dwar il-Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-pazjent, inkluż il-ħarsien minn u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa
(COM(2008)0837 – C6‑0032/3009 – 2009/0003(CNS))
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-pazjent, inkluż il-ħarsien minn u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0837),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 152(4) tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6–0032/2009),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0239/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(2) Huwa stmat li fl-Istati Membri tal-UE bejn 8 % u 12 % tal-pazjenti li jittieħdu l-isptar ibatu minn konsegwenzi mhux mixtieqa waqt li qed jirċievu l-kura tas-saħħa.
(2) Huwa stmat li fl-Istati Membri tal-UE bejn 8 % u 12 % tal-pazjenti li jittieħdu l-isptar ibatu minn konsegwenzi mhux mixtieqa waqt li qed jirċievu l-kura tas-saħħa, numru li jilħaq bejn is-6.7 miljuni u l-15-il miljun ta' pazjenti li ttieħdu l-isptar u aktar minn 37 miljun pazjenti li rrikorrew għall-kura tas-saħħa primarja.
Ġustifikazzjoni
Hu importanti li tkun speċifikata u rikonoxxuta l-firxa ta' din il-problema u l-konsegwenzi għas-saħħa pubblika.
Emenda 2
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 2 a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(2a) Hu meqjus li l-infezzjonijiet assoċjati mal-kura jolqtu bħala medja lil pazjent minn għoxrin, iġifieri kull sena 4.1 miljun ta' pazjenti fl-Unjoni Ewropea, u li madwar 37,000 imutu kull sena minħabba l-konsegwenzi ta' infezzjoni ta' dan it-tip.
Ġustifikazzjoni
Hu importanti li jitfakkar li l-infezzjonijiet assoċjati mal-kura jidhru fost il-kawżi ta' ħsara involontarja l-aktar frekwenti u l-aktar dannużi.
Emenda 3
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(3) Sikurezza fqira tal-pazjent tirrappreżenta kemm problema serja fis-saħħa pubblika kif ukoll piż ekonomiku għoli fuq ir-riżorsi tas-saħħa limitati. Il-parti l-kbira ta' konsegwenzi mhux mixtieqa jistgħu jiġu evitati, kemm fis-settur tal-isptar kif ukoll fil-kura primarja, b'fatturi sistemiċi li jidhru li huma responsabbli għall-biċċa l-kbira tagħhom.
(3) Sikurezza fqira tal-pazjent tirrappreżenta kemm problema serja fis-saħħa pubblika kif ukoll piż ekonomiku għoli fuq ir-riżorsi tas-saħħa limitati. Il-parti l-kbira ta' konsegwenzi mhux mixtieqa, inklużi dawk li jirriżultaw minn żbalji ta' djanjożi u/jew trattamenti, jistgħu jiġu evitati, kemm fis-settur tal-isptar kif ukoll fil-kura primarja, b'mezzi finanzjarji limitati u fatturi sistemiċi li jidhru li huma responsabbli għall-biċċa l-kbira tagħhom.
Ġustifikazzjoni
Sakemm ma jkunx hemm żieda kostanti ta’ riżorsi fis-sistema tal-kura tas-saħħa, fatturi sistemiċi u tibdil fl-organizzazzjoni mhumiex se jtejbu s-sitwazzjoni.
L-evalwazzjoni tal-impatt (COM(2008)3005) uriet kif l-iżbalji ta' djanjożi medika huma waħda mill-kawżi prinċipali tal-konsegwenzi mhux mixtieqa relatati mal-kura tas-saħħa.
Emenda 4
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 6 a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(6a) Hu meqjus li, fost l-episodji mhux mixtieqa relatati mal-kura tas-saħħa, l-infezzjonijiet assoċjati mal-kura huma faċilment evitabbli. Hemm bżonn li l-Istati Membri jimplimentaw l-istrumenti biex in-numru ta' persuni milquta kull sena fl-Unjoni Ewropea minn episodji mhux mixtieqa jitnaqqas b'20%.
Ġustifikazzjoni
L-istudji tal-Kummissjoni Ewropea jikkonfermaw li jista' jiġi previst tnaqqis ta' 20% tal-episodji mhux mixtieqa fis-sena peress li l-metodi tal-ġlieda kontra l-infezzjonijiet huma magħrufa sew u jistgħu jiġu implimentati b'mod rapidu. Kull sena, l-infezzjonijiet assoċjati mal-kura jikkawżaw madwar 37,000 mewta. Hu għalhekk importanti li jiġi indikat objettiv ta' tnaqqis li l-Istati Membri jkollhom jilħqu sal-2015.
Emenda 5
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 7
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(7) L-evidenza turi li l-Istati Membri tal-UE jinsabu f'livelli differenti fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji effettivi u komprensivi għas-sikurezza tal-pazjenti. Għalhekk, din l-inizjattiva għandha tendenza li toħloq qafas li jagħti spinta lill-iżvilupp tal-politika u lill-azzjoni futura fi u bejn l-Istati Membri biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ewlenin li tiffaċċja l-UE dwar is-sikurezza tal-pazjenti.
(7) L-evidenza turi li l-Istati Membri tal-UE jinsabu f'livelli differenti fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji effettivi u komprensivi għas-sikurezza tal-pazjenti. Għalhekk, din l-inizjattiva għandha tendenza li toħloq qafas li jagħti spinta lill-iżvilupp tal-politika u lill-azzjoni futura fi u bejn l-Istati Membri biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ewlenin li tiffaċċja l-UE dwar is-sikurezza tal-pazjenti, fuq kollox ir-responsabilità tal-entitajiet u instituzzjonijiet għall-kura tas-saħħa tal-poplu.Skont l-Artikolu 152 tat-Trattat KE, madankollu, m’għandux ikun hemm indħil fil-kompetenzi tal-Istati Membri.
Ġustifikazzjoni
Ir-responsabilità għas-saħħa tal-pazjenti għandha tiġi enfasizzata.
Qed tiġi appoġġjata l-idea li jiġi evitat irduppjar ta’ xogħol. Għandha tingħata attenzjoni mill-qrib lill-attivitajiet tal-WHO u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa fil-qasam tas-sigurtà tal-pazjenti u miżuri oħra addizzjonali fil-livell ta’ Komunità għandhom jiġu integrati flimkien biex jipprovdu sinerġiji. Rekwiżiti dettaljati u linji gwida dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-pazjenti fil-livell Ewropew, madanakollu, qed jiġu miċħuda b'referenza għall-Artikolu 152.
