RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar kooperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar ta' liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi

6.4.2009 - (COM(2008)0817 – C6‑0469/2008 – 2008/0237(COD)) - ***I

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Gabriele Albertini

Proċedura : 2008/0237(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0250/2009

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar kooperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar ta' liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi

(COM(2008)0817 – C6‑0469/2008 – 2008/0237(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0817),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0469/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport (A6-0250/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 2 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li jeżentaw it-trasport urban, suburban u reġjonali minn dan ir-Regolament jekk dawn jiżguraw li jkun hemm livell komparabbli tad-drittitjiet tal-passiġġieri permezz ta' miżuri regolatorji alternattivi. Dawn il-miżuri għandhom iqisu l-karti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tan-netwerks pubbliċi u multimodali tat-trasport, li jkopru l-kwistjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-possibilità li tistabbilixxi ġabra ta' drittijiet komuni tal-passiġġieri fir-rigward tat-trasport urban, suburban u reġjonali, li tkopri l-modi kollha tat-trasport u għandha tressaq rapport lill-Parlament, akkumpanjat, jekk meħtieġ, bi proposta leġiżlattiva.

Ġustifikazzjoni

Il-karti tal-passiġġieri dwar it-trasport lokali jiġbru fihom il-modi differenti kollha tat-trasport f'netwerks pubbliċi u multimodali tat-traspsort. Is-servizzi tax-xarabank urbani, suburbani u reġjonali ħafna drabi huma parti minn dan in-netwerk. Il-Kummissjoni Ewropea għandha titratta x-xarabank, is-servizz domestiku tal-ferrovija (l-hekk imsejjaħ "light rail": il-metro, it-tramm, eċċ) u modi oħra lokali ta' trasport b'mod ġenerali (biljett uniku għall-modi kollha, spazju komuni użat, eċċ).

Emenda  2

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 2 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b) L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' karti tad-drittijiet tal-passiġġier għas-servizzi tax-xarabank u/jew tal-kowċ urbani, suburbani u reġjonali li jistabbilixxu l-impenji tal-intrapriżi tax-xarabank u/jew tal-kowċ bil-għan li tiżdied il-kwalità tas-servizz u jintlaħqu aħjar il-ħtiġiet tal-passiġġieri tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkunu inkoraġġit l-iżvulupp ta' impenji volontarji u ta' karti tal-passiġġieri (dikjarazzjoni ta' intenzjoni) mill-intrapriżi tax-xarabank u tal-kowċ, waqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-servizzi urbani, suburbani u reġjonali fil-lokalitajiet li fihom joperaw.

Emenda  3

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 2 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2c) Il-miżuri tal-UE biex ittejbu id-drittijiet tal-passiġġieri fis-settur tat-trasport tax-xarabank u l-kowċ għandhom iqisu l-karatteristiċi speċifiċi ta' dan is-settur, li jikkonsisti l-aktar f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

Ġustifikazzjoni

Is-settur Ewropew tax-xarabank u tal-kowċ hu dominat minn intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. L-impenn personali u finanzjarju kbir involut hu sinifikanti u dawn l-intrapriżi qegħdin taħt pressjoni kostanti biex jipproduċu r-riżultati, minħabba li jinsab involut l-isem tajjeb tas-sid - wara kollox hu jew hi faċli jkunu identifikati u jridu jerfgħu responsabilità personali għal deċiżjonijiet ħżiena. Intrapriżi ta' daqs medju ġeneralment joperaw qrib tal-konsumatur finali. Jinsabu f'kuntatt regolari u dirett mal-klijenti tagħhom u għandhom rabtiet mill-qrib mal-komunitajiet lokali. Id-deċiżjonijiet jittieħdu mingħajr telf ta' żmien.

Emenda  4

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 4 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Il-passiġġieri li jsofru danni minħabba inċident kopert minn garanzija ta' assigurazzjoni għandhom, l-ewwel nett, iressqu t-talbiet tagħhom għad-danni lill-intrapriża tax-xarabank u/jew kowċ kif imsemmi f'dan ir-Regolament u jekk dik l-intrapriża tonqos milli tieħu azzjoni f'dan ir-rigward jistgħu imbagħad iressqu t-talba tagħhom lill-kumpanija tal-assikurazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa tfittex li tevita d-duplikazzjoni tat-talbiet għad-dannu, minħabba li t-talbiet jistgħu f'xi każi jintbagħtu kemm lill-intrapriża tat-trasport u kemm lill-kumpanija tal-assikurazzjoni fl-istess żmien.

Emenda  5

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 7 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Hemm il-ħtieġa li l-operaturi tax-xarabanks u tal-kowċis jipprovdu taħriġ speċifiku għall-istaff tagħhom, biex dawn ikunu jistgħu jassistu kif xieraq lill-persuni b'diżabilità u lill-persuni b'mobilità mnaqqsa. Dan it-taħriġ għandu jkun ipprovdut fil-kuntest tad-Direttiva 2003/59/KE dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiggieri. L-Istati Membri, safejn ikun possibbli, għandhom jappoġġjaw l-isforzi tax-xarabanks u tal-kowċis fit-twaqqif u l-eżekuzzjoni ta' programmi adegwati ta' taħriġ.

Ġustifikazzjoni

B'relazzjoni mat-taħriġ, huwa xieraq li tiġi inkluża referenza għad-Direttiva 2003/59/KE. Iktar minn hekk, huwa importanti li l-Istati Membri jassistu lill-industrija tax-xarabanks u tal-kowċis fit-twaqqif ta' programmi adegwati ta' taħriġ.

Emenda  6

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Meta jiddeċiedu dwar id-disinn ta’ terminals ġodda, u bħala parti minn tibdil jew tiġdid maġġuri tal-post, il-korpi għall-immaniġġjar għandhom, fejn possibbli, iqisu l-ħtiġijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa. Fi kwalunkwe każ, il-korpi għall-immnaiġġjar ta’ terminals għax-xarabanks u l-kowċis għandhom jistabbilixxu punti fejn persuni bħal dawn jistgħu jinnotifikaw il-wasla tagħhom u l-ħtieġa ta’ għajnuna.

(8) Meta jiddeċiedu dwar id-disinn ta’ terminals ġodda, u bħala parti minn tibdil jew tiġdid maġġuri tal-post, il-korpi għall-immaniġġjar għandhom, mingħajr eċċezzjoni, iqisu l-ħtiġijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa. Fi kwalunkwe każ, il-korpi għall-immnaiġġjar ta’ terminals għax-xarabanks u l-kowċis għandhom jistabbilixxu punti fejn persuni bħal dawn jistgħu jinnotifikaw il-wasla tagħhom u l-ħtieġa ta’ għajnuna.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikunu garantiti drittijiet indaqs u n-nuqqas ta' diskriminazzjoni ta' persuni b'diżabilitajiet, jeħtieġ li t-terminals kollha ġodda u l-arranġamenti importanti kollha jirrispettaw il-prinċipji ta' disinn għal kulħadd. Dan hu konformi mad-dispożizzjonijiet imniżżla fil-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, li l-Komunità Ewropea ffirmat.

Emenda  7

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 8 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) B'mod simili, l-intrapriżi tax-xarabank u/jew tal-kowċ għandhom jikkunsidraw dawn il-ħtiġijiet fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar id-disinn ta' vetturi ġodda jew tal-immodernizzar ta’ dawk eżistenti.

Emenda  8

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 8 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b) L-Istati Membri għandhom itejbu l-infrastruttura eżistenti meta dan ikun neċessarju, sabiex l-impriżi tax-xarabanks u l-kowċis ikunu jistgħu jiżguraw l-aċċess għall-persuni b'diżabilità u għall-persuni b'mobilità mnaqqsa, kif ukoll sabiex tingħata għajnuna adegwata.

Ġustifikazzjoni

Għad hemm nuqqas ta' infrastruttura adegwata għall-persuni b'diżabilità u għall-persuni b'mobilità mnaqqsa, kemm fit-terminals kif ukoll fil-waqfiet tul ir-rotot tas-servizz.

Emenda  9

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 8 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8c) Il-miżuri meħuda mill-UE biex itejbu l-mobilità mingħajr xkiel għandhom jinkoraġġixxu, bħala prijorità, l-aċċess mingħajr xkiel fil-vendi u fl-istejġis tax-xarabanks u tal-kowċis.

Ġustifikazzjoni

Il-proġett tal-Unjoni Ewropea COST 349 identifika nuqqas ta' faċilitajiet għall-persuni b'diżabilità fil-vendi tax-xarabanks u tal-kowċis kif ukoll fiz-zoni tal-mistrieħ u fl-istejġis. Sakemm ikunu provduti b'mod ġenerali faċilitajiet mingħajr xkiel għall-persuni b'diżabilità, ikun inutli nitkellmu dwar aċċess mingħajr xkiel għax-xarabanks.

Emenda  10

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 8 d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8d) Skont il-konklużjonijiet tal-proġett COST 349, il-Kummissjoni għandha tipproponi azzjoni għall-infrastruttura aċċessibbli, interoperabbli madwar l-UE, fil-vendi u fl-istejġis tax-xarabanks u tal-kowċis.

Emenda  11

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 - punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) nuqqas ta’ diskriminazzjoni u għajnuna obbligatorja għal persuni b’diżabbiltà u persuni b’mobbiltà mnaqqsa li jivvjaġġaw b’xarabank jew b’kowċ;

(3) l-aċċess mingħajr ostakoli, in-non-diskriminazzjoni u l-għajnuna obbligatorja għal persuni b’diżabbiltà u persuni b’mobbiltà mnaqqsa li jivvjaġġaw b’xarabank jew b’kowċ;

Emenda  12

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw trasport urban, suburban u reġjonali kopert minn kuntratti ta’ servizz pubbliku, jekk dawn il-kuntratti jiżguraw livell komparabbli ta’ drittijiet tal-passiġġieri għal dak meħtieġ f’dan ir-Regolament.

2. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw trasport urban, suburban u reġjonali mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jekk jiżguraw li l-għanijiet tiegħu jintlaħqu permezz ta' miżuri regolatorji alternattivi, billi jitqiesu l-karatteristiċi oġġettivi speċifiċi tat-trasport urban, suburban u reġjonali, filwaqt li jiġi provdut livell komparabbli ta’ drittijiet tal-passiġġieri għal dak meħtieġ f’dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

It-trasport urban, suburban u reġjonali huwa speċifiku ferm (m'hemmx riżervazzjonijiet minn qabel, l-eżistenza ta' kards ta' vvjaġġar ta' kuljum, ta' kull ġimgħa, ta' kull xahar, ħafna waqfiet, tipi differenti ta' bagalji). Għalhekk, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li jeżentawhom mir-rekwiżiti speċifiċi ta' dan ir-Regolament jekk jieħdu miżuri alternattivi li jipprovdu livell simili ta' rispett tad-drittijiet tal-passiġġieri.

