-aderenza mal-prinċipji komuni ta' sikurezza nukleari, inkluża, b'mod partikulari, skema Komunitarja ta' verifika.
Madankollu, l-aħħar proposta għal Direttiva teskludi dan il-mekkaniżmu u mhu se jkun hemm l-ebda verifika Komunitarja. Minflok l-abbozz ta' direttiva se jkun limitat għall-infurzar tar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari (CNS) tal-Aġenzija Internazzjonali dwar l-Enerġija Atomika. Dan jirrikjedi biss il-pubblikazzjoni ta' rapport annwali dwar l-istatus tal-qasam nukleari u li r-rapport jitressaq għar-reviżjoni minn esperti ta' partijiet kontraenti oħra tal-Konvenzjoni. L-Istati Membri kollha li joperaw impjanti nukleari diġà huma partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni. Il-Kummissjoni ma tagħti l-ebda eżempju fejn Stat Membru tal-UE jkun naqas milli jikkonforma mal-Konvenzjoni.
Il-kritika prinċipali tal-abbozz kurrenti huwa li qed jipproponi leġiżlazzjoni biss sabiex issir leġiżlazzjoni, u li mhu se jdaħħal l-ebda rekwiżit ta' sikurezza addizzjonali. Din kienet ukoll il-fehma tal-Bord tal-Evalwazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni, li darbtejn esprimiet tħassib dwar in-nuqqas ta' valur miżjud tad-direttiva.
Hemm tħassib reali u ġġustifikat dwar l-istandards ta' sikurezza nukleari u l-prattiċi li jintużaw fl-UE. Bħala tendenza ġenerali l-marġni ta' sikurezza ta' faċilitajiet nukleari jonqos hekk kif dawn joqorbu lejn tmiem l-istennija ta' ħajja tagħhom skont kif kienu mfassla. Kif diġà kien innutat 'numru kbir ta' impjanti li bħalissa qed joperaw fl-UE se jtemmu l-ħajjiet tagħhom kif oriġinarjament previsti qabel l-2030'.[1] Għalhekk hemm bżonn reali ta' miżuri li jgħinu fit-tnaqqis tar-riskji nukleari.
Minflok l-introduzzjoni ta' mekkaniżmu ta' infurzar ta' valur dubjuż għal konvenzjoni internazzjonali eżistenti, l-abbozz ta' direttiva għandu jipproponi mekkaniżmu li jintroduċi u jinforza standards ta' sigurtà komuni li jeħtieġu li l-aħħar teknoloġija jew l-aħjar teknoloġija, prattiki u sistemi regolatorji disponibbli jiġu introdotti fil-faċilitajiet nukleari kollha attivi fl-UE. F'dan il-punt biss, iċ-ċittadini tal-UE jista' jkollhom fiduċja li kull ma jista' jsir qed isir, sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' inċidenti nukleari. Jekk dan l-objettiv ma jintlaħaqx, id-direttiva m'għandhiex tkun adottata.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 12 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(12a) Sabiex jintlaħqu l-objettivi Komunitarji rigward is-sikurezza nukleari msemmija fl-Artikolu 1(1), hija essenzjali bħala l-ewwel stadju d-definizzjoni tal-obbligi bażiċi u tal-prinċipji ġenerali dwar is-sikurezza ta' installazzjonijiet nukleari f'din id-Direttiva ta' qafas. Fi stadju aktar tard din għandha tkun ikkumplimentata bl-adozzjoni ta' standards komuni u ta' mekkaniżmi ta' kontroll, li għandhom jiġu żviluppati mill-Assoċjazzjoni tar-Regolaturi Nukleari tal-Ewropa tal-Punent (WENRA) u f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Grupp ta' Livell Għoli Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart f'konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, sabiex ikun iggarantit l-ogħla livell ta' sigurtà, li jqis l-aħħar żviluppi teknoloġiċi u li jista' jkun definit bħala 'l-aktar avvanzat'. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex jintlaħaq l-ogħla livell ta’ sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari, din id-Direttiva ta’ qafas timmira li tistabbilixxi obbligi bażiċi u prinċipji ġenerali, li fuq il-bażi tagħhom se jkunu adottati standards ta’ sikurezza komuni wara li tkun ġiet riveduta din id-Direttiva fi żmien sentejn mid-dħul tagħha fis-seħħ. | |