Emenda 6
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 8
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(8) Il-pazjenti għandhom ikunu mgħarrfa u mogħtija s-setgħa billi jiġu involuti fil-proċess tas-sikurezza tal-pazjenti; għandhom ikunu mgħarrfa dwar il-livelli ta' sikurezza u dwar kif jistgħu jsibu tagħrif aċċessibbli u komprensiv fir-rigward tal-ilmenti u s-sistemi ta' rimedju.
(8) Il-pazjenti għandhom ikunu mgħarrfa u mogħtija s-setgħa billi jiġu involuti fil-proċess tas-sikurezza tal-pazjenti; għandhom ikunu mgħarrfa dwar il-livelli ta' sikurezza u dwar kif jistgħu jsibu tagħrif aċċessibbli u komprensiv fir-rigward tal-ilmenti u s-sistemi ta' rimedju. It-tip ta’ kumpens u l-proċedura ta’ kumpens, madanakollu, għandhom ikunu fir-responsabilità tal-Istati Membri individwali.
Ġustifikazzjoni
Huwa importanti li ċittadini li jkunu sofrew bħala riżultat ta’ nuqqasijiet fil-kura tas-saħħa jirċievu kumpens suffiċjenti. Ir-Regolamenti Rome I u Rome II diġà jiddeterminaw il-liġi applikabbli għal każijiet transkonfinali fi ħdan l-UE. M’għandux ikun hemm indħil fil-kompetenzi tal-Istati Membri.
Emenda 7
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 10
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(10) Għandha tinġabar dejta komparabbli u aggregata f'livell Komunitarju biex jiġu stabbiliti programmi effiċjenti u trasparenti dwar is-sikurezza tal-pazjenti, strutturi u linji politiċi, u għandha tinxtered l-aħjar prattika fost l-Istati Membri. Biex tiffaċilita t-tagħlim reċiproku, jeħtieġ li jiġu żviluppati terminoloġija komuni għas-sikurezza tal-pazjenti u indikaturi komuni permezz tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li titqies il-ħidma tal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.
(10) Għandha tinġabar dejta komparabbli u aggregata f'livell Komunitarju biex jiġu stabbiliti programmi effiċjenti u trasparenti dwar is-sikurezza tal-pazjenti, strutturi u linji politiċi, u għandha tinxtered l-aħjar prattika fost l-Istati Membri. Din id-dejta għandha tintuża biss għall-iskopijiet tas-sigurtà tal-pazjenti fir-rigward tal-kontroll ta’ infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa. Biex tiffaċilita t-tagħlim reċiproku, jeħtieġ li jiġu żviluppati terminoloġija komuni għas-sikurezza tal-pazjenti u indikaturi komuni permezz tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li titqies il-ħidma tal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.
Ġustifikazzjoni
Fil-ġbir ta’ dejta għandha tiġi rispettata b’mod assolut il-protezzjoni tad-dejta. Kull abbuż għandu jiġi evitat.
Emenda 8
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 11
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(11) L-għodda teknoloġiċi ta' tagħrif u ta' komunikazzjoni, bħar-rekords elettroniċi tas-saħħa jew il-preskrizzjoni elettronika, jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tas-sikurezza tal-pazjenti, bħal pereżempju permezz ta' skrining b'mod sistematiku għall-interazzjonijiet eventwali tal-mediċini jew l-allerġiji.
(11) L-għodda teknoloġiċi ta' tagħrif u ta' komunikazzjoni, bħar-rekords elettroniċi tas-saħħa jew il-preskrizzjoni elettronika, jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tas-sikurezza tal-pazjenti, bħal pereżempju permezz ta' skrining b'mod sistematiku għall-interazzjonijiet eventwali tal-mediċini jew l-allerġiji, kif ġie rikonoxxut fir-Rakkomandazzjoni 2008/594/KE tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2008 dwar l-interoperabbiltà transkonfinali tas-sistemi tar-rekords elettroniċi tas-saħħa1.
1 ĠU L 190, 18.7.2008, p. 37.
Emenda 9
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 12a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(12a) L-anzjani huma aktar suxxettibbli għall-mard infettiv meta jkunu l-isptar; għaldaqstant, għandha ssir riċerka dwar il-bżonnijiet tagħhom bħala grupp speċifiku u għandhom jittieħdu passi biex il-ħtiġijiet tagħhom jiġu soddisfatti sabiex jiġu megħjuna r-rijabilitazzjoni u l-fejqan tagħhom.
Ġustifikazzjoni
Persuni akbar fl-età aktarx li jkollhom sistema tal-immunità aktar dgħajfa u għandhom ċans akbar li jieħdu mard infettiv milli persuni iżgħar fl-età jekk ikunu taħt kura fl-isptar. Għandha ssir riċerka dwar il-bżonnijiet speċifiċi tagħhom għax pazjenti akbar fl-età m’għandhomx jirċievu kura tas-saħħa ta’ livell aktar baxx minn ċittadini oħra, u l-għan għandu jkun ir-rijabilitazzjoni taċ-ċittadini kollha.
Emenda 10
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 15
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(15) Id-dejta disponibbli dwar infezzjonijiet assoċjati mal-kura għas-saħħa mhijiex biżżejjed biex tippermetti t-tqabbil bejn l-istituzzjonijiet permezz ta' netwerks ta' sorveljanza, il-monitoraġġ tal-epidemjoloġija ta' patoġeni assoċjati mal-kura għas-saħħa u l-evalwazzjoni u t-tmexxija ta' linji politiċi dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa. Għalhekk, is-sistemi ta' sorveljanza għandhom jiġu stabbiliti jew imsaħħa fil-livell tal-istituzzjonijiet tal-kura għas-saħħa u f'livell reġjonali u nazzjonali.