Emenda  13

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) ‘kuntratt tat-trasport’ tfisser kuntratt ta’ ġarr bejn intrapriżi tax-xarabakijiet u/jew kowċis jew bejjiegħ tal-biljetti u l-passiġġier għall-għoti ta’ servizz wieħed jew aktar ta’ trasport;

(4) ‘kuntratt tat-trasport’ tfisser kuntratt ta’ ġarr bejn intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis u l-passiġġier għall-għoti ta’ servizz wieħed jew aktar ta’ trasport, irrispettivament minn jekk il-biljett ikunx inxtara mill-vettura tal-ġarr, minn operatur tat-turs jew minn bejjiegħ tal-biljetti;

Ġustifikazzjoni

Il-bejjiegħa tal-biljetti u dawk bl-imnut ma jikkonkludux kuntratti ta' ġarr, u lanqas ma jbigħuhom f'isimhom. Huma sempliċement jirranġaw sabiex isir kuntratt ta' ġarr bejn il-konsumatur u l-organizzatur/impriża tat-trasport.

Emenda  14

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 3 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) ‘bejjiegħ tal-biljetti’ tfisser kull bejjiegħ bl-imnut ta’ servizzi ta’ ġarr b’xarabank u b’kowċ li jikkonkludi kuntratti tat-trasport u jbigħ biljetti f’isem l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jew f’ismu stess;

(6) ‘bejjiegħ tal-biljetti’ tfisser kull bejgħ intermedjarju ta' servizzi ta' ġarr b’xarabank jew b’kowċ f’isem l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jew operatur tat-turs, inklużi dawk li jkunu parti minn pakkett;

Ġustifikazzjoni

Il-bejjiegħa tal-biljetti u dawk bl-imnut ma jikkonkludux kuntratti ta' ġarr, u lanqas ma jbigħuhom f'isimhom. Huma sempliċement jirranġaw sabiex isir kuntratt ta' ġarr bejn il-konsumatur u l-organizzatur/impriża tat-trasport.

Emenda  15

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 3 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) ‘operatur ta’ tur’ tfisser organizzatur jew bejjiegħ bl-imnut fit-tifsira tal-Artikolu 2 (2) u (3) tad-Direttiva 90/314/KEE;

(7) ‘operatur ta’ tur’ tfisser organizzatur fit-tifsira tal-Artikolu 2 (2) tad-Direttiva 90/314/KEE;

Ġustifikazzjoni

L-organizzaturi u l-bejjiegħa bl-imnut huma żewġ entitajiet separati. L-operaturi tat-turs huma msejħa l-organizzaturi, li jbiegħu pakketti f'isimhom lill-klijenti, kemm direttament jew inkella permezz ta' bejjiegħ bl-imnut. Mill-banda l-oħra, bejjiegħ bl-imnut huwa intermedjarju, jiġifieri huwa sempliċement jirranġa biex isir kuntratt, li jiġi konkluż bejn l-organizzatur u l-klijent, iżda mhuwiex parti kkonċernata f'dak il-kuntratt.

Emenda  16

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 3 - punt 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) ‘kanċellazzjoni’ tfisser in-nuqqas ta’ operazzjoni ta’ servizz li kien skedat preċedentament u li għalih tkun saret għallinqas riservazzjoni waħda;

(11) ‘kanċellazzjoni’ tfisser in-nuqqas ta’ twettiq ta’ servizz speċifiku li kien skedat preċedentament u li għalih tkun effettivament saret għallinqas riservazzjoni waħda;

Ġustifikazzjoni

Il-kjarifika tad-definizzjoni hi meħtieġa sabiex tevita l-abbuż tar-regola mill-passiġġieri li jkollhom biljetti ta' kuljum, ta' kull xahar u annwali.

Emenda  17

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 3 – punt 12 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) 'formati aċċessibbli' tfisser li passiġġier jista' jkollu aċċess għall-istess informazzjoni meta juża, pereżempju, format ta' kitba, Braille, awdjo, vidjow u/jew format elettroniku.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li tkun iċċarata d-definizzjoni ta' 'formati aċċessibbli', minħabba li din it-terminoloġija se tintuża fit-test kollu.

Emenda  18

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Skont dan il-Kapitolu, intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom jinżammu responsabbli għat-telf jew ħsara li jirriżultaw mill-mewt ta’, korriment personali jew ħsara fiżika għall-passiġġieri ikkawżati minn aċċident li jirriżulta mill-operazzjoni tas-servizzi tat-trasport b’xarabank u b’kowċ u li jseħħu waqt li l-passiġġer ikun qiegħed fi, ikun dieħel jew ħiereġ mill-vettura.

1. Skont dan il-Kapitolu, intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom jinżammu responsabbli għat-telf jew ħsara li jirriżultaw mill-mewt ta’ passiġġieri jew mill-korriment personali ta’ passiġġieri ikkawżati minn inċidenti li jirriżulta mill-operazzjoni tas-servizzi tat-trasport b’xarabank u b’kowċ u li jseħħu waqt li l-passiġġer ikun qiegħed fil-vettura, jew ikun dieħel jew ħiereġ minnha.

Emenda  19

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-responsabbiltà tal-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għal ħsarat m’għandhiex tkun soġġetta għal xi limitu finanzjarju, kemm jekk ikun iddefinit b’liġi, b’konvenzjoni jew b’kuntratt.

2. Ir-responsabbiltà għad-dannu tal-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għal ħsarat m’għandhiex tkun soġġetta għal xi limitu finanzjarju, kemm jekk ikun iddefinit b’liġi, b’konvenzjoni jew b’kuntratt.

Ġustifikazzjoni

L-iskop tal- emendi hu li jkunu evitati nuqqas ta' ftehim u biex ikun iċċarat li mhux responsabilità stretta ('force majeure') imma responsabilità li mhix kuntrattwali għandha tkun illimitata.

Emenda  20

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għal kwalunkwe ħsara li ma taqbiżx l-ammont ta’ EUR 220 000, intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis m’għandhiex teskludi jew tillimita r-responsabbiltà tagħha billi tagħti prova li hija tat l-attenzjoni dovuta skont il-paragrafu 4a

3. Bla ħsara għall-iskemi nazzjonali tar-responsabilità li jkunu aktar favorevoli għall-passiġġieri, għal kwalunkwe ħsara li ma taqbiżx l-ammont ta’ EUR 220 000, intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis m’għandhiex teskludi jew tillimita r-responsabbiltà tagħha billi tagħti prova li hija tat l-attenzjoni dovuta skont il-paragrafu 4a u bi qbil mal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2005/14/KE dwar l-assikurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta' l-użu ta’ vetturi bil-mutur.

Ġustifikazzjoni

Huwa neċessarju li jiġi introdott limitu ġenerali għal obbligazzjoni stretta għal kull inċident, li huwa stabbilit għal EUR 5 miljun skont id-Direttiva 2005/14/KE.

Ir-Regolament m'għandux jagħmel il-kundizzjonijiet għall-passiġġieri fl-ebda Stat Membru agħar.

Emenda  21

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 6 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jekk l-aċċident ikun ġie ikkawżat minn ċirkostanzi mhux relatati mal-operat tas-servizzi tat-trasport b’xarabank u b’kowċ u li, intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis ma setgħetx tevita minkejja li tkun tat l-attenzjoni meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, u l-konsegwenzi tiegħu ma setgħux jiġu evitati;

(a) jekk l-inċident ikun ġie ikkawżat minn ċirkostanzi mhux relatati mal-operat tas-servizzi tat-trasport b’xarabank u b’kowċ jew li l-intrapriża tal-ġarr ma setgħetx tevita minkejja li tkun tat l-attenzjoni meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, jew li l-konsegwenzi tiegħu ma setgħux jiġu evitati;

Ġustifikazzjoni

Il-kliem attwali joħloq ostaklu li bilkemm jista’ jingħeleb.

L-intrapriza tax-xarabank jew tal-kowċ ma tistax tinżamm responsabbli f'kull każ għaċ-ċirkustanzi li jaqgħu barra l-qasam ta' responsabilità jew ta' kontroll tagħha. Għandha għalhekk issir dispożizzjoni biex teżonera l-intrapriża mir-responsabilità jekk il-ħtija tkun ta' terza persuna.

Emenda  22

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fil-każ tal-mewt ta’, korriment personali ta’, jew ta’ kwalunkwe ħsara fiżika jew mentali oħra lil, passiġġieri, ikkawżati minn aċċident li jirriżulta mill-operat ta’ servizzi tat-trasport b’xarabank u b’kowċ, l-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis għandha mingħajr dewmien, u f’kull każ mhux aktar tard minn ħmistax-il jum wara l-istabbiliment tal-identità tal-persuna fiżika intitolata għal kumpens, tagħmel tali ħlasijiet bil-quddiem kif ikun meħtieġ biex tissodisfa l-ħtiġijiet ekonomiċi immedjati fuq bażi proporzjonali għall-ħsara mġarrba.

1. Fil-każ tal-mewt ta’ passiġġier, jew kwalunkwe korriment personali ta’ passiġġieri, ikkawżati minn inċident li jirriżulta mill-operat ta’ servizzi tat-trasport b’xarabank u b’kowċ, u fejn il-passiġġier ma jkun kopert minn ebda polza oħra ta'assigurazzjoni għall-ivvjaġġar, l-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis għandha mingħajr dewmien, u f’kull każ fi żmien ħmistax-il jum mill-istabbiliment tal-identità tal-persuna fiżika intitolata għal kumpens, tagħmel tali ħlasijiet bil-quddiem kif ikun meħtieġ biex tissodisfa l-ħtiġijiet ekonomiċi immedjati fuq bażi proporzjonali għall-ħsara mġarrba.

Ġustifikazzjoni

L-ewwel ħlasijiet fil-każ ta' inċidenti huma diġà koperti mill-poloz ta' assigurazzjoni tal-ivvjaġġar nazzjonali.

Ma jkunx ġust li l-intrapriża tat-trasport awtomatikament tkun obbligata li tieħu azzjoni ta' rimedju immedjatament qabel ma jkun stabbilit fejn hi r-responsabilità, sakemm ma jkunx hemm evidenza ċara ta' responsabilità diretta.

Emenda  23

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Ħlas bil-quddiem m’għandux jikkostitwixxi rikonoxximent ta’ responsabbiltà u jista’ jkun paċut bi kwalunkwe somma sussegwenti mħallsa abbażi ta’ dan ir-Regolament iżda m’għandux ikun ta’ tip li jintradd lura, ħlief f’każijiet fejn il-ħsara kienet ikkawżata minħabba negliġenza jew nuqqas tal-passiġġier jew fejn il-persuna li rċeviet il-ħlas bil-quddiem ma kinitx il-persuna intitolata għal kumpens.

