Rapport - A6-0254/2009Rapport
A6-0254/2009

RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini (tfassil mill-ġdid)

6.4.2009 - (COM(2008)0780 – C6‑0413/2008 – 2008/0223(COD)) - ***I

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Silvia-Adriana Ţicău
(Tfassil mill-ġdid – Artikolu 80a tar-Regoli ta' Proċedura)


Proċedura : 2008/0223(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0254/2009

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini (tfassil mill-ġdid)

(COM(2008)0780 – C6‑0413/2008 – 2008/0223(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0780),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, li skonthom il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0413/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 dwar l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' tfassil mill-ġdid tal-atti legali[1],

–   wara li kkunsidra l-ittra tat-3 ta’ Frar 2009 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija b'konformità mal-Artikolu 80a(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6‑0254/2009),

A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma’ dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) It-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija fis-settur tal-bini jikkostitwixxi parti importanti mill-miżuri meħtieġa sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u għall-konformità mal-Protokoll ta’ Kjoto tal-Konvenzjoni ta’ Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, u ma' impenji Ewropej u internazzjonali oħra għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra wara l-2012. It-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija għandu wkoll sehem importanti fil-promozzjoni tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, l-iżvilupp teknoloġiku u l-għoti ta’ opportunitajiet għall-impjiegi u l-iżvilupp reġjonali, speċjalment f’żoni rurali.

(3) Ladarba l-bini jammonta għal 40% tal-konsum totali tal-enerġija fl-UE, it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u l-użu ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu fis-settur tal-bini jikkostitwixxu parti importanti mill-miżuri meħtieġa sabiex jitnaqqsu d-dipendenza tal-enerġija tal-UE u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Flimkien ma' żieda fl-użu ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu, il-miżuri meħuda sabiex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija fl-UE jippermetti lill-UE li tkun konformi mal-Protokoll ta’ Kjoto tal-Konvenzjoni ta’ Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), u mal-impenn tagħha għall-futur imbiegħed sabiex iż-żieda tat-temperatura dinjija ma tkunx ogħla minn 2°C, kif ukoll mal-impenn tagħha sabiex sal-2020 l-emissjonijiet globali ta' gassijiet serra jitnaqqsu b'tal-anqas 20% taħt il-livelli tal-1990, u bi 30% fil-każ ta' ftehim internazzjonali. It-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u ż-żieda fl-użu tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu għandhom ukoll sehem importanti fil-promozzjoni tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, l-iżvilupp teknoloġiku u l-għoti ta’ opportunitajiet għall-impjiegi u l-iżvilupp reġjonali, speċjalment f’żoni rurali.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2007 saħaq dwar il-ħtieġa li titkabbar l-effiċjenza tal-enerġija fil-Komunità sabiex jintlaħaq l-għan tat-tnaqqis b’20 % tal-konsum tal-enerġija tal-Komunità sal-2020 u sejjaħ għal implimentazzjoni bir-reqqa u rapida tal-prijoritajiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Pjan ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija: it-Twettiq tal-Potenzjal” [titlu mhux uffiċjali]. Dan il-Pjan ta’ Azzjoni identifika l-potenzjal sinifikanti għal iffrankar tal-enerġija bi spiża effettiva fis-settur tal-bini. Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-31 ta’ Jannar 2008, sejjaħ għat-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/91/KE.

(5) Il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2007 saħaq dwar il-ħtieġa li titkabbar l-effiċjenza tal-enerġija fil-Komunità sabiex jintlaħaq l-għan tat-tnaqqis b’20 % tal-konsum tal-enerġija tal-Komunità sal-2020 u talab implimentazzjoni bir-reqqa u rapida tal-prijoritajiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Pjan ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija: it-Twettiq tal-Potenzjal” [titlu mhux uffiċjali]. Dan il-Pjan ta’ Azzjoni identifika l-potenzjal sinifikanti għal iffrankar tal-enerġija bi spiża effettiva fis-settur tal-bini. Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-31 ta’ Jannar 2008, talab it-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/91/KE, u talab bosta drabi, l-aħħar darba fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-Tieni Reviżjoni tal-Enerġija Strateġika, li l-mira ta' żieda tal-effiċjenza tal-enerġija b'20% sal-2020 issir vinkolanti. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni Nru .../2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qsim tal-isforzi, li se jkun kruċjali għall-effiċjenza tal-enerġija fis-settur tal-bini, tistabbilixxi miri li jorbtu fuq livell nazzjonali għat-tnaqqis ta' CO2, u d-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu titlob li tkun promossa l-effiċjenza tal-enerġija fil-kuntest ta' mira vinkolanti dwar l-enerġija minn sorsi li jiġġeddu li tammonta għal 20% tal-konsum totali tal-enerġija tal-UE sal-2020.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a) Il-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2007 afferma mill-ġdid l-impenn tal-Komunità favur l-iżvilupp fil-Komunità kollha tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu billi jħaddan mira mandatorja ta' sehem ta' 20% ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu sal-2020. Id-Direttiva 2009/.../KE [ dwar il-promozzjoni tal-użu ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu] stabbiliet qafas komuni għall-promozzjoni ta' enerġiji minn sorsi li jiġġeddu. Din tenfasizza l-bżonn li jkun inkorporat fattur għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli biex tinkiseb il-prestazzjoni minima tal-enerġija skont id-Direttiva 2002/91/KE sabiex jitħaffef l-istabbiliment ta' livelli minimi għall-użu ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu fil-bini.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva 2009/(...)/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli tiirikjedi l-użu ta' livelli minimi ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu fis-settur tal-bini sal-2015 u tirrikjedi wkoll li fl-EPBD jkun inkorporat fattur għall-enerġija minn sorsi li jiġġeddu.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-prestazzjoni enerġetika tal-bini għandha tkun ikkalkolata fuq il-bażi ta’ metodoloġija, li tista’ tkun iddifferenzjata fuq livell nazzjonali u  reġjonali, u  li tinkludi, flimkien mal- karatteristiċi  termali, fatturi oħra li għandhom rwol dejjem aktar importanti bħal istallazzjonijiet tat-tisħin u tal-arja kkundizzjonata , l-applikazzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinovabbli, elementi ta’ tisħin u tberrid passiv, dell, kwalità tal-arja ta’ ġewwa, dawl naturali adegwat  u d-diżinn tal-bini. Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-prestazzjoni tal-enerġija m’għandux ikun ibbażat biss fuq l-istaġun meta jkun meħtieġ it-tisħin, iżda għandu jkopri l-prestazzjoni tal-enerġija annwali tal-bini.