(15) Id-dejta disponibbli dwar infezzjonijiet assoċjati mal-kura għas-saħħa mhijiex biżżejjed biex tippermetti t-tqabbil bejn l-istituzzjonijiet permezz ta' netwerks ta' sorveljanza, il-monitoraġġ tal-epidemjoloġija ta' patoġeni assoċjati mal-kura għas-saħħa u l-evalwazzjoni u t-tmexxija ta' linji politiċi dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa. Għalhekk, is-sistemi ta' sorveljanza għandhom jiġu stabbiliti jew imsaħħa fil-livell tal-istituzzjonijiet tal-kura għas-saħħa u f'livell reġjonali u nazzjonali. It-titjib tal-ġbir ta' informazzjoni fil-livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew għandu jippermetti li jiġu stabbiliti b'mod aktar faċli korrelazzjonijiet diretti bejn il-kwalità tal-politiki, is-sistemi u l-istrutturi implimentati f'dak li għandu x'jaqsam mas-sigurtà tal-pazjenti u r-riżultati miksuba f'dan il-qasam.
Ġustifikazzjoni
Hemm bżonn li jittejbu s-sistemi ta' sorveljanza sabiex tkun disponibbli dejta aktar kompluta dwar l-infezzjonijiet assoċjati mal-kura u biex ikunu jistgħu jiġu stabbiliti korrelazzjonijiet bejn il-politiki, is-sistemi u l-istrutturi implimentati u r-riżultati miksuba. Permezz t'hekk tkun tista' tittejjeb il-kura mogħtija lill-pazjenti u jitnaqqsu l-infezzjonijiet mill-isptarijiet.
Emenda 11
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 15 a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(15a) Hemm bżonn li l-Istati Membri jkunu jistgħu jnaqqsu n-numru ta' persuni milqutin minn infezzjonijiet assoċjati mal-kura. Fost l-istrumenti differenti li jistgħu jiġu previsti, hu importanti li jiġi reklutat numru akbar ta' infermiera speċjalizzati fil-kontroll tal-infezzjonijiet.
Ġustifikazzjoni
L-istudji tal-Kummissjoni Ewropea jikkonfermaw li hemm bżonn tar-reklutaġġ ta' madwar 8,700 infermiera speċjalizzati fil-kontroll tal-infezzjonijiet sabiex ikun hemm tnaqqis rapidu u effikaċi tal-infezzjonijiet assoċjati mal-kura. Il-proporzjon ottimali hi ta' infermier/a wieħed/waħda speċjalizzat/a fl-infezzjonijiet assoċjati mal-kura għal kull 250 sodda ta' sptar.
Emenda 12
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 15 b (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(15b) Barra minn hekk, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-kura tagħhom għandhom jikkunsidraw l-użu ta’ staff ta’ kuntatt biex jgħin infermiera speċjalizzati fil-livell ta’ klinika fil-faċilitajiet ta’ emerġenza u fi sptarijiet lokali;
Emenda 33
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 15 c (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(15c) Biex jitnaqqsu l-kundizzjonijiet mhux mixtieqa li jirriżultaw mill-kura tas-saħħa, l-Istati Membri għandhom jiġu inkuraġġiti jiffissaw miri fuq livell lokali u nazzjonali għar-reklutaġġ ta’ professjonisti tas-saħħa li jispeċjalizzaw fil-kontroll tal-infezzjonijiet, waqt li jitqies l-objettiv li proporzjonalment ikun hemm infermier għal 250 sodda tal-isptar sal-2015.
Ġustifikazzjoni
Numru dejjem jiżdied ta’ professjonisti tal-kura tas-saħħa li jispeċjalizzaw fil-kontroll tal-infezzjonijiet huwa meħtieġ biex jogħlew l-istandards tas-sigurtà tal-pazjenti. Madanakollu, l-ammont speċifiku ta’ staff meħtieġ jiddependi mit-tip ta’ trattament li jsir fl-isptar u għalhekk għandhom jiġu ffissati miri fuq livell lokali u nazzjonali.
Emenda 14
Proposta għal rakkomandazzjoni
Premessa 16a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(16a) Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti biex tikkumbatti ċ-ċirkolazzjoni ta’ mediċini foloz u l-ħsara kkawżata lill-pazjenti u lill-ħaddiema fil-kura tas-saħħa minn labar tas-siringi.
Emenda 15
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I - Kapitolu I a (ġdid) - Titolu
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Ia. OBJETTIVI TA' TNAQQIS
Emenda 16
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I - Kapitolu I a (ġdid) - Punt 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1) L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-istrumenti biex jitnaqqas b'20% n-numru ta' persuni li kull sena fl-Unjoni Ewropea jintlaqtu minn episodji mhux mixtieqa wara kura tas-saħħa, persentaġġ li jikkorrispondi għall-objettiv li dawn l-episodji jitnaqqsu b'900,000 każ fis-sena sal-2015.
Ġustifikazzjoni
L-istudji tal-Kummissjoni Ewropea jikkonfermaw li jista' jiġi previst tnaqqis ta' 900,000 episodju mhux mixtieq fis-sena peress li l-metodi tal-ġlieda kontra l-infezzjonijiet huma magħrufa sew u jistgħu jiġu implimentati b'mod rapidu. Kull sena, l-infezzjonijiet assoċjati mal-kura jikkawżaw madwar 37,000 mewt. Hu għalhekk importanti li jiġi indikat objettiv ta' tnaqqis li l-Istati Membri jkollhom jilħqu sal-2015.
Emenda 17
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I – Kapitolu II – punt 1 a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
a) Ħatra tal-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-sikurezza tal-pazjenti fuq it-territorju tagħhom;
a)Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti fil-livelli differenti ta’ amministrazzjoni lokali u nazzjonali responsabbli għas-sikurezza tal-pazjenti kif ukoll superviżjoni u koordinazzjoni tal-miżuri biex titjieb is-saħħa pubblika fuq it-territorju tagħhom;
Ġustifikazzjoni
Mhux fl-Istati Membri kollha jeżistu korpi li jikkordinaw il-miżuri fil-qasam tas-saħħa pubblika fil-livell reġjonali (p.e. fil-Polonja).
Emenda 18
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I – Kapitolu II – punt 1 c
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
c) Appoġġ tal-iżvilupp ta' sistemi, proċessi u għodda aktar siguri, inkluż l-użu ta' teknoloġija tal-informatika u l-komunikazzjoni.
c) Appoġġ tal-iżvilupp ta' sistemi, proċessi u għodda aktar siguri u faċli biex tużahom, inkluż l-użu ta' teknoloġija tal-informatika u l-komunikazzjoni.