3. Ħlas bil-quddiem m’għandux jikkostitwixxi rikonoxximent ta’ responsabbiltà u jista’ jkun paċut bi kwalunkwe somma sussegwenti mħallsa abbażi ta’ dan ir-Regolament iżda m’għandux ikun ta’ tip li jintradd lura, ħlief f’każijiet fejn il-ħsara kienet ikkawżata minħabba negliġenza jew nuqqas tal-passiġġier, fejn il-persuna li rċeviet il-ħlas bil-quddiem ma kinitx il-persuna intitolata għal kumpens, jew fejn il-ħsara effettivament mġarrba kienet anqas mill-ammont tal-ħlas minn quddiem.

Emenda  24

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Jekk l-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis tagħti prova li l-ħsara kienet ikkawżata jew li sar kontribut għaliha minn nuqqas jew minn negliġenza tal-passiġġier, l-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis għandha tkun eżonerata għal kollox jew parzjalment mir-responsabbiltà tagħha lejn min għamel it-talba sakemm nuqqas jew negliġenza tali tkun ikkawżat jew ikkontribwixxiet għall-ħsara.

3. L-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis m'għandhiex tinżamm responsabbli għal telf jew ħsara skont il-paragrafi 1 u 2:

 

(a) jekk it-telf jew il-ħsara jkunu ġew ikkawżati minn ċirkostanzi mhux relatati mat-twettiq tas-servizzi tat-trasport b’xarabank u b’kowċ u li l-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis ma setgħetx tevita, minkejja li tkun tat l-attenzjoni meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, u li l-konsegwenzi tiegħu hija ma setgħetx tevita;

 

(b) safejn dik il-ħsara tkun it-tort tal-passiġġier jew ikkawżata minħabba negliġenza min-naħa tal-passiġġier.

Ġustifikazzjoni

L-intrapriża tax-xarabank u/jew tal-kowċ ma tistax tinżamm responsabbli f'kull każ għal ċirkostanzi li jaqgħu barra l-qasam ta' responsabilità jew ta' kontroll tagħha. Għandha għalhekk issir dispożizzjoni biex teżonera l-intrapriża mir-responsabilità fuq raġunijiet ta' force majeure.

Emenda  25

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) sabiex jissodisfaw ħtiġijiet ta’ sigurtà applikabbli stabbiliti mil-liġi internazzjonali, Komunitarja jew nazzjonali jew sabiex jissodisfaw ħtiġijiet ta’ sigurtà stabbiliti mill-awtorità li ħarġet l-awtorizzazzjoni lill-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis ikkonċernata.

imħassar

Ġustifikazzjoni

M'hemmx leġiżlazzjoni eżistenti li tirrikjedi li operatur tax-xarabank jirrestrinġi l-ġarr ta' persuni b'diżabilità minħabba raġunijiet ta' sigurtà. Ikun għalhekk perikoluż li wieħed jiftaħ il-possibilità għal adozzjoni ta' leġiżlazzjoni bħal din, peress li dan jiftaħ it-triq għal diskriminazzjoni ġdida u jmur kontra l-iskop ta' dan ir-Regolament.

Emenda  26

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Fejn id-daqs tal-vettura jagħmel l-imbarkazzjoni jew il-ġarr tal-persuna b’diażbbiltà jew persuna b’mobbiltà mnaqqsa fiżikament impossibbli.

(b) fejn id-disinn tal-vettura jagħmel l-irkib jew il-ġarr tal-persuna b’diżabbiltà jew persuna b’mobbiltà mnaqqsa fiżikament jew effettivament impossibbli.

Ġustifikazzjoni

Bosta vendi tax-xarabanks u tal-kowċis u, fuq kollox, stejġis tax-xarabanks u tal-kowċis għadhom ma ġewx iddisinjati mill-ġdid biex ikunu adatti għall-passiġġieri b'diżabilità. Barra minn hekk, għall-kuntrarju tas-settur tal-ajru u tal-ferrovija, l-ekwipaġġ ta' xarabank u ta' kowċ normalment ikun magħmul minn sewwieq wieħed li, għal raġunijiet ovvji ta' sikurezza, ma jkunx f'pożizzjoni li jagħti għajnuna waqt il-vjaġġ. Min-naħa l-oħra, l-operaturi tax-xarabanks u tal-kowċis, li ħafna minnhom huma intrapriżi żgħar jew ta' daqs medju, sempliċiment ma jifilħux jimpjegaw it-tieni sewwieq jew persuna li tgħin fuq l-istess vettura.

Emenda  27

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 11 - paragrafu 1 - punt b a (ġdid) u subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) jekk il-vettura jew l-infrastruttura fil-post tat-tluq jew tal-wasla jew waqt ir-rotta ma jkunux mgħammra b'mod li jiggrantixxu t-trasport sikur ta' persuni b'diżabilità u persuni b'mobilità mnaqqsa.

Fil-każ ta’ ċaħda li tkun aċċettata riżervazzjoni għar-raġunijiet imsemmija taħt il-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu, il-ġarriera, il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tat-tours għandhom jagħmlu sforzi raġjonevoli biex jipproponu alternattiva aċċettabbli lill-persuna in kwistjoni

Fil-każ li riservazzjoni ma tkunx aċċettata għar-raġunijiet imsemmija taħt il-punti (b) jew (ba) tal-ewwel subparagrafu, l-impriżi tal-ġarr, il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tat-tours għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jipproponu alternattiva aċċettabbli lill-persuna kkonċernata.

Ġustifikazzjoni

Bosta vendi tax-xarabanks u tal-kowċis u, fuq kollox, stejġis tax-xarabanks u tal-kowċis għadhom ma ġewx iddisinjati mill-ġdid biex ikunu adatti għall-passiġġieri b'diżabilità. Barra minn hekk, għall-kuntrarju tas-settur tal-ajru u tal-ferrovija, l-ekwipaġġ ta' xarabank u ta' kowċ normalment ikun magħmul minn sewwieq wieħed li, għal raġunijiet ovvji ta' sikurezza, ma jkunx f'pożizzjoni li jagħti għajnuna waqt il-vjaġġ. Min-naħa l-oħra, l-operaturi tax-xarabanks u tal-kowċis, li ħafna minnhom huma intrapriżi żgħar jew ta' daqs medju, sempliċiment ma jifilħux jimpjegaw it-tieni sewwieq jew persuna li tgħin fuq l-istess vettura.

Emenda  28

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Persuna b’diżabbiltà jew persuna b’mobbiltà mnaqqsa li tkunx tħalliet titla’ abbord minħabba d-diżabbiltà jew il-mobbiltà mnaqqsa tagħha għandha tkun offruta d-dritt ta’ rimborż u servizzi tat-trasport alternattivi raġjonevoli għall-post tad-destinazzjoni f’qafas ta’ żmien komparabbli.

2. Persuna b’diżabbiltà jew persuna b’mobbiltà mnaqqsa li ma tkunx tħalliet tirkeb minħabba d-diżabbiltà jew il-mobbiltà mnaqqsa tagħha għandha tkun offruta d-dritt ta’ rimborż jew servizzi tat-trasport alternattivi raġonevoli għall-post tad-destinazzjoni fi żmien komparabbli.

Ġustifikazzjoni

Jidher li hemm żball fit-test tal-proposta tal-Kummissjoni. Id-dritt għar-rimborż m'għandux jingħata jekk tkun ġiet ipprovduta alternattiva għat-trasport. L-emenda tagħmel it-test konformi mal-proposta dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport marittimu.

Emenda  29

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Taħt l-istess kundizzjonijiet kif hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1(a), intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis, bejjiegħ tal-biljetti jew operatur ta’ tur jista’ jeħtieġ li persuni b’diżabbiltà jew persuni b’mobbiltà mnaqqsa jkunu akkumpanjati minn persuna oħra li tkun kapaċi tipprovdi l-għajnuna meħtieġa minn dik il-persuna, jekk dan ikun strettament meħtieġ.

3. Intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis, bejjiegħ tal-biljetti jew operatur ta’ tur jistgħu jeħtieġu li persuni b’diżabbiltà jew persuni b’mobbiltà mnaqqsa jkunu akkumpanjati minn persuna oħra li tkun kapaċi tipprovdi l-għajnuna meħtieġa minn dik il-persuna, jekk dan ikun strettament meħtieġ, jekk

 

(a) il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) jew (ba) japplikaw, jew

 

(b) l-ekwipaġġ tal-vettura kkonċernata jikkonsisti biss f'persuna waħda li ssuq il-vettura u li ma tkunx f'pożizzjoni li tipprovdi lil persuna b'diżabilità jew persuna b'mobilità mnaqqsa bl-għajnuna kif speċifikata fl-Anness I.

Ġustifikazzjoni

Għall-kuntrarju tas-settur tal-ajru u tal-ferrovija, l-ekwipaġġ ta' xarabank u ta' kowċ normalment ikun magħmul minn sewwieq wieħed li, għal raġunijiet ovvji, ma jkunx jista' jagħti għajnuna waqt il-vjaġġ. L-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju li jiddominaw is-settur Ewropej tax-xarabank u tal-kowċ ma għandhomx il-mezzi biex jimpjegaw it-tieni sewwieq jew xi persuna oħra biex tgħin.

Emenda  30

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Meta l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jew il-bejjiegħa tal-biljetti jew operaturi ta’ tours jeżerċitaw id-deroga prevista fil-paragrafu 1, huma għandhom jinformaw immedjatament lill-persuna b’diżabbiltà jew lill-persuna b’mobbiltà mnaqqsa bir-raġunijiet, jew fuq talba jinformawhom bil-miktub fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol biċ-ċaħda li jagħmlu riżervazzjoni.

4. Meta l-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis jew il-bejjiegħ tal-biljetti jew operaturi ta’ tours jeżerċitaw id-deroga prevista fil-paragrafu 1, huma għandhom jinformaw immedjatament lill-persuna b’diżabbiltà jew lill-persuna b’mobbiltà mnaqqsa bir-raġunijiet, jew fuq talba jinformawhom bil-miktub fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol bit-talba.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tagħmel it-test konformi mar-Regolament dwar id-drittijiet tal-persuni b'mobilità mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (Regolament 1107/2006/KE) u mal-proposta għal Regolament dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport marittimu.

Emenda  31

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-intrapriżi tax-xarabanks u l-kowċis għandhom jistabbilixxu, b’involviment attiv tar-rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u persuni b’mobbiltà mnaqqsa u korpi tal-infurzar li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 27, regoli dwar aċċess mhux diskriminatorju li japplikaw għat-trasport ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa, sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet applikabbli għas-sigurtà. Dawn ir-regoli għandhom jinkludu l-kundizzjonijiet kollha dwar l-aċċess tas-servizz b’xarabank u b’kowċ in kwistjoni, inkluż l-aċċessibbiltà għall-vetturi operati u l-faċilitajiet abbord tagħhom.