Emenda 2 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Din id-Direttiva għandha l-għan li tikseb, iżżomm u ssaħħaħ kontinwament is-sikurezza nukleari fil-Komunità u li ttejjeb ir-rwol tal-korpijiet regolatorji nazzjonali. |
1. Din id-Direttiva għandha l-għan li tikseb, iżżomm u ssaħħaħ kontinwament is-sikurezza nukleari fil-Komunità u li ttejjeb ir-rwol tal-korpijiet regolatorji nazzjonali billi tistabbilixxi l-obbligi bażiċi u l-prinċipji ġenerali li jiggarantixxu livell għoli ta' sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari, u toħloq il-qafas meħtieġ għall-adozzjoni ta' standards ta' sikurezza komuni. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex jintlaħaq l-ogħla livell ta’ sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari, din id-Direttiva ta’ qafas timmira li tistabbilixxi obbligi bażiċi u prinċipji ġenerali, li fuq il-bażi tagħhom se jkunu adottati standards ta’ sikurezza komuni wara li tkun ġiet riveduta din id-Direttiva fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ tagħha. | |
Emenda 3 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Għandha tapplika għad-disinn, il-lokazzjoni, il-kostruzzjoni, il-manutenzjoni, it-tħaddim u ż-żarmar ta’ installazzjonijiet nukleari, li għalihom il-kunsiderazzjoni tas-sikurezza hi meħtieġa taħt il-qafas leġislattiv u regolatorju tal-Istat Membru kkonċernat. |
2. Għandha tapplika għad-disinn, il-lokazzjoni, il-kostruzzjoni, il-manutenzjoni, it-tħaddim u ż-żarmar ta’ installazzjonijiet nukleari, li għalihom il-kunsiderazzjoni tas-sikurezza hi meħtieġa taħt il-qafas leġiżlattiv u regolatorju tal-Istat Membru kkonċernat, tal-liġi tal-UE u tal-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari. |
Ġustifikazzjoni | |
Is-sikurezza effettiva tista’ tinkiseb permezz ta’ miżuri armonizzati li jorbtu u standards ta’ sikurezza. | |
Emenda 4 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Ir-responsabbiltà ewlenija għas-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari għandha tibqa’ mal-pussessur tal-liċenzja taħt il-kontroll tal-korp regolatorju. Il-miżuri u l-kontrolli tas-sikurezza li għandhom jiġu implimentati f’installazzjoni nukleari għandhom jiġu deċiżi biss mill-korp regolatorju u applikati mill-pussessur tal-liċenzja. |
1. Ir-responsabbiltà ewlenija għas-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari għandha tibqa’ mal-pussessur tal-liċenzja taħt il-kontroll tal-korp regolatorju. Il-miżuri u l-kontrolli tas-sikurezza li għandhom jiġu implimentati f’installazzjoni nukleari għandhom jiġu deċiżi fuq il-bażi tal-istandards tal-UE u dawk internazzjonali u l-aħjar teknoloġija disponibbli mill-korp regolatorju u applikati mill-pussessur tal-liċenzja. |
Ġustifikazzjoni | |
Is-sikurezza effettiva tista’ tinkiseb permezz ta’ miżuri armonizzati li jorbtu u standards ta’ sikurezza, u l-aħjar teknoloġija disponibbli għandha tiġi applikata minn kull Stat Membru. | |
Emenda 5 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu qafas leġiżlattiv u regolatorju biex jirregolaw is-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari. Dan għandu jinkludi rekwiżiti nazzjonali tas-sikurezza, sistema ta’ liċenzjar u kontroll tal-installazzjonijiet nukleari, il-projbizzjoni tat-tħaddim tagħhom mingħajr liċenzja u sistema ta’ sorveljanza regolatorja li jkollha l-infurzar meħtieġ. |
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu qafas leġiżlattiv u regolatorju, ibbażat fuq l-aħjar prassi tal-EU u internazzjonali disponibbli, biex jirregolaw is-sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari. Dan għandu jinkludi rekwiżiti nazzjonali tas-sikurezza, sistema ta’ liċenzjar u kontroll tal-installazzjonijiet nukleari, il-projbizzjoni tat-tħaddim tagħhom mingħajr liċenzja u sistema ta’ sorveljanza regolatorja li jkollha l-infurzar meħtieġ. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex tinkiseb sikurezza reali fl-Ewropa kollha, għandhom ikunu armonizzati r-rekwiżiti u l-miżuri biex dawn ikunu osservati u għandu jiġi applikati il-BAP minn kull Stat Membru. | |