Ġustifikazzjoni
Fl-iżvilupp ta’ sistemi, proċessi u għodda għandhom jiġu kkunsidrati l-esiġenzi u l-kapaċitajiet ta’ dawk li jużawhom.
Emenda 19
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I – Kapitolu II – punt 2 - subpunt b a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
b a) L-informazzjoni għall-pazjenti dwar ir-riskji terapewtiċi u l-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi legali li jiffaċilitaw il-mezzi ta' rimedju, anke kontra l-gruppi farmaċewtiċi, fil-każ ta' ħsara f'dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa.
Ġustifikazzjoni
Fl-Istati Membri ġodda ħafna nies li batew dawn il-konsegwenzi mhumiex konxji tad-drittijiet tagħhom u tar-rimedji li jistgħu jakkwistaw u minn min.
Emenda 20
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I – Kapitolu II – punt 3 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
a) Jipprovdu tagħrif xieraq dwar il-limitu safejn, it-tip u l-kawża ta' żbalji, konsegwenzi mhux mixtieqa u kważi-inċidenti;
a) Jipprovdu tagħrif xieraq dwar il-limitu safejn, it-tip u l-kawża ta' żbalji, konsegwenzi mhux mixtieqa u kważi-inċidenti u jiġu identifikat l-persuni responsabbli għal dan;
Ġustifikazzjoni
Il-pazjent għandu jkun jaf min huwa responsabbli għal xiex.
Emenda 21
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I – Kapitolu II – punt 3 – punt b a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
b a) Jippermettu li l-awtoritajiet tas-saħħa tal-Istati Membri differenti jaqsmu informazzjoni kunfidenzjali dwar il-professjonisti tas-saħħa li tqiesu ħatja ta' negliġenza jew nuqqas professjonali;
Emenda 22
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I – Kapitolu II – punt 4 – punt b a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
b a) It-tagħlim u t-taħriġ adegwati għal kull min jaħdem fil-qasam tas-saħħa sabiex jużaw it-teknoloġija medika b'mod xieraq, bi qbil mal-funzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet indikati fil-gwidi għall-użu, sabiex jiġu evitati l-perikli għas-saħħa u l-effetti mhux mixtieqa, inklużi dawk li jirriżultaw mill-użu mill-ġdid mhux intenzjonat ta' apparat;
Ġustifikazzjoni
Il-ħaddiema fil-kura tas-saħħa għandu jkollhom l-aqwa għarfien possibbli dwar il-funzjonament u l-użu adegwat tal-prodotti fl-applikazzjoni tagħhom għat-trattamenti. Permezz ta’ dan l-għarfien biss ikunu kapaċi jimminimizzaw ir-riskji għall-pazjenti u għalihom stess, li jistgħu jirriżultaw minn applikazzjoni żbaljata tat-tagħmir mediku, pereżempju billi jerġgħu jużaw tagħmir li huwa ddisinnjat u manifatturat għal użu ta’ darba fuq pazjent wieħed biss.
Emenda 23
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I – Kapitolu II – punt 5 – subpunt c
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
c)Biex jiġbru u jaqsmu d-dejta u t-tagħrif komparabbli dwar riżultati fir-rigward tas-sikurezza tal-pazjenti f'dak li huwa tip u numru, f'livell tal-UE, għall-iffaċilitar ta' tagħlim reċiproku u l-orjentazzjoni tal-iffissar ta' prijoritajiet.
c)Biex jiġbru u jaqsmu d-dejta u t-tagħrif komparabbli dwar riżultati fir-rigward tas-sikurezza tal-pazjenti f'dak li huwa tip u numru, f'livell tal-UE, għall-iffaċilitar ta' tagħlim reċiproku u l-orjentazzjoni tal-iffissar ta' prijoritajiet. Il-kwantità u l-ispiża tal-ġbir ta’ dejta, u l-użu tad-dejta miġbura, m’għandhomx ikunu sproporzjonati għall-benefiċċji mistennija. Id-dejta għandha tinġabar biss sabiex jintlaħaq l-objettiv (li jitnaqqsu l-infezzjonijiet relatati mat-trattament permezz ta’ taħriġ komuni).
Ġustifikazzjoni
Il-kooperazzjoni mitluba bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fir-rigward tal-klassifikazzjoni, il-kodifikazzjoni u l-ġbir ta’ dejta m’għandhiex tirriżulta fid-dritt tal-Kummissjoni Ewropea li tiġbed konklużjonijiet mid-dejta miġbura.
Emenda 24
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I – Kapitolu II – punt 6 – punt b a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
b a) It-tħeġġiġ, permezz tal-Unjoni Ewropea, tal-possibilitajiet ta' koperazzjoni, kif ukoll ta' skambji ta' esperjenza u ta' prattiki tajba bejn id-diretturi tal-isptarijiet, it-timijiet mediċi u l-grupp ta' pazjenti dwar inizjattivi lokali fil-qasam tas-sigurtà tal-pazjenti;
Emenda 25
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I – Kapitolu III – punt 1 –punt -a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
- a) Il-forniment ta' mekkaniżmi ta' evalwazzjoni tar-riskji effettivi, li jinkludu eżami djanjostiku tal-pażjenti minn qabel ma jiddaħħlu l-isptar, sabiex, skont il-każ ikunu jistgħu jiġu identifikati malajr il-miżuri ta' prekawzjoni supplimentari;
Ġustifikazzjoni
Huwa kruċjali li l-pazjenti jiġu eżaminati qabel ma jiġu ammessi, u li dawk li jġorru infezzjonijiet, bħall-MRSA, jiġu dijanjostikati u trattati malajr, biex tiġi ssalvagwardjata saħħithom u jiġi evitat li jgħaddu infezzjonijiet lil pazjenti oħra u lill-istaff fil-kura tas-saħħa.
Emenda 26
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I – Kapitolu III – punt 1 –punt -a a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
-aa) Il-provvista ta’ ħarsien adegwat għall-istaff tal-kura tas-saħħa, permezz ta’ tilqim, profilassi wara l-esponiment, screening dijanjostiku ta’ rutina, forniment ta’ materjal protettiv personali u użu ta’ teknoloġija medika li tnaqqas l-esponiment għall-infezzjonijiet li jinġarru mid-demm.