(9) Il-prestazzjoni enerġetika tal-bini għandha tkun ikkalkolata fuq il-bażi ta’ metodoloġija komuni, b'fatturi varjabbli oġġettivi li jqisu d-differenzi klimatiċi reġjonali, u  li tinkludi, flimkien mal-karatteristiċi  termali, fatturi oħra li għandhom rwol dejjem aktar importanti bħas-sistemi ta' tisħin, tberrid u ventilazzjoni, l-irkupru tas-sħana, il-kontroll ta' żona partikulari, l-applikazzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinovabbli, elementi ta’ tisħin u tberrid passiv, dell, kwalità tal-arja ta’ ġewwa, il-kejl xieraq ta' dawl naturali, u s-sistemi ta' iżolament u ta' tidwil, is-sistemi ta' monitoraġġ u ta' kontroll u d-diżinn tal-bini. Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-prestazzjoni tal-enerġija m’għandux ikun ibbażat biss fuq l-istaġun meta jkun meħtieġ it-tisħin, iżda għandu jkopri l-prestazzjoni tal-enerġija annwali tal-bini. Il-metodoloġija għandha tqis l-istandards Ewropej eżistenti.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi metodoloġija komparattiva għall-kalkolu ta' livelli ta’ spiża ottimali għar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija. L-Istati Membri għandhom jużaw din il-metodoloġija komparattiva biex iqabblu r-riżultati mar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija li jkunu adottaw. Ir-riżultati ta’ dan it-tqabbil u d-dejta użata biex jintlaħqu dawn ir-riżultati għandhom jiġu rrapurtati regolarment lill-Kummissjoni. Dawn ir-rapporti għandhom jgħinu lill-Kummissjoni tivvaluta l-progress tal-Istati Membri fl-ilħiq ta’ livelli bi spiża ottimali ta’ rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija u tirrapporta dwar dan il-progress. Wara perjodu tranżitorju, L-Istati Membri għandhom jużaw din il-metodolġija komparattiva meta jirrevedu r-rekwiżiti minimi tagħhom tal-prestazzjoni tal-enerġija.

(12) Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi metodoloġija komuni għall-kalkolu ta' livelli ta’ spiża ottimali għar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija. Din il-metodoloġija għandha tkun konformi ma' dik użata fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità applikabbli għar-rekwiżiti ta' prestazzjoni għall-prodotti, il-komponenti u s-sistemi ta' bini tekniċi li jiffurmaw il-bini. L-Istati Membri għandhom jużaw din il-metodoloġija komuni biex jadottaw ir-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija. Ir-riżultati ta’ dan il-kalkolu u d-dejta użata biex jinkisbu dawn ir-riżultati għandhom jiġu rrappurtati regolarment lill-Kummissjoni. Dawn ir-rapporti għandhom jgħinu lill-Kummissjoni tevalwa l-progress tal-Istati Membri fl-ilħiq ta’ livelli bi spiża ottimali ta’ rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija u tirrapporta dwar dan il-progress. L-Istati Membri għandhom japplikaw din il-metodoloġija meta jirrevedu u jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi tagħhom tal-prestazzjoni tal-enerġija.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva għandha tiżgura konformità mal-leġiżlazzjoni eżistenti.

Hemm il-bżonn li jkun hemm metodu ta' kalkolu wieħed b'fatturi varjabbli oġġettivi li jqis il-varjazzjonijiet reġjonali abbażi ta' approċċ tas-suq wieħed aktar milli ta' metodoloġija komparattiva.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-bini għandu  impatt fit-tul fuq il-konsum tal-enerġija u bini ġdid għandu għaldaqstant jilħaq rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal  -enerġija adattati għall-  klima lokali. Peress li l-applikazzjoni ta’ sistemi alternattivi ta’ provvista tal-enerġija ġeneralment mhux esplorata għall-potenzjal kollu tagħha, il- fattibbiltà teknika, ambjentali u ekonomika  ta’ sistemi ta’ provvista tal-enerġija alternattiv a  għandhom ikunu meqjusa, ikun xi jkun id-daqs tal-bini.

