RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.
6.4.2009 - (COM(2008)0721 – C6‑0510/2008 – 2008/0216(CNS)) - *
Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Raül Romeva i Rueda
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.
(COM(2008)0721 – C6‑0510/2008 – 2008/0216(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
The European Parliament,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0721),
– wara li kkunsidra l-Artkolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill(C6-0510/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0253/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal regolament Recital 4 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
(4) Fil-preżent id-dispożizzjonijiet tal-kontroll huma mifruxa fuq numru vast ta’ testi legali sovraposti u kumplessi. Jeżistu nuqqasijiet fl-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta’ wħud mill-partijiet tas-sistema tal-kontroll, u dan jirriżulta f’miżuri insuffiċjenti u diverġenti bħala reazzjoni għall-infrazzjonijiet tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, biex b’hekk jiġi mhedded il-ħolqien ta’ parità ta’ kundizzjonijiet għas-sajjieda madwar il-Komunità. Għal din ir-raġuni r-reġim eżistenti u l-obbligazzjonijiet kollha fih għandhom jiġu konsolidati, razzjonalizzati u simplifikati, b’mod partikolari permezz tat-tnaqqis ta’ piżijiet doppji tar-regolazzjoni u l-amministrazzjoni. |
(4) Fil-preżent id-dispożizzjonijiet tal-kontroll huma mifruxa fuq numru vast ta’ testi legali sovraposti u kumplessi. Jeżistu nuqqasijiet fl-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta’ wħud mill-partijiet tas-sistema tal-kontroll, u l-Kummissjoni għadha ma pproponietx ir-regolamenti implimentattivi kollha meħtieġa għar-Regolament (KEE) Nru 2847/1993. Dan irriżulta f’miżuri insuffiċjenti u diverġenti bħala reazzjoni għall-infrazzjonijiet tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, biex b’hekk jiġi mhedded il-ħolqien ta’ parità ta’ kundizzjonijiet għas-sajjieda madwar il-Komunità. Għal din ir-raġuni r-reġim eżistenti u l-obbligazzjonijiet kollha fih għandhom jiġu konsolidati, razzjonalizzati u simplifikati, b’mod partikolari permezz tat-tnaqqis ta’ piżijiet doppji tar-regolazzjoni u l-amministrazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 14 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
|
(14a) Il-Politika Komuni tas-Sajd tkopri l-konservazzjoni, l-immaniġġjar u l-isfruttament tar-riżorsi ħajjin tal-ilma, sabiex it-tipi kollha ta’ attivitajiet li jisfruttaw dawn ir-riżorsi jitqiesu fuq bażi ekwa, kemm jekk ikunu kummerċjali kif ukoll jekk le. Ikun diskriminatorju jekk is-sajd kummerċjali jkun suġġett għal kontrolli u limiti stretti waqt li jiġi eżentat fil-biċċa l-kbira tiegħu s-sajd mhux kummerċjali. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 19 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
(19) L-attivitajiet u l-metodi tal-kontroll għandhom ikunu bbażati fuq il-ġestjoni tar-riskju bl-użu sistematiku u komprensiv tal-proċeduri tal-kontroverifiki. |
(19) L-attivitajiet u l-metodi tal-kontroll għandhom ikunu bbażati fuq il-ġestjoni tar-riskju bl-użu sistematiku u komprensiv tal-proċeduri tal-kontroverifiki mill-Istati Membri. Jeħtieġ ukoll li l-Istati Membri jaqsmu bejniethom tagħrif rilevanti. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 24 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
(24) Netwerk integrat ta’ sorveljanza marittima għandu jiġi stabbilit bejn is-sistemi ta’ sorveljanza, monitoraġġ, identifikazzjoni u rintraċċar imħaddma għall-finijiet tas-sigurtà u s-sikurezza marittima, il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, il-kontroll tas-sajd, il-kontroll tal-fruntieri, l-infurzar ġenerali tal-liġi, u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ. In-netwerk għandu jkollu l-kapaċità li jipprovdi informazzjoni kontinwament dwar l-attivitajiet fil-qasam marittimu sabiex isostni proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijeit f’waqthom. Dan imbagħad għandujippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi impenjati fl-attivitajiet ta’ sorveljanza biex jipprovdu servizzi aktar effikaċi u effiċjenti mil-lat finanzjarju. Għal dan il-għan, is-Sistemi Awtomatiċi ta’ Identifikazzjoni, is-Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti msemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta’ Diċembru 2003, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati – dwar is-sistemi ta' sorveljanza tal-vapuri bażata fuq satellita u s-Sistemi ta’ Rilevament ta’ Bastimenti miġbura fil-qafas ta’ dan ir-Regolament li għandha tiġi trażmessa u użata minn awtoritajiet pubbliċi oħra impenjati fl-attivitajiet ta’ sorveljanza msemmija hawn fuq. |
(24) Netwerk integrat ta’ sorveljanza marittima għandu jiġi stabbilit bejn is-sistemi ta’ sorveljanza, monitoraġġ, identifikazzjoni u rintraċċar imħaddma għall-finijiet tas-sigurtà u s-sikurezza marittima, il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, il-kontroll tas-sajd, il-kontroll tal-fruntieri, l-infurzar ġenerali tal-liġi, u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ, maħsuba għas-sitwazzjonijiet differenti tal-Istati Membri. In-netwerk għandu jkollu l-kapaċità li jipprovdi informazzjoni kontinwament dwar l-attivitajiet fil-qasam marittimu sabiex isostni proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijeit f’waqthom. Dan imbagħad għandujippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi impenjati fl-attivitajiet ta’ sorveljanza biex jipprovdu servizzi aktar effikaċi u effiċjenti mil-lat finanzjarju. Għal dan il-għan, is-Sistemi Awtomatiċi ta’ Identifikazzjoni, is-Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti msemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta’ Diċembru 2003, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati – dwar is-sistemi ta' sorveljanza tal-vapuri bażata fuq satellita u s-Sistemi ta’ Rilevament ta’ Bastimenti miġbura fil-qafas ta’ dan ir-Regolament li għandha tiġi trażmessa u użata minn awtoritajiet pubbliċi oħra impenjati fl-attivitajiet ta’ sorveljanza msemmija hawn fuq. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Biex jiġi żgurat li l-miżuri ta’ sorveljanza jkunu xierqa. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 29 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
(29) Għandhom jiġu konferiti setgħat lill-Kummissjoni biex tagħlaq is-sajd meta l-kwota ta’ Stat Membru jew it-TAC jiġu eżawriti. Il-Kummissjoni għandha jkollha wkoll is-setgħa li tnaqqas il-kwoti u tirrifjuta t-trasferiment ta’ kwoti jew l-iskambju ta’ kwoti sabiex tiżgura l-kisba tal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd mill-Istati Membri. |
(29) Għandhom jiġu konferiti setgħat lill-Kummissjoni biex tagħlaq is-sajd meta l-kwota ta’ Stat Membru jew it-TAC jiġu eżawriti. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Kull Stat Membru li jippermetti li flotta ripetutament taqbeż il-kwota tagħha, jew li jonqos milli jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, għandu jiġi ppenalizzat. Madankollu, il-mekkaniżmi biex isir dan m’għandhomx jinvolvu t-tnaqqis tal-kwoti u rifjut ta’ trasferimenti ta’ kwoti jew skambju ta’ kwoti, peress li dan ma jaffettwax l-Istat Membru li jkun qed jonqos milli jikkonforma, iżda jaffettwa l-flottot li jistgħu ma jkunu involuti xejn fil-ksur, u anke – fil-każ ta’ skambji tal-kwoti – Stati Membri oħra li ma jkollhom xejn x’jaqsmu mal-ksur inkwistjoni. Barra minn hekk, dawn il-miżuri jkunu jfissru li l-Kummissjoni tista’ b’mod unilaterali tibdel l-istabilità relattiva fost l-Istati Membri. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 34 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
(34) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni. Il-miżuri kollha adottati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament se jikkonformaw mal-prinċipju tal-proporzjonalità. |
(34) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tas-17 ta' Lulju 2006. Il-miżuri kollha adottati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament se jikkonformaw mal-prinċipju tal-proporzjonalità. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 39 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
(39) F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa neċessarju u xieraq, għall-kisba tal-għan bażiku li tiġi żgurata l-implimentazzjoni effikaċi tal-Politika Komuni tas-Sajd, li tiġi stabbilita sistema komprensiva u uniformi tal-kontroll. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 5 tat-Trattat. |
(39) F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa neċessarju u xieraq, għall-kisba tal-għan bażiku li tiġi żgurata l-implimentazzjoni effikaċi tal-Politika Komuni tas-Sajd, li tiġi stabbilita sistema komprensiva u uniformi tal-kontroll, filwaqt li jitqies il-fatt li s-sajd fuq skala żgħira u s-sajd artiġġjanali huwa differenti ħafna mis-sajd industrijali, ta' sussistenza u rikreattiv, u li sistema ta' regolamenti ta' kontroll għandha tirrifletti dawn id-differenzi b'mod xieraq. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 5 tat-Trattat. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 1 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema Komunitarja għall-kontroll, il-monitoraġġ, is-sorveljanza, l-ispezzjoni, u l-infurzar (minn hawn ‘il quddiem "is-sistema Komunitarja tal-kontroll") tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema Komunitarja għall-kontroll, bl-għan li tiġi garantita konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
L-għan ta’ dan ir-regolament huwa l-kontroll tal-applikazzjoni tas-PKS, mingħajr preġudizzju għall-obbligi sussidjarji tal-Istati Membri. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 4 – punt 1 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
(1) "Attività tas-sajd" tfisser tiftix għall-ħut, l-isparar, il-kalar, l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd, it-teħid tal-qabdiet abbord, it-trażbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment u t-tqegħid f’gaġeġ ta’ ħut u prodotti tas-sajd; |
(1) (1) "Attività tas-sajd" tfisser tiftix għall-ħut, l-isparar, il-kalar, l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd, it-teħid tal-qabdiet abbord, it-trażbord, iż-żamma abbord, il-ħatt l-art, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment u t-tqegħid f’gaġeġ u t-tismin ta’ ħut u ta’ prodotti tas-sajd; | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 4 – punt 6 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
|
(6a) "ksur serju" tfisser dawk l-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 42(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008; | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
It-terminu ‘ksur serju’ għandu jiġi definit skont ir-regolament tal-IUU sabiex tiġi evitata l-konfużjoni. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 4 – punt 7 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
|
(7a) "Is-sajd rikreattiv" tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw riżorsi ħajjin tal-ilma għar-rikreazzjoni jew għall-isport, fosthom, inter alia, is-sajd rikreattiv, is-sajd bħala sport, turnamenti tal-isport u forom oħra ta' sajd rikreattiv; | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 4 – punt 8 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
(8) "Awtorizzazzjoni tas-sajd" tfisser awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa għal bastiment tas-sajd tal-Komunità flimkien mal-liċenzja tas-sajd tiegħu, li tagħtih id-dritt imexxi attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Komunità in ġenerali u/jew attivitajiet tas-sajd speċifiċi matul perjodu speċifiku, f’żona speċifika jew għal sajd partikolari taħt kundizzjonijiet speċifiċi; |
(8) "Awtorizzazzjoni tas-sajd" tfisser awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa għal bastiment tas-sajd tal-Komunità flimkien mal-liċenzja tas-sajd tiegħu, li tagħtih id-dritt imexxi attivitajiet tas-sajd u/jew attivitajiet tas-sajd speċifiċi matul perjodu speċifiku, f’żona speċifika jew għal sajd partikolari taħt kundizzjonijiet speċifiċi; | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 4 – punt 17 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
(17) "Proċessar" tfisser il-proċess li bih ġiet ippreparata l-preżentazzjoni. Dan jinkludi t-tindif, l-iflettjar, it-tkessiħ, l-ippakkjar, it-tqegħid f’laned, l-iffriżar, l-affumikar, it-tmelliħ, it-tisjir, l-ippriservar, it-tnixxif jew il-preparazzjoni tal-ħut għas-suq bi kwalunkwe mod ieħor; |
(17) "Proċessar" tfisser il-proċess li bih ġiet ippreparata l-preżentazzjoni. Dan jinkludi l-iflettjar, l-ippakkjar, it-tqegħid f’laned, l-iffriżar, l-affumikar, it-tmelliħ, it-tisjir, l-ippriservar, it-tnixxif jew il-preparazzjoni tal-ħut għas-suq bi kwalunkwe mod ieħor; | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
L-inklużjoni tat-tindif u t-tkessiħ bħala parti mill-proċess ta’ proċessar hija eċċessiva u jista’ jkollha konsegwenzi fir-rigward tal-ekotikkettar tal-prodotti proċessati, pereżempju. It-tkessiħ sempliċement jiżgura li l-ħut ikun ikkonservat abbord u mbagħad jinbiegħ bħala prodott frisk u mhux wieħed iffriżat. It-tindif immedjat tal-ħut huwa prattikament indispensabbli għall-prevenzjoni tal-proliferazzjoni tal-parassiti li minħabba fihom il-ħut jista’ ma jibqax tajjeb għall-bejgħ. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
1. L-Istati Membri għandhom jikkontrollaw l-attivitajiet li jsiru minn kwalunkwe persuna naturali jew legali fl-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd fit-territorju tagħhom jew fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom, b’mod partikolari s-sajd, it-trażbord, it-trasferiment ta’ ħut għal ġol-gaġeġ jew l-installazzjonijiet tal-akkwakultura inkluż installazzjonijiet tat-tħaxxin, il-ħatt l-art, l-importazzjoni, it-trasport, il-kummerċjalizzazzjoni u l-ħażna tal-prodotti tas-sajd. |
1. L-Istati Membri għandhom jikkontrollaw l-attivitajiet li jsiru minn kwalunkwe persuna naturali jew legali fl-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd fit-territorju tagħhom jew fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom, b’mod partikolari s-sajd, l-attivitajiet tal-akkwakultura, it-trażbord, it-trasferiment ta’ ħut għal ġol-gaġeġ jew l-installazzjonijiet tal-akkwakultura inkluż installazzjonijiet tat-tħaxxin, il-ħatt l-art, l-importazzjoni, it-trasport, il-kummerċjalizzazzjoni u l-ħażna tal-prodotti tas-sajd. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
L-attivitajiet tal-akkwakultura jidħlu fl-ambitu ta’ dan ir-regolament propost. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
4. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kontroll, l-ispezzjoni, il-monitoraġġ, is-sorveljanza u l-infurzar isiru fuq bażi indiskriminatorja f’daq li għandu x’jaqsam mas-setturi, il-bastimenti jew il-persuni magħżula għall-ispezzjoni, u fuq il-bażi tal-ġestjoni tar-riskju. |
4. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kontroll, l-ispezzjoni, il-monitoraġġ, is-sorveljanza u l-infurzar isiru fuq bażi indiskriminatorja f’dak li għandu x’jaqsam ma’ setturi, il-bastimenti jew il-persuni, u fuq il-bażi tal-ġestjoni tar-riskju. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Huma l-Istati Membri responsabbli mit-twettiq tal-ispezzjonijiet, u huma mbagħad ikunu suġġetti għal kontroll u superviżjoni mill-Kummissjoni. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
3. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jissospendi temporanjament il-liċenzja ta’ sajd ta’ bastiment li jkun suġġett għall-immobilizzazzjoni temporanja deċiża minn dak l-Istat Membru u li kellu l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu sospiża skont l-Artikolu 45 (1(d) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008. |
3. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jissospendi temporanjament il-liċenzja ta’ sajd ta’ bastiment li jkun suġġett għall-immobilizzazzjoni temporanja deċiża minn dak l-Istat Membru u li kellu l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu sospiża skont l-Artikolu 45 (4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Żball fit-traskrizzjoni fil-proposta tal-Kummissjoni. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
4. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jirtira permanentament il-liċenzja tas-sajd ta’ bastiment li huwa suġġett għal miżura ta’ aġġustament tal-kapaċità msemmija fl-Artikolu 11 (3) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jew li kellhu l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu rtirata skont l-Artikolu 45 (1) (d) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008. |
4. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jirtira permanentament il-liċenzja tas-sajd ta’ bastiment li huwa suġġett għal miżura ta’ aġġustament tal-kapaċità msemmija fl-Artikolu 11 (3) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jew li kellhu l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu rtirata skont l-Artikolu 45 (4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Żball fit-traskrizzjoni fil-proposta tal-Kummissjoni. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt f | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
f) attivitajiet tas-sajd bl-użu ta’ rkaptu tal-qiegħ fiż-żoni li mhumiex ir-responsabbiltà tal-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd; |
f) attivitajiet tas-sajd bl-użu ta’ rkaptu tal-qiegħ f'ilmijiet internazzjonali li mhumiex ir-responsabbiltà tal-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd; għandha titfassal lista tal-irkaptu msemmi f’din id-dispożizzjoni; | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Għandha titfassal lista ta’ rkaptu bħal dan minħabba li jista’ jkollu impatt usa’ fuq l-ekosistema tal-baħar. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
2. Bastiment tas-sajd li jaqbeż l-10 metri fit-tul għandu jkollu installat abbord tagħmir li jaħdem tajjeb li jippermetti li l-pożizzjoni u l-identità ta’ dak il-bastiment jinstabu awtomatikament permezz tas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti bit-trażmissjoni tad-dejta dwar il-pożizzjoni f’intervalli regolari. Għandu jippermetti wkoll liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tal-Istat Membru tal-bandiera biex jieħu d-dettalji tal-bastiment tas-sajd. Dan il-paragrafu għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012 għall-bastimenti li huma aktar minn 10 metri sa mhux aktar minn 15-il metru fit-tul. |
2. Bastiment tas-sajd li jaqbeż l-10 metri fit-tul għandu jkollu installat abbord tagħmir li jaħdem tajjeb li jippermetti li l-pożizzjoni u l-identità ta’ dak il-bastiment jinstabu awtomatikament permezz tas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti bit-trażmissjoni tad-dejta dwar il-pożizzjoni f’intervalli regolari. Għandu jippermetti wkoll liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tal-Istat Membru tal-bandiera biex jieħu d-dettalji tal-bastiment tas-sajd. Dan il-paragrafu għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2013 għall-bastimenti li huma aktar minn 10 metri sa mhux aktar minn 15-il metru fit-tul. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
|
2a. L-għajnuna finanzjarja għall-installazzjoni tal-apparat tas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti għandha tkun eleġibbli għall-iffinanzjar skont l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (ES) Nru 861/2006. L-iffinanzjar konġunt mill-baġit Komunitarju għandu jkollu rata ta' 80%. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 6 – punt a | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
a) joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera, jew |
a) joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera, u | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Id-deroga għandha tkun limitata għall-bastimenti li jistadu fil-baħar territorjali mhux għal iktar minn 24 siegħa. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
2. Il-Kummissjoni tista’ teħtieġ li Stat Membru juża Sistema ta’ Rilevament tal-Bastimenti għal sajd partikolari u f’ħin partikolari. |
2. Il-Kummissjoni, wara li tipprovdi ġustifikazzjoni dokumentata billi tissottometti xhieda ta’nuqqas ta’ konformità ma’ miżuri ta’ kontroll jew ma’ rapporti xjentifiċi, tista’ teħtieġ li Stat Membru juża Sistema ta’ Rilevament tal-Bastimenti għal sajd partikolari u f’ħin partikolari. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Grad għoli ta’ diskrezzjoni għall-Kummissjoni. Kull deċiżjoni unilaterali mill-Kummissjoni għandha tkun ġustifikata b’mod xieraq. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
3. Il-marġini ta’ toleranza permess fl-istimi rreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord tal-kwantitajiet f’kilogrammi ta’ ħut miżmum abbord għandu jkun ta’ 5 %. |
3. Il-marġini ta’ toleranza permess fl-istimi rreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord tal-kwantitajiet f’kilogrammi ta’ ħut miżmum abbord għandu jkun ta’ 10%. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Marġini ta’ tolleranza ta’ 5% hija baxxa wisq ladarba, meta wieħed ikun qiegħed jiddikjara l-qabda, wieħed huwa mitlub li jqis it-2% tal-piż ħaj, biex b’hekk jifdal biss marġini de facto ta’ 3%. Pereżempju, għall-qabda ta’ 40 kg, jekk il-piż jinqabeż b'1.2 kg, dan jista’ jwassal għal penali. Hemm kważi oppożizzjoni unanima għat-tnaqqis drastiku fil-marġini ta’ tolleranza minn 20% għal 5%, kemm fl-industrija kif ukoll fil-maġġoranza tal-amministrazzjonijiet nazzjonali. Filwaqt li 20% jista’ jkun persentaġġ għoli wisq, wieħed għandu jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-limitu ta' 8% ġie stabbilit għal speċijiet soġġetti għall-pjan ta’ rkupru. Tnaqqis ta’ 5% li japplika għall-ispeċijiet kollha huwa eċċessiv. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
|
1a. L-għajnuna finanzjarja għall-installazzjoni tal-ġurnali elettroniċi ta' abbord għandha tkun eleġibbli għall-iffinanzjar skont l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (ES) Nru 861/2006. L-iffinanzjar konġunt mill-baġit Komunitarju għandu jkollu rata ta' 80%. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jeċċedu l-15-il metru fit-tul imma ta’ mhux aktar minn 24 metru tul totali mill-1 ta’ Jannar 2011, u għal bastimenti tas-Sajd Komunitarji li jaqbżu l-10 metri tul imma mhux aktar minn 15-il metru tutl totali mill-1 ta’ Jannar 2012. Il-bastimenti tal-Komunità li huma sa 15-il metru fit-tul jistgħu jiġu eżentati mill-paragrafu 1 jekk dawn: |
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jeċċedu l-15-il metru fit-tul imma ta’ mhux aktar minn 24 metru tul totali mill-1 ta’ Jannar 2011, u għal bastimenti tas-Sajd Komunitarji li jaqbżu l-10 metri tul imma mhux aktar minn 15-il metru tutl totali mill-1 ta’ Lulju 2013. Il-bastimenti tal-Komunità li huma sa 15-il metru fit-tul jistgħu jiġu eżentati mill-paragrafu 1 jekk dawn: | ||||||||||||||||||||||||
a) joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera, jew |
a) joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera, u | ||||||||||||||||||||||||
b) qatt ma jqattgħu aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar mill-ħin tat-tluq sar-ritorn fil-port. |
b) qatt ma jqattgħu aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar mill-ħin tat-tluq sar-ritorn fil-port. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – test introduttorju | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-pjanijiet multiannwali, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompenti tal-Istat Membru li l-port jew il-faċilitajiet tal-ħatt l-art tiegħu jixtiequ jużaw, tal-anqas 4 sigħat qabel il-ħin previst tal-wasla fil-port, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux taw permess għal dħul aktar bikri, dwar l-informazzjoni li ġejja: |
1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-pjanijiet multiannwali, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità jew ir-rappreżentanti tagħhom li jkollhom speċijiet abbord li jkunu suġġetti għall-qabda jew għal-limitu tal-isforz għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompenti tal-Istat Membru li l-port jew il-faċilitajiet tal-ħatt l-art tiegħu jixtiequ jużaw, tal-anqas 4 sigħat qabel il-ħin previst tal-wasla fil-port, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux taw permess għal dħul aktar bikri, dwar l-informazzjon li ġejja: | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt d | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
d) id-dati tal-vjaġġ tas-sajd u ż-żoni fejn ittieħdu l-qabdiet; |
d) id-dati tal-vjaġġ tas-sajd u ż-żoni fejn ittieħdu l-qabdiet; iż-żona għandha tkun definita bl-istess livell ta’ dettall skont l-Artikolu 14(1). | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Fil-proposta bħalissa hemm diversi modi dwar kif għandha tkun deskritta l-orġini ġeografika tal-ħut fid-dokumenti varji. Din u emendi oħra jfittxu li jistandardizzawha, sabiex l-applikazzjoni tkun aktar faċli. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt f | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
f) il-kwantitajiet ta’ kull speċi miżmuma abbord, inkluż sajdiet li fihom ma jinqabad xejn; |
f) il-kwantitajiet ta’ kull speċi miżmuma abbord; | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Dan il-paragrafu ma jinftehimx. L-ewwel nett, huwa impossibbli li ‘tinżamm abbord’ xi ħaġa li ma teżistix. It-tieni nett, x’inhuma mistennija li jagħmlu s-sajjieda jekk għandhom javżaw dwar dak li ma qabdux? Iżommu lista tal-ispeċijiet li ma jinstabux fl-Atlantiku, pereżempju, u jimmarkaw 'żero kilos' għall-ispeċijiet kollha li ma qabdux? Il-mod kif inhu mpoġġi l-kliem jikkawża wisq konfużjoni u jeħtieġ li jiġi kjarifikat sewwa qabel ma jkun jista’ jiġi aċċettat. Qiegħda tintalab wisq informazzjoni rigward ħut li ma nqabadx. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
4. Il-Kummissjoni, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 111, tista’ teżenta ċerti kategoriji ta’ bastimenti tas-sajd mill-obbligazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għal perjodu limitat, li jista’ jiġġedded, jew tipprovdi għal perjodu ta’ notifika ieħor wara li tikkunsidra, fost affarijiet oħrajn, it-tip ta’ prodotti tas-sajd, id-distanza bejn iż-żoni tas-sajd, il-postijiet tal-ħatt l-art u l-portijiet fejn huma reġistrati l-bastimenti konċernati. |
4. Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’ jistabbilixxi, għal ċerti kategoriji ta’ bastimenti tas-sajd, perjodu ta’ notifika ieħor għall-obbligazzjoni stipulata f’paragrafu 1 wara li jikkunsidra, fost affarijiet oħrajn, it-tip ta’ prodotti tas-sajd, id-distanza bejn iż-żoni tas-sajd, il-postijiet tal-ħatt l-art u l-portijiet fejn huma reġistrati l-bastimenti konċernati. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Il-kundizzjonijiet li jirregolaw in-notifika jistgħu jsiru iżjed flessibbli għal ċerti kategoriji ta' bastimenti tas-sajd u b'tali mod li jitqiesu d-distanzi bejn iż-żoni tas-sajd u l-postijiet tal-ħatt l-art, iżda l-ebda bastiment m’għandu jkun eżentat minn dawn l-obbligi. Ir-riskju li jirriżulta mill-eċċezzjonijiet, partikolarment fejn il-kriterji eżatti li jiġġustifikawhom ma jkunux magħrufa minn qabel, huwa li jistgħu jġibu fix-xejn ir-regoli, jikkomplikaw ix-xogħol tal-awtoritajiet ta’ kontroll u joħolqu nuqqas ta’ fiduċja fost l-operaturi, iktar u iktar jekk il-Kummissjoni nnifisha tiddeċiedi liema bastimenti għandhom jiġu eżentati mingħajr l-ebda kriterju stabbilit minn qabel għal tali eżenzjonijiet. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 4 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
|
4a. Għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li għandu port jew faċilitajiet ta’ ħatt, li kaptan ta’ bastiment ikun jixtieq juża wara li jkun għamel talba għal dan tal-anqas erba’ sigħat qabel ma l-vapur ikun mistenni jidħol fil-port, għandhom joħorġu l-permess fi żmien sagħtejn minn x'ħin jirċievu din it-talba. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Huwa raġonevoli li l-kaptan ta’ bastiment tas-sajd jirċievi l-permess li juża l-faċilitajiet tal- ħatt fi żmien raġonevoli. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
3. Id-dikjarazzjoni tat-trażbord għandha tindika l-kwantità tal-prodotti tas-sajd għal kull speċi li ġiet trażbordata, id-data u l-post ta’ kull qabda, l-ismijiet tal-bastimenti involuti u l-portijiet tat-trażbord u tad-destinazzjoni. Il-kaptani taż-żewġ bastimenti għandhom jinżammu responsabbli għall-akkuratezza tat-tali dikjarazzjonijiet. |
3. Id-dikjarazzjoni tat-trażbord għandha tindika l-kwantità tal-prodotti tas-sajd għal kull speċi li ġiet trażbordata, id-data u l-post ta’ kull qabda, l-ismijiet tal-bastimenti involuti u l-portijiet tat-trażbord u tad-destinazzjoni. Il-kaptani taż-żewġ bastimenti għandhom jinżammu responsabbli għall-akkuratezza tat-tali dikjarazzjonijiet. Iż-żona għandha tkun definita bl-istess livell ta’ dettall skont l-Artikolu 14(1). | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Fil-proposta bħalissa hemm diversi modi dwar kif għandha tkun deskritta l-orġini ġeografika tal-ħut fid-dokumenti varji. Din u emendi oħra jfittxu li jistandardizzawha, sabiex l-applikazzjoni tkun aktar faċli. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
4. Il-Kummissjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111, tista’ teżenta ċerti kategoriji ta’ bastimenti tas-sajd mill-obbligazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 għal perjodu limitat u li jista’ jiġġedded, jew tipprovdi perjodu ta’ notifika ieħor wara li tikkunsidra, fost affarijiet oħrajn, it-tip ta’ prodotti tas-sajd u d-distanza bejn iż-żoni tas-sajd, il-postijiet tal-ħatt l-art u l-portijiet fejn il-bastimenti konċernati huma reġistrati. |
imħassar | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Il-mod ta’ kif tqiegħed il-kliem kollu f’dan il-paragrafu huwa identiku għal dak fl-Artikolu 17(4) dwar obbligazzjonijiet fir-rigward ta’ notifiki għall-ħatt, anke jekk f’dan il-każ hemm referenza għal dikjarazzjonijiet ta’ trażbord. Jekk wieħed iżomm f’moħħu li t-trażbord mhuwiex l-iktar metodu b’saħħtu għat-traċċabilità tal-prodotti tas-sajd, m’għandu jkun hemm l-ebda eċċezzjoni f’dan ir-rigward. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
4. Meta jagħtu l-awtorizzazzjoni għall-ħatt l-art, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jassenjaw numru uniku tal-ħatt l-art (ULN) għall-ħatt l-art u jinformaw lill-kaptan tal-bastiment dwar dan. Jekk il-ħatt l-art jiġi interrot, għandu jkun meħtieġ permess biex il-ħatt jerġa jibda. |