1. L-intrapriżi tax-xarabanks u l-kowċis għandhom jistabbilixxu, f’koperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet rappreżentattivi ta’ persuni b’diżabbiltà u persuni b’mobbiltà mnaqqsa u korpi tal-infurzar li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 27, regoli dwar aċċess mhux diskriminatorju li japplikaw għat-trasport ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa u ta’ persuni li jakkumpanjawhom, sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet applikabbli għas-sigurtà. Dawn ir-regoli għandhom jinkludu l-kundizzjonijiet kollha dwar l-aċċess tas-servizz b’xarabank u b’kowċ in kwistjoni, inkluż l-aċċessibbiltà għall-vetturi operati u l-faċilitajiet abbord tagħhom u t-tagħmir ta’ għajnuna li jkun installat.

Ġustifikazzjoni

Ir-regoli għandhom jiġu stabbiliti b'koperazzjoni mal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi.

Emenda  32

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-regoli previsti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu magħmulin disponibbli pubblikament mill-intrapriżi tax-xarabanks u/jew il-kowċis jew mill-bejjiegħa tal-biljetti tal-inqas meta ssir ir-riżervazzjoni, b’modi adatti, u bl-istess lingwi bħal dawk li fihom l-informazzjoni tkun magħmula ġeneralment disponibbli għall-passiġġieri kollha. Meta tkun ipprovduta din l-informazzjoni, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa.

2. Ir-regoli previsti fil-paragrafu 1 għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mill-intrapriżi tax-xarabanks u/jew il-kowċis jew mill-bejjiegħa tal-biljetti tal-inqas meta ssir ir-riżervazzjoni, f’format aċċessibbli, u bl-istess lingwi bħal dawk li fihom l-informazzjoni ġeneralment titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-passiġġieri kollha. Meta tkun ipprovduta din l-informazzjoni, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-informazzjoni tkun provduta f'formati aċċessibbli. Din it-terminoloġija għandha tintuża tul it-test.

Emenda  33

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fuq talba, l-intrapriżi tax-xarabanks u l-kowċis għandhom jagħmlu disponibbli l-liġi internazzjonali, Komunitarja jew nazzjonali li tistabbilixxi ħtiġijiet ta’ sigurtà, li fuqha huma bbażati r-regoli dwar aċċess mhux diskriminatorju.

3. Fuq talba, l-intrapriżi tax-xarabanks u l-kowċis għandhom minnufih jagħmlu disponibbli l-liġi internazzjonali, Komunitarja jew nazzjonali li tistabbilixxi ħtiġijiet ta’ sigurtà, li fuqha huma bbażati r-regoli dwar aċċess mhux diskriminatorju. Dawn għandhom jiġu provduti f'formati aċċessibbli.

Ġustifikazzjoni

Importanti li jiġi żgurat li dawn ir-regoli jkunu jistgħu jingħataw f'formati li jkunu aċċessibbli għall-passiġġieri b'diżabilità jew li jkollhom mobilità limitata; u li jkunu jistgħu jingħataw b'mod immedjat jekk jew meta dawn jintalbu.

Emenda  34

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 12 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis, il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tat-tours tagħhom għandhom jiżguraw li l-informazzjoni relevanti kollha rigward il-kundizzjonijiet tal-ġarr, l-informazzjoni dwar il-vjaġġ u l-informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tas-servizzi tkun magħmula disponibbli f’formati adatti u aċċessibbli għal persuni b’diżabbiltà u persuni b’mobbiltà mnaqqsa inkluż l-ibbukkjar onlajn u l-informazzjoni onlajn.

5. L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis, il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tat-tours tagħhom għandhom jiżguraw li l-informazzjoni relevanti kollha rigward il-kundizzjonijiet tal-ġarr, l-informazzjoni dwar il-vjaġġ u l-informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tas-servizzi, inklużi l-booking u t-tagħrif on-line, tkun disponibbli f’formati aċċessibbli għal persuni b’diżabbiltà u persuni b’mobbiltà mnaqqsa li testendi għal dawk il-persuni li mhumiex kapaċi jivvjaġġaw waħedhom mingħajr assistenza minħabba l-età kbira jew żgħira tagħhom u għall-persuni li jakkumpanjawhom.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza u l-koerenza, għandha tintuża l-istess terminologija għal formati li jkunu aċċessibbli fir-regolament kollu.

Emenda  35

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-korpi li jmexxu terminal u l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom jiżguraw għajnuna xierqa lil persuna b’diżabbiltà jew lil persuna b’mobbiltà mnaqqsa kif speċifikat fl-Anness I mingħajr ħlas qabel, waqt u wara l-vjaġġ.

1. Il-korpi li jmexxu venda u l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom jiżguraw għajnuna xierqa lil persuna b’diżabbiltà jew lil persuna b’mobbiltà mnaqqsa kif speċifikat fl-Anness I mingħajr ħlas qabel, wara, u jekk ikun possibbli, waqt il-vjaġġ. L-għajnuna għandha tiġi adattata għall-ħtiġijiet individwali tal-persuna li jkollha diżabilità jew mobilità limitata.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti għad-dinjità u l-indipendenza tal-passiġġieri li jirċievu dik l-assistenza biss skont il-ħtiġijiet partikulari tagħhom. Il-passiġġieri għandhom ikun dawk li jiddeċiedi liema assistenza għandhom bżonn.

Emenda  36

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mhux iktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinnominaw it-terminals tax-xarabanks u l-kowċis fejn għandha tingħata għajnuna għal persuni b’diżabbiltà u lil persuni b’mobbiltà mnaqqsa, b’konsiderazzjoni tal-ħtieġa li tkun żgurata aċċessibbiltà għas-servizzi f’bosta mil-lokazzjonijiet ġeografiċi. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

1. Mhux iktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinnominaw it-terminals tax-xarabanks u l-kowċis fejn għandha tingħata għajnuna għal persuni b’diżabbiltà u lil persuni b’mobbiltà mnaqqsa, b’konsiderazzjoni tal-ħtieġa li tkun żgurata aċċessibbiltà għas-servizzi f’bosta mil-lokazzjonijiet ġeografiċi. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli fuq l-Internet lista tal-vendi magħżula tax-xarabanks u tal-kowċis.

Ġustifikazzjoni

Informazzjoni ċentralizzata u aċċessibbli faċilment dwar it-terminals għall-operaturi hija prekondizzjoni neċessarja għal implimentazzjoni b'suċċess tar-regoli futuri.

Emenda  37

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 14 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Fejn ikun meħtieġ l-użu ta' kelb rikonoxxut biex jassisti, għandu jingħata permess jekk is-sewwieq tax-xarabank u/jew tal-kowċ jew min ibigħ il-biljetti jew l-operatur tal-ġita jkunu ġew mgħarrfa skont ir-regoli nazzjonali applikabbli li jkopru l-ġarr ta' klieb għall-assistenza.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tagħmel dan l-abbozz ta' rapport jaqbel aktar mal-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jkunu qed jivvjaġġaw bl-ajru.

Emenda  38

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-intrapriżi tax-xarabanks u l-kowċis għandhom jipprovdu tal-inqas l-għajnuna speċifikata fil-parti (b) tal-Anness I mingħajr ħlas lil persuni b’diżabbiltà u lil persuni b’mobbiltà mnaqqsa abbord il-kowċ jew xarabank u waqt it-tlugħ abbord u l-inżul mill-kowċ jew xarabank, previst li l-persuna kkonċernata tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 16.

L-intrapriżi tax-xarabanks u l-kowċis għandhom jipprovdu tal-inqas l-għajnuna speċifikata fil-parti (b) tal-Anness I mingħajr ħlas lil persuni b’diżabbiltà u lil persuni b’mobbiltà mnaqqsa u waqt it-tlugħ abbord u l-inżul mill-kowċ jew xarabank, previst li l-persuna kkonċernata tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 16.

Ġustifikazzjoni

Bil-kontra tat-trasport bil-ferrovija u bl-ajru, l-ekwipaġġ tax-xarabanks u tal-kowċijiet bosta drabi jkun magħmul minn sewwieq wieħed li ma jistax jipprovdi għajnuna abbord waqt li jkun qed isuq, mingħajr ma jipperikola s-sikurezza tal-passiġġieri. Għandu għalhekk ikun ċar li l-obbligu ta' għajnuna jirreferi għall-tlugħ abbord u għall-inżul, bi qbil mal-ispeċifikazzjonijiet li jinsabu fl-Anness Ib.

Emenda  39

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis, il-korpi li jmexxu terminal, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi ta’ tours għandhom jikkooperaw sabiex jipprovdu għajnuna lil persuni b’diżabbiltà u lil persuni b’mobbiltà mnaqqsa bil-kundizzjoni li l-ħtieġa tal-persuna għal għajnuna bħal din tkun innotifikata lill-intrapriża tax-xarabank u/jew tal-kowċ, lill-korp tat-tmexxija ta’ terminal, lil bejjiegħ tal-biljetti jew lil operatur ta’ tur tal-inqas 48 siegħa qabel ma tkun meħtieġa l-għajnuna.

1. L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis, il-korpi li jmexxu terminal, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi ta’ tours għandhom jikkooperaw sabiex jipprovdu għajnuna lil persuni b’diżabbiltà u lil persuni b’mobbiltà mnaqqsa bil-kundizzjoni li l-ħtieġa tal-persuna għal għajnuna bħal din tkun innotifikata lill-intrapriża tax-xarabank u/jew tal-kowċ, lill-korp tat-tmexxija ta’ terminal, lil bejjiegħ tal-biljetti jew lil operatur ta’ tur tal-inqas 24 siegħa qabel ma tkun meħtieġa l-għajnuna, sakemm il-persuna li tagħti l-għajnuna ma tipproponix perjodu ta’ notifika iqsar, jew sakemm ma jsirx qbil dwar perjodu iqsar bejn il-persuna li tagħti l-għajnuna u l-passiġġier.

Ġustifikazzjoni

Meta persuna tuża l-istess servizz b'mod regolari, jew pereżempju, tuża s-servizz tax-xarabank, ma jagħmilx senx li wieħed jistenna li dik il-persuna tinforma l-ħtiġijiet għall-assistenza tagħha kull darba. Għandu jkun permess xi tip ta' flessibilità fis-sistema tan-notifika. Ukoll, ma jagħmilx sens li wieħed jippretendi li s-sewwieqa jkollhom sistema ta' notifika jekk ma tkunx ta' valur reali għalihom.

Emenda  40

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi ta’ tours għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiffaċilitaw l-irċevuta ta’ notifiki tal-ħtieġa ta’ għajnuna magħmulin minn persuni b’diżabbiltà jew persuni b’mobbiltà mnaqqsa. Dan l-obbligu għandu japplika fil-punti kollha tal-bejgħ tagħhom inkluż il-bejgħ bit-telefon u permezz tal-Internet.