(13) Il-bini għandu impatt kbir fit-tul fuq il-konsum tal-enerġija. Minħabba ċ-ċiklu twil ta’ tiġdid tal-bini eżistenti, bini ġdid, u bini eżistentili huwa suġġett għal tiġdid kbir, għandu għaldaqstant jissodisfa rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija adattati għall-klima lokali. Peress li l-applikazzjoni ta’ sistemi alternattivi ta’ provvista tal-enerġija ġeneralment mhux esplorata għall-potenzjal kollu tagħha, sistemi alternattivi ta’ provvista tal-enerġija għal bini ġdid u eżistenti għandhom ikunu meqjusa, ikun xi jkun id-daqs tiegħu, skont il-prinċipju li qabel xejn ikun żgurat li l-ħtiġiet enerġetiċi għat-tisħin u t-tberrid jitnaqqsu għal livell minimu ottimali fir-rigward tal-ispejjeż.

Ġustifikazzjoni

Peress li ċ-ċiklu ta’ tiġdid għall-bini eżistenti huwa ta’ madwar 25 sena, ir-rekwiżit għall-użu ta’ sistemi ta’ enerġija minn sorsi li jiġġeddu jew tal-koġenerazzjoni jkollhom biss impatt limitat jekk il-bini li jeżisti jkun eskluż. Billi l-bini eżistenti jirrappreżenta 95% tal-istokk kollu tal-bini, din tkun opportunità mitlufa.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Tibdil estensiv f’bini eżistenti , ikun xi jkun id-daqs tiegħu,  jipprovdi  opportunità sabiex jittieħdu miżuri bi spiża effettiva  sabiex tkun imtejba l-prestazzjoni tal-enerġija. Tibdil estensiv huwa dawk il-każijiet fejn, għal raġunijiet ta’ spiża effiċjenti, għandu jkun possibbli li jiġu limitati r-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija għall-partijiet imġedda li huma l-aktar rilevanti għall-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini.

(14) Tibdil estensiv f’bini eżistenti , ikun xi jkun id-daqs tiegħu,  jipprovdi  opportunità sabiex jittieħdu miżuri bi spiża effettiva  sabiex tkun imtejba l-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini kollu. Bl-iffissar ta’ rekwiżiti għal miżuri effettivi fir-rigward tal-infiq, ikun żgurat li ma jinħolqu ebda ostakli li jistgħu jiskuraġġixxu li jitwettaq tiġdid kbir.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 14 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14a) Hemm studji li juru li s-settur tal-kostruzzjoni jbati minn ineffiċjenza li twassal għal spejjeż għall-utent aħħari li jkunu ferm ogħla mill-ispejjeż ottimali. Il-kalkoli juru li l-ispejjeż għall-bini jistgħu jitnaqqsu bi 30-35% permezz ta’ anqas skart f’ħafna mill-proċessi ta’ kostruzzjoni u għal ħafna mill-prodotti. In-nuqqas ta’ effiċjenza fis-settur tal-bini huwa theddida ewlenija għall-għan u l-iskop ta’ din id-Direttiva, peress li n-nefqa għolja u mhux ġustifikata għall-bini u t-tiġdid tnaqqas l-effikaċja fir-rigward tal-infiq, u għaldaqstant l-effikaċja enerġetika fis-settur. Sabiex ikun iggarantit li din id-Direttiva taħdem sew, il-Kummissjoni għandha tevalwa t-tħaddim tas-suq tal-kostruzzjoni u tirrapporta l-konklużjonijiet u s-suġġerimenti tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jiżguraw l-ipprezzar trasparenti fil-qasam tal-kostruzzjoni u t-tiġdid, u barra minn hekk għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jitneħħew ostakli għad-dħul fis-suq, u għal faċilitajiet u infrastruttura rilevanti, għal parteċipanti ġodda, speċjalment għall-SMEs.

Ġustifikazzjoni

Hemm studji li juru li sa 30-35% tan-nefqa tal-bini hija marbuta direttament mal-iskart fl-ipproċessar u l-produzzjoni. ("Waste in construction projects - call for a new approach", Josephson/Saukkoriipi, The Centre for Management of the Built Environment Building Economics and Management, Chalmers University of Technology, Gothenburg 2007). Tnaqqis fin-nefqa żejda fis-settur tal-bini jwassal għal żieda sinifikanti fl-għadd ta’ tiġdidiet tal-bini li jwasslu għal titjib fl-effiċjenza enerġetika fil-binjiet, billi dawn it-tiġdidiet ikunu ħafna irħas għall-utenti aħħarin.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 14 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14b) Sabiex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-apparat domestiku u tat-tisħin u t-tberrid, it-teknoloġija tal-informazzjoni għandha tkun żviluppata u użata, bil-għan li jkun hemm ‘binjiet intelliġenti’.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Huma meħtieġa miżuri biex jiżdied l-għadd ta’ bini li mhux biss jilħaq ir-rekwiżiti minimi kurrenti tal-prestazzjoni tal-enerġija, imma li huwa aktar enerġetikament effiċjenti. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom ifasslu pjani nazzjonali għal żieda fl-għadd ta' bini li sew l-emissjonijiet tiegħu tad-dijossidu tal-karbonju sew il-konsum tal-enerġija primarja huma baxxi jew żero u jirrappurtawhom regolarment lill-Kummissjoni.