Ġustifikazzjoni
Membri tal-istaff tal-kura tas-saħħa kuljum jissriskjaw infezzjonijiet li kultant jistgħu jkunu fatali u jistgħu jinfettu lill-pazjenti u lill-komunità.
Emenda 27
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I – Kapitolu III – punt 1 –punt -a b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
-ab) Il-provvista ta’ protezzjoni effettiva minn infezzjonijiet u kontroll effettiv tagħhom fuq perjodu ta’ żmien twil fil-faċilitiajiet ipprovduti mill-infermiera u faċilitajiet ta’ fejqan;
Ġustifikazzjoni
Huwa importanti li l-faċilitajiet ipprovduti minn infermiera ma jintesewx. Il-fattur tal-numru kbir ta’ presuni li jgħixu fi spazju żgħir, il-bini tad-djar, l-ammont kbir ta’ mediċini mqassma, feriti kkawżati minn pressjoni u użu tal-kateter jirrendu d-djar tal-kura postijiet ideali biex jitfaċċaw u jinfirxu l-MRSA u infezzjonijiet oħra.
Emenda 28
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I - Kapitolu III - Punt 1 - paragrafu b)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
b) It-titjib tal-ħarsien minn u l-kontroll ta' infezzjonijiet f'livell tal-istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa;
b) It-titjib tal-ħarsien minn u l-kontroll ta' infezzjonijiet f'livell tal-istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa u l-iżgurar tal-ogħla livell ta' ndafa, ta' iġjene u, jekk ikun hemm bżonn, ta' asepsis:
i)tal-materjal relatat mal-ilqugħ u s-soġġorn tal-pazjenti;
ii)tal-materjal mediku u paramediku, tal-apparat elettromediku għas-servizz tal-pazjenti, u tal-proċess ta' tqassim tal-mediċini;
Għall-prevenzjoni tal-infezzjonijiet miksuba mill-isptar, hemm bżonn li jiġi żgurat l-ogħla livell possibbli ta' ndafa, ta' iġjene u, jekk ikun hemm bżonn, ta' asepsis tal-materjal kollu li l-pazjent jiġi f'kuntatt miegħu.
Emenda 29
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I – Kapitolu III – punt 1 b – inċiż ġdid
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
- il-promozzjoni ta’ iġjene tal-idejn fost il-professjonisti tas-saħħa;
Ġustifikazzjoni
L-infezzjonijiet normalment jittieħdu mill-idejn ta’ membri tal-istaff tal-kura tas-saħħa u persuni oħra li jiġu f’kuntatt ma’ pazjenti infettati jew ma’ uċuħ ta’ oġġetti madwarhom.
Emenda 30
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I – Kapitolu III – punt 1 b – inċiż ġdid
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
- aktar prevenzjoni u kontroll fit-tixrid ta’ mard fost staff mediku u paramediku u t-trażmissjoni tal-mard minnhom, billi jiġu implimentati l-politiki ta’ prevenzjoni meħtieġa għal dan l-iskop, inklużi l-kampanji neċessarji ta’ tilqim tal-istaff.
Ġustifikazzjoni
L-istaff mediku u paramediku mhux biss huwa espost għall-periklu ta’ teħid ta’ mard u infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa, iżda jista’ wkoll potenzjalment iservi biex jittrażmettihom. L-Istati Membri għandhom għalhekk joqogħdu attenti biex tiġi garantita s-sikurezza kemm tal-istaff u kemm tal-pazjenti. Fost l-istrumenti differenti intenzjonati biex inaqqsu l-infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa, hu importanti wkoll li jitmexxew kampanji mmirati ta' tilqim tal-istaff.
Emenda 31
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I - Kapitolu III - Punt 1 - paragrafu d)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
d) It-trawwim tal-edukazzjoni u t-taħriġ ta' ħaddiema tal-kura tas-saħħa f'livell tal-Istat Membru u fil-livell tal-istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa;
d) Il-promozzjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ ta' ħaddiema tal-kura tas-saħħa u tal-ħaddiema paramediċifil-livell tal-Istati Membri u fil-livell tal-istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa, b'attenzjoni partikulari għall-infezzjonijiet miksubin mill-isptar u għar-reżistenza tal-vajrus għall-antibijotiċi;
Ġustifikazzjoni
Ir-reżistenza tal-vajrus għall-antibijotiċi hi waħda mill-kawżi prinċipali tal-infezzjonijiet miksuba mill-isptar u għandha tkun tema dominanti tat-taħriġ tal-ħaddiema tas-saħħa f'kull livell. Sabiex jitnaqqsu l-infezzjonijiet miksuba mill-isptar, hemm bżonn li jiġi ggarantit taħriġ fil-fond u kontinwu tal-ħaddiema kollha li jaħdmu fl-istrutturi tas-saħħa.
Emenda 32
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I - Kapitolu III - Punt 1 - paragrafu e)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
e) Titjib fit-tagħrif li jingħata lill-pazjenti;
e) Titjib fit-tagħrif li jingħata lill-pazjenti permezz tan-netwerk soċjosanitarju imma anke permezz ta' kampanji ta' tagħrif perjodiku fil-gazzetti, fuq ir-radju, fuq it-televixin u fuq l-internet;
Ġustifikazzjoni
Hu essenzjali li jiġi garantit li l-pazjenti jkollhom l-informazzjoni kollha dwar ir-riskji, il-livelli ta' sigurtà u l-miżuri fis-seħħ biex jiġu evitati l-iżbalji u l-infezzjonijiet miksuba mill-isptar. Hu għalhekk importanti li regolarment jiġu organizzati kampanji ta' informazzjoni li jużaw it-tipi ta' midja differenti.
Emenda 33
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I - Kapitolu III - Punt 1 - paragrafu f)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
f) Appoġġ lir-riċerka.
f) Appoġġ lir-riċerka, fost l-oħrajn, fil-qasam tal-applikazzjonijiet mediċi possibbli tan-nanoteknoloġija u n-nanomaterjali.