imħassar | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Il-ULN ma jidher imkien iktar fil-proposta u għandu jiġi mħassar, b’inkorporazzjoni tal-informazzjoni fl-Artikolu 50 dwar it-traċċabilità, fejn kull lott jiġi assenjat numru. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li hemm fil-pjanijiet multiannwali, il-kaptan jew ir-rappreżentant ta’ bastiment tas-sajd tal-Komunità li jaqbeż 10 metri fit-tul għandu jittrażmetti b’mezzi elettroniċi d-dejta tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera fi żmien sagħtejn wara li jiġi kompletat il-ħatt l-art. |
2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li hemm fil-pjanijiet multiannwali, il-kaptan jew ir-rappreżentant ta’ bastiment tas-sajd tal-Komunità li jaqbeż 10 metri fit-tul għandu jittrażmetti b’mezzi elettroniċi d-dejta tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera fi żmien sitt sigħat wara li jiġi kompletat il-ħatt l-art. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Dan sar biex jinbidel il-limitu ta’ żmien, billi jtellgħu minn sagħtejn għal minimu ta’ 6 sigħat, peress li t-traffiku tal-bastimenti fiċ-ċentri tal-irkant, il-loġistiċi u l-arranġamenti għall-ħatt u s-sistema tal-bejgħ mhumiex kumpatibbli ma’ skadenza iqsar. Għandu jiġi indikat li l-iskadenza ta’ notifika attwalment hija ta’ 48 siegħa, li tagħmel din il-bidla radikali proposta f’din il-proposta aktar u aktar mhux aċċettabbli. Hija tispjega n-nuqqas ta’ familjarità tal-leġiżlatur mal-iskemi tax-xogħol b’rabta mal-ewwel bejgħ ta’ ħut frisk u ffriżat. Għalkemm din l-informazzjoni tiġi trażmessa b’mod elettroniku, wara l-ġbir tad-dejta stipulat f’Artikolu 14, sagħtejn huma ftit wisq. Wieħed għandu jżomm f’moħħu li minħabba li dawn il-bastimenti għandhom tul ta’ aktar minn 10 metri li jistgħu jittrasportaw qabda mdaqqsa u Artikolu 14 jitlob informazzjoni dettaljata ħafna. Perjodu qasir jista’ jfisser li għandhom isiru l-korrezzjonijiet ta’ wara, b’hekk jikkumplikaw u jirduppjaw proċeduri amministrattivi li huma diġà diffiċli ħafna. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
4. Il-paragrafu 2 għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jeċċedu l-15-il metru fit-tul imma ta’ mhux aktar minn 24 metru tul totali mill-1 ta’ Jannar 2011, u għal bastimenti tas-Sajd Komunitarji li jaqbżu l-10 metri tul imma mhux aktar minn 15-il metru tutl totali mill-1 ta’ Jannar 2012. Il-bastimenti tal-Komunità li ma jaqbżux il-15-il metru fit-tul jistgħu jiġu eżentati mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2 jekk: |
4. Il-paragrafu 2 għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jeċċedu l-15-il metru fit-tul imma ta’ mhux aktar minn 24 metru tul totali mill-1 ta’ Jannar 2011, u għal bastimenti tas-Sajd Komunitarji li jaqbżu l-10 metri tul imma mhux aktar minn 15-il metru tutl totali mill-1 ta’ Lulju 2013. Il-bastimenti tal-Komunità li ma jaqbżux il-15-il metru fit-tul jistgħu jiġu eżentati mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2 jekk: | ||||||||||||||||||||||||
a) joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera, jew |
a) joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera, u | ||||||||||||||||||||||||
b) qatt ma jqattgħu aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar mill-ħin tat-tluq sar-ritorn fil-port. |
b) qatt ma jqattgħu aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar mill-ħin tat-tluq sar-ritorn fil-port. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 5 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
5. Għall-bastiment li huma eżentati mir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 2, il-kaptan, jew ir-rappreżentant tiegħu, malli jħott il-qabdiet l-art, għandu jirreġistra u jissottometti kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn 24 siegħa wara lħatt l-art, dikjarazzjoni tal-ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun sar il-ħatt l-art. |
5. Għall-bastiment li huma eżentati mir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 2, il-kaptan, jew ir-rappreżentant tiegħu, malli jħott il-qabdiet l-art, għandu jirreġistra u jissottometti kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn 24 siegħa wara l-ħatt l-art, dikjarazzjoni tal-ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun sar il-ħatt l-art, li imbagħad għandu jgħaddiha mingħajr dewmien lill-Istat Membru tal-bandiera. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
L-istati Membru tal-bandiera jeħtieġ li jkun mgħarraf ukoll. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
1. Kull Stat Membru għandu jirreġistra d-dejta rilevanti kollha dwar l-opportunitajiet tas-sajd msemmija f’dan il-Kapitolu, espressi kemm f’termini ta’ qabdiet kif ukoll tal-isforz tas-sajd, u għandu jżomm il-kopja oriġinali tad-dejta għal perjodu ta’ tliet snin jew aktar skont ir-regoli nazzjonali. |
1. Kull Stat Membru għandu jirreġistra d-dejta rilevanti kollha dwar l-opportunitajiet tas-sajd msemmija f’dan il-Kapitolu, espressi kemm f’termini ta’ qabdiet, rimi kif ukoll tal-isforz tas-sajd, u għandu jżomm il-kopja oriġinali tad-dejta għal perjodu ta’ tliet snin jew aktar skont ir-regoli nazzjonali. Id-data f’format elettroniku għandha tinżamm għal talanqas għaxar snin. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Jeħtieġ li tinġabar u tiġi analizzata dejta dwar il-ħut maqbud skartat. Filwaqt li r-rekords oriġinali (bil-miktub) jistgħu jinqerdu wara tliet snin, id-dejta li tkun fihom għandha tinżamm għal aktar, għal skopijiet ta’ riċerka xjentifika, li spiss tiddependi fuq dejta storika. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
3. Il-qabdiet kollha ta’ stokk jew grupp ta’ stokkijiet suġġetti għal kwota li jsiru mill-bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandhom jiġu jinqatgħu mill-kwota applikabbli għall-Istat Membru tal-bandiera għall-istokk jew grupp ta’ stokkijiet konċernati, irrispettivament mill-post tal-ħatt l-art. |
3. Il-qabdiet kollha u r-rimi ta’ stokk jew grupp ta’ stokkijiet suġġetti għal kwota li jsiru mill-bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandhom jiġu jinqatgħu mill-kwota applikabbli għall-Istat Membru tal-bandiera għall-istokk jew grupp ta’ stokkijiet konċernati, irrispettivament mill-post tal-ħatt l-art. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
L-iskartar ta’ ħut maqbud għandu jinqata’ mill-kwota nazzjonali, biex ikun hemm inċentiv għal sajd aktar selettiv ħalli jiġi evitat li dawn jinqabdu. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
3. Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir pubblika mill-Istat Membru konċernat u għandha tiġi kkomunikata immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. Għandha tiġi ppublikata immedjatament fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje Ċ). Mid-data li d-deċiżjoni ssir pubblika mill-Istat Membru konċernat, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jsir l-ebda żamma abbord, ħatt l-art, tqegħid f’gaġeġ jew trażbord tal-ħut rilevanti mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru konċernat fl-ilmijiet tagħhom u fuq it-territorju tagħhom. |
3. 3. id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir pubblika mill-Istat Membru konċernat u għandha tiġi kkomunikata immedjatament lill-Kummissjoni li għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra. Għandha tiġi ppublikata immedjatament fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje Ċ). Mid-data li d-deċiżjoni ssir pubblika mill-Istat Membru konċernat, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw, bl-għajnuna tad-dokumentazzjoni korrispondenti, li ma jsir l-ebda żamma abbord, ħatt l-art, tqegħid f’gaġeġ jew trażbord tal-ħut rilevanti maqbud, mid-data tal-għeluq, mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru konċernat fl-ilmijiet tagħhom u fuq it-territorju tagħhom. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
3. Dawn it-tnaqqisiet u l-allokazzjonjiet konsegwenti għandhom isiru wara li jiġu kkunsidrati bħala prijorità l-ispeċijiet u ż-żoni li għalihom ġew iffissati l-opportunitajiet tas-sajd. Dawn jistgħu jsiru matul is-sena li fiha seħħ il-preġudizzju jew fis-sena jew is-snin ta’ wara. |
3. Dawn it-tnaqqisiet u l-allokazzjonjiet konsegwenti għandhom isiru wara li jiġu kkunsidrati bħala prijorità l-ispeċijiet u ż-żoni li għalihom ġew iffissati l-opportunitajiet tas-sajd. Dawn jistgħu jsiru matul is-sena li fiha seħħ il-preġudizzju fis-sena ta’ wara. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Fid-dawl tal-kriżi attwali fl-industrija tas-sajd, il-preġudizzju għandu jiġi rimedjat mill-aktar fis possibbli. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 28 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
|
L-Artikolu 28a Trasferiment ta’ kwoti mhux użati | ||||||||||||||||||||||||
|
1. Jekk il-kwoti kollha jew parti minnhom għal Stat Membru ma jiġux użati matul is-sena li fiha huma ġew mogħtija, dawn il-kwoti jistgħu jintużaw, dik l-istess sena, minn Stati Membri oħra. Il-Kummissjoni għandha l-ewwel nett tinforma l-Istati Membri kkonċernati, billi tistaqsihom biex jikkonfermaw li mhumiex ser jużaw dawn l-opportunitajiet tas-sajd. Wara konferma ta' dan it-tip, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-opportunitajiet kollha tas-sajd u tinforma l-Istati Membri tagħha, qabel ma tittieħed id-deċiżjoni dwar l-allokazzjoni mill-ġdid tagħhom, b’koperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati. | ||||||||||||||||||||||||
|
2. It-trażmissjoni ta’ applikazzjonijiet skont dan l-Artikolu ma għandha bl-ebda mod taffettwa l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd jew l-iskambju tagħhom bejn l-Istati Membri, skont Artikolu 20 ta’ Regolament (KE) Nru 2371/2002. | ||||||||||||||||||||||||
|
3. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, u b’mod partikulari dawk li jirreferu għall-kundizzjonijiet tal-użu jew trasferiment tal-kwoti, għandhom jiġu adotatti skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 33 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
Artikolu 33 |
| ||||||||||||||||||||||||
Trażbordi fil-port |
| ||||||||||||||||||||||||
Il-bastimenti tas-sajd tal-Komunità impenjati f’attivitajiet tas-sajd suġġetti għal pjan multiannwali m’għandhomx jittrasferixxu l-qabdiet tagħhom abbord kwalunkwe bastiment jew vettura oħra mingħajr ma l-ewwel iħottu l-art il-qabdiet tagħhom sabiex jintiżnu minn ċentru tal-irkant jew kwalunkwe korp ieħor awtorizzat mill-Istati Membri. |
imħassar | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Dan l-Artikolu fil-pratikka jirrendi impossibbli l-użu ta’ vettura għat-trasport ta’ qabdiet mill-bastiment għaċ-ċentru tal-irkant. Pereżempju, barra minn hekk, dan ifisser li l-bastimenti mgħammra b’tankijiet tal-RSW pereżempju ma jistgħux ineħħu aktar l-aringi jew il-kavalli mit-tankijiet għal għanijiet ta’ pproċessar. S’issa, qatt ma kien hemm dubju li l-kwantitajiet li nħattu jistgħu jiġu ssorveljati bis-sħiħ bl-użu ta’ din il-proċedura. Għaldaqstant, ir-raġuni għal projbizzjoni f’daqqa mhijiex ċara. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 4 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
|
4a. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu port li ma jissodisfax il-kriterji ta’ paragrafu 4 biex jevitaw li jkun hemm bastimenti li jkollhom ibaħħru distanzi itwal minn 50 mil sal-port. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Jista’ jkun hemm każijiet fejn l-ebda port magħżul ma jkun imbiegħed distanza raġonevoli, għalhekk l-Istati Membri għandu jkollhom ċerta flessibilità. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 37 – paragrafu 2 – test introduttorju | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
2. Fis-sajd fejn huwa permess li jkun hemm aktar minn żewġ tipi ta’ rkaptu abbord, l-irkaptu li ma jintużax irid jiġi stivat sabiex ma jkunx jista’ jintuża faċilment skont il-kundizzjonijiet li ġejjin: |
2. Fis-sajd fejn huwa permess li jkun hemm aktar minn tip wieħed ta’ rkaptu abbord, l-irkaptu li ma jintużax irid jiġi stivat sabiex ma jkunx jista’ jintuża faċilment skont il-kundizzjonijiet li ġejjin: | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Dan jidher li huwa żball u ma jinstabx fir-regolament attwali. Huwa loġiku li t-tagħmir mhux użat jiġi stivat, anke jekk hemm biss żewġ tipi ta’ tagħmir. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
1. Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd għandu jirreġistra r-rimi lura fil-baħar kollu ‘l fuq minn 15 kg ta’ ekwivalenti ta’ piż ħaj fil-volum u għandu jikkomunika, fejn possibbli permezz ta’ mezzi elettroniċi, din l-informazzjoni mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti. |
1. Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd għandu jirreġistra r-rimi lura fil-baħar kollu ‘l fuq minn 15 kg ta’ ekwivalenti ta’ piż ħaj fil-volum għall kull darba li t-tagħmir jittella’ fuq il-bastiment u għal kull vjaġġ, u għandu jikkomunika, fejn possibbli permezz ta’ mezzi elettroniċi, din l-informazzjoni mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra skema biex tinstalla tagħmir ta’ monitoraġġ bil-vidjo biex tiżgura l-konformità ma’ dan ir-Regolament. Ħut li jintrema lura fil-baħar waqt sajd rikreattiv mhux se jitqies bħala ħut mormi lura fil-baħar jew mortalità għall-għan ta’ dan ir-regolament. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Rigward il-punt "għal kull vjaġġ", jeħtieġ li jiġi definit il-perjodu ta' żmien li matulu għanha ssir ir-reġistrazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 42 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
Għall-bastimenti mgħammra b’Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw sistematikament li l-informazzjoni li jirċievu fiċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tikkorrispondi mal-attivitajiet irreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord billi jużaw id-dejta tas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti u fejn disponibbli id-dejta minn osservaturi. Tali kontroverifiki għandhom jiġu rreġistrati f’format li jista’ jinqara minn kompjuter u jinżammu għal perjodu ta’ tliet snin. |
Għall-bastimenti mgħammra b’Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw sistematikament li l-informazzjoni li jirċievu fiċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tikkorrispondi mal-attivitajiet irreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord billi jużaw id-dejta tas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti u fejn disponibbli id-dejta minn osservaturi. Tali kontroverifiki għandhom jiġu rreġistrati f’format li jista’ jinqara minn kompjuter u jinżammu għal perjodu ta’ għaxar snin. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 47 Proposta għal regolament Kapitolu IV - taqsima 4 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
Sezzjoni 4 |
It-Taqsima 4 hija mħassra kollha. | ||||||||||||||||||||||||
Għeluq tas-sajd fil-ħin reali |
| ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