(15) Huma meħtieġa miżuri biex jiżdied l-għadd ta’ binjiet li mhux biss jilħqu r-rekwiżiti minimi attwali tal-prestazzjoni tal-enerġija, imma li jiżguraw tal-anqas l-ogħla livell xieraq fir-rigward ta' spejjeż ta’ prestazzjoni tal-enerġija. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom ifasslu pjanijiet nazzjonali għal żieda fl-għadd ta' bini li ma jikkonsmawx enerġija jew ma jipproduċux emissjonijiet u jagħtu rapport dwarhom regolarment lill-Kummissjoni.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 16 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16a) L-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa jiħedu miżuri minbarra dawk stipulati f’din id-Direttiva biex jippromwovu l-effiċjenza enerġetika mtejba tal-binjiet. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu inċentivi għan-negozji, għas-sidien tad-djar u għall-inkwilini, inklużi rati mnaqqsa ta’ VAT għas-servizzi ta’ tiġdid tal-binjiet.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-ispiża kapitali spiss għolja tal-investimenti fl-effiċjenza enerġetika, in-negozji, is-sidien tad-djar u l-inkwilini jeħtieġu għajnuna finanzjarja biex jagħmlu dan l-investiment inizjali. Dan jista’ jsir f’forma ta’ self mingħajr interessi lis-sidien tad-djar jew rati mnaqqsa ta’ VAT fuq servizzi marbutin direttament mat-tiġdid għall-effiċjenza enerġetika. L-applikazzjoni ta’ rati mnaqqsa tal-VAT għall-prodotti biss tista’ tirriżulta f’użu akbar ta’ ħaddiema bla sengħa, li jista’ jdgħajjef l-effikaċja tax-xogħlijiet imwettqa, u dan ma jagħtix garanzija tal-iffrankar tal-enerġija.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 16 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16b) L-Istati Membri għandhom jevitaw ir-regolazzjoni mgħawġa tal-prezzijiet tal-enerġija għall-konsumaturi li ma tagħtix inċentivi biex tiġi ffrankata l-enerġija.

Ġustifikazzjoni

Ir-regolazzjoni tal-prezzijiet tal-enerġija għandha t-tendenza li twassal għal konsum ogħla tal-enerġija mill-konsumaturi aħħarin u għal tagħwiġ tas-suq tal-enerġija. Dawn il-miżuri regolamentari għandhom jiġu evitati u għandhom jiġu ssostitwiti b’miżuri li jistimulaw lill-konsumaturi aħħarin biex jiffrankaw aktar enerġija.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Ix-xerrej u l-okkupant prospettiv ta’ bini jew partijiet minnu għandhom jingħataw informazzjoni korretta dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini u pariri prattiċi dwar it-titjib tagħha, permezz taċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija. Iċ-ċertifikat għandu wkoll jipprovdi informazzjoni dwar l-impatt attwali tat-tisħin u tat-tberrid fuq il-ħtiġijiet enerġetiċi tal-bini, dwar il-konsum tal-enerġija primarja u dwar l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju.

(17) Ix-xerrej u l-inkwilin prospettivi ta’ bini jew partijiet minnu għandhom jingħataw informazzjoni korretta dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini u pariri prattiċi dwar it-titjib tagħha, permezz taċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija. Is-sidien u l-inkwilini ta’ binjiet kummerċjali għandhom ikunu obbligati wkoll li jaqsmu tagħrif dwar il-konsum reali tal-enerġija, sabiex jiżguraw li tkun disponibbli d-dejta kollha biex ikunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar it-titjib meħtieġ. Iċ-ċertifikat għandu wkoll jipprovdi informazzjoni dwar l-impatt attwali tat-tisħin u tat-tberrid fuq il-ħtiġijiet enerġetiċi tal-bini, dwar il-konsum tal-enerġija primarja u dwar l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju. Is-sidien tal-bini għandu jkollhom l-opportunità li jitolbu ċ-ċertifikazzjoni jew ċertifikat aġġornat f'kull ħin, mhux biss meta l-bini jinkera, jinbiegħ jew jiġi rinnovat.

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija jista’ jinkiseb mhux biss meta bini jew parti minnu jinkera, jiġġedded jew jinbiegħ, iżda wkoll meta mitlub.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 17 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17a) L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jagħtu eżempju u għandhom jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija fil-perjodu tal-validità tiegħu. L-Istati Membri għandhom jinkludu fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom miżuri li jappoġġjaw lill-awtoritajiet pubbliċi biex jadottaw kmieni t-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija u biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija fil-perjodu tal-validità tiegħu. Fl-iżvilupp tal-pjanijiet nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lir-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jagħtu eżempju u jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija. L-Istati Membri għandhom jinkludu fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom miżuri li jappoġġjaw lill-awtoritajiet pubbliċi biex jagħmlu dan u biex jadottaw kmieni t-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija. Fl-iżviluppar tal-pjanijiet nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lir-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 17 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17b) B’konformità mar-rekwiżiti dwar l-istallazzjoni ta’ miters intelliġenti stipulati fid-Direttiva 2006/32/KE, is-sidien u l-inkwilini għandhom jingħataw tagħrif eżatt dak il-ħin stess dwar il-konsum tal-enerġija fil-binjiet li huma jkunu jokkupaw.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Bini okkupat minn awtoritajiet pubbliċi  u bini li spiss jintuża mill-pubbliku jagħti l-opportunità li jkun ta’  eżempju billi juru li qed jittieħdu  konsiderazzjonijiet ambjentali u ta’ enerġija u għaldaqstant dan il-bini għandu jkun suġġett  għal ċertifikazzjoni tal-enerġija fuq bażi  regolari. It-tixrid lill-pubbliku tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-enerġija għandu jkun imtejjeb billi jkunu murija b’mod ċar dawn iċ-ċertifikati.

(18) Bini okkupat minn awtoritajiet pubbliċi  u bini li spiss jintuża mill-pubbliku għandu jkun ta’  eżempju billi juru li qed jittieħdu  konsiderazzjonijiet ambjentali u rigward l-enerġija u għaldaqstant dan il-bini għandu jkun suġġett  għal ċertifikazzjoni tal-enerġija fuq bażi  regolari. It-tixrid lill-pubbliku tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-enerġija għandu jkun imtejjeb billi jkunu murija b’mod ċar dawn iċ-ċertifikati. Jekk l-Istati Membri jagħżlu li jinkludu l-użu tal-enerġija bħala parti mir-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-enerġija, tista’ tiġi adottata strateġija bbażata fuq is-sit li biha numru ta’ binjiet fl-istess inħawi u okkupati mill-istess organizzazzjoni jagħmlu użu mill-istess miters tal-enerġija.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tenfasizza l-eżempju ewlieni li qed jingħata f’xi Stati Membri li estendew ir-rekwiżiti ta’ turija sabiex jirriflettu kemm il-prestazzjoni energetica tal-binja kif ukoll il-mod kif l-enerġija tintuża mill-inkwilini tal-binja. Strateġija bbażata fuq is-sit f’dawn il-każijiet tqis kif inhuma organizzati universitajiet, sptarijiet u siti oħra pubbliċi simili, u tista’ tagħti dehra ġenerali aħjar tal-użu ġenerali u tal-impatt tal-karbonju ta’ sit.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 18 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18a) L-iżgurar tar-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija maħruġa minn Stati Membri oħra probabilment se jkun importanti għall-iżvilupp tas-suq transkonfinali tas-servizzi finanzjarji u oħrajn li jappoġġjaw l-effiċjenza tal-enerġija. Biex dan ikun iffaċilitat, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi standards minimi komuni għall-kontenut u l-preżentazzjoni taċ-ċertifikati, u għall-akkreditazzjoni tal-esperti. Kull ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija għandu jkun disponibbli sew bil-lingwa tas-sid kif ukoll tal-inkwilin, sabiex ir-rakkomandazzjonijiet jinftiehmu malajr.

Ġustifikazzjoni

Ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija huwa meħtieġ. Il-kontenut taċ-ċertifikat għandu jkun jinqara u jinftiehem sew mill-inkwilin kif ukoll mis-sid, sabiex ikunu jistgħu jaġixxu fuq ir-rakkomandazzjonijiet li fih.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) L-aħħar snin raw żieda fin-numru ta’ sistemi tal-arja kondizzjonata fil-pajjiżi tal--Ewropa. Dan iwassal għal problemi konsiderevoli fil-ħinijiet l-aktar intensivi, li jżidu l-prezz tal-elettriku u jiddisturbaw il-bilanċ tal--enerġija f’dawk il-pajjiżi.

(19) L-aħħar snin raw żieda fin-numru ta’ sistemi tal-arja kondizzjonata fil-pajjiżi tal-Ewropa. Dan iwassal għal problemi konsiderevoli fil-ħinijiet l-aktar intensivi, li jżidu l-prezz tal-elettriku u jiddisturbaw il-bilanċ tal-enerġija fl-Istati Membri kollha. Għandha tingħata prijorità lil strateġiji li jtejbu l-prestazzjoni termika tal-bini matul x-xhur tas-sajf. Għal dan il-għan, għandu jkun hemm aktar żvilupp ta’ metodi ta’ tberrid passiv, l-aktar dawk li jtejbu l-kundizzjonijiet klimatiċi interni u l-mikroklima ta’ madwar il-binjiet.

Ġustifikazzjoni

L-aktar minħabba li ġeneralment huwa mistenni li jkun hemm tisħin fl-UE, ma jagħmilx sens li ma jibqgħux jiġu pprijoritizzati l-istrateġiji biex tittejjeb il-klima interna fil-pajjiżi l-aktar milquta. L-esperjenza mill-aħħar snin uriet ukoll li s-sjuf sħan fl-Istati Membri tan-nofsinhar tal-UE kellhom effett ukoll fuq il-provvisti tal-enerġija fl-Ewropa Ċentrali. Minħabba f'hekk il-ħtieġa ta' azzjoni hija aktar urġenti.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Spezzjoni  regolari ta’ sistemi tal-  arja kondizzjonata minn persuni kkwalifikati sabiex jinżamm l-aġġustament korrett skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott u b’dan il-mod tinżamm prestazzjoni ottimali minn perspettiva ambjentali, ta’ sigurtà u ta’ enerġija. Għandu jkun hemm stima indipendenti tas-sistema kollha tat-tisħin u l-ikkundizzjonar tal-arja b’intervalli regolari tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, speċjalment qabel ma jiġu sostitwiti jew aġġornati  .

(20) Spezzjoni  regolari ta’ sistemi tal-arja kondizzjonata minn persuni kkwalifikati tikkontribwixxi sabiex jinżamm l-aġġustament korrett skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott u b’dan il-mod tinżamm prestazzjoni ottimali minn perspettiva ambjentali, ta’ sigurtà u ta’ enerġija. Għandu jkun hemm stima indipendenti tas-sistema kollha tat-tisħin u l-ikkundizzjonar tal-arja b’intervalli regolari tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, speċjalment qabel ma jiġu sostitwiti jew aġġornati. Sabiex jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv fuq is-sidien u l-inkwilini tal-bini, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull ċertifikazzjoni għall-prestazzjoni tal-enerġija tinkludi spezzjoni tas-sistemi tal-arja kondizzjonata; u li, kemm jista' jkun, l-ispezzjonijiet tas-sistemi tal-arja kondizzjonata jitwettqu fl-istess żmien.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi mminimizzat il-piż burokratiku fuq is-sidien u l-inkwilini tal-bini.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 21 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21a) L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma kruċjali għall-implimentazzjoni b’suċċess ta’ din id-Direttiva. Ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jiġu kkonsultati dwar kull aspett tal-implimentazzjoni tagħha kemm f'livell nazzjonali kif ukoll f'livell reġjonali. Min jippjana lokalment u l-ispetturi tal-bini għandhom jirċievu gwida adegwata u riżorsi biex iwettqu x-xogħol meħtieġ.

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma kruċjali għall-implimentazzjoni b’suċċess ta’ din id-Direttiva. Ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jiġu kkonsultati dwar kull aspett tal-implimentazzjoni tagħha kemm f'livell nazzjonali kif ukoll f'livell reġjonali. Min jippjana lokalment u l-ispetturi tal-bini għandhom jirċievu gwida adegwata u riżorsi biex iwettqu x-xogħol meħtieġ.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 21 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21b) Sakemm l-aċċess għall-professjoni ta' installatur jew l-eżerċizzju tagħha jkunu regolati, il-prekondizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali huma stabbiliti fid-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali. Għalhekk din id-Direttiva tapplika bla ħsara għad-Direttiva 2005/36/KE. Filwaqt li d-Direttiva 2005/36/KE tistabbilixxi rekwiżiti għar-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali, inkluż għall-periti, hemm ħtieġa oħra li jkun żgurat li l-periti u min jippjana jikkunsidraw b’mod xieraq it-teknoloġiji b’livell għoli ta’ effiċjenza fil-pjanti u d-diżinni tagħhom. L-Istati Membri għalhekk għandhom jipprovdu gwida ċara. Dan għandu jsir bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/36/KE u b’mod partikulari l-Artikoli 46 u 49 tagħha.

Ġustifikazzjoni

Ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikazzjoni bejn l-Istati Membri għandu jħaffef il-moviment ħieles tal-professjonisti mal-fruntieri nazzjonali mingħajr ebda limitu fuq il-kummerċ. Din il-premessa għandha ġġib lid-Direttiva konformi mad-Direttiva dwar is-sorsi tal-enerġija li jiġġeddu.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Is-setgħa trid tiġi kkonferita partikolarment lill-Kummissjoni biex tadatta ċerti partijiet mill-qafas ġenerali stabbilit fl-Anness I għall-progress tekniku, tistabbilixxi metodoloġiji għall-kalkolu ta’ livelli ta’ spiża ottimali ta’ rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija, u tistabbilixxi prinċipji komuni għad-definizzjoni ta’ bini li l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju u l-konsum tal-enerġija primarja huma baxxi jew żero. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(23) Is-setgħa trid tiġi kkonferita partikolarment lill-Kummissjoni biex tadatta ċerti partijiet mill-qafas ġenerali stabbilit fl-Anness I għall-progress tekniku, tistabbilixxi metodoloġija komuni għall-kalkolu ta’ livelli ta’ spiża ottimali ta’ rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija, u tistabbilixxi definizzjoni ta’ bini li ma jikkonsmax enerġija jew li ma jipproduċix emissjonijiet meta jitqiesu l-kundizzjonijiet tat-temp reġjonali normali u t-tibdil imbassar f’dawn il-kundizzjonijiet tat-temp matul iż-żmien. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi metodoloġiji għall-kalkolu ta' livelli ottimali fir-rigward tal-ispejjeż tar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija u definizzjoni komuni għal bini li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet reġjonali normali tat-temp u t-tibdil imbassar f'dawn il-kundizzjonijiet tat-temp matul iż-żmien.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 23 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23a) Ġaladarba l-applikazzjonijiet intelliġenti tad-tidwil bħalissa jikkostitwixxu madwar 14 % tal-enerġija użata fl-UE, u ladarba s-sistemi tat-tidwil moderni tal-iprem kwalità jistgħu jiffrankaw iżjed minn 80% ta' enerġija filwaqt li jżommu l-kundizzjonijiet tad-dawl f’konformità mal-istandards Ewropej, u dan huwa kontribut li għadu ma ġiex sfruttat biżżejjed biex l-Unjoni Ewropea tilħaq l-objettivi tal-UE għall-2020, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa favur l-adozzjoni ta’ Direttiva dwar id-Diżinn tat-Tidwil sabiex tikkumplimenta l-miżuri u l-objettivi stipulati f’din id-Direttiva. Effiċjenza ikbar fl-enerġija li tirriżulta minn diżinn aħjar tat-tidwil u mill-użu effiċjenti tar-riżorsi tad-dawl b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar l-użu ta' enerġija tal-prodotti hija meqjusa bħala kontribut sinifikanti għal prestazzjoni enerġetika aħjar fil-bini.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Billi l-għanijiet għat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri minħabba l-kumplessità tas-settur tal-bini, u n-nuqqas ta’ ħila tas-swieq nazzjonali tal-proprjetà li jindirizzaw b’mod xieraq l-isfidi tal-effiċjenza tal-enerġija, u jistgħu, fid-dawl tal-medda u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, bi qbil mal-prinċipji tas-sussidjarjetà speċifikat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipji tal-proporzjonalità, kif stabbiliti f’dak l-Artikolu,  din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(24) Billi l-għanijiet għat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri minħabba l-kumplessità tas-settur tal-bini, u minħabba n-nuqqas ta’ ħila tas-swieq nazzjonali tal-proprjetà li jindirizzaw b’mod xieraq l-isfidi tal-prestazzjoni tal-enerġija, u jistgħu, fid-dawl tal-medda u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, bi qbil mal-prinċipji tas-sussidjarjetà speċifikati fl-Artikolu 5 tat-Trattat.Skont il-prinċipji tal-proporzjonalità, kif stabbiliti f’dak l-Artikolu,  din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

Ġustifikazzjoni

Għall-konformità mal-proposta kollha.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tippromwovi  t-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini fi ħdan il-Komunità, filwaqt li tqis ir-rekwiżiti tal-klima ta’ barra u kundizzjonijiet lokali, kif ukoll rekwiżiti tal-klima ta’ ġewwa u l-effettività tal-ġestjoni tal-ispejjeż.

Din id-Direttiva tippromwovi  t-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini fi ħdan il-Komunità, filwaqt li tqis ir-rekwiżiti tal-klima ta’ barra u kundizzjonijiet lokali, kif ukoll rekwiżiti tal-klima ta’ ġewwa u livelli ottimali fir-rigward tal-ispejjeż tal-prestazzjoni tal-enerġija.

Ġustifikazzjoni

Is-suġġett tad-Direttiva għandu jinkludi referenza għall-metodoloġija tal-kalkolu tal-ispiża ottimali, kuf ukoll għar-rekwiżiti minimi ta’ prestazzjoni għall-komponenti tal-involukru u għas-sistemi tekniċi tal-bini, u għall-applikazzjoni tagħhom fil-bini ġdid u f’dak eżistenti. L-objettivi ta’ bini li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet huwa element importanti tat-tfassil mill-ġdid. L-edukazzjoni, it-taħriġ u r-rekwiżiti tar-rikonoxximent reċiproku bejn l-Istati Membri għal min joħroġ ċertifikati tal-prestazzjoni enerġetika tal-bini u għall-ispetturi tas-sistemi tat-tisħin u tal-arja kondizzjonata għandhom jiġu inklużi.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-qafas ġenerali għal metodoloġija għall-kalkolu tal-prestazzjoni tal--enerġija integrata tal-bini u partijiet minnu  ;

(a) metodoloġija tal-kalkolu tal-prestazzjoni tal-enerġija integrata tal-bini u partijiet minnu, tal-komponenti tal-bini u tas-sistemi tekniċi ta' bini;

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-applikazzjoni tar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija ta’ bini eżistenti li u partijiet minnu  li huma suġġetti għal tibdil kbir;

(c) l-applikazzjoni tar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija ta’ bini eżistenti li huwa suġġett għal tibdil kbir u tal-komponenti tal-bini u tas-sistemi tekniċi tal-bini kull meta dawn ikunu mibdula jew aġġornati;

Ġustifikazzjoni

Is-suġġett tad-Direttiva għandu jinkludi referenza għall-metodoloġija tal-kalkolu tal-ispiża ottimali, kuf ukoll għar-rekwiżiti minimi ta’ prestazzjoni għall-komponenti tal-involukru u għas-sistemi tekniċi tal-bini, u għall-applikazzjoni tagħhom fil-bini ġdid u f’dak eżistenti. L-objettivi ta’ bini li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet huwa element importanti tat-tfassil mill-ġdid. L-edukazzjoni, it-taħriġ u r-rekwiżiti tar-rikonoxximent reċiproku bejn l-Istati Membri għal min joħroġ iċ-ċertifikati tal-prestazzjoni enerġetika tal-bini u għall-ispetturi tas-sistemi tat-tisħin u tal-arja kondizzjonata għandhom jiġu inklużi.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) pjani nazzjonali għal żieda fl-għadd ta' binijiet b’sew l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju sew il-konsum tal-enerġija primarja baxxi jew żero;

(d) pjanijiet u objettivi nazzjonali għal żieda fl-għadd ta' binijiet li ma jikkonsmawx enerġija u ma jipproduċux emissjonijiet;

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt g a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ga) l-edukazzjoni, it-taħriġ u r-rekwiżiti tar-rikonoxximent reċiproku bejn l-Istati Membri għal min joħroġ iċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini u għall-ispetturi tas-sistemi tat-tisħin u tal-arja kondizzjonata.

Ġustifikazzjoni

Is-suġġett tad-Direttiva għandu jinkludi referenza għall-metodoloġija tal-kalkolu tal-ispiża ottimali, kuf ukoll għar-rekwiżiti minimi ta’ prestazzjoni għall-komponenti tal-involukru u għas-sistemi tekniċi tal-bini, u għall-applikazzjoni tagħhom fil-bini ġdid u f’dak eżistenti. L-objettivi ta’ bini li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet huwa element importanti tat-tfassil mill-ġdid. L-edukazzjoni, it-taħriġ u r-rekwiżiti tar-rikonoxximent reċiproku bejn l-Istati Membri għal min joħroġ iċ-ċertifikati tal-prestazzjoni enerġetika tal-bini u għall-ispetturi tas-sistemi tat-tisħin u tal-arja kondizzjonata għandhom jiġu inklużi.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt g b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(gb) pjanijiet nazzjonali biex jiġu eliminati l-ostakoli skont il-liġijiet dwar il-bini, il-kera u l-ħarsien tal-wirt u biex jinħolqu inċentivi nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa joħolqu inċentivi finanzjarji addizzjonali, pereżempju skont il-liġi tat-taxxa, kif ukoll jeliminaw l-ostakoli eżistenti skont il-liġi dwar il-bini, il-kiri u l-ħarsien tal-wirt, inklużi regoli li jirregolaw xogħol ta’ mmodernizzar li jiffranka l-enerġija u rekwiżiti ta’ modernizzazzjoni eżistenti għall-binjiet li huma kklassifikati bħala monumenti.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) "bini ġdid" tfisser bini li għalih inkisbet l-awtorizzazzjoni għall-kostruzzjoni rilevanti wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta’ bini ġdid hija meħtieġa, minħabba l-fatt li l-kostruzzjoni ta’ bini ġdid tieħu ix-xhur/is-snin. Huwa importanti li r-rekwiżiti l-ġodda jiġu introdotti għal dak il-bini li għalih inkisbet l-awtorizzazzjoni għall-kostruzzjoni rilevanti wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b) “partijiet minn bini” tfisser appartamenti jew unitajiet iddiżinjati għal użu separat fil-blokki tal-bini;

Ġustifikazzjoni

Il-frażi “u partijiet minnu” tintuża f’ħafna Artikoli f’din id-Direttiva. Għalhekk għandha tiġi ddefinita; inkella, ikun hemm riskju li l-frażi tkun interpretata li tinkludi komponenti u sistemi tekniċi tal-bini. Il-frażi tintuża fl-Artikolu dwar iċ-ċertifikazzjoni biex tirreferi għal partijiet ta' bini b'ħafna familji u bini kummerċjali għal użu separat, bħall-appartamenti u l-uffiċċji.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 1 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c) "bini li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet" tfisser bini fejn, minħabba l-livell għoli ħafna ta' effiċjenza enerġetika ta-bini, il-konsum enerġetiku ewlieni annwali u globali huwa daqs il-produzzjoni ta' enerġija minn sorsi ta' enerġija li jiġġeddu fil-post, jew anqas minnha;

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) “sistema teknika tal-bini” tfisser tagħmir tekniku għat-tisħin, it-tberrid, il-ventilazzjoni, il-misħun, it-tidwil u l-produzzjoni tal-elettriku jew tagħqida ta’ dawn;

(2) “sistema teknika tal-bini” tfisser tagħmir tekniku għat-tisħin, it-tberrid, il-ventilazzjoni, il-misħun, it-tidwil u l-produzzjoni tal-elettriku, il-kejl, is-sistemi ta' monitoraġġ u ta' kontroll, jew tagħqida ta’ dawn;

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) "prestazzjoni tal-enerġija ta’ bini" tfisser  l-ammont ta’ enerġija kkalkulat jew imkejjel  meħtieġ biex  jilħaq id-domanda tal-enerġija  assoċjata mal-bżonnijiet differenti tal-bini, li jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, tisħin , misħun  , tberrid , ventilazzjoni u dawl.

(3) "prestazzjoni tal-enerġija ta’ bini" tfisser  l-ammont ta’ enerġija kkalkulat jew imkejjel li jkun meħtieġ biex jilħaq id-domanda ewlenija tal-enerġija assoċjata mal-bżonnijiet differenti tal-bini, imfissra f'kWh/m2 fis-sena, u li jinkludi, fost l-oħrajn, l-enerġija