Ġustifikazzjoni
Fost l-għadd ta' applikazzjonijiet tan-nanoteknoloġiji u n-nanomaterjali, dawk fil-qasam tas-saħħa huma fost l-aktar inkoraġġanti. Pereżempju, il-modifika tan-nanostrutturi tal-wiċċ tal-materjal użat fil-bini tal-isptarijiet sabiex isir nadif jew sterili tista' tkun strument importanti fil-ġlieda kontra l-infezzjonijiet assoċjati mal-kura,
Emenda 48
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I – Kapitolu III – punt 1 f a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(fa)Ir-rappurtar ta’ kull infezzjoni assoċjata mal-kura tas-saħħa li titfaċċja, li taffettwa lil għadd sinifikanti ta' pazjenti, liċ-Ċentru Ewropew għall-Ħarsien minn u l-Kontroll tal-Mard (ECDC);
Emenda 35
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti I – Kapitolu III – punt 1 –punt -f b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
fb) It-twettiq ta' kampanji ta' kuxjenza fost il-pubbliku u l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa sabiex jitnaqqsu l-prattiki li jwasslu għal reżistenza kontra l-mikrobi.
Emenda 36
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti II - Titolu
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
PARTI II: RAPPORTMILL-KUMMISSJONI
PARTI II: AZZJONIJIET TAL-KUMMISSJONI
Ġustifikazzjoni
Fost l-għadd ta' applikazzjonijiet tan-nanoteknoloġiji u n-nanomaterjali, dawk fil-qasam tas-saħħa huma fost l-aktar inkoraġġanti. Pereżempju, il-modifika tan-nanostrutturi tal-wiċċ tal-materjal użat fil-bini tal-isptarijiet sabiex isir nadif jew sterili tista' tkun strument importanti fil-ġlieda kontra l-infezzjonijiet assoċjati mal-kura,
Emenda 50
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti II – punt 1 a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(1a)Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra fejn il-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti tista’ tiġi msaħħa biex is-sikurezza tal-pazjenti tittejjeb, pereżempju billi jiġi żgurat li meta professjonisti tal-kura tas-saħħa jaqsmu l-fruntieri fi ħdan l-Ewropa, ir-regolaturi professjonali jaqsmu informazzjoni dwar proċeduri dixxiplinari konklużi jew pendenti kontra individwi, u mhux biss il-kwalifiki inizjali tagħhom.
Emenda 38
Proposta għal rakkomandazzjoni
Parti II – paragrafu 1 b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(1b) Il-Kummissjoni hi mistiedna biex, fuq il-bażi tal-gwida prattika għall-prevenzjoni tal-infezzjonijiet miksuba mill-isptar, li tfasslet fl-2002 mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa1, tfassal dokument għall-attenzjoni tal-pazjenti dwar il-prevenzjoni tal-infezzjonijiet miksuba mill-isptar.
1WHO, Gwida prattika għall-prevenzjoni tal-infezzjonijiet miksuba mill-isptar, l-ewwel edizzjoni, Diċembru 2002 (it-tieni edizzjoni ippubblikata fl-2008)
Ġustifikazzjoni
Il-linji gwida prattiċi għall-kontroll tal-infezzjoni fl-istrutturi tas-saħħa, imfassla fl-2003 mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa huma strument li wera li hu utli ħafna. Madankollu, dan hu indirizzat, b'mod partikulari, għall-ħaddiema tas-saħħa. Jista' jkun li dokument Ewropew indirizzat, b'mod speċjali, għall-pazjenti jirriżulta li jkun importanti fil-ġlieda kontra l-infezzjonijiet miksuba mill-isptar u jippermetti li l-pazjenti jsiru jafu l-kompetenzi bażiċi fil-qasam tas-sigurtà tal-pazjenti.
Emenda 39
Proposta għal rakkomandazzjoni
Anness 1 - linja 3 - kolonna 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Inċident li jirriżulta fi ħsara lil pazjent. Il-ħsara timplika taħsir fl-istruttura jew fil-funzjoni tal-ġisem u/jew kwalunkwe effett dannuż li jiġi minn dan.
Inċident li jirriżulta fi ħsara lil pazjent li jkun seħħ waqt kura medika. Il-ħsara timplika taħsir permanenti jew temporanjafi struttura jew f'funzjoni tal-ġisem u/jew kwalunkwe effett dannuż li jiġi minn dan.
Ġustifikazzjoni
Hu importanti li jiġi speċifikat ukoll fost l-episodji mhux mixtieqa taħsir temporanju ta' struttura jew funzjoni tal-organiżmu.
Emenda 52
Proposta għal rakkomandazzjoni
Anness 1 – linja 4 – kolonna 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Istituzzjoni fejn il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa jipprovdu kura sekondarja jew terzjarja.
Istituzzjoni pubblika jew mhux pubblika jew istituzzjoni karitatevoli tas-saħħa fejn il-voluntiera jew il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa jipprovdu kura sekondarja jew terzjarja.
Or. pl
Ġustifikazzjoni
Id-definizzjoni mogħtija fil-proposta ma tkoprix it-tipi differenti ta’ organizzazzjoni tal-kura tas-saħħa eżistenti fl-UE u ma tikkunsidrax il-fatt li hemm kliniki, sptarijiet u ċentri tal-kura palljativa li jitmexxew minn ordnijiet reliġjużi, assoċjazzjonijiet ibbażati fuq il-fidi u organizzazzjonijiet u fondazzjonijiet tal-karità.
Emenda 41
Proposta għal rakkomandazzjoni
Anness 1 – linja 12 – kolonna 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Il-ħelsien ta' pazjent minn kwalunkwe ħsara bla bżonn jew minn ħsara potenzjali assoċjata mal-kura tas-saħħa.
Nuqqas ta’ inċidenti mhux mixtieqa, fejn inċident mhux mixtieq huwa definit bħala inċident dannuż ikkawżat aktar mit-trattament milli mill-marda. Dan l-inċident mhux mixtieq jista’ jkun wieħed li jista’ jiġi evitat jew ma jistax jiġi evitat.