L-għeluq huwa miżura teknika li għandu jiġi rregolat skont dan ir-Regolament, u mhux fir-Regolament ta' Kontroll. Barra minn hekk, il-Kumitat għas-Sajd għadu ma ddeċidiex fuq il-karatteristiċi tal-għeluq, peress li l-abbozz ta' Rapport u l-emendi korrispondenti għad iridu jiġu vvutati u ż-żewġ testi għandhom ikunu konsistenti. Minħabba din is-sitwazzjoni, għandu jkun f'idejn il-Kunsill u l-Kummissjoni biex jiddeċiedu jekk jintroduċux kwalunkwe miżuri li jirreferu għall-kontroll tal-għeluq f'dan ir-Regolament futur, wara li d-deċiżjoni finali tkun ittieħdet fir-rigward ta' għeluq. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
1. Is-sajd rikreattiv fuq bastiment fl-ilmijiet Komunitarji, għal stokk li huwa suġġet għal pjan multiannwali għandu jkun suġġett għal awtorizzazzjoni għal dak il-bastiment maħruġa mill-Istat Membru tal-bandiera. |
1. Is-sajd mhux kummerċjali mwettaq minn fuq bastiment fl-ibħra Komunitarji, għal stokk li huwa suġġett għal pjan multiannwali ta' rkupru jista' jiġi evalwat mill-Istat Membru fl-ibħra fejn dan jitwettaq. Is-sajd permezz tal-qażba u r-rukkell minn fuq ix-xatt m’għandux jiġi inkluż. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
2. Il-qabdiet fis-sajd rikreattiv minn stokkijiet suġġetti għal pjan multiannwali għandhom jiġu rreġistrati mill-Istat Membru tal-bandiera |
2. Fi żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu stima tal-impatt ta’ sajd rikreattiv li jitwettaq fl-ilmijiet tagħhom u jippreżentaw din l-informazzjoni lill-Kummissjoni. L-Istat Membru relevanti u l-Kummissjoni, abbażi ta’ dan il-parir tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-sajd, għandu jiddeċiedi liema sajd rikreattiv għandu impatt sinifikanti fuq l-istokkijiet ta' dan it-tip. Għal dak is-sajd li għandu impatt sinifikanti, l-Istat Membru kkonċernat, f'koperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandu jiżviluppa sistema ta' monitoraġġ li hija kapaċi li b'mod preċiż tqis il-qabdiet totali tas-sajd rikreattiv minn kull stokk. Is-sajd rikreattiv għandu jkun konformi mal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
3. Il-qabdiet ta’ speċijiet suġġetti għal pjan multiannwali skont is-sajd rikreattiv għandhom jinqatgħu mill-kwoti rilevanti tal-Istat Membru tal-bandiera. L-Istati Membri konċernati għandhom jistabbilixxu sehem mit-tali kwoti li għandu jintuża esklussivament għall-iskopijiet tas-sajd rikreattiv. |
3. Fejn is-sajd rikreattiv jinstab li għandu impatt sinifikanti, il-qabdiet għandhom jinqatgħu mill-kwota rilevanti tal-Istat Membru tal-bandiera. L-Istat Membru jista' jistabbilixxi sehem mit-tali kwota li għandu jintuża esklussivament għall-iskopijiet ta' dak is-sajd rikreattiv. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
3. Fil-każ li jkun ġie ffissat daqs minimu għal speċi partikolari, l-operaturi responsabbli għall-bejgħ, l-istokkjar jew it-trasport għandhom ikunu kapaċi juru l-oriġini ġeografika tal-prodotti espressi bħala referenza għal subżona u diviżjoni jew subdiviżjoni, jew fejn applikabbli rettangolu statistiku fejn japplikaw il-limiti fuq il-qabdiet skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità |
3. L-operaturi responsabbli għall-bejgħ, l-istokkjar jew it-trasport għandhom ikunu kapaċi juru l-oriġini ġeografika tal-prodotti espressi bl-istess dettall bħalma hemm f’Artikolu 14(1). | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Bosta mid-dokumenti jirrikjedu livelli differenti ta’ dettal li jikkonċernaw iż-żona għall-qbid. Hija l-aktar ħaġa sempliċi li din tiġi standardizzata, fil-livell inkluż fil-ġurnal ta’ abbord. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 2 d a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
|
da) iż-żona tal-qbid, bl-istess livell ta’ dettall skont l-Artikolu 14(1). | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Fil-proposta bħalissa hemm diversi modi dwar kif għandha tkun deskritta l-orġini ġeografika tal-ħut fid-dokumenti varji. Din u emendi oħra jfittxu li jistandardizzawha, sabiex l-applikazzjoni tkun aktar faċli. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
1. Ix-xerrejja reġistrati, stabbilimenti rreġistrati tal-irkant jew il-korpi jew il-persuni l-oħra responsabbli għall-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd li nħattu l-art fi Stat Membru, għandhom jissottomettu elettronikament, fi żmien sagħtejn wara l-ewwel bejgħ, nota tal-bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikun sar l-ewwel bejgħ. Jekk dan l-Istat Membru mhuwiex l-Istat tal-bandiera tal-bastiment li ħatt l-art il-ħut, huwa għandu jiżgura li tiġi sottomessa kopja tan-nota tal-bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera malli jirċievi l-informazzjoni rilevanti. L-akkuratezza tan-nota tal-bejgħ għandha tkun ir-responsabbiltà ta’ dawn ix-xerrejja, stabbilimenti tal-irkanti, korpi jew persuni. |
1. Ix-xerrejja reġistrati, stabbilimenti rreġistrati tal-irkant jew il-korpi jew il-persuni l-oħra responsabbli għall-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd li nħattu l-art fi Stat Membru, għandhom jissottomettu elettronikament, fi żmien sitt sigħat wara l-ewwel bejgħ, nota tal-bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikun sar l-ewwel bejgħ. Jekk dan l-Istat Membru mhuwiex l-Istat tal-bandiera tal-bastiment li ħatt l-art il-ħut, huwa għandu jiżgura li tiġi sottomessa bla dewmien kopja tan-nota tal-bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera malli jirċievi l-informazzjoni rilevanti. L-akkuratezza tan-nota tal-bejgħ għandha tkun ir-responsabbiltà ta’ dawn ix-xerrejja, stabbilimenti tal-irkanti, korpi jew persuni. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Għalkemm din l-informazzjoni tiġi trażmessa b’mod elettroniku, wara l-ġbir tad-dejta stipulat f’Artikolu 14, sagħtejn huma ftit wisq. Wieħed għandu jżomm f’moħħu li minħabba li dawn il-bastimenti għandhom tul ta’ aktar minn 10 metri li jistgħu jittrasportaw qabda mdaqqsa u Artikolu 14 jitlob informazzjoni dettaljata ħafna. Perjodu qasir jista’ jfisser li għandhom isiru l-korrezzjonijiet ta’ wara, b’hekk jikkumplikaw u jirduppjaw proċeduri amministrattivi li huma diġà diffiċli ħafna. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 55 – punt e | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
e) l-isem rilevanti jew il-kodiċi alfa tal-FAO ta’ kull speċi u l-oriġini ġeografika tagħha espress f’subżona u diviżjoni jew sub-diviżjoni li fiha japplikaw limiti fuq il-qabdiet skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità; |
e) l-isem rilevanti jew il-kodiċi alfa tal-FAO ta’ kull speċi u l-oriġini ġeografika tagħha espress bl-istess dettall bħalma hemm f’Artikolu 14(1); | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Fil-proposta bħalissa hemm diversi modi dwar kif għandha tkun deskritta l-orġini ġeografika tal-ħut fid-dokumenti varji. Din u emendi oħra jfittxu li jistandardizzawha, sabiex l-applikazzjoni tkun aktar faċli. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 55 – punt e a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
|
ea) il-kwantità ta’ kull speċi f’kilogrammi ta' piż ħaj; | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
L-ammont ta’ ħut jidher li huwa sors ta’ informazzjoni utli f’nota ta’ bejgħ. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 63 – paragrafu 6 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
6. L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-operazzjoni tal-osservaturi taħt dan l-Artikolu għandhom jitħallsu mill-Istati Membri tal-bandiera. L-Istati Membri jistgħu jiddebitaw dawn l-ispejjeż, parzjalment jew kompletament, lill-operaturi tal-bastimenti li qed itajru l-bnadar tagħhom u li huma involuti fis-sajd rilevanti. |
6. 6. l-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-operazzjoni tal-osservaturi taħt dan l-Artikolu għandhom jitħallsu mill-Istati Membri tal-bandiera u l-Kummissjoni. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Il-Kummissjoni għandha tkopri l-ispejjeż tal-programmi tal-osservaturi, minħabba li dawn huma obbligatorji biex b’hekk is-sistema ta’ kontroll tkun aktar effettiva. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 69 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu aġġornata database elettronika fejn jistgħu itellgħu r-rapporti ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza kollha ppreparati mill-uffiċjali tagħhom. |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu aġġornata bażi ta’ dejta elettronika fejn jistgħu jtellgħu r-rapporti ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza kollha, inklużi rapporti minn osservaturi, ippreparati mill-uffiċjali tagħhom. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Ma jidher li hemm ebda raġuni għaliex ir-rapporti minn osservaturi m’għandhomx jiddaħħlu fil-bażi tad-dejta wkoll. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 78 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
L-Istat Membru li qed jagħmel l-ispezzjoni jista’ wkoll jittrasferixxi l-prosekuzzjoni tal-infrazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera jew l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew l-Istat Membru li t-trażgressur huwa ċittadin tiegħu diment li dan isir, bil-ftehim tal-Istat Membru tal-aħħar u bil-kondizzjoni li t-trasferiment għandu aktar ċans li jikseb ir-riżultat imsemmi fl-Artikolu 81(2). |
l-Istat Membru li qed jagħmel l-ispezzjoni jista’ wkoll jittrasferixxi l-prosekuzzjoni tal-infrazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera jew l-Istat Membru li t-trażgressur huwa ċittadin tiegħu diment li dan isir, bil-ftehim tal-Istat Membru tal-aħħar u bil-kondizzjoni li t-trasferiment għandu aktar ċans li jikseb ir-riżultat imsemmi fl-Artikolu 81(2). | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna naturali li kkommettiet jew persuna ġuridika li tinżamm responsabbli għal infrazzjoni serja tkun ikkastigata permezz ta’ sanzjonijiet amministrattivi effikaċi, proporzjonali u disważivi, skont is-serje ta’ sanzjonijiet u miżuri li hemm provvediment għalihom fil-Kapitolu IX tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna naturali li kkommettiet jew persuna ġuridika li tinżamm responsabbli għal infrazzjoni serja tkun ikkastigata, bħala prinċipju, permezz ta’ sanzjonijiet amministrattivi effikaċi, proporzjonali u disważivi, skont is-serje ta’ sanzjonijiet u miżuri li hemm provvediment għalihom fil-Kapitolu IX tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Sabiex jinħoloq livell ekwu, għandhom jittieħdu miżuri fl-Istati Membri kollha, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tagħhom stess li għandhom l-istess piż u impatt, peress li l-proporzjonalità hija prinċipju bażiku u mhux għażla. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
3. Fil-każ ta’ infrazzjoni serja ripetuta fi żmien ta’ 5 snin, l-Istat Membru għandu jimponi multa amministrattiva ta’ mil-lanqas 10,000 EUR u mhux aktar minn 600,000 EUR. |
3. Fil-każ ta’ infrazzjoni serja ripetuta fi żmien ta’ 5 snin, l-Istat Membru għandu jimponi multa amministrattiva ta’ mil-lanqas 10,000 EUR u mhux aktar minn 600,000 EUR. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Mhuwiex loġiku li jiġi stipulat numru minimu għal ammont massimu. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 6 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
|
6a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi li jkunu nstabu responsabbli ta' ksur serju tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd jiġu esklużi milli jibbenefikaw mill-Fond Ewropew għas-Sajd, mill-Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd u minn għajnuna pubblika oħra. Is-sanzjonijiet provduti f'dan il-Kapitolu għandhom ikunu akkumpanjati b'sanzjonijiet jew miżuri oħra, b'mod partikulari l-ħlas lura tal-għajnuna pubblika jew is-sussidji mogħtija lil bastimenti IUU matul il-perjodu finanzjarju kkonċernat. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Skont l-Artikolu 45(7) tar-Regolament 1005/2008 tal-Kunsill Ewropew fejn il-projbizzjoni temporanja jew permanenti kontra li wieħed jibbenefika minn għajnuna pubblika jew komunitarja hija prevista bħala sanzjoni possibbli li tista' tkun applikata, il-fatt li l-finanzjament pubbliku jibda jiddependi mill-konformità se jipprovdi inċnetiv għall-operaturi biex jikkonformaw mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u se jikkontribwixxi biex tkun stabbilita sitwazzjoni ta' kundizzjonijiet indaqs kif ukoll biex ikun żgurat li l-għajnun pubblika ma tappoġġjax attivitajiet illegali. Il-bastimenti IUU ma għandhomx jirċievu l-flus ta' min iħallas it-taxxa u dawk li rċevew il-flus mingħandhom matul il-perjodu tal-programm operattiv għandhom iħallsu lura dak il-flus. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 84 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
1. L-Istati Membri għandhom japplikaw sistema ta’ punti penali li fuq il-bażi tagħha s-sid tal-awtorizzazzjoni tas-sajd jirċievi punti penali xierqa bħala riżultat ta’ infrazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. |
1. L-Istati Membri għandhom japplikaw sistema ta’ punti penali li fuq il-bażi tagħha s-sid tal-awtorizzazzjoni tas-sajd jirċievi punti penali xierqa bħala riżultat ta’ infrazzjoni serja tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Il-punti ta’ penali għandhom japplikaw biss għal dawk l-infrazzjonijiet li fil-livell tal-Kunsill ikun intlaħaq qbil li huma infrazzjonijiet serji. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 84 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
2. Meta persuna naturali tikkommetti jew persuna legali tinżamm responsabbli għal infrazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, l-għadd xieraq ta’ punti għandu jiġi assenjat lis-sid tal-awtorizzazzjoni tas-sajd bħala riżultat tal-infrazzjoni. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jkollu d-dritt li jirrivedi l-proċedimenti skont il-liġi nazzjonali. |
2. Meta persuna naturali tikkommetti jew persuna legali tinżamm responsabbli għal infrazzjoni serja tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, l-għadd xieraq ta’ punti għandu jiġi assenjat lis-sid tal-awtorizzazzjoni tas-sajd bħala riżultat tal-infrazzjoni serja. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jkollu d-dritt li jirrivedi l-proċedimenti skont il-liġi nazzjonali. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Il-punti ta’ penali għandhom japplikaw biss għal dawk l-infrazzjonijiet li fil-livell tal-Kunsill ikun intlaħaq qbil li huma infrazzjonijiet serji. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 84 – paragrafu 2 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
|
2a. Sakemm id-detentur ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd ikun assenjat il-punti ta’ penali, huwa m’għandux ikun jista’ jirċievi sussidji Komunitarji u għajnuna nazzjonali pubblika matul dak il-perjodu. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Bastimenti li jwettqu infrazzjonijiet serji kontra l-PKS m’għandhomx ikunu eliġbbli għal għajnuna pubblika. Bħalissa, l-esklużjoni mill-għajnuna Komunitarja għal sidien ta’ bastimenti misjuba ħatja ta’ infrazzjonijiet serji s’issa hija possibbli biss jekk stipulata fil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru. It-tneħħija mil-lista tal-benefiċjarji eliġibbli għandha tkun obbligatorja biex minn iħallas it-taxxi ma jkunx qed jissussidja bastimenti u operaturi ħatja ta’ attivitajiet kriminali. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 84 – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