2. L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi ta’ tours għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiffaċilitaw l-irċevuta ta’ notifiki tal-ħtieġa ta’ għajnuna magħmulin minn persuni b’diżabbiltà jew persuni b’mobbiltà mnaqqsa. Il-passiġġier għandu jirċievi konferma li tgħid li l-ħtiġijiet ta' assistenza jkunu ġew notifikati. Dawn l-obbligi għandhom japplikaw fil-punti kollha tal-bejgħ tagħhom inkluż il-bejgħ bit-telefon u permezz tal-Internet.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-passiġġieri jkun jista' jkollhom prova li tassew ikunu avżaw dwar il-ħtiġijiet tagħhom għall-assistenza, fil-każ li jkun hemm nuqqas ta' komunikazzjoni bejn is-sewwieq tax-xarabank u/jew tal-kowċ/il-bejjiegħa tal-biljetti/l-operaturi tal-ġiti eċċ.

Emenda  41

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 16 – paragrafu 4 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– jekk ma huwa stipulat l-ebda ħin, mhux aktar tard minn 30 minuta qabel il-ħin tat-tluq ippubblikat.

jekk ma jkunx stipulat ħin, mhux aktar tard minn 30 minuta qabel il-ħin tat-tluq ippubblikat, sakemm il-persuna li tagħti l-għajnuna ma tipproponix ħin ieħor, jew sakemm ma jsirx qbil mod ieħor bejn il-persuna li tagħti l-għajnuna u l-passiġġier.

Ġustifikazzjoni

F'ċerti każijiet, meta tintuża xarabank pereżempju, taf tkun aktar konvenjenti għall-fornitur tal-assistenza kif ukoll għall-passiġġier b'diżabilità jew mobilità limitata, biex jiltaqgħu direttament flimkien, pereżempju meta x-xarabank tieqaf filpost tal-waqfa tagħha.

Emenda  42

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 16 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-punti li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 5 għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar u għandhom joffru informazzjoni bażika dwar it-terminal u l-għajnuna pprovduta, f’formati aċċessibbli.

6. Il-punti magħżula li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 5 għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar, aċċessibbli u jintgħarfu minn persuni b'diżabilità u minn persuni b'mobilità limitata u għandhom joffru l-informazzjoni meħtieġa dwar il-venda u l-għajnuna pprovduta, f’formati aċċessibbli.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi żgurat li dawn il-punti speċifiċi u l-informazzjoni li dawn jipprovdu jkunu jistgħu jintgħarfu minn persuni b'diżabilità u minn persuni b'mobilità limitata u jkunu aċċessibbli għalihom.

Emenda  43

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn l-għoti tal-għajnuna jkun ġie fdat lil terzi, u intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis jew bejjiegħ tal-biljetti jew operatur tat-tours jirċievi notifika tal-ħtieġa għal għajnuna tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħin tat-tluq ippubblikat għall-vjaġġ, dawn għandhom jittrasmettu l-informazzjoni relevanti lill-parti terza tal-inqas 36 siegħa qabel il-ħin tat-tluq ippubblikat għall-vjaġġ.

1. Fejn l-għoti tal-għajnuna jkun ġie fdat lil terzi, u intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis jew bejjiegħ tal-biljetti jew operatur tat-tours jirċievi notifika tal-ħtieġa għal għajnuna tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħin tat-tluq ippubblikat għall-vjaġġ, dawn għandhom jittrasmettu l-informazzjoni relevanti sabiex il-parti terza tirċievi l-informazzjoni tal-inqas 36 siegħa qabel il-ħin tat-tluq ippubblikat għall-vjaġġ.

Ġustifikazzjoni

L-operaturi tal-ġiti u l-bejjiegħa tal-biljetti normalment ma jkollhomx id-dettalji ta' kuntatt tal-parti terza u għalhekk it-trażmissjoni tal-informazzjoni tkun diffiċli. Għalhekk, din l-informazzjoni dejjem għandha tgħaddi mill-entità li jkollha d-dettalji ta' kuntatt tal-parti terza.

Emenda  44

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn l-għoti tal-għajnuna jkun ġie fdat lil terzi, u intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis jew bejjiegħ tal-biljetti jew operatur tat-tours ma jirċevix notifika għall-ħtieġa għal assistenza tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħin tat-tluq ippubblikat għall-vjaġġ, il-ġarriera jew il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tat-tours għandhom jittrasmettu l-informazzjoni lill-parti terza kemm jista’ jkun malajr

2. Fejn l-għoti tal-għajnuna jkun ġie fdat lil terzi, u intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis jew bejjiegħ tal-biljetti jew operatur tat-tours ma jirċevix notifika għall-ħtieġa għal assistenza tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħin tat-tluq ippubblikat għall-vjaġġ, l-impriżi tal-ġarr jew il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tat-tours għandhom jittrasmettu l-informazzjoni sabiex il-parti terza tirċievi n-notifika kemm jista’ jkun malajr.

Ġustifikazzjoni

L-operaturi tal-ġiti u l-bejjiegħa tal-biljetti normalment ma jkollhomx id-dettalji ta' kuntatt tal-parti terza u għalhekk it-trażmissjoni tal-informazzjoni tkun diffiċli. Għalhekk, din l-informazzjoni dejjem għandha tgħaddi mill-entità li jkollha d-dettalji ta' kuntatt tal-parti terza.

Emenda  45

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 18 – sentenza introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew il-kowċis għandhom:

L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew il-kowċis u l-korpi li jmexxu l-vendi għandhom:

Ġustifikazzjoni

L-obbligi ta' taħriġ proposti f'dan l-artikolu għandhom japplikaw ukoll għall-korpi ta' ġestjoni tat-terminals sabiex jiġi żgurat li l-persuni b'diżabilità u l-persuni b'mobilità limitata jkunu jistgħu jingħataw assistenza mill-aktar xierqa.

Emenda  46

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 19 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn meħtieġ għandu jsir kull sforz biex ikun pprovdut apparat ta’ sostituzzjoni minnufih.

Fejn ikun meħtieġ għandu jsir kull sforz sabiex b’ħeffa jkun provdut apparat ta’ sostituzzjoni b'karatteristiċi tekniċi u funzjonali simili għal dawk mitlufa jew bil-ħsara.

Emenda  47

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 19 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis m’għandhiex tkun responsabbli skont il-paragrafu 1:

 

(a) jekk it-telf jew il-ħsara jkunu ġew ikkawżati minn ċirkostanzi mhux relatati mat-twettiq tas-servizzi tat-trasport b’xarabank u b’kowċ u li l-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis ma setgħetx tevita, minkejja li tkun tat l-attenzjoni meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, u li l-konsegwenzi tiegħu hija ma setgħetx tevita;

 

(b) safejn dak it-telf jew id-dannu jkun tort tal-passiġġier jew ikkawżat minħabba negliġenza min-naħa tal-passiġġier.

Ġustifikazzjoni

L-intrapriza tax-xarabanks jew tal-kowċis ma tistax tinżamm responsabbli għaċ-ċirkustanzi li jaqgħu barra l-qasam ta' responsabilità tagħha jew ta' kontroll. B'analoġija mar-regoli ta' responsabilità rigward korriment personali, ir-rekwiżit li jitħallas kumpens għandu jitwarrab ukoll f'dan il-każ jekk it-telf jew id-dannu jkun ir-riżultat tal-force majeure. Bl-istess mod, jekk il-persuna li ssofri t-telf jew id-dannu hija responsabbli parzjalment, ir-rekwiżit li jitħallas kumpens għandu jitnaqqas skont il-każ.

Emenda  48

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. M’għandu jkun hemm l-ebda limitu għall-ammont ta’ kumpens pagabbli skont dan l-Artikolu.

2. L-ammont ta’ kumpens pagabbli skont dan l-Artikolu għandu jkun ekwivalenti għat-telf imġarrab.

Ġustifikazzjoni

Is-settur tax-xarabanks u tal-kowċis lest li jħallas għat-telf li effettivament ikun ġie mġarrab.

Emenda  49

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 20 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom ikunu responsabbli għal kanċellazzjonijiet u, fejn il-ħin skedat ta’ vjaġġ jaqbeż it-tliet sigħat, għal dewmien fit-tluq ta’ aktar minn sagħtejn. F’każijiet bħal dawn il-passiġġieri kkonċernati għandhom tal-anqas:

L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom ikunu responsabbli għal kanċellazzjonijiet, ibbukkjar żejjed u għal dewmien fit-tluq ta’ aktar minn sagħtejn. L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom ikunu responsabbli biss għal kanċellazzjonijiet u dewmien li jaqgħu f'ċirkustanzi fil-kontroll tagħhom. Din ir-responsabilità m'għandhiex tkopri dewmien li jkun kawża ta' konġestjoni tat-traffiku u minn kontrolli fil-fruntieri u/jew tal-vetturi. Fil-każijiet kollha meta l-intrapriżi jkunu responsabbli, il-passiġġieri kkonċernati għandhom tal-anqas:

Ġustifikazzjoni

Il-limitu ta' tliet sigħat għall-vjaġġi fid-dispożizzjonijiet ta' dewmien mhuwiex raġonevoli billi b'hekk għadd kbir ta' servizzi tax-xarabanks u tal-kowċis ikunu eżenti milli jbatu l-konsegwenzi tad-dewmien. Każijiet ta' ibbukkjar żejjed għandhom ikunu koperti wkoll biex id-drittijiet ta' responsabilità tal-passiġġieri jimxu id f'id ma' modi oħra ta' trasport.

Bil-maqlub tas-settur tat-trasport bl-ajru jew bil-ferrovija, il-kumpaniji tax-xarabanks u tal-kowċis m'għandhomx netwerk għalihom infushom u ma jingħatawx trattament preferenzjali meta jagħtu servizzi internazzjonali ta' trasport transkonfinali.

Emenda  50

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 20 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ikunu offruti servizzi alternattivi tat-trasport taħt kundizzjonijiet raġjonevoli jew, jekk dan ma jkunx prattiku, ikunu informati b’servizzi alternattivi tat-trasport ta’ operaturi oħra tat-trasport;

(a) ikunu offruti servizzi alternattivi tat-trasport mingħajr ħlas żejjed u taħt kundizzjonijiet raġjonevoli jew, jekk dan ma jkunx prattiku, ikunu informati b’servizzi alternattivi tat-trasport ta’ operaturi oħra tat-trasport;

Ġustifikazzjoni

Servizzi alternattivi fil-każ ta' kanċellazzjoni u dewmien twil għandhom jingħataw b'xejn.

Emenda  51

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 20 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ikollhom id-dritt għal kumpens li jammonta għal 100 % tal-prezz tal-biljett jekk l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jonqsu milli jipprovdu servizzi alternattivi jew l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-punt (a). Il-kumpens għandu jitħallas fi żmien xahar mis-sottomissjoni tat-talba għal kumpens.