Emenda 42
Proposta għal rakkomandazzjoni
Anness 1 – linja 7 – kolonna 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Professjonijisti tas-saħħa li jaħdmu ġo oqsma kliniċi/dipartimenti li jaġixxu bħala kuntatt bejn il-qasam/id-dipartiment tagħhom u t-Tim tal-Kontroll u l-Ħarsien mill-Infezzjonijiet. Il-persuni ta' kuntatt fil-ġlieda kontra l-infezzjonijiet jgħinu fil-promozzjoni tal-ħarsien mill-infezzjonijiet u l-kontroll tagħhom fl-oqsma/fid-dipartimenti tagħhom u jikkomunikaw ir-riżultati lit-Tim tal-Kontroll u l-Ħarsien mill-Infezzjonijiet.
Professjonijisti tas-saħħa li jaħdmu ġo l-oqsma korrispondenti li jaġixxu bħala kuntatt bejn il-qasam ta' attività tagħhom u t-Tim tal-Kontroll u l-Ħarsien mill-Infezzjonijiet. Il-persuni ta' kuntatt fil-ġlieda kontra l-infezzjonijiet jgħinu fil-promozzjoni tal-ħarsien mill-infezzjonijiet u l-kontroll tagħhom fil-qasam ta' attività tagħhom u jikkomunikaw ir-riżultati lit-Tim tal-Kontroll u l-Ħarsien mill-Infezzjonijiet.
Ġustifikazzjoni
Hawnhekk għandha tiġi ppreferita definizzjoni aktar newtrali sabiex jiġi enfasizzat il-fatt li infezzjonijiet jistgħu jitfaċċaw mhux biss fl-isptarijiet iżda wkoll f’setturi oħra tal-kura tas-saħħa, bħall-kliniki tat-tobba. Anki hawn għandu jiġu ggarantit livell ogħla ta’ sikurezza għall-pazjenti biex pazjenti oħra ma jkunux fir-riskju waqt trattament sussegwenti.
Emenda 43
Proposta għal rakkomandazzjoni
Anness 2 – Kapitolu 1 – punt 1 b a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
ba) L-aċċettar ul-promozzjoni tal-użu tal-għodda tat-teknoloġija ta' informazzjoni u komunikazzjoni, bħall-istruzzjonijiet għall-użu disponibbli f'format elettroniku, sabiex jittejjeb il-fehim tal-apparat mediku minn min jużah;
Ġustifikazzjoni
Jekk il-ħaddiema fil-kura tas-saħħa jifhmu aħjar kif prodotti tal-mediċina għandhom jiffunzjonaw u jintużaw tajjeb, il-possibilità li jintużaw ħażin u għalhekk ir-riskji għall-pazjenti trattati b’dawn il-prodotti jonqsu. Għodda ġdida tal-ICT, bħall-gwidi elettroniċi, inklużi stampi jew filmati, tista’ tgħolli l-livell ta’ għarfien ta’ prodotti mediċinali b’mod sinifikattiv.
Emenda 44
Proposta għal rakkomandazzjoni
Anness 2 – Kapitolu 1 – punt 4 c a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
c a) It-tagħlim u t-taħriġ adegwati għal kull min jaħdem fil-qasam tas-saħħa sabiex jużaw it-teknoloġija medika b'mod xieraq, bi qbil mal-funzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet indikati fil-gwidi għall-użu, sabiex jiġu evitati l-perikli għas-saħħa u l-effetti mhux mixtieqa, inklużi dawk li jirriżultaw mill-użu mill-ġdid mhux intenzjonat ta' apparat;
Ġustifikazzjoni
Il-ħaddiema fil-kura tas-saħħa għandu jkollhom l-aqwa għarfien possibbli dwar il-funzjonament u l-użu adegwat tal-prodotti fl-applikazzjoni tagħhom għat-trattamenti. Permezz ta’ dan l-għarfien biss ikunu kapaċi jimminimizzaw ir-riskji għall-pazjenti u għalihom stess li jistgħu jirriżultaw minn applikazzjoni żbaljata tat-tagħmir mediku, pereżempju billi jerġgħu jużaw tagħmir li huwa ddisinnjat u manifatturat għal użu ta’ darba fuq pazjent wieħed biss.
Emenda 45
Proposta għal rakkomandazzjoni
Anness 2 - Parti 1 - Punt 7 - ittra aa) (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
aa) Billi jistimulaw ir-riċerka, fost l-oħrajn, dwar l-applikazzjonijiet mediċi tan-nanoteknoloġiji u n-nanomaterjali.
Ġustifikazzjoni
Fost l-għadd ta' applikazzjonijiet tan-nanoteknoloġiji u n-nanomaterjali, dawk fil-qasam tas-saħħa huma fost l-aktar inkoraġġanti. Pereżempju, il-modifika tan-nanostrutturi tal-wiċċ tal-materjal użat fil-bini tal-isptarijiet sabiex isir nadif jew sterili tista' tkun strument importanti fil-ġlieda kontra l-infezzjonijiet assoċjati mal-kura,
Emenda 46
Proposta għal rakkomandazzjoni
Anness 2 – Kapitolu 2 – punt 1 –punt a – inċiż 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
- L-integrazzjoni tal-miżuri ta' ħarsien minn u l-kontroll ta' infezzjonijiet fi pjanijiet għall-kura tal-pazjenti;
- L-integrazzjoni tal-miżuri ta' ħarsien minn u l-kontroll ta' infezzjonijiet fi pjanijiet għall-kura tal-pazjenti, inklużi kampanji ta’ tilqim, neċessarji, għall-istaff;
Ġustifikazzjoni
L-istaff mediku u paramediku mhux biss huwa espost għall-periklu ta’ teħid ta’ mard u infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa, iżda jista’ wkoll potenzjalment iservi biex jittrażmettihom. L-Istati Membri għandhom għalhekk joqogħdu attenti biex tiġi garantita s-sikurezza kemm tal-istaff u kemm tal-pazjenti. Fost l-istrumenti differenti intenzjonati biex inaqqsu l-infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa, hu importanti wkoll li jitmexxew kampanji mmirati ta' tilqim tal-istaff.
NOTA SPJEGATTIVA
Il-kwalità tal-kura fl-Ewropa dejjem titjieb grazzi għal xjenza medika fi progress kostanti li, fost l-oħrajn, jippermetti li jittqassru b'mod konsiderovoli jew anke li jiġu evitati perjodi fl-isptar.
Madankollu, il-proċeduri mediċi jistgħu f'ċerti każi jwasslu għal ħsara għas-saħħa tal-pażjenti. Jekk ċertu effetti mhux mixtieqa huma marbuta mar-riskji intrinsiċi tal-interventi jew tal-mediċini, oħrajn jiġu pprovokati minn żbalji mediċi li jistgħu jiġu evitati jew minn infezzjonijiet mill-postijiet ta' medikazzjoni.
L-istudji tal-Kummissjoni Ewropea juru li episodji mhux mixtieqa jiġru lil 8-12% tal-pazjenti tal-isptarijiet fl-Istati Membri tal-Unjoni. Dan il-persentaġġ jista' jiġi tradott għal numru li jinkludi bejn 6.7 miljuni u 15-il miljun tal-pazjenti tal-isptarijiet. Ma' dawn jistgħu jiġu miżjuda s-37 miljun ta' pazjenti li rrikorrew għas-servizzi tal-kura tas-saħħa primarja li kull sena huma vittmi ta' effetti mhux mixtieqa direttament marbuta mal-kura mogħtija.
Fost l-effetti mhux mixtieqa tal-kura li huma l-aktar frekwenti, wieħed jista' jsib l-infezzjonijiet miksuba fl-isptarijiet u f'postijiet tal-kura oħra. Bħala medja, dawn jaffettwaw pazjent wieħed fuq għoxrin, għal total ta' 4.1 miljun ta' pazjenti fis-sena.
Hu ferm aktar preokkupanti li kull sena l-infezzjonijiet miksuba mill-isptar jikkawżaw il-mewt ta' madwar 37,000 persuna u huma fost il-kawżi ta' ħsara involontarja l-aktar frekwenti u l-aktar dannużi.
Fost il-fatturi li jiffaċilitaw l-iżvilupp u t-tixrid tal-infezzjonijiet miksuba mill-isptar, wieħed jista' jsib:
§l-iżvilupp ta' reżistenza min-naħa tal-vajrus għall-antibijotiċi
§rata għolja ta' okkupazzjoni tas-sodod
§iż-żieda tat-trasferimenti tal-pazjenti
§rata ta' sorveljanza insuffiċjenti tal-pazjenti mill-ħaddiema
§rispett insuffiċjenti tal-iġjene tal-idejn u tad-diversi prattiki ta' prevenzjoni tal-infezzjonijiet
§użu inkorret tal-apparat ta' kura.
Fil-biċċa l-kbira tal-każi, l-effetti mhux mixtieqa marbuta mal-kura b'mod ġenerali, u l-infezzjonijiet miksuba mill-isptar b'mod partikulari, jistgħu jiġu evitati. Il-firxa ta' 8-12% ta' pazjenti li kull sena jbatu minn effetti mhux mixtieqa bħala konsegwenza tal-kura li jkunu rċievew tista' u għandha titnaqqas.
Għaldaqstant, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri, l-ewwel u qabel kollox, għandhom isiru konxji tad-daqs tal-fenomenu permezz tal-ġbir ta' informazzjoni fil-livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew. Jista' jkun li d-data sservi biex, b'mod iktar ċert, jiġu stabbiliti korrelazzjonijiet bejn il-kwalità tal-politiki, tas-sistemi u tal-istrutturi implimentati u r-riżultati miksubin fit-titjib tas-sigurtà tal-pazjenti.
Hu importanti wkoll li l-Istati Membri jkunu jistgħu jkollhom objettivi ċari fil-qasam tat-titjib tal-kura mogħtija liċ-ċittadini tagħhom. Tnaqqis ta' 20% tal-infezzjonijiet assoċjati mal-kura sal-2015 u għalhekk objettiv li hu mixtieq u li jista' jitbassar peress li l-modi li permezz tagħhom jistgħu jiġu miġġielda l-infezzjonijiet huma magħrufa sew u jistgħu jiġu implimentati b'mod rapidu. Is-saħħa pubblika hi riżors primarju u dritt. 37,000 persuna mejta fis-sena b'konsegwenza tal-infezzjonijiet li jaqbduhom wara li tingħatalhom kura hija ċifra għolja wisq u mhix aċċettabbli għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea.
Sabiex, minn issa sal-2015, jintlaħaq l-objettiv li dawn l-infezzjonijiet jitnaqqsu b'900,000 każ fis-sena (tnaqqis ta' 20%), l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet Ewropej qed jintalbu biex jimplimentaw, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom, l-istrumenti meħtieġa. B'mod partikulari, fost il-politiki oħra, jista' jiġi previst li:
§tissaħħaħ il-preżenza ta' infermiera speċjalizzati fil-kontroll tal-infezzjonijiet;
§jiġu promossi l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-ħaddiema tas-saħħa u tal-ħaddiema paramediċi waqt li tingħata attenzjoni partikulari lill-infezzjonijiet miksuba mill-isptar u r-reżistenza għall-antibijotiċi tal-vajrus li jikkawżawhom;
§tiġi appoġġjata r-riċerka f'dan il-qasam waqt li tingħata attenzjoni partikulari lit-teknoloġiji l-ġodda.
Fir-rispett tal-prinċipju ta' sussidjarjetà, l-istituzzjonijiet Ewropej, u l-Kummissjoni b'mod partikulari, għandu jkollhom irwol importanti f'dan il-qasam sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju tad-data u tal-aħjar prattiki. B'mod partikulari, ir-rapporteur tikkunsidra li tkun xi ħaġa ta' min jixtieqha li l-Kummissjoni tiġi mistiedna tfassal dokument għall-prevenzjoni tal-infezzjonijiet miksuba mill-isptar biex ikun jista' jintuża mill-pazjenti u li tippreżentah lill-Parlament u lill-Kunsill.
Bħala konklużjoni, ir-rapporteur tixtieq tisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm reazzjoni konkreta u rapida li tkun kapaċi twassal għal tnaqqis f'waqtu u sostenibbli tal-infezzjonijiet miksuba mill-isptar fl-Ewropa. Hi għalhekk tqis li hemm bżonn li jiġu stabbiliti objettivi għall-Istati Membri anke jekk ma jkunux jorbtu. Hi tqis li hemm bżonn ukoll li l-Kummissjoni tintalab tagħmel rapport lill-Parlament fi żmien tliet snin dwar il-progress li jkun sar mill-Istati Membri u mill-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam.