RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi skema ta' skambji applikabbli għal ċerti oġġetti kummerċjali li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (verżjoni kodifikata)
6.4.2009 - (COM(2008)0796 – C6‑0018/2009 – 2008/0226(CNS)) - *
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg
(Kodifikazzjoni – Artikolu 80 tar-Regoli ta' Proċedura)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi skema ta' skambji applikabbli għal ċerti oġġetti kummerċjali li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (verżjoni kodifikata)
(COM(2008)0796 – C6‑0018/2009 – 2008/0226(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni – kodifikazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0796),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 37 u 133 tat-Trattat KE, skont liema artikoli huwa kien ikkonsultat mill-Kunsill (C6-0018/2009),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar – Metodu ta' ħidma aċċelerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi[1],
– wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0249/2009),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta konċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni
- [1] ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.
ANNEXE: OPINJONI TAL-GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI |
||
Brussell, 04.03.2009
OPINJONI
GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
TAL-KUNSILL
TAL-KUMMISSJONI
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (verżjoni kkodifikata)
(COM(2008) 796 finali tas-27.11.2008 - 2008/0226 (CNS))
Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi, u b'mod partikulari l-punt 4 tagħha, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fis-11 ta’ Diċembru 2008 kellu laqgħa ddedikata, fost affarijiet l-oħra, għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq ippreżentata mill-Kummissjoni.
Waqt l-eżami[1] tal-proposta għar-regolament tal-Kunsill għall-kodifikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 3448/93 tal-Kunsill tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli, il-Grupp stabbilixxa, bi qbil komuni, li fil-Premessa 13 għandu jsir bidla fil-kliem “jew inkella”, biex jinqara sempliċement “jew”.
Dan l-eżami tal-proposta b'hekk ippermetta li l-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi bi qbil komuni li l-proposta effettivament tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.
C. PENNERA J.-C. PIRIS C.F. DURAND Ġurikonsult
Ġurikonsult Direttur Ġenerali
- [1] Il-Grupp kellu 23 verżjoni lingwistika tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Franċiża, il-verżjoni oriġinali tad-dokument ta' ħidma.
PROĊEDURA
Titolu |
Arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (Verżjoni kkodifikata) |
||||||
Referenzi |
COM(2008)0796 – C6-0018/2009 – 2008/0226(CNS) |
||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
12.1.2009 |
||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 15.1.2009 |
||||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Lidia Joanna Geringer de Oedenberg 3.11.2008 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
31.3.2009 |
|
|
|
|||