Emenda 6 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp regolatorju jkun effettivament indipendenti minn kull organizzazzjoni li xogħlha jkun li tippromwovi, tħaddem installazzjonijiet nukleari jew tiġġustifika l-benefiċċji tagħhom għas-soċjetà, kif ukoll ħieles minn kwalunkwe element li jista’ jaffettwa s-sikurezza. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp regolatorju jkun effettivament indipendenti minn kull organizzazzjoni li xogħolha jkun li tippromwovi, tiddisinja, tibni, tħaddem installazzjonijiet nukleari jew ikollha titratta l-arrikkiment tal-fjuwil, il-ħżin ta’ fjuwil użat jew l-ipproċessar mill-ġdid; jew tiġġustifika l-benefiċċji tagħhom għas-soċjetà, kif ukoll ħieles minn kwalunkwe element li jista’ jaffettwa s-sikurezza. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-prerekwiżiti kollha għal deċiżjoni indipendenti għandhom jiġu żgurati. | |
Emenda 7 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Mill-anqas ta’ kull għaxar snin, il-korp regolatorju għandu jissottometti ruħu u s-sistema regolatorja nazzjonali għal reviżjoni minn esperti ugwali fil-qasam bl-għan li l-infrastruttura regolatorja tiġi mtejba kontinwament. |
5. Mill-anqas ta’ kull ħames snin, il-korp regolatorju għandu jissottometti ruħu u s-sistema regolatorja nazzjonali għal reviżjoni minn esperti ugwali fil-qasam bl-għan li l-infrastruttura regolatorja tiġi mtejba kontinwament. |
Ġustifikazzjoni | |
It-teknoloġija nukleari tiżviluppa b'rata mgħaġġla u 10 snin huwa perjodu twil wisq biex tkun żġurata sigurtà nukleari. | |
Emenda 8 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
B’mod partikolari għandom jiżguraw li l-prinċipji applikabbli stipulati fil-prinċipji fundamentali tas-sikurezza tal-IAEA jiġu implimentati sabiex jassiguraw livell għoli ta’ sikurezza fl-installazzjonijiet nukleari, li jinkludu inter alia arranġamenti effettivi kontra l-perikli radjoloġiċi possibbli, il-prevenzjoni u r-reazzjoni għal-aċċidenti, il-ġestjoni tal-qdim tal-impjant, il-ġestjoni fuq perjodu taż-żmien twil tal-materjali kollha radjuattivi prodotti u informazzjoni dwar il-popolazzjoni u l-awtoritajiet tal-Istati tal-madwar. |
B’mod partikolari għandom jiżguraw li l-prinċipji applikabbli stipulati fil-prinċipji fundamentali tas-sikurezza tal-IAEA jiġu implimentati sabiex jassiguraw livell għoli ta’ sikurezza fl-installazzjonijiet nukleari, li jinkludu inter alia arranġamenti effettivi kontra l-perikli radjoloġiċi possibbli, il-prevenzjoni u r-reazzjoni għal-aċċidenti, il-ġestjoni tal-qdim tal-impjant, il-ġestjoni fuq perjodu taż-żmien twil tal-materjali kollha radjuattivi prodotti u informazzjoni dwar il-popolazzjoni u l-awtoritajiet tal-Istati tal-madwar u oħrajn li potenzjalment ikunu fil-periklu. |
Ġustifikazzjoni | |
Stati li jinżertaw li jkunu f’post fejn jistgħu jintlaħqu minn sħaba radjuattiva jew minn sors tal-ilma radjuattiv li jkun riżultat ta’ periklu teknoloġiku, jistgħu jkunu aktar fil-periklu (skont il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi), minn pajjiżi ġirien. | |
Emenda 9 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Fir-rigward tas-sikurezza ta’ reatturi tal-enerġija nukleari ġodda, l-Istati Membri għandhom jippruvaw jiżviluppaw rekwiżiti addizzjonali tas-sikurezza, f'konformità mat-titjib kontinwu tas-sikurezza abbażi tal-livelli ta’ sikurezza żviluppati mill-Assoċjazzjoni tar-Regolaturi Nukleari tal-Ewropa tal-Punent (WENRA) u b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Grupp ta’ Livell Għoli Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart. |
2. Fir-rigward tas-sikurezza ta’ reatturi tal-enerġija nukleari attivi, li tkun ittawlitilhom il-ħajja u ġodda, l-Istati Membri għandhom jippruvaw jiżviluppaw rekwiżiti addizzjonali tas-sikurezza, f'konformità mat-titjib kontinwu tas-sikurezza abbażi tal-livelli ta’ sikurezza żviluppati mill-Assoċjazzjoni tar-Regolaturi Nukleari tal-Ewropa tal-Punent (WENRA) u b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Grupp ta’ Livell Għoli Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-miżuri ta’ sikurezza għandhom ikunu obbligatorji mhux biss għall-impjanti nukleari ġodda iżda l-ewwel u qabel kollox għal impjanti attivi u li tkun ittawlitilhom il-ħajja, billi huma normalment joperaw b’teknoloġija eqdem. | |
Emenda 10 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-pussessuri tal-liċenzja għandhom jallokaw riżorsi finanzjarji u umani xierqa sabiex iwettqu l-obbligi tagħhom. |
3. Il-pussessuri tal-liċenzja għandhom jallokaw riżorsi finanzjarji, tekniċi u umani xierqa sabiex iwettqu l-obbligi tagħhom. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-riżorsi tekniċi jgħoddu sabiex tinkiseb sikurezza nukleari effettiva. | |
Emenda 11 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. F’każ ta’ ksur serju jew ripetut tar-regoli tas-sikurezza fl-installazzjoni nukleari, il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jirtira l-liċenzja operattiva. |
2. F’każ ta’ ksur serju (kif definit mir-regolamenti tal-IAEA) jew aktar minn tliet każi ta’ ksur ripetut tar-regoli tas-sikurezza fl-installazzjoni nukleari, il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jirtira l-liċenzja operattiva. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex tintlaħaq sikurezza reali, għandhom jiġu stabbiliti regoli ċari. | |
Emenda 12 Proposta għal direttiva Artikolu 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-edukazzjoni xierqa u l-opportunitajiet ta’ taħriġ għal taħriġ teoretiku u prattiku kontinwu fis-sikurezza nukleari għandhom jiġu magħmula disponibbli mill-Istati Membri separatament u permezz ta’ kooperazzjoni trans-nazzjonali. |
L-edukazzjoni xierqa u l-opportunitajiet ta’ taħriġ għal taħriġ teoretiku u prattiku kontinwu tal-aħjar prattiki disponibbli fis-sikurezza nukleari għandhom jiġu magħmula disponibbli mill-Istati Membri separatament u permezz ta’ kooperazzjoni tranżnazzjonali u jsiru obbligatorji għall-pussessuri tal-liċenzja. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandhom jiġu stabbiliti miżuri biex jiġu evitati żbalji umani. | |
Emenda 13 Proposta għal direttiva Artikolu 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva sa mhux iżjed tard minn [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ], u kull tliet snin wara. Abbażi tal-ewwel rapport, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, akkompanjat, jekk xieraq, bi proposti leġiżlattivi. |
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li jkunu ħadu sabiex jaqdu l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva kif ukoll dwar il-qagħda tas-sikurezza fl-installazzjonijiet nukleari li jinsabu fit-territorju tagħhom sa mhux iżjed tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u kull sena wara. |
|
Kull sentejn il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u dwar is-sitwazzjoni tas-sikurezza nukleari fil-Komunità, ibbażat fuq ir-rapporti sottomessi mill-Istati Membri. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex jintlaħaq l-ogħla livell ta’ sikurezza tal-installazzjonijiet nukleari, din id-Direttiva ta’ qafas timmira li tistabbilixxi obbligi bażiċi u prinċipji ġenerali, li fuq il-bażi tagħhom se jkunu adottati standards ta’ sikurezza komuni wara li tkun ġiet riveduta din id-Direttiva fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ tagħha. | |