(c) flimkien mar-rimborż imsemmi fil-punt (b), ikollhom id-dritt għal kumpens li jammonta għal 50% tal-prezz tal-biljett jekk l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jonqsu milli jipprovdu servizzi alternattivi jew l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-punt (a). Il-kumpens għandu jitħallas fi żmien xahar mis-sottomissjoni tat-talba għal kumpens.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi ċċarat li l-kumpens jitħallas flimkien mar-rimborż. Inkella d-dispożizzjoni tista' tinftiehem ħażin fis-sens li fil-każ ta' dewmien jew kanċellazzjoni, il-passiġġier ma jkun rimburżat xejn jekk l-impriża tax-xarabank tillimita ruħha li tipprovdi informazzjoni dwar servizzi ta' trasport alternattiv. Il-kumpens (apparti r-rimborż sħiħ) m'għandux ikun iktar minn 50% tal-prezz tal-biljett.

Emenda  52

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 20 – punt c a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) fejn jagħżlu li jaċċettaw is-servizzi alternattivi ta' trasport offruti, ikollhom id-dritt għal kumpens li jammonta għal 50% tal-prezz tal-biljett bla ma jitilfu d-dritt tagħhom għat-trasport. Il-prezz tal-biljett għandu jkun il-prezz sħiħ imħallas mill-passiġġier għad-dewmien f'dik il-parti tal-vjaġġ. Il-kumpens għandu jitħallas fi żmien xahar mis-sottomissjoni tat-talba għal kumpens.

Ġustifikazzjoni

Fil-każ li passiġġier jagħżel li jkompli l-vjaġġ tiegħu b'mezz alternattiv ta' trasport organizzat fl-iqsar żmien possibbli mill-intrapriża tax-xarabanks u/jew il-kowċis, hu għandu jkun intitolat għal kumpens f'kull każ.

Emenda  53

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 20 – punt c b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb) jiġu offruti ikel u xorb, skont il-ħin ta' stennija, jekk ikunu jistgħu jingħataw b'mod raġonevoli;

Ġustifikazzjoni

Assistenza addizzjonali (magħrufa bħala 'in kind assistance') għandha tingħata lill-passiġġieri fil-każ ta' dewmien twil, jekk ikun possibbli. Din l-assistenza tinkludi ikel, xorb u wkoll lukanda jew xi tip ta' akkomodazzjoni oħra fil-każ li l-istennija għat-tkomplija tal-vjaġġ tirrikjedi waqfa bil-lejl, kif previst fil-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri li tapplika għal modi oħra ta' trasport. Jekk vettura tiġrilha l-ħsara, il-passiġġieri jkunu intitolati li jinġarru għal post ta' stennija xieraq u/jew terminal, minn fejn ikunu jistghu jkomplu l-vjagg taghhom.

Emenda  54

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 20 – punt c d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cd) jiġu offruti lukanda jew akkomodazzjoni u trasport ieħor bejn il-venda u l-post ta' akkomodazzjoni fil-każ li tkun tinħtieġ waqfa bil-lejl qabel it-tkomplija tal-vjaġġ;

Ġustifikazzjoni

Assistenza addizzjonali (magħrufa bħala 'in kind assistance') għandha tingħata lill-passiġġieri fil-każ ta' dewmien twil, jekk ikun possibbli. Din l-assistenza tinkludi ikel, xorb u wkoll lukanda jew xi tip ta' akkomodazzjoni oħra fil-każ li l-istennija għat-tkomplija tal-vjaġġ tirrikjedi waqfa bil-lejl, kif previst fil-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri li tapplika għal modi oħra ta' trasport. Jekk vettura tiġrilha l-ħsara, il-passiġġieri jkunu intitolati li jinġarru għal post ta' stennija xieraq u/jew terminal, minn fejn ikunu jistghu jkomplu l-vjagg taghhom.

Emenda  55

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 20 – punt c e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ce) jekk ix-xarabank u/jew il-kowċ ikollhom il-ħsara, il-passiġġieri jiġu offruti trasport mill-post fejn tkun waqfet il-vettura għal post ta' stennija xieraq u/jew venda, minn fejn ikunu jistghu ikomplu l-vjagg taghhom.

Ġustifikazzjoni

Assistenza addizzjonali (magħrufa bħala 'in kind assistance') għandha tingħata lill-passiġġieri fil-każ ta' dewmien twil, jekk ikun possibbli. Din l-assistenza tinkludi ikel, xorb u wkoll lukanda jew xi tip ta' akkomodazzjoni oħra fil-każ li l-istennija għat-tkomplija tal-vjaġġ tirrikjedi waqfa bil-lejl, kif previst fil-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri li tapplika għal modi oħra ta' trasport. Jekk vettura tiġrilha l-ħsara, il-passiġġieri jkunu intitolati li jinġarru għal post ta' stennija xieraq u/jew terminal, minn fejn ikunu jistghu jkomplu l-vjagg taghhom.

Emenda  56

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 20 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. F'każijiet oħra barra dawk koperti mill-paragrafu 1, impriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom jidħlu responsabbli għal dewmien sal-wasla ta' aktar minn sagħtejn, meta d-dewmien jirriżulta minn

 

– negliġenza u tort tas-sewwieq jew

 

– ħsara teknika fil-vettura.

 

F’każijiet bħal dawn il-passiġġieri kkonċernati għandhom tal-anqas:

 

(a) ikollhom id-dritt għal kumpens ta' 50% tal-prezz tal-biljett; il-prezz tal-biljett għandu jkun il-prezz sħiħ imħallas mill-passiġġier għad-dewmien f'dik il-parti tal-vjaġġ. Il-kumpens għandu jitħallas fi żmien xahar mis-sottomissjoni tat-talba għal kumpens;

 

(b) jiġu offruti assistenza skont ir-referenza fil-punti (e), (f) u (g) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

B'dewmien għandu jinftiehem diskrepanza pożittiva ta' ħin meta titqabbel mal-ħin tal-wasla skont l-iskeda; xarabank li titlaq fil-ħin ukoll tista' tasal tard meta jitqabbel mal-iskeda għal raġunijiet li jkunu fil-kontroll tal-impriża tax-xarabanks u/jew kowċis. Jekk minn naħa waħda, impriża tax-xarabanks u/jew kowċis m'għandhiex tinżamm responsabbli għal dewmien ikkawżat mit-temp u/jew mill-kundizzjonijiet tat-traffiku ("force majeure"), min-naħa l-oħra wieħed ma jistax jeskludi r-responsabilità għal ħsara teknika fil-vettura u/jew in-nuqqas ta' kapaċità tas-sewwieq.

Emenda  57

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 20 – paragrafu 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis għandha tinħeles minn din ir-responsabilità jekk il-kanċellazzjoni jew id-dewmien jistgħu jiġu attribwiti għal xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:

 

(a) ċirkustanzi mhux relatati mat-twettiq tas-servizzi tat-trasport b’xarabank u b’kowċ u li l-intrapriża tax-xarabanks u/jew kowċis ma setgħetx tevita, minkejja li tkun tat l-attenzjoni meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, u l-konsegwenzi tiegħu hija ma setgħetx tevita;

 

(b) negliġenza tal-passiġġieri, jew

 

(c) azzjoni ta' terza persuna li impriża tax-xarabanks u/jew kowċis ma setgħetx tevita minkejja li tkun tat l-attenzjoni meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, u l-konsegwenzi tiegħu hija ma setgħetx tevita.

Ġustifikazzjoni

Eine Haftung des Omnibusunternehmens sollte dann nicht eintreten, wenn die Verspätung oder Annullierung durch außergewöhnliche Umstände verursacht wurde. Diese sind hier konkretisiert. Ansonsten diskriminiert die vorgeschlagene Regelung die Omnibusunternehmen gegenüber den Schiffs- und Bahnbeförderern sowie den Fluggesellschaften. Die Formulierung entspricht Art. 32 der einheitlichen Rechtsvorschriften für den Vertrag über internationale Eisenbahnbeförderung von Personen und Gepäck (CIV) zum Übereinkommen über den internationalen Eisenbahnverkehr (COTIF), auf den in Art. 15 der Verordnung über die Rechte und Pflichten der Fahrgäste im Eisenbahnverkehr verwiesen wird.

Emenda          58

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fil-każ ta’ dewmien, l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jew, fejn adatt, il-korpi li jmexxu t-terminals, għandhom jinformaw lill-passiġġieri bil-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla stmati hekk kif din l-informazzjoni tkun disponibbli, iżda mhux aktar tard minn 30 minuta wara t-tluq skedat jew siegħa qabel wasla skedata rispettivament.

1. Fil-każ ta’ dewmien, l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis jew, fejn adatt, il-korpi li jmexxu t-terminals, għandhom jinformaw lill-passiġġieri bil-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla stmati hekk kif din l-informazzjoni tkun disponibbli, iżda mhux aktar tard minn 30 minuta wara t-tluq skedat jew siegħa qabel wasla skedata rispettivament. Dan it-tagħrif għandu jingħata wkoll f'formati aċċessibbli għal persuni b'diżabilità u għal persuni b'mobilità limitata.

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li jkun żgurat li persuni b'diżabilità jingħataw l-istess tagħrif importanti bħal passiġġieri oħra.

Emenda          59

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Xejn f’dan ir-Regolament ma għandu jipprekludi lill-passiġġeri milli jfittxu għal danni fir-rigward ta’ telf li jirriżulta minn kanċellazzjoni jew dewmien ta’ servizzi tat-trasport quddiem il-qrati nazzjonali.

Dan ir-Regolament għandu japplika bla ħsara għad-drittijiet tal-passiġġieri għal aktar kumpens. Il-kumpens mogħti bis-saħħa ta' dan ir-Regolament jista' jitnaqqas minn dan il-kumpens addizzjonali.

Ġustifikazzjoni

It-test ta' dan l-artikolu mhux miktub kif jixraq. Dan għandu jikkonforma mad-dispożizzjoni korrispondenti tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 u għandu jinkorpora restrizzjoni li tistipula li l-kumpens mogħti bis-saħħa tar-Regolament li qed jiġi kkunsidrat hawn jista' jitnaqqas minn kull kumpens addizzjonali li jista' jingħata.

Emenda  60

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Intrapriżi tax-xarabanks u/jew l-kowċis għandhom jikkoperaw biex jadottaw arranġamenti fuq livell nazzjonali u Ewropew bl-involviment tal-partijiet interessati, assoċjazzjonijiet professjonali u assoċjazzjonijiet ta’ konsumaturi, passiġġieri u persuni b’diżabbiltà. Dawn il-miżuri għandhom ikunu mmirati biex itejbu l-attenzjoni mogħtija lill-passiġġieri, speċjalment fil-każ ta’ dewmien fit-tul u interruzzjoni jew kanċellazzjoni tal-ivvjaġġar.