4. Fil-każ ta’ infrazzjoni serja, il-punti penali assenjati għandhom ikunu tal-anqas ugwali għal nofs il-punti msemmija fil-paragrafu 3. |
imħassar | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Il-punti ta’ penali għandhom japplikaw biss għal dawk l-infrazzjonijiet li fil-livell tal-Kunsill ikun intlaħaq qbil li huma infrazzjonijiet serji. Dan il-paragrafu għalhekk huwa superfluwu. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 84 – paragrafu 5 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
5. Jekk id-detentur tal-awtorizzazzjoni tas-sajd sospiża ma jikkommettix infrazzjoni oħra, fi żmien tliet snin mid-data tal-aħħar infrazzjoni, il-punti kollha fuq l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom jitħassru. |
5. Jekk id-detentur tal-awtorizzazzjoni tas-sajd sospiża ma jikkommettix infrazzjoni serja oħra, fi żmien tliet snin mid-data tal-aħħar infrazzjoni serja, il-punti kollha fuq l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom jitħassru. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Il-punti ta’ penali għandhom japplikaw biss għal dawk l-infrazzjonijiet li fil-livell tal-Kunsill ikun intlaħaq qbil li huma infrazzjonijiet serji. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 84 – paragrafu 7 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
7. L-Istati Membri għandhom jistabilixxu wkoll sistema ta’ punti penali li taħtha l-kaptan u l-uffiċjali ta’ bastiment jirċievu punti penali xierqa bħala riżultat ta’ infrazzjoni kontra r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd komessa minnhom. |
7. L-Istati Membri għandhom jistabilixxu wkoll sistema ta’ punti penali li taħtha l-kmandant jew il-kaptan ta’ bastiment jirċievu punti penali xierqa bħala riżultat ta’ infrazzjoni kontra r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd komessa minnhom. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Huwa assurd li l-uffiċjali tal-bastiment jiġu kastigati, flimkien mas-sid jew mal-kaptan, li ma jinvolvi l-ebda benefiċċji miżjuda għall-politika dwar il-kontroll. Minflok, jista’ jagħmel ir-reklutaġġ tal-membri tal-ekwipaġġ aktar diffiċli jekk jistgħu jiġu kastigati għal deċiżjonijiet dwar qbid li prattikament m’għandhom l-ebda responsabilità għalihom. Li kieku kellha titfaċċa sitwazzjoni bħal din, il-bastiment, is-sid u l-kaptan ikunu diġà kastigati. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 85 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
1. L-Istati Membri għandhom jirreġistraw f’database nazzjonali l-infrazzjonijiet kollha kontra r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li saru minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom jew miċ-ċittadini tagħhom, inkluż is-sanzjonijiet li jeħlu u l-għadd ta’ punti assenjati. Infrazzjonijiet minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom jew miċ-ċittadini tagħhom li jiġu mħarrka fi Stati Membri oħra wkoll għandhom jiġu reġistrati mill-Istati Membri fid-database nazzjonali tagħhom dwar l-infrazzjonijiet, malli jiġu notifikati dwar id-deċiżjoni definittiva mill-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni, skont l-Artikolu 82. |
1. L-Istati Membri għandhom jirreġistraw f’database nazzjonali l-infrazzjonijiet kollha kontra r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li saru minn dawk responsabbli għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom jew miċ-ċittadini tagħhom, inkluż is-sanzjonijiet li jeħlu u l-għadd ta’ punti assenjati. Infrazzjonijiet minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom jew miċ-ċittadini tagħhom li jiġu mħarrka fi Stati Membri oħra wkoll għandhom jiġu reġistrati mill-Istati Membri fid-database nazzjonali tagħhom dwar l-infrazzjonijiet, malli jiġu notifikati dwar id-deċiżjoni definittiva mill-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni, skont l-Artikolu 82. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
L-infrazzjonijiet mhumiex magħmula mill-bastimenti nnifishom, iżda minn dawk li huma responsabbli għalihom. Dan il-fatt ovvju jfisser li għandhom isiru evalwazzjonijiet riġidi dwar il-livell ta’ responsabilità tal-persuni naturali u ġuridiċi konċernati, f’termini ta’ ħidma jew bħala sidien tal-bastimenti jew bħala detenturi tal-liċenzja tas-sajd. Il-bastimenti ma jiħdux deċiżjonijiet waħedhom; għaldaqstant huwa ridikolu li jkunu kastigati bħala tali. Mudelli tal-infrazzjonijiet jistgħu jinbidlu radikalment mal-wasla ta’ kaptan jew sid ġdid. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 85 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
3. Meta Stat Membru jitlob informazzjoni minn Stat Membru ieħor relatata mal-prosekuzzjoni ta’ infrazzjoni, dak l-Istat Membru l-ieħor għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti fuq il-bastiment tas-sajd u l-persuni konċernati. |
3. Meta Stat Membru jitlob informazzjoni minn Stat Membru ieħor relatata mal-prosekuzzjoni ta’ infrazzjoni, dak l-Istat Membru l-ieħor għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti fuq il-bastiment tas-sajd u l-persuni konċernati mingħajr dewmien. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Skambju ta’ informazzjoni rapidu huwa neċessarju biex l-approċċ ta’ “analiżi tar-riskju”propost mill-Kummissjoni jaħdem sew. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 85 – paragrafu 3 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
|
3a. L-informazzjoni dwar l-infrazzjonijiet imwettqa u li għalihom ingħatat kundanna fil-konfront tal-bastimenti tas-sajd u l-individwi kkonċernati se tkun disponibbli lill-pubbliku permezz tal-parti pubblika tal-websajt imsemmija fl-Artikolu 107. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Diversi Stati Membri jillimitaw id-dettalji u l-informazzjoni dwar il-livell u l-isem tas-sajd IUU fl-ilmijiet tagħhom. Id-Direttiva 31995L0046 (Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, ĠU L 281, 23/11/1995, p. 31-50) tistabbilixxi fil-premessa 34 li l-Istati Membri jridu wkoll ikunu awtorizzati, meta dan ikun ġustifikat minħabba interess pubbliku ta’ importanza, li jidderogaw mill-projbizzjoni dwar l-ipproċessar ta’ kategoriji sensittivi ta’ data meta jkunu ġustifikati jagħmlu dan minħabba raġunijiet ta’ interess pubbliku ta’ importanza f’oqsma bħalma huma s-saħħa pubblika u l-protezzjoni soċjali […]riċerka xjentifika u statistika governattiva. Fil-kuntest tal-eżawriment possibbli u l-immaniġġjar ta’ stokkijiet tal-ħut, dejta dwar infrazzjonijiet serji fis-settur tas-sajd għandha tkun disponibbli għall-pubbliku, għaliex din tikkonċerna r-riżorsi pubbliċi u hija għalhekk definita bħala raġuni importanti ta’ interess pubbliku. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 91 – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
4. L-uffiċjali tal-Istat Membru konċernat għandhom jingħataw il-possibbiltà li jkunu preżenti matul l-ispezzjoni u, fuq it-talba tal-uffiċjali tal-Kummissjoni, għandhom jassistuhom fil-qadi ta’ dmirijiethom. |
4. 4. L-uffiċjali tal-Istat Membru konċernat għandhom dejjem ikunu preżenti matul l-ispezzjoni u, fuq it-talba tal-uffiċjali tal-Kummissjoni, għandhom jassistuhom fil-qadi ta’ dmirijiethom. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 95 – paragrafu 1 – punt a | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
α) id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma ġewx rispettati b’riżultat ta’ azzjoni jew ommissjoni li tista’ tiġi attribwita direttament lill-Istat Membru kkonċernat, u li |
imħassar | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Is-sospensjoni u l-kanċellazzjoni tal-iffinanzjar mill-Komunità hija miżura partikolarment ħarxa li se toħloq diversi problemi għall-iżvilupp u t-titjib tal-industrija tas-sajd, b’implikazzjonijiet soċjali, ambjentali u strutturali. L-implimentazzjoni ta’ din il-miżura għandha tkun ikkunsidrata biss f'ċirkustanzi li jkunu ta’ theddida serja. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 96 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
1. Meta Stat Membru ma jirrispettax l-obbligazzjonjiet tiegħu għall-implimentazzjoni ta’ pjan multiannwali, u fejn il-Kummissjoni għandha raġunijiet biex temmen li n-nuqqas ta’ rispett ta’ dawk l-obbligazzjonijiet huwa ta’ detriment b’mod partikolari għall-istokk konċernat, il-Kummissjoni tista’ tagħlaq proviżorjament is-sajd affetwat minn dawk in-nuqqasijiet. |
1. Meta Stat Membru ma jirrispettax l-obbligazzjonjiet tiegħu għall-implimentazzjoni ta’ pjan multiannwali, u fejn il-Kummissjoni għandha evidenza li n-nuqqas ta’ rispett ta’ dawk l-obbligazzjonijiet huwa ta’ detriment b’mod partikolari għall-istokk konċernat, il-Kummissjoni tista’ tagħlaq proviżorjament is-sajd affetwat minn dawk in-nuqqasijiet. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Il-Kummissjoni jista’ jkollha raġunijiet biex temmen bosta affarijiet, iżda dan mhuwiex kriterja oġġettiva. Hemm bżonn ta’ xi ħaġa aktar minn suspett biex tagħlaq is-sajd. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 97 – paragrafu 1 – test introduttorju | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
1. Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi li Stat Membru jkun stad iżżejjed, aktar mill-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem ta’ stokk jew grupp ta’ stokkijiet disponibbli għalih, il-Kummissjoni għandha topera tnaqqis mill-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem annwali tas-sena jew is-snin li jsegwu tal-Istat Membru li stad iżżejjed billi tapplika fattur ta’ moltiplikazzjoni skont it-tabella li ġejja: |
1. Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi li Stat Membru jkun stad iżżejjed, aktar mill-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem ta’ stokk jew grupp ta’ stokkijiet disponibbli għalih, il-Kummissjoni għandha topera tnaqqis mill-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem annwali tas-sena li ssegwi tal-Istat Membru li stad iżżejjed billi tapplika fattur ta’ moltiplikazzjoni skont it-tabella li ġejja: | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Sal-lum, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 għamel biss dispożizzjonijiet għal pieni minn sena għal oħra permezz ta’ Regolament tal-Kummissjoni. Pieni multiannwali għal sajd żejjed għandhom ikunu regolati permezz ta’ Regolament tal-Kunsill. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 97 – paragrafu 1 – tabella | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Fir-rigward tat-tabella tal-pieni, dawk li huma espressi f’perċentwali ma jirriflettux adegwatament is-sitwazzjoni dwar il-kwoti li ġew maqbuża. Dan hu b’mod partikolari l-każ tal-ispeċijiet fil-baħar fond, li għal ftit Stati Membri, il-kwoti huma limitati għal kwantitajiet żgħar li jistgħu jkunu anqas minn bejn it-30 u l-50 tunnellata. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 97 – paragrafu 1 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
|
1a. Jekk il-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem ta’ stokk jew grupp ta’ stokkijiet allokati lil Stat Membru ma jaqbżux l-100 tunnellata, it-tnaqqis għal-qbiż tal-kwota se jiġi applikat b’mod lineari u mhux b’perċentwal, barra mill-ispeċijiet koperi minn pjan multiannwali li se japplika għalihom paragrafu 1. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Fil-każ ta’ kwoti relattivament baxxi għal ċerti speċijiet, is-sajd żejjed se jsir f’għadd żgħir ħafna ta’ ilmijiet jew jkun ikkawżat minn għadd żgħir ħafna ta’ bastimenti. L-applikazzjoni ta’ sistema ta’ perċentwal maħsuba għal każijiet bħal dawn jistgħu jwasslu għall-għeluq immedjat tas-sajd li jikkawża dannu irreparabbli lill-bastimenti l-oħra. Sistema lineari tkun ħafna aktar ġusta f’każijiet bħal dawn. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 97 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
2. Jekk Stat Membru ripetutament stad iżżejjed aktar mill-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem tiegħu tal-istokk jew il-grupp ta’ stokkijiet matul is-sentejn preċedenti, jekk is-sajd żejjed huwa b’mod partikolari detrimentali għall-istokk konċernat jew jekk l-istokk huwa suġġett għal pjan multiannwali, il-fattur ta’ moltiplikazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jirdoppja. |
2. Jekk, matul is-sentejn preċedenti, Stat Membru ripetutament stad aktar mill-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem tiegħu ta’ stokk jew ta’ grupp ta’ stokkijiet li huwa b’mod partikolari sensittiv għas-sajd żejjed jew huwa suġġett għal pjan multiannwali, il-fattur ta’ moltiplikazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jirdoppja. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Miżuri bħall-irdoppjar tal-koeffiċjenti tal-piena għandhom ikunu riservati għall-ispeċijiet li jinsabu f’riskju bijoloġiku, li huma partikolarment sensittivi għas-sajd żejjed jew li jiġu inklużi fi pjan multiannwali. Għandhom iżommu f’moħħhom li l-kwoti mhumiex marbutin mal-istejtus bijoloġiku tas-sajd u li minħabba l-istabilità relattiva bosta Stati Membri jirċievu kwoti tas-sajd li ma jużawx, u għalhekk, Stat Membru ieħor li qiegħed jaqbeż il-kwota tiegħu ma jikkontribwixxix neċessarjament għas-sajd żejjed tar-riżorsa. Għaldaqstant, huwa loġiku li jekk wieħed jaqbeż il-kwota dan se jiġi ppenalizzat, kif inhu diġà pprovdut f’paragrafu 1. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 97 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
3. Jekk Stat Membru jieħu qabdiet minn stokk suġġett għal kwota li għalih m’għandux kwota, allokazzjoni jew sehem disponibbli għalih, il-Kummissjoni tista’ tnaqqas fis-sena jew is-snin ta’ wara kwoti minn stokkijiet jew gruppi ta’ stokkijiet oħra disponibbli għal dak l-Istat Membru skont il-paragrafu 1. |
imħassar | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Il-miżuri l-ġodda introdotti mhumiex spjegati sew biżżejjed. Pereżempju, mhuwiex ċar jekk il-qabdiet jinkludux ir-rimi tal-ħut, u anqas ma huwa speċifikat għal-liema speċijiet oħrajn se japplika dan it-tnaqqis, u l-anqas ma ġew stabbiliti l-kriterji biex isir it-tnaqqis f’temp ta’ sena jew aktar minn sena waħda. Is-sajd mingħajr kwota huwa wieħed mill-iktar ksur serju li jista’ jiġi kommess taħt il-PKS u kull Stat Membru li jippermetih għandu jkun ippenalizzat b’mod sever, skont ir-Regolament 1005/2008, billi dan jitqies bħala sajd illegali. Minkejja dan, ma jagħmilx sens li jiġu ppenalizzati flotot innoċenti oħrajn mill-istess Stat Membru. Skont il-ġustizzja, għandha tingħata piena lill-parti li tkun ikkommettiet ir-reat u lill-parti li ppermetiet li jiġri dan, iżda mhux lill-partijiet terzi. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 98 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
Artikolu 98 |
imħassar | ||||||||||||||||||||||||
Tnaqqis ta’ kwoti għan-nuqqas ta’ konformità mal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd |
| ||||||||||||||||||||||||
1. Fejn ikun hemm evidenza li hemm nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar il-konservazzjoni, il-kontroll, l-ispezzjoni jew l-infurzar taħt il-Politika Komuni tas-Sajd minn Stat Membru u li dan jista’ jwassal għal periklu serju għall-konservazzjoni tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin jew l-operazzjoni effikaċi tas-sistema ta’ kontroll u ta’ infurzar tal-Komunità, il-Kummissjoni tista’ topera tnaqqis mill-kwoti, l-allokazzjonijiet jew is-sehem annwali ta’ stokk jew grupp ta’ stokkijiet disponibbli għal dak l-Istat Membru. |
| ||||||||||||||||||||||||
2. Il-Kummissjoni għandha tinforma bil-miktub lill-Istat Membru konċernat dwar is-sejbiet tagħha u għandha tiffissa data tal-għeluq ta’ mhux aktar minn 10 ijiem tax-xogħol għall-Istat Membru biex juri li s-sajd jista’ jiġi sfruttat b’mod sikur. |
| ||||||||||||||||||||||||
3. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw biss jekk l-Istat Membru jonqos milli jirrispondi għat-talba tal-Kummissjoni sad-data tal-għeluq imsemmija fil-paragrafu 2 jew jekk it-tweġiba ma titqiesx sodisfaċenti jew tindika biċ-ċar li l-miżuri neċessarji ma ġewx implimentati. |
| ||||||||||||||||||||||||
4. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu, u b’mod partikolari għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet konċernati, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111. |
| ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Skont il-ġustizzja, għandha tingħata piena lill-parti li tkun ikkommettiet ir-reat u lill-parti li ppermetiet li jiġri dan, iżda mhux lill-partijiet terzi. L-Istat Membru għandu jiġi ppenalizzat u hemm diversi possibilitajiet ta’ kif jista’ jsir dan, u wieħed minnhom jinsab fil-qafas ta’ Artikolu 95 ta’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma tistax tippenalizza lis-sajjieda minħabba l-prattiki ħżiena ta’ kontroll tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom, u anqas ma tista’ tbiddel unilateralment l-istabilità relattiva ta’ Stat Membru. Il-possibilità li jitnaqqsu l-kwoti ta’ Stat Membru, abbażi l-inizjattiva tal-Kummissjoni, jekk il-Kummissjoni ma tirċivix risposta minn dak l-Istat Membru jew jekk ir-risposta tiġi meqjusa bħala mhux sodifaċenti, għadha ssir f’każijiet ġustifikati u sostanzjati, u għandha ssir permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill. Il-proposta ma tiġġustifikax b’mod xieraq il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ din l-għażla, li toħloq sitwazzjoni ta’ inċertezza legali kbira. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 100 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
Artikolu 100 |
imħassar | ||||||||||||||||||||||||
Ċaħda ta’ skambji ta’ kwoti |
| ||||||||||||||||||||||||
Il-Kummissjoni tista’ teskludi l-possibbiltà ta’ skambju tal-kwoti skont l-Artikolu 20 paragrafu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002: |
| ||||||||||||||||||||||||
a) għall-kwoti li minnhom sar sajd żejjed ta’ aktar minn 10% tal-kwoti disponibbli għal wieħed mill-Istati Membri konċernati f’waħda mis-sentejn preċendenti immedjatament jew |
| ||||||||||||||||||||||||
b) jekk l-Istat Membru konċernat ma jiħux il-miżuri xierqa biex jiżgura ġestjoni xierqa tal-opportunitajiet tas-sajd konċernati, b’mod partikolari billi ma joperax sistema ta’ validazzjoni kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 102 jew billi jopera b’mod insuffiċjenti s-sistemi li jipprovdu d-dejta għal din is-sistema ta’ validazzjoni. |
| ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Il-Kummissjoni ma tistax toġġezzjona għall-iskambju ta’ kwoti stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd. Huwa rikonoxxut li Stat Membru għandu jiġi ppenalizzat jekk jaqbeż il-kwoti. Minkejja dan, sajd żejjed ta’ 10% huwa sinjal ċar li l-Istat Membru m’għandux kwota suffiċjenti, filwaqt li Stat Membru ieħor għandu kwota li tant hi kbira li jista’ jiskambjaha. Minkejja dan, ma jagħmilx sens li jiġu imponuti sanzjonijiet billi jipprojbixxu l-iskambju tal-kwoti, minħabba li dan jippenalizza wkoll lit-tieni Stat Membru. Din il-kwistjoni għandha għalhekk tiġi solvuta skont Regolament 2371/2002, bir-regoli stabbiliti fl-istess ħin biex jippermettu li jgawdu mill-kwoti li ma tantx huma użati. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 101 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
1. Jekk hemm evidenza, ukoll jekk ibbażata fuq ir-riżultati tat-teħid ta’ kampjuni mmexxi mill-Kummissjoni, li l-attivitajiet tas-sajd u/jew il-miżuri adottati minn Stat Membru jew Stati Membri jheddu l-Politika Komuni tas-Sajd jew huma ta’ periklu għall-ekosistema tal-baħar u dan jeħtieġ azzjoni immedjata, il-Kummissjoni, fuq it-talba sostanzjata ta’ kwalunkwe Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tista’ tiddeċiedi fuq miżuri ta’ emerġenza li m’għandhomx idumu aktar minn sena. Il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni ġdida biex testendi l-miżuri ta’ emerġenza għal mhux aktar minn sitt xhur. |
1. Jekk hemm evidenza, ukoll jekk ibbażata fuq ir-riżultati tat-teħid ta’ kampjuni mmexxi mill-Kummissjoni, li l-attivitajiet tas-sajd u/jew il-miżuri adottati minn Stat Membru jew Stati Membri jheddu l-Politika Komuni tas-Sajd jew huma ta’ periklu għall-ekosistema tal-baħar u dan jeħtieġ azzjoni immedjata, il-Kummissjoni, fuq it-talba sostanzjata ta’ kwalunkwe Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tista’ tiddeċiedi fuq miżuri ta’ emerġenza li m’għandhomx idumu aktar minn sitt xhur. Il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni ġdida biex testendi l-miżuri ta’ emerġenza għal mhux aktar minn sitt xhur. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Minħabba s-severità tas-sanzjonijiet stipulati f’paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, perjodu ta’ sena jidher li huwa eċċessiv. Sitt xhur huwa żmien biżżejjed biex l-Istat Membru ħati jkun kapaċi jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 101 – paragrafu 2 – punt g | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
g) projbizzjoni għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru konċernat milli jistadu fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stati Membri oħra; |
g) g) projbizzjoni għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru konċernat milli jistadu fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stati Membri oħra jew ta’ pajjiż terz jew f’ibħra miftuħa; | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Il-projbizzjoni ta’ bastimenti li jistadu fl-ilmijiet ta’ Stati Membri oħra iżda li għandhom permess jmorru barra mill-UE hija diskriminatorja, għax fi Stati Membri li ma jinfurzawx il-PKS dan jirriżulta f’bastimenti li jkunu permessi, u mħeġġa, jistadu barra mill-UE. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 101 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
3. Stat Membru għandu jikkomunika t-talba msemmija fil-paragrafu 1 simultanjament lill-Kummisjoni u l-Istati Membri konċernati. L-Istati Membri l-oħra għandhom jissottomettu l-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien ħamest ijiem minn meta jirċievu t-talba. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba. |
3. Stat Membru għandu jikkomunika t-talba msemmija fil-paragrafu 1 simultanjament lill-Kummisjoni u l-Istati Membri konċernati. L-Istati Membri l-oħra għandhom jissottomettu l-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta jirċievu t-talba. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Ma jidhirx li jkun xieraq li l-Istat Membru għandu jkollu biss ħamest ijiem li fihom għandu jissottometti l-kummenti tiegħu meta l-Kummissjoni għandha 15-il jum biex tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar l-istess materja. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 101 – paragrafu 5 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
5. L-Istati Membri konċernati jistgħu jirreferu d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta jirċievu n-notifika. |
5. L-Istati Membri konċernati jistgħu jirreferu d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien 15 il-jum tax-xogħol minn meta jirċievu n-notifika. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Bħal fil-każ tal-Emenda 83, l-għan huwa li jkun hemm allinjament aktar mill-qrib tal-perjodu li jkollhom l-awtoritajiet amministrattivi u d-diversi istituzzjonijiet Komunitarji. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 104 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
2. L-ismijiet ta’ persuni naturali m’għandhomx jiġu komunikati lill-Kummissjoni jew lil Stat Membru ieħor ħlief fil-każ fejn hemm provvediment partikolari għat-tali komunikazzjoni f’dan ir-Regolament jew jekk dan huwa meħtieġ għall-prevenzjoni jew l-insegwiment tal-infrazzjonijiet jew il-verifika ta’ fejn jidher li hemm xi infrazzjonijiet. Id-dejta msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhiex tiġi trażmessa sakemm mhijiex aggregata ma’ dejta oħra f’forma li ma tippermettix l-identifikazzjoni diretta jew indiretta ta’ persuni naturali. |
2. Id-dejta personali m’għandhiex tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni jew lil Stat Membru ieħor ħlief fil-każ fejn hemm provvediment partikolari għat-tali komunikazzjoni f’dan ir-Regolament jew jekk dan huwa meħtieġ għall-prevenzjoni jew l-insegwiment tal-infrazzjonijiet jew il-verifika ta’ fejn jidher li hemm xi infrazzjonijiet. Id-dejta msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhiex tiġi trażmessa sakemm mhijiex aggregata ma’ dejta oħra f’forma li ma tippermettix l-identifikazzjoni diretta jew indiretta ta’ persuni naturali. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 105 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi neċessarji kollha biex jiżguraw li d-dejta miġbura u rċevuta fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament tiġi ttrattata b’mod kunfidenzjali u li jiġu rispettati r-regoli kollha dwar is-segretezza professjonali u kummerċjali tad-dejta. |
1. 1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi neċessarji kollha biex jiżguraw li d-dejta miġbura u rċevuta fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament tiġi ttrattata b’mod kunfidenzjali u li jiġu rispettati r-regoli kollha dwar is-segretezza professjonali u kummerċjali tad-dejta, f’konsistenza mad-dispożizzjonijiet kollha applikabbli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Direttiva 95/46/KE. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 87 Proposta għal regolament Artikolu 105 – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
4. Il-komunikazzjoni tad-dejta fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament lil persuni li qed jaħdmu għal awtoritajiet kompetenti, qrati, awtoritajiet oħra pubbliċi u l-Kummisjoni jew il-korp deżinjat minnha, li l-iżvelar tagħha jista’ jkollu effett negattiv fuq: |
imħassar | ||||||||||||||||||||||||
a) il-protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwi, skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, |
| ||||||||||||||||||||||||
b) l-interessi kummerċjali ta’ persuna naturali jew legali, inkluż il-proprjetà intellettwali, |
| ||||||||||||||||||||||||
c) il-proċeduri tal-qorti u l-pariri legali jew |
| ||||||||||||||||||||||||
d) l-ambitu tal-ispezzjonijiet jew l-investigazzjonijiet, |
| ||||||||||||||||||||||||
se tkun permessa biss jekk hija neċessarja għall-waqfien minn infrazzjoni jew projbizzjoni ta’ infrazzjoni tar-regoli tal-Politika Komunit tas-Sajd u l-awtorità li qed tikkomunika l-informazzjoni tagħti l-kunsens għall-iżvelar. |
| ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 88 Proposta għal regolament Artikolu 108 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
3. Għall-parti sikura tal-websajt tiegħu, kull Stat Membru għandu jipprovdi aċċess mill-bogħod lill-Kummissjoni u lill-korp deżinjat minnha. L-Istat Membru għandu jagħti aċċess lill-uffiċjali tal-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ ċertifikati elettroniċi ġenerati mill-Kummissjoni jew il-korp deżinjat minnha. |
3. Għall-parti sikura tal-websajt tiegħu, kull Stat Membru għandu jipprovdi aċċess mill-bogħod lill-Kummissjoni u lill-korp deżinjat minnha. L-Istat Membru għandu jagħti aċċess lill-uffiċjali tal-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ ċertifikati elettroniċi ġenerati mill-Kummissjoni jew il-korp deżinjat minnha. | ||||||||||||||||||||||||
|
Pajjiżi terzi għandha tingħatalhom l-informazzjoni inkluża f’paragrafi 1(b), 1(d) u 1(f) dwar bastimenti tal-Komunità li japplikaw għal liċenzji għas-sajd fl-ilmijiet tagħhom. L-informazzjoni għandha tingħata fuq talba tal-pajjiż terz ikkonċernat u mingħajr dewmien, bil-kundizzjoni li l-pajjiż terz jiggarantixxi bil-miktub il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni. It-trasferiment tad-dejta personali skont din id-dispożizzjoni għandha titqies li tikkonforma mal-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 95/46/KE. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Meta bastimenti tal-UE japplikaw għal awtorizzazzjonijiet għas-sajd f’pajjiżi terzi, skont ftehimiet ta’ sħubija jew inkella privati, il-gvern tal-pajjiż terz għandu jkollu d-dritt ikun jaf ċertu tip ta’ informazzjoni dwar dawn il-bastimenti, sakemm huma jaqblu dwar il-kunfidenzjalità tad-dejta. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 112 Ir-Regolament (KE) Nru 768/2005 Artikolu 17a – paragrafu 1 – test introduttorju | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
L-Aġenzija għandha, f’data futura, ikollha r-riżorsi tagħha stess, bħal bastimenti mgħammra sewwa, biex tkun tista’ twettaq l-ispezzjonijiet li r-Regolament jagħtiha s-setgħa li twettaq. |
NOTA SPJEGATTIVA
L-implimentazzjoni effettiva u mhux diskriminatorja tar-regoli għandha tkun wieħed mill-pilastri fundamentali tal-Politika Komuni tas-Sajd. Ir-rispett għar-regoli u approċċ koerenti għall-kontroll huwa l-aħjar mod biex jiġu protetti l-interessi tas-settur tas-sajd fiż-żmien fit-tul. Jekk dawk kollu involuti fis-sajd, mis-sajjieda fuq il-bastimenti sa dawk li jbiegħu l-ħut lix-xerrejja, ma jirrispettawx ir-regoli, aktarx li l-Politika tfalli. L-istokkijiet tal-ħut jisparixxu, kif jagħmlu dawk li jiddependu minnhom.
Kemm il-Kummissjoni kif ukoll il-Parlament Ewropew kemm-il darba wrew id-dispjaċir tagħhom għal-livell baxx ta’ konformità u appellaw għal kontrolli aħjar mill-Istati Membri, kif ukoll kriterji u penalitajiet armonizzati ta’ ispezzjoni, trasparenza fir-riżultati tal-ispezzjonijiet, it-tisħiħ tas-sistema tal-ispezzjonijiet Komunitarji, eċċ.[1]
Ir-regoli isir qbil dwarhom fuq livell tal-UE iżda l-implimentazzjoni u l-infurzar huma r-responsabilità tal-Istati Membri, u għaldaqstant jista’ jkun hemm diversi raġunijiet għan-nuqqas ta’ applikazzjoni tagħhom. L-ewwel raġuni hija ġuridika, fis-sens li r-regolament dwar kontroll u l-istrumenti relatati mhumiex biżżejjed u ma jagħtux l-awtorità legali xierqa lill-ispetturi sabiex iwettqu dmirhom. Raġuni oħra hija politika - l-Istati Membri qed iwettqu l-obbligi legali tagħhom biex jimplimentaw bis-sħiħ ir-regoli li huma qablu dwarhom fil-Kunsill, u qegħdin jiddedikaw biżżejjed riżorsi biex dan iseħħ? Il-Kummissjoni qegħda tivverifika kif xieraq dak li qed iwettqu l-Istati Membri? Ta’ min jirrimarka li l-Kummissjoni falliet fir-responsabilitajiet tagħha wkoll, billi r-regolament attwali jitlob għal aktar minn 20 regolament implimentattiv, li minnhom kienu l-ftit li l-Kummissjoni pproponiet mill-1993.