Emenda 14 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iżjed tard minn [sentejn wara d-data msemmija fl-Artikolu 13]. Minnufih, għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. |
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iżjed tard minn [18-il xahar wara d-data msemmija fl-Artikolu 13]. Minnufih, għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. |
Ġustifikazzjoni | |
Skeda ta’ sentejn għat-traspożizzjoni u sena biss għall-preparazzjoni tar-rapport dwar il-progress miksub hija skeda żbilanċjata peress li m’hemmx biżżejjed żmien biex ikun evalwat il-progress dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. |
PROĊEDURA
Titolu |
Qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0790 – C6-0026/2009 – 2008/0231(CNS) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
ITRE |
|||||||
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 3.2.2009 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Rebecca Harms 21.1.2009 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
10.2.2009 |
|
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
16.3.2009 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
28 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Adamos Adamou, Georgs Andrejevs, Pilar Ayuso, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Martin Callanan, Mojca Drčar Murko, Jill Evans, Anne Ferreira, Elisabetta Gardini, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Gyula Hegyi, Marie Anne Isler Béguin, Linda McAvan, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Dagmar Roth-Behrendt, Guido Sacconi, Carl Schlyter, Richard Seeber, María Sornosa Martínez, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jutta Haug, Caroline Lucas, Alojz Peterle |
|||||||
- [1] Kummissjoni Ewropea 2008; Dokument ta’ Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni, Dokument li jakkumpanja l-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill (Euratom) li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-Evalwazzjoni tal-Impatt rigward is-Sikurezza Nukleari, SEC (2008) 2892, 26 ta' Jannar 2008
PROĊEDURA
Titolu |
Qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0790 – C6-0026/2009 – 2008/0231(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
15.1.2009 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 3.2.2009 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 3.2.2009 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Gunnar Hökmark 17.12.2008 |
|
|
|||||
Bażi legali kkontestata Data tal-opinjoni tal-JURI |
JURI 31.3.2009 |
|
|
|
||||
Eżami fil-kumitat |
20.1.2009 |
19.3.2009 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
31.3.2009 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
39 3 5 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Šarūnas Birutis, Jan Březina, Jerzy Buzek, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Dragoş Florin David, Pilar del Castillo Vera, Den Dover, Adam Gierek, Fiona Hall, Rebecca Harms, Erna Hennicot-Schoepges, Mary Honeyball, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Werner Langen, Pia Elda Locatelli, Eugenijus Maldeikis, Eluned Morgan, Antonio Mussa, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Atanas Paparizov, Aldo Patriciello, Anni Podimata, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Mechtild Rothe, Paul Rübig, Andres Tarand, Britta Thomsen, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Adina-Ioana Vălean, Alejo Vidal-Quadras |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Ivo Belet, Danutė Budreikaitė, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Juan Fraile Cantón, Robert Goebbels, Edit Herczog, Gunnar Hökmark, Bernhard Rapkay, Esko Seppänen, Lambert van Nistelrooij |
|||||||
Data tat-tressiq |
3.4.2009 |
|||||||