L-intrapriżi tal-ġarr għandhom jikkoperaw biex jadottaw arranġamenti fuq livell nazzjonali u Ewropew bl-involviment tal-partijiet interessati, assoċjazzjonijiet professjonali u assoċjazzjonijiet ta’ konsumaturi, passiġġieri u persuni b’diżabbiltà. Dawn il-miżuri għandhom ikunu mmirati biex itejbu l-attenzjoni mogħtija lill-passiġġieri, speċjalment fil-każ ta’ dewmien fit-tul u interruzzjoni jew kanċellazzjoni tal-ivvjaġġar, u għandha tingħata prijorità lil dawk il-passiġġieri bi bżonnijiet speċjali minħabba diżabilità, mobilità limitata, mard, età kbira u tqala, u li għandha tiġi estiża għal tfal żgħar u l-passiġġieri li jakkumpanjawhom.

 

Fil-każ ta' dewmien twil u interruzzjoni jew kanċellazzjoni tal-vjaġġ, l-attenzjoni għandha ddur fuq l-għoti ta' assistenza medika lill-passiġġieri kif ukoll ikel u xorb skont il-ħtieġa, tagħrif aġġornat regolarment u, fejn jixraq, arranġamenti alternattivi għall-vjaġġ u akkomodazzjoni.

Emenda          61

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-korpi li jmexxu terminals u l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew il-kowċis għandhom jipprovdu lill-passiġġieri b’informazzjoni adegwata matul il-vjaġġ kollu tagħhom fil-format l-aktar adatt. Meta tkun ipprovduta din l-informazzjoni, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa.

Il-korpi li jmexxu terminals u l-intrapriżi tax-xarabanks u/jew il-kowċis għandhom jipprovdu lill-passiġġieri b’informazzjoni adegwata matul il-vjaġġ kollu tagħhom f’formati aċċessibbli.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza u l-koerenza, għandha tintuża l-istess terminologija għal formati li jkunu aċċessibbli fir-regolament kollu.

Emenda          62

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis u l-korpi li jmexxu terminal għandhom jiżguraw li l-passiġġieri jiġu pprovduti b’informazzjoni adatta u li tinftiehem rigward drittijiethom skont dan ir-Regolament tal-anqas mat-tluq u waqt il-vjaġġ. L-informazzjoni għandha tkun ipprovduta fil-format l-aktar adatt. Meta tkun ipprovduta din l-informazzjoni, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa. Din l-informazzjoni għandha tinkludi dettalji ta’ kuntatt tal-korp għall-infurzar maħtur mill-Istat Membru skont l-Artikolu 27(1).

L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis u l-korpi li jmexxu terminal għandhom jiżguraw li l-passiġġieri jiġu pprovduti b’informazzjoni adatta u li tinftiehem rigward drittijiethom skont dan ir-Regolament tal-anqas mat-tluq u waqt il-vjaġġ. L-informazzjoni għandha tingħata f'formati aċċessibbli. Din l-informazzjoni għandha tinkludi dettalji ta’ kuntatt tal-korp għall-infurzar maħtur mill-Istat Membru skont l-Artikolu 27(1).

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza u l-koerenza, għandha tintuża l-istess terminologija għal formati li jkunu aċċessibbli fir-regolament kollu.

Emenda          63

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu għall-ġestjoni tal-ilmenti għal drittijiet u obbligi koperti minn dan ir-Regolament.

1. L-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis għandhom, fejn korp bħal dan ma jeżistix diġà, jistabbilixxu mekkaniżmu għall-ġestjoni tal-ilmenti, aċċessibbli għall-passiġġieri kollha, fosthom passiġġieri b'diżabilità u passiġġieri b'mobilità limitata, għal drittijiet u obbligi koperti minn dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu żgurati opportunitajiet indaqs u n-nuqqas ta' diskriminazzjoni, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-passiġġieri kollha jkunu jistgħu jużaw id-dritt tagħhom li jressqu lment.

Emenda  64

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 26 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-impriżi tax-xarabanks u/jew tal-kowċis għandhom joħorġu rapport annwali li jkun fih in-numru u s-suġġetti tal-ilmenti rċevuti, l-għadd medju ta' jiem meħtieġa għal risposta u l-azzjonijiet korrettivi meħuda.

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżit li joħorġu rapport huwa mfassal sabiex il-ġestjoni tal-ilmenti min-naħa tal-impriżi tax-xarabanks u tal-kowċis tkun trasparenti u b'hekk jinħoloq inċentiv sabiex dawn jittrattaw l-ilmenti b'mod effiċjenti u effettiv. Il-kumpaniji ferrovjarji wkoll iridu joħorġu rapport bħal dan.

Emenda  65

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 27 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar korp jew korpi responsabbli għal-infurzar ta’ dan ir-Regolament. Kull korp għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li d-drittijiet tal-passiġġieri jiġu rispettati inkluża l-konformità mar-regoli dwar l-aċċessibbiltà li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 12. Kull korp għandu, fl-organizzazzjoni, deċiżjonijiet ta’ finanzjament, struttura legali u teħid ta’ deċiżjonijiet tiegħu, ikun indipendenti mill-intrapriżi tax-xarabanks u/jew kowċis.

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar korp jew korpi responsabbli għal-infurzar ta’ dan ir-Regolament. Kull korp għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li d-drittijiet tal-passiġġieri jiġu rispettati inkluża l-konformità mar-regoli dwar l-aċċessibbiltà li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 12. Kull korp għandu, fl-organizzazzjoni, deċiżjonijiet ta’ finanzjament, struttura legali u teħid ta’ deċiżjonijiet tiegħu, ikun indipendenti.

Ġustifikazzjoni

Korpi nazzjonali tal-infurzar għandhom ikunu kompletament indipendenti, jiġifieri mhux biss mill-intrapriżi tax-xarabanks u tal-kowċis.

Emenda  66

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 27 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Dawn il-korpi għandhom jikkoperaw ma' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-intrapriżi tax-xarabanks u tal-kowċis u lill-konsumaturi, inklużi organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw persuni b'diżabilità u persuni b'mobilità mnaqqsa.

Ġustifikazzjoni

Il-koperazzjoni ta' korpi nazzjonali tal-infurzar ma' dawn l-organizzazzjonijiet kieku tiffaċilita l-implimentazzjoni u l-infurzar ta' dan ir-Regolament.

Emenda          67

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) dejta aggregata dwar l-ilmenti,

(d) dejta aggregata dwar l-ilmenti, fosthom dwar il-konklużjonijiet u l-limiti ta' żmien biex tinstab soluzzjoni;

Emenda          68

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu implimentati. Il-penali previsti jrid ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni u għandhom jinformawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu implimentati. Il-penali previsti, li jistgħu jinkludu l-ordni għall-ħlas ta' kumpens lill-persuna kkonċernata, iridu jkunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni u għandhom jinformawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Ġustifikazzjoni

Il-kumpens lill-vittma hija waħda mill-għodod l-aktar effiċjenti sabiex tiġi żgurata konformità mar-regolament, u huwa mod ukoll biex iħeġġeġ lill-passiġġieri biex jilmentaw meta jkunu suġġetti għal diskriminazzjoni jew isofru ksur tad-drittijiet tagħhom.

Emenda  69

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 33 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għandu japplika b’effett minn [sena wara d-dħul fis-seħħ tiegħu].

2. Għandu japplika b’effett minn [sentejn wara d-dħul fis-seħħ tiegħu].

Ġustifikazzjoni

Il-flotta tax-xarabanks u l-kowċis teħtieġ ftit aktar żmien biex tadatta għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament (b'mod partikulari rigward ġarr ta' persuni b'diżabilità u persuni b'mobilità mnaqqsa).

Emenda  70

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness I - punt b – inċiż 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- jiċċaqilqu għal faċilitajiet sanitarji, jekk meħtieġ;

- jiċċaqilqu għal faċilitajiet sanitarji, jekk ikun possibbli;

Ġustifikazzjoni

Bil-kontra tat-trasport bil-ferrovija u bl-ajru, l-ekwipaġġ tax-xarabanks u tal-kowċijiet bosta drabi jkun magħmul minn sewwieq wieħed li ma jistax jipprovdi għajnuna abbord waqt li jkun qed isuq, mingħajr ma jipperikola s-sikurezza tal-passiġġieri.

Emenda  71

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness I - punt b – inċiż 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- ikollhom magħhom kelb rikonoxxut għall-għajnuna abbord ix-xarabank jew il-kowċ;

ikollhom magħhom, safejn ikun possibbli, kelb rikonoxxut għall-għajnuna abbord ix-xarabank jew il-kowċ;

Ġustifikazzjoni

Jistgħu jinqalgħu kwistjonijiet ta' sikurezza, u xi Stati Membri jistgħu jimponu restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-annimali (inklużi l-klieb ta' għajnuna) meta dawn jiġu biex jaqsmu l-fruntieri tagħhom.

Emenda          72

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness II – parti b – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- tekniki għall-akkompanjament ta’ passiġġieri għomja jew b’viżta mdgħajfa u għall-immaniġġjar u l-ġarr ta’ annimali għall-għajnuna rikonoxxuti;

- tekniki għall-akkompanjament ta’ passiġġieri għomja jew b’viżta mdgħajfa u għall-immaniġġjar u l-ġarr ta’ annimali għall-għajnuna rikonoxxuti, filwaqt li jitqies li l-klieb għall-għajnuna huma mħarrġa sabiex jobdu biss l-ordnijiet ta’ sidhom u m’għandhomx jiġu mmaniġġjati mill-istaff waqt xogħolhom;

Ġustifikazzjoni

Il-klieb ta' għajnuna għandhom jitħallew jakkompanjaw lil sidhom, u m'għandhomx jiġu ġestiti mill-istaff waqt li jkunu jaqdu dmirhom. Il-klieb ta' għajnuna jiġu mħarrġa biex jobdu b'mod esklużiv il-kmandi ta' sidhom.

NOTA SPJEGATTIVA

Sfond

Ir-Regolament (KEE) Nru 684/92 (kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 11/98) u r-Regolament (KE) Nru 12/98 ħolqu suq wieħed għall-ġarr internazzjonali ta' passiġġieri bix-xarabanks u l-kowċis. Din il-liberalizzazzjoni ġabet benefiċċji sinifikanti għall-Ewropej bħal għażla akbar ta' destinazzjonijiet u prezzijiet attraenti. Ikkontribwiet ukoll għat-tkabbir kostanti ta' dan is-settur min-nofs is-snin disgħin 'l hawn. Illum, il-Kummissjoni tistma li l-volum annwali tat-trasport internazzjonali bix-xarabanks u l-kowċis jammonta għal 72.8 miljun passiġġier.

Madankollu, flimkien mal-liberalizzazzjoni tas-servizzi tat-trasport u ż-żieda fl-ivvjaġġar mhux dejjem hemm miżuri adegwati għall-ħarsien tad-drittijiet tal-passiġġieri. Hekk kif in-numru ta' passiġġieri żdied, l-istess passiġġieri kellhom jiffaċċaw sitwazzjonijiet diffiċli, inklużi kanċellazzjonijiet, l-ibbukkjar ta' iktar nies milli hemm postijiet, telf ta' bagalji u dewmien. Il-passiġġieri tax-xarabanks u l-kowċis, b'mod partikolari, għadhom ma jgawdux mill-istess drittijiet tal-passiġġieri ta' tipi oħra tat-trasport, b'mod partikulari t-trasport bl-ajru.