Ir-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri għall-2007[2] eżamina l-kwistjoni tal-implimentazzjoni ta’ aspett wieħed tas-CFP (ir-regoli dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi) u kkonkluda li kienu jeżistu problemi serji:
125. Kollox ma’ kollox, il-ħidma tal-Qorti wriet li, minkejja titjib riċenti, il-mekkaniżmi ta’ kontroll, spezzjoni u sanzjoni li hemm f'posthom m’humiex kapaċi jassiguraw li r-regoli dwar l-amministrazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u b’mod partikolari l-QTP u s-sistema tal-kwota huma applikati b’mod effettiv.
Il-Qorti ħarġet b’ħafna rakkomandazzjonijiet biex tittejjeb is-sitwazzjoni u l-Kummissjoni wkoll għamlet ħafna wegħdiet biex tindirizza l-problema fit-tfassil mill-ġdid tar-regolament ta’ kontroll. Il-proposta għal dan ir-regolament huwa s-suġġett tar-rapport attwali.
Ir-regolament il-ġdid għandu jkun l-aħħar wieħed mit-tliet regolamenti li jkunu jagħmlu parti mis-sistema ta’ kontroll, wara l-adozzjoni tar-regolament tal-IUU[3] u r-regolament dwar l-awtorizzazzjonijiet għas-sajd[4]. Huwa essenzjali li l-miżuri inklużi fil-proposta mhux biss ikun fihom l-aspetti kollha meħtieġa tar-regolament attwali ta’ kontroll u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri, iżda wkoll li jkunu koerenti mad-dispożizzjonijiet ta’ dawn iż-żewġ regolamenti l-oħra.
Aktarx li l-aktar kwalità inportanti ta’ sistema ta’ kontroll li tapplika għas-27 Stat Membru huwa li kulħadd jiġi ttrattat indaqs, u li dawk kollha involuti fil-katina tal-produzzjoni – sajjieda, min jipproċessa, ix-xerrejja u oħrajn – iħossu li ma tkunx qed issir diskriminazzjoni kontrihom u li huma jġorru s-sehem tagħhom tar-responsabilità. Dawk li jissejħu “kundizzjonijiet indaqs” għandhom jinħolqu fil-Komunità kollha u tul il-katina kollha ta’ kustodja, Il-proposta tinkludi numru ta’ aspetti li jkunu ta’ pass konsiderevoli f’din id-direzzjoni, u għandhom jintlaqgħu. L-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għandha rwol partikolarment importanti f’dan ir-rigward, minħabba n-natura tal-Komunità u l-mandat tagħha għall-imparzjalità.
Bħala kumment ġenerali, billi r-reġim ta’ kontroll fl-UE qed isir aktar kumpless, il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-regoli jkunu prattiċi, applikabbli u effiċjenti. Għandhom jiġu eżaminati sensiela ta’ “testijiet ta’ studju” bl-użu ta’ studji konkreti ta’ każijiet ibbażati fuq eżempji attwali ta’ sitwazzjonijiet ta’ kontroll biex tiġi ttestjata l-effiċjenza tal-miżuri proposti. Dan għandu jsir qabel mar-regolament ta’ kontroll jiġi adottat mill-Kunsill u għandu jigwida lill-Kummissjoni meta tipproponi r-regolamenti implimentattivi li t-tliet partijiet tas-sistema ta’ kontroll jeħtieġu. Dan l-eżerċizzju jista’ jenfasizza diffikultajiet potenzjali u jgħin sabiex dawn jiġu solvuti qabel ma din il-leġiżlazzjoni tiġi adottata.
Ħafna mill-proposta tinvolvi miżuri li ilhom fir-regolament għal snin, iżda ċerti elementi ġodda jistħoqqilhom li jiġu meqjusa.
Sajd Rikreattiv – Din il-kwistjoniji tkabbret ħafna mill-midja u tiddomina t-taħditiet kollha dwar il-proposta. Mhux ċar mit-test x’qed tipproponi l-Kummissjoni. Dak li huwa ċar hu li, f’xi daqqiet, is-sajd rikreattiv jista’ jkun mdaqqas u jkollu impatt sinifikanti fuq l-istokkijiet tal-ħut. Pereżempju, skont id-dejta maħruġa mill-Istati Membri, is-sajjieda sportivi Franċiżi jaqbdu 5,000 tunnellata metrika ta’ spnott, waqt li l-qbid mis-sajd rikreattiv Ġermaniż jammonta għal 5,200 tunnellata metrika ta’ merluzz fil-Baħar Baltiku. Id-daqs tal-qabdiet tat-tonn tal-pinna blu mis-sajd rikreattiv tant hu serju li l-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) adottat miżuri ta’ maniġment biex tikkontrollahom. Hija ġusta għas-sajjieda kummerċjali li s-sajjieda għar-rikreazzjoni jitħallew jistadu mingħajr ebda kontrolli? Din l-emenda proposta hawnhekk hija sabiex tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament dwar is-sajd mhux kummerċjali li jitwettaq minn bastimenti (jiġifieri mhux mill-art) fil-baħar (jiġifieri mhux f’ilmijiet interni). L-Istati Membri jkollhom iż-żmien sabiex jevalwaw l-impatt ta’ dan is-sajd fuq l-istokkijiet tal-ħut u, f’każijiet fejn l-impatt huwa sinifikanti, biex jipproponu mezz biex dan jiġi mmoniterjat. Peress li hija diskriminatorja li s-sajd kummerċjali jkun suġġett għal limitazzjonijiet fuq il-qbid u għal restrizzjonijiet oħra filwaqt li sajjieda mhux kummerċjali jitħallew jistadu mingħajr limitu, il-qabdiet kollha fl-aħħar mill-aħħar għandu jaqgħu taħt il-kwota nazzjonali.
L-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd – L-Aġenzija ilha topera għal ftit snin biss iżda diġà wriet x’tiswa fit-titjib tal-koordinazzjoni tal-kontrolli fuq il-baħar fost l-Istati Membri waqt diversi Programmi ta’ Operazzjonijiet Konġunti. Il-Kummissjoni tipproponi li jitkabbar l-irwol tal-Aġenzija f’diversi oqsma, bħal li tiżviluppa kurrikuli komuni għall-programmi ta’ taħriġ, tgħin fl-iżvilupp ta’ proċeduri komuni ta’ ispezzjoni, ittejjeb l-iskambju ta’ komunikazzjoni u informazzjoni fost l-Istati Membri, eċċ. L-Aġenzija għandha rwol ferm importanti li tnaqqas u, jekk ikun possibbli, tneħħi, l-impressjoni ta’ ħafna li huma qed ikunu kkontrollati b’id aktar soda minn dik li biha qed ikunu kkontrollati l-ġirien tagħhom. Il-mandat estiż tal-Aġenzija huwa komponent importanti ta’ sistema mtejba ta’ kontroll. Ir-rapport Attwooll tal-2005[5] kien wera sodisfazzjon għall-ħolqien tal-Aġenzija u anke dak iż-żmien kien ħeġġeġ sabiex din tingħata rwol aktar b’saħħtu.
Analiżi tar-Riskju – Waħda mir-rakkomandazzjoni importanti mill-Qortital-Awdituri kienet li l-Istati membri jistabbilixxu “stratġeija ta’ kontroll ibbażata fuq analiżi tar-riskju”, li tkun inkluża fir-regolament ta’ kontroll[6]. Il-Qorti tqis li
75. Għarfien tajjeb tad-diversi attivitajiet ta’ sajd, tal-atturi involuti, tal-ksur ta' regoli misjub u tal-penali imposti fil-passat huwa essenzjali sabiex tkun stabbilita analiżi tar-riskju tajba, tkun definita strateġija ta’ kontroll adattata u jitħejja programm rilevanti.
Ippjanar ibbażat fuq l-istrateġija tal-analiżi tar-riskju jippermetti li jkunu identifikati l-prijoritajiet ta’ ispezzjoni u jgħinu fl-allokazzjoni tar-riżorsi, u jżidu l-effettività tal-attivitajiet ta’ kontroll. Il-Kummissjoni laqgħet din ir-rakkomandazzjoni u inkludiet numru ta’ miżuri li jipprovdu lill-Istati Membri l-istrutturi meħtieġa, inklużi bażijiet ta’ dejta dwar qabdiet, ispezzjonijiet u informazzjoni oħra, proċeduri għall-verifika tad-dejta, eċċ.
Uħud minn dawn jistgħu jinqasmu bejn l-Istati Membri biex jiġi promoss l-iskambju fluwidu ta’ informazzjoni li jgħinhom jistabbilixxu bażi komuni għall-analiżi tagħhom tar-riskju. Għandu jitqies bir-reqqa sa liema punt għandu jkun hemm skambju ta’ informazzjoni dwar ksur li jkun qed jiġi investigat, sabiex ikunu żgurati l-kunfidenzjalità u d-dritt għall-privatezza. Madankollu, f’politika komuni bħal dik tas-sajd, fejn il-bastimenti huma ħielsa li jistadu fl-ilmijiet kollha tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom ħtieġa ċara għall-aċċess għal informazzjoni rilevanti sabiex iwettqu programmi ta’ kontroll effettivi u effiċjenti kemm jista’ jkun. L-Aġenzija jista’ jkollha rwol fl-istrutturar u fl-organizzazzjoni tal-analiżi u l-iskambju ta’ informazzjoni, inkluża l-kwistjoni dwar għal kemm żmien għandha tkun disponibbli din l-informazzjoni.
L-Ispejjeż u l-Piż Amministrattiv – Ħafna Stati Membri huma mħassba li l-proposta se żżid l-ispejjeż tal-programmi ta’ kontroll tagħhom u se teħtiġilhom li jwaqqfu sistemi amministrattivi kkumplikati ġodda. Skond id-dejta mill-Kummissjoni, ispezzjoni fuq il-baħar tiswa’ aktar minn għaxar darbiet aktar minn ispezzjoni fuq l-art (€7,552 fuq il-baħar, €306 fuq l-art, €541 fil-post tal-bejgħ). Din id-dejta tenfasizza l-ħtieġa li l-kontrolli jkunu mmirati bl-aħjar mod. L-ispezzjonijiet fuq il-baħar għandhom jibqgħu aspett fundamentali tas-sistema ta’ kontroll, peress li l-uniku mod biex jiġi vverifikat xi jkun qed jiġri fuq il-baħar huwa li wieħed joħroġ fuq il-baħar. Madankollu, l-użu tal-istrateġija tal-analiżi tar-riskju, kif inkluż fil-proposta, jippermetti lill-Istati Membri li jnaqqsu l-ispezzjonijiet tagħhom fuq il-baħar, filwaqt li jagħmluhom aktar immirati u effettivi. Il-proposta tinkludi ħafna teknoloġiji moderni li jippermettu tnaqqis sinifikanti fl-ispejjeż, bħal sistemi elettroniċi li jipperemettu verifika tal-qbil tad-dejta rapida u faċli, u tkun evitata l-ħtieġa ta’ tqabbil manwali.
Ispezzjonijiet fuq il-Baħar – Il-proposta tespandi l-kapaċità tal-Istati Membri li jwettqu ispezzjonijiet fl-ilmijiet ta’ xulxin. Dawn il-proċeduri ta’ ispezzjoni reċiproka diġà jeżistu f’xi Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Immaniġġjar tas-Sajd li tagħhom il-Komunità hija membru. Ma’ dan tiżdied ukoll il-kapaċità tal-Kummissjoni li twettaq l-ispezzjonijiet tagħha. Għal darb’oħra, bil-għan li titneħħa l-impressjoni tad-diskriminazzjoni u biex jinħolqu “kundizzjonijiet indaqs", din il-proposta missha ilha li saret. Jekk il-flotot tas-sajd jistgħu jbaħħru fl-ilmijiet tal-Komunità, allura l-bastimenti ta’ ispezzjoni għandu jkollhom l-istess kapaċità. Waħda mill-emendi mressqa hawnhekk tinvolvi l-“insegwiment”. Il-proposta tgħid li jekk bastiment tal-ispezzjoni minn Stat Membru wieħed ikun qiegħed isegwi bastiment li jidħol fl-ilmijiet ta’ Stat Membru ieħor, huwa jkun irid jitlob permess mingħand dak l-Istat Membru kostali sabiex iwettaq ispezzjoni. Billi din pjuttost taħdem kontra l-għan tal-insegwiment, qed jiġi propost li l-Istat Membru ta’ ispezzjoni jinforma l-Istat Membru kostali qabel ma dan jidħol fl-ilmijiet tiegħu.
Sanzjonijiet - Il-Kummissjoni qed terġa' tipprova tarmonizza s-sanzjonijiet għal ksur serju. Din l-idea kienet diġà ġiet diskussa qabel, fil-kuntest tar-rapport Aubert dwar ir-regolamentazzjoni IUU[7]. Dakinhar il-Parlament kien qabel mal-Kummissjoni li kien hemm ħtieġa li s-sanzjonijiet amministrattivi massimi jiġu armonizzati. Issa l-Kummissjoni qed tipproponi kemm livelli minimi (talanqas €5,000) kif ukoll massimi (talanqas €300,000) għas-sanzjonijiet amministrattivi.
Hemm ukoll idea innovattiva għal sistema ta’ “punti ta’ penalità” li jitqassmu lill-bastimenti u lill-kaptani li jwettqu ksur. Jekk il-ksur jiġi rripetut, jingħataw aktar punti, u jkun hemm livell minimu ta’ punti li meta jintlaħaq iwassal għas-sospensjoni temporanja jew għat-tneħħija tal-permess għas-sajd. Jekk l-ebda ksur ieħor ma jitwettaq, il-punti jitneħħew wara ċertu żmien. Din is-sistema tista’ tkun ta’ għajnuna kunsiderevoli biex l-Istati Membri jindirizzaw il-ksur b’mod aktar koerenti, u favur it-twaqqif ta’ “kundizzjonijiet indaqs”. Qed tiddaħħal emenda biex jiddaħħlu wkoll is-sidien tal-bastimenti, peress li fl-aħħar mill-aħħar huma responsabbli ta’ dak li jagħmel il-bastiment.
Konklużjonijiet – Il-proposta tal-Kummissjoni hija pass importanti fit-triq lejn l-iżvilupp ta’ “kultura ta’ konformità” fl-UE u sabiex titnaqqs l-impressjoni fost il-ħafna li huma qed jiġu kkontrollati b’mod rigoruż filwaqt li l-ġirien tagħhom huma liberi li jagħmlu li jridu. Dawk kollha li tikkonċernahom il-Politika Komuni tas-Sajd għandhom iħossu li s-sistema hija ġusta, u sistema mhux diskriminatorja ta’ kontroll hija essenzjali biex tiżgura li l-industrija tas-sajd ikollha ġejjieni fit-tul.
- [1] Pereżempju r-riżoluzzjonijiet tal-PE tas- 06.09.2006 (A6-0228/2006, Morillon), tat-23.10.2003 (A5-0331/2003, Figueiredo), tal-04.07.2002 (A5-0228/2002,Attwooll), tas-17.01.2002 (A5-0470/2001, Miguelez Ramos) u tas-06.11.1997 (A4-0298/1997, Fraga Estevez).
- [2] Ir-Rapport Speċjali Nru 7/2007 dwar is-sistemi ta’ kontroll, spezzjoni u sanzjoni relatati mar-regoli dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd fil-Komunità
- [3] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.
- [4] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 September 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet Komunitarji u l-aċċess għal bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet Komunitarji.
- [5] Ir-Rapport Attwooll A6-0022/2005 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd , riżoluzzjoni tal-PE tat- 23.02.2005.
- [6] Ara r-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri 7/2007, paragrafi 129 u 130.
- [7] Rapport Aubrey A6-0193/2008 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja biex timpedixxi, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.
OPINJONI MINORITARJA
Skont l-Artikolu 48(3) tar-Regoli ta’ Proċedura
Hélène Goudin
Il-proposta tal-Kummissjoni, li issa ġiet adottata mill-Kumitat għas-Sajd tal-Parlament Ewropew, hija bil-ħsieb li tirregola s-sajd rikreattiv fuq livell Komunitarju. Dan l-għan huwa rifless fl-Artikolu 47 tal-proposta tal-Kummissjoni.Ir-rapporteur ippreżentat emenda fil-kumitat li fiha pproponiet li l-Artikolu 47 jitneħħa kollu kemm hu. L-emenda tagħha ma ġietx adottata mill-kumitat u, għaldaqstant, ir-rapporteur ivvutat kontra r-rapport.
Is-sajd rikreattiv u s-sajd bħala sport fl-ebda każ m’għandhom ikunu suġġetti li għandhom jiġu ttrattati fuq livell tal-UE. Minflok huma kwistjonijiet li d-deċiżjonijiet dwarhom għandhom jitħallew f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (18.2.2009)
għall-Kumitat għas-Sajd
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd
(COM(2008)0721 – C6‑0510/2008 – 2008/0216(CNS))
Rapporteur għal opinjoni: Roberto Musacchio
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-Politika Komuni tas-Sajd tal-Unjoni Ewropea (PKS) huwa li jkunu stabbiliti miżuri ta' konservazzjoni biex ikun żgurat li l-istokkijiet tal-ħut qed ikunu esplojtjati fuq bażi ambjentalment sostenibbli. Madankollu, kif juri l-istat attwali tal-istokkijiet tal-ħut fl-ilmijiet tal-UE, il-livelli ta' esplojtazzjoni kienu għolja wisq. Tletin fil-mija ta' dawn l-istokkijiet evalwati issa huma barra mil-limiti bijoloġiċi sikuri, u 88% tant qed isir sajd intensiv tagħhom li l-qabdiet qed jonqsu fid-daqs. Ix-xjentisti jwissu li l-kwantità ta' ħut matur hija inqas minn dik meħtieġa għas-sostenibilità fuq medda twila ta' żmien ta' stokkijiet li huma esplojtjati b'mod kummerċjali, u b'hekk qed jitqiegħdu f'periklu kemm is-sostenibilità fuq medda twila ta' żmien tal-attivitajiet tas-sajd u kemm il-bilanċ tal-ekosistema tal-baħar.
Waħda mir-raġunijiet il-għala PKS tidher li falliet hija li l-Istati Membri għadhom ma kkontrollawx kif jixraq kemm ħut qed jittieħed minn ġol-baħar ta' kull sena, u ma hemm stabbilita l-ebda sistema ta' moniteraġġ effettiva rigward it-trasbord ta' stokkijiet ta' ħut. Barra minn hekk, il-livell ta' sanzjonijiet fl-UE ġeneralment huwa tant baxx li ma jżommux lin-nies milli jipprattikaw sajd illegali. Din il-ħaġa tippermetti lill-industrrija tas-sajd li lis-sanzjonijiet imposti tqishom bħala sempliċi spiża operattiva tal-operazzjonijiet tagħhom, u b'hekk ikun qed jitneħħa kull inċentiv reali għall-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-PKS. Il-ksur tar-regoli applikabbli għandu jwassal għal sanzjonijiet dissważivi. Madankollu, l-Istati Membri li għandhom sistemi ta' kontroll effettivi jistgħu jingħataw aċċess preferenzjali għar-riżorsi komunitarji u l-KE għandha tistabbilixxi inċentivi finanzjarji xierqa fuq bażi ta' sistema ta' premju.
Jekk l-objettiv prinċipali tal-PKS huwa li wieħed jasal għall-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd, allura s-sistemi preżenti ta' kontroll, spezzjoni u sanzjonar iridu jkunu msaħħa b'mod konsiderevoli. Il-għan aħħari tal-kontroll u l-infurzar huwa li jkun żgurat li l-attivitajiet tas-sajd ikunu verament sostenibbli u li l-operaturi ma jagħmlux ħsara lill-ekosistemi tal-baħar permezz tas-sajd żejjed. Mingħajr kontrolli effettivi huwa impossibbli li wieħed ikollu ċifri ta' min joqgħod fuqhom għall-qabdiet u għall-iżbark. Il-ġbir ta' dejta eżatta huwa kruċjali għall-evalwazzjoni tal-parir xjentifiku dwar kemm hu l-għadd ta' ħut li jista' jinqabad fil-ġejjieni mingħajr ma ssir ħsara u b'hekk ikunu żgurati s-saħħa tar-riżorsi ħajjin tagħna tal-baħar u għajxien sostenibbli u ekonomiku vijabbli għal dawk il-komunitajiet tas-sajd li nkella jkollhom ftit alternattivi biss biex isostnu lilhom infushom.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 18 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(18a) Il-Kummissjoni fl-2010 għandha tipproponi miżuri leġiżlattivi li jorbtu għat-tnaqqis tal-kapaċità tas-sajd tal-Unjoni Ewropea |
Ġustifikazzjoni | |
Waħda mill-muturi prinċipali tas-sajd żejjed li għadu għaddej bħalissa hija l-kapaċità żejda vasta tal-flotta Ewropea. Fil-fatt, l-aktar stima riċenti magħmula mill-Kummissjoni ssuġġeriet li hemm aktar minn 40% ta' kapaċità żejda fil-flotta. Qabel ma jkunu implimentati programmi effettivi ta' tnaqqis ta' kapaċità, l-ebda sistema ta' kontroll, stretta kemm tkun stretta, mhu se jkollha suċċess fit-tneħħija għal kollox tal-frodi. Għalhekk hija ħaġa imperattiva li l-Kummissjoni Ewropea għandha tindirizza l-problema tal-kapaċità żejda tas-sajd lill-Istati Membri bħala prerekwiżit biex tkun stabbilita sistema ta' kontroll effettiva. | |
Emenda 2 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Bastiment tas-sajd li jaqbeż l-10 metri fit-tul għandu jkollu installat abbord tagħmir li jaħdem tajjeb li jippermetti li l-pożizzjoni u l-identità ta’ dak il-bastiment jinstabu awtomatikament permezz tas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti bit-trażmissjoni tad-dejta dwar il-pożizzjoni f’intervalli regolari. Għandu jippermetti wkoll liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tal-Istat Membru tal-bandiera biex jieħu d-dettalji tal-bastiment tas-sajd. Dan il-paragrafu għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012 għall-bastimenti li huma aktar minn 10 metri sa mhux aktar minn 15-il metru fit-tul. |
2. Bastiment tas-sajd li jaqbeż l-10 metri fit-tul għandu jkollu installat abbord tagħmir li jaħdem tajjeb li jippermetti li l-pożizzjoni u l-identità ta’ dak il-bastiment jinstabu awtomatikament permezz tas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti bit-trażmissjoni tad-dejta dwar il-pożizzjoni f’intervalli regolari. Għandu jippermetti wkoll liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tal-Istat Membru tal-bandiera biex jieħu d-dettalji tal-bastiment tas-sajd. Dan il-paragrafu għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010 għall-bastimenti li huma aktar minn 10 metri sa mhux aktar minn 15-il metru fit-tul. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan l-obbligu għandu jkun konsistenti mad-dħul fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2010 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29.9.2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja biex issir il-prevenzjoni, l-iskoraġġiment u l-eliminazzjoni tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux regolat, prinċipalment dwar id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(b), (c) u (k), fejn ir-reġistrazzjoni, id-dejta dwar il-qbid u l-moniteraġġ tal-attivitajiet tas-sajd f'zoni ristretti għandhom ikunu evalwati permezz tal-kontroll satellitarju. | |
Emenda 3 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jeċċedu l-15-il metru fit-tul imma ta’ mhux aktar minn 24 metru tul totali mill-1 ta’ Jannar 2011, u għal bastimenti tas-Sajd Komunitarji li jaqbżu l-10 metri tul imma mhux aktar minn 15-il metru tutl totali mill-1 ta’ Jannar 2012. Il-bastimenti tal-Komunità li huma sa 15-il metru fit-tul jistgħu jiġu eżentati mill-paragrafu 1 jekk dawn: |
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jaqbżu l-10 metri tul totali mill-1 ta' Jannar 2010. Il-bastimenti tal-Komunità li huma sa 15-il metru fit-tul jistgħu jiġu eżentati mill-paragrafu 1 jekk dawn: |
Ġustifikazzjoni | |
Dan l-obbligu għandu jkun konsistenti mad-dħul fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2010 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29.9.2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja biex isiru l-prevenzjoni, l-iskoraġġiment u l-eliminazzjoni tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux regolat, prinċipalment dwar id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(b) fejn ir-reġistrazzjoni u d-dejta dwar il-qbid għandhom ikunu disponibbli u trasmessi permezz ta' apparat satellitarju. | |
Emenda 4 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 4 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-paragrafu 2 għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jeċċedu l-15-il metru fit-tul imma ta’ mhux aktar minn 24 metru tul totali mill-1 ta’ Jannar 2011, u għal bastimenti tas-Sajd Komunitarji li jaqbżu l-10 metri tul imma mhux aktar minn 15-il metru tutl totali mill-1 ta’ Jannar 2012. Il-bastimenti tal-Komunità li ma jaqbżux il-15-il metru fit-tul jistgħu jiġu eżentati mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2 jekk: |
4. Il-paragrafu 2 għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jaqbżu l-10 metri tul totali mill-1 ta' Jannar 2010. Il-bastimenti tal-Komunità li ma jaqbżux il-15-il metru fit-tul jistgħu jiġu eżentati mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2 jekk: |
Ġustifikazzjoni | |
B'konsistenti mad-dħul fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2010 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29.9.2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja biex isiru l-prevenzjoni, l-iskoraġġiment u l-eliminazzjoni tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux regolat, u mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament preżenti rigward l-Artikolu 9 u 15 dwar l-obligu tat-trasmissjoni tad-dejta dwar il-qabdiet tas-sajd. | |
Emenda 5 Proposta għal regolament Artikolu 82 – paragrafu 6 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi li jkunu nstabu ta' ksur serju tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd se jkunu esklużi milli jibbenefikaw mill-Fond Ewropew għas-Sajd, mill-Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd jew minn għajnuna pubblika oħra. Is-sanzjonijiet pprovduti f'dan il-Kapitolu għandhom ikunu akkumpanjati b'sanzjonijiet jew miżuri oħra, b'mod partikulari l-ħlas lura tal-għajnuna pubblika jew is-sussidji mogħtija lil bastimenti IUU matul il-perjodu finanzjarju. |
Ġustifikazzjoni | |
Skont l-Artikolu 45(7) tar-Regolament 1005/2008 tal-Kunsill Ewropew fejn il-projbizzjoni temporanja jew permanenti kontra li wieħed jibbenefika minn għajnuna pubblika jew komunitarja hija prevista bħala sanzjoni possibbli li tista' tkun applikata, il-fatt li l-finanzjament pubbliku jibda jiddependi mill-konformità se jipprovdi inċnetiv għall-operaturi biex jikkonformaw mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u se jikkontribwixxi biex tkun stabbilita sitwazzjoni ta' kundizzjonijiet indaqs kif ukoll biex ikun żgurat li l-għajnun pubblika ma tappoġġjax attivitajiet illegali. Il-bastimenti IUU ma għandhomx jirċievu l-flus ta' min iħallas it-taxxa u dawk li rċevew il-flus mingħandhom matul il-perjodu tal-programm operattiv għandhom iħallsu lura dak il-flus. | |
Emenda 6 Proposta għal regolament Artikolu 85 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Tagħrif dwar bastimenti tas-sajd u persuni kkonċernati għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku. |
Ġustifikazzjoni | |
Bosta Stati Membri jirrestrinġu d-dettall u t-tagħrif dwar l-ammont u l-isem tas-sajd IUU fl-ibħra tagħhom. | |
Emenda 7 Proposta għal regolament Artikolu 87 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi indikaturi tal-prestazzjoni u inċentivi finanzjarji bħala l-bażi għal sistema ta' ppremjar għal dawk l-Istati Membri li jkunu kkonformaw għal kollox mar-regoli dwar il-konservazzjoni, il-kontroll u l-infurzar skont il-Politika Komuni tas-Sajd. |
Ġustifikazzjoni | |
Jistgħu jkunu pprovduti miżuri biex ikunu ppremjati dawk l-Istati Membri li jkollhom sistemi ta' kontroll effettivi billi jkunu pprovduti aċċess preferenzjali għar-riżorsi. Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja mmirata lejn il-programmi ta' kontroll tas-sajd tista' tintuża biex ikunu ppremjati l-Istati Membri li jkollhom sistemi ta' kontroll effettivi. |
PROĊEDURA
Titolu |
Sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0721 – C6-0510/2008 – 2008/0216(CNS) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
PECH |
|||||||
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 18.12.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Roberto Musacchio 10.12.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
22.1.2009 |
|
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
17.2.2009 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
45 2 1 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Adamos Adamou, Margrete Auken, Liam Aylward, Irena Belohorská, Maria Berger, John Bowis, Hiltrud Breyer, Martin Callanan, Dorette Corbey, Magor Imre Csibi, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Jill Evans, Elisabetta Gardini, Matthias Groote, Satu Hassi, Christa Klaß, Holger Krahmer, Urszula Krupa, Peter Liese, Marios Matsakis, Linda McAvan, Roberto Musacchio, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Dagmar Roth-Behrendt, Guido Sacconi, Daciana Octavia Sârbu, Richard Seeber, María Sornosa Martínez, Salvatore Tatarella, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Anders Wijkman, Glenis Willmott |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Kathalijne Maria Buitenweg, Philip Bushill-Matthews, Christofer Fjellner, Jutta Haug, Johannes Lebech, Caroline Lucas, Hartmut Nassauer, Justas Vincas Paleckis, Alojz Peterle, Lambert van Nistelrooij |
|||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0721 – C6-0510/2008 – 2008/0216(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
15.12.2008 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
PECH 18.12.2008 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 18.12.2008 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Raül Romeva i Rueda 10.11.2008 |
|
|
|||||
Data tal-adozzjoni |
31.3.2009 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
19 5 1 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Stavros Arnaoutakis, Elspeth Attwooll, Iles Braghetto, Niels Busk, Paulo Casaca, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Avril Doyle, Emanuel Jardim Fernandes, Carmen Fraga Estévez, Ioannis Gklavakis, Hélène Goudin, Pedro Guerreiro, Daniel Hannan, Ian Hudghton, Heinz Kindermann, Rosa Miguélez Ramos, Philippe Morillon, Ulrike Rodust, Struan Stevenson, Catherine Stihler, Margie Sudre, Cornelis Visser |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Ole Christensen, Constantin Dumitriu, Nigel Farage, Raül Romeva i Rueda, Thomas Wise |
|||||||
Data tat-tressiq |
6.4.2009 |
|||||||