Id-drittijiet tal-passiġġieri tal-kowċis għadhom mhumiex koperti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja, u għalhekk il-klijenti jkollhom jistrieħu fuq skemi nazzjonali ta' responsabilità. Madankollu, il-ħarsien ta' passiġġieri tax-xarabanks u tal-kowċis (pereżempju f'termini tar- responsabilità tal-operaturi, tal-kumpens fil-każ ta' dewmien u kanċellazzjonijiet, tal-obbligu li jipprovdu informazzjoni, tal-ġestjoni tal-ilmenti, tal-għajnuna lill-persuni b'diżabilità eċċ.) ivarja ħafna minn Stat Membru għal ieħor. Barra minn hekk, it-trasport permezz tax-xarabanks u l-kowċis ma joffrix kundizzjonijiet ugwali għal dawk ta' tipi oħra ta' trasport, notevolment dawk bl-ajru u bil-ferrovija, fejn il-passiġġieri diġà qed jibbenefikaw, jew se jibbenefikaw, minn livell għoli u ugwali ta' ħarsien definit fil-livell tal-UE.

Il-proposta tal-Kummissjoni

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, l-għan primarju tal-proposta huwa li jkunu stabbiliti d-drittijiet ta' passiġġieri tax-xarabanks u l-kowċis sabiex tittejjeb il-kapaċità tas-settur li jattira l-passiġġieri u sabiex ikun hemm kundizzjonijiet indaqs bejn trasportaturi minn Stati Membri differenti u bejn il-modi differenti ta' trasport. Fil-qosor, il-proposta tipprevedi dan li ġej:

- Responsabilità għall-mewt u l-korriment: qed ikun propost li tkun stabbilita responsabilità mingħajr limitu għall-intrapriżi tax-xarabanks. Barra minn hekk, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-intrapriżi ma jistgħux jikkontestaw ħsarat sa ċertu ammont fil-każ ta’ inċident (strict liability). Il-passiġġieri huma intitolati wkoll li jirċievu ħlas bil-quddiem sabiex jiffaċċaw diffikultajiet ekonomiċi li huma jew il-familji tagħhom isofru bħala konsegwenza ta’ mewt jew korriment.

- Kumpens u għajnuna fil-każ ta' kanċellazzjonijiet jew dewmien: skont il-proposta, il-kumpaniji għandhom ikunu obbligati li jipprovdu lill-passiġġieri b'informazzjoni adegwata u servizzi alternattivi raġonevoli, jew inkella li jħallsu kumpens.

- Id-drittijiet tal-persuni b'mobilità mnaqqsa: il-proposta tipprojbixxi kwalunkwe diskriminazzjoni fuq bażi ta' diżabilità u mobilità mnaqqsa fir-rigward tal-ibbukkjar ta’ vjaġġ jew tat-tlugħ abbord ta’ vettura u tistipula regoli li jobbligaw lill-impriżi li jipprovdu għajnuna mingħajr ħlas. Barra minn hekk, huma meħtieġa li jipprovdu t-taħriġ rilevanti lill-istaff tagħhom.

- Ilmenti u riżarċiment: l-Istati Membri jkollhom jistabbilixxu korpi tal-infurzar responsabbli li jiżguraw l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Jekk passiġġier iqis li xi wieħed mid-drittijiet tiegħu ma kienx irrispettat huwa jista' jressaq ilment lill-kumpanija. Jekk ir-risposta ma tkunx sodisfaċenti, jista' jagħmel ilment lill-korp nazzjonali tal-infurzar.

Evalwazzjoni ġenerali

Ir-rapporteur tagħkom jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta u jappoġġa l-prinċipju li l-passiġġieri għandhom igawdu drittijiet ekwivalenti irrilevanti minn liema tip ta' trasport jużaw. Għaldaqstant, huwa importanti li jkun żgurat l-ogħla livell ta' konsistenza mal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar it-trasport bl-ajru u bil-ferrovija kif ukoll mal-proposta dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tat-trasport marittimu. Min-naħa l-oħra, hemm bżonn li jitqiesu l-karatteristiċi li jiddistingwu t-trasport bix-xarabanks u l-kowċis u biex ċerti rekwiżiti jkunu adattati skont dawn. L-emendi proposti jippruvaw jilħqu bilanċ bejn dawn l-għanijiet (li xi drabi jikkompetu kontra xulxin). Finalment, ir-rapporteur tagħkom iqis li ċerti dispożizzjonijiet tal-proposta hemm bżonn li jkunu ċċarati.

Fid-dawl taż-żmien ristrett għall-ewwel qari lejn tmiem il-perjodu leġiżlattiv, ir-rapporteur tagħkom se jkompli jeżamina l-proposta bir-reqqa u, jekk ikun hemm il-ħtieġa, se jipproponi emendi ulterjuri aktar tard.

Ir-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur

Fil-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, ir-rapporteur jissuġġerixxi, fost oħrajn, il-modifiki li ġejjin għall-proposta tal-Kummissjoni:

- It-trasport urban, suburban u reġjonali: numru ta' rekwiżiti inklużi fil-proposta ma jissodisfawx il-bżonnijiet speċifiċi u l-karatteristiċi tat-trasport urban, suburban u reġjonali peress li huma prinċipalment imfassla għal vjaġġi fuq distanzi twal u internazzjonali. Għalhekk, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità ta' eżenzjoni mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament bil-kundizzjoni li jieħdu miżuri regolatorji alternattivi li jiżguraw livell komparabbli ta' drittijiet tal-passiġġieri.

- Strict liability: ir-rapporteur tagħkom jemmen li l-ogħla limitu għandu jkun komparabbli ma' dawk ta' tipi oħra ta' trasport u għalhekk jaqbel, fil-prinċipju, mal-ammont propost ta' 220.000 EUR. Min-naħa l-oħra, jeħtieġ li din id-dispożizzjoni tkun f'konformità mal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2005/14/KE dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, li tqiegħed limitu ta' EUR 5 miljun għal strict liability għal kull inċident. B'dan il-mod, tista' tkun evitata r-responsabilità eċċessiva minħabba akkumulazzjoni ta' danni mġarrba minn ħafna passiġġieri.

- Id-drittijiet ta' persuni b'diżabilità u ta' persuni b'mobilità mnaqqsa: bil-kontra tas-sitwazzjoni fit-trasport bl-ajru, ma jidhirx li hu meħtieġ li ssir dispożizzjoni għall-possibilità li l-intrapriżi tax-xarabanks jirrifjutaw li jibbukkjaw vjaġġi għall-persuni b'diżabilità minħabba rekwiżiti ta' sikurezza. Għaldaqstant, qed ikun issuġġerit li jitħassar l-Artikolu 11, paragrafu 1, punt (a). Dispożizzjonijiet oħra fl-Artikolu 11 (il-paragrafi 1 punt (b), 2 u 4), jeħtieġ li jsiru konformi mat-test tal-proposta dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tat-trasport marittimu. Barra minn hekk, jidher xieraq li jkun żgurat li r-regoli dwar l-aċċessibilità jkunu stabbiliti f'koperazzjoni ma' organizzazzjonijiet rappreżentattivi ta' persuni b'diżabilità u persuni b'mobilità mnaqqsa. Sett ieħor ta' emendi proposti mir-rapporteur tagħkom iqis il-fatt li l-ekwipaġġ tal-kowċis f'ħafna każijiet jikkonsisti minn sewwieq wieħed biss, li mhux dejjem jista' jkun f'pożizzjoni li jipprovdi għajnuna matul il-vjaġġ, jiġifieri waqt is-sewqan.

- Rimborż u kumpens: qed isir suġġeriment li dan l-Artikolu jkun iċċarat. Fil-każ ta' kanċellazzjoni u dewmien twil, l-intrapriżi tax-xarabanks għandhom ikunu obbligati li jħallsu lura l-prezz tal-biljett sakemm il-klijent ma jaċċettax servizz ta' trasport alternattiv offrut b'xejn. Il-kumpens dovut f'każ li l-intrapriża tonqos milli tipprovdi jew servizzi alternattivi jew informazzjoni adegwata għandu jkun ta' 50% (mhux ta' 100%) tal-prezz tal-biljett, ladarba dan ikun pagabbli flimkien mar-rimborż tal-biljett.

- Informazzjoni għall-passiġġieri u ġestjoni tal-ilmenti: ir-rapporteur tagħkom jenfasizza li l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta f'formati aċċessibbli. Barra minn hekk, jissuġġerixxi l-introduzzjoni ta' rekwiżit biex l-intrapriżi tax-xarabanks u tal-kowċis jippubblikaw rapport annwali dwar il-ġestjoni tal-ilmenti min-naħa tagħhom. Dan joħloq inċentiv sabiex dawn jittrattaw l-ilmenti b'mod effiċjenti u effettiv.

- Dħul fis-seħħ: se tkun sfida għas-settur tax-xarabanks u tal-kowċis li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-regolament, b'mod partikulari sabiex jipprovdu l-għajnuna xierqa lill-persuni b'diżabilità u lill-persuni b'mobilità mnaqqsa u sabiex jiżguraw it-taħriġ meħtieġ tal-istaff. Għalhekk, ir-rapporteur tagħkom jipproponi li l-industrija tingħata sena addizzjonali sabiex tadatta qabel dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.

- Kjarifiki ulterjuri: dawn jikkonċernaw, fost affarijiet oħra, ċerti definizzjonijiet (kuntratt tat-trasport, bejjiegħ tal-biljetti u operatur ta’ tur) kif ukoll l-indipendenza ta' korpi tal-infurzar u l-koperazzjoni tagħhom kemm mal-intrapriżi tax-xarabanks u kemm mal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi.

PROĊEDURA

Titolu

Id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ

Referenzi

COM(2008)0817 – C6-0469/2008 – 2008/0237(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

4.12.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

15.12.2008

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

15.12.2008

JURI

15.12.2008

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

IMCO

27.2.2009

JURI

19.1.2009

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Gabriele Albertini

11.12.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

17.2.2009

30.3.2009

 

 

Data tal-adozzjoni

31.3.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Albertini, Inés Ayala Sender, Paolo Costa, Luis de Grandes Pascual, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Brigitte Fouré, Mathieu Grosch, Georg Jarzembowski, Stanisław Jałowiecki, Timothy Kirkhope, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Jörg Leichtfried, Eva Lichtenberger, Erik Meijer, Luís Queiró, Reinhard Rack, Ulrike Rodust, Gilles Savary, Brian Simpson, Renate Sommer, Dirk Sterckx, Ulrich Stockmann, Michel Teychenné, Yannick Vaugrenard, Armando Veneto, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Anne E. Jensen, Marie Panayotopoulos-Cassiotou

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Elisabeth Schroedter

Data tat-tressiq

6.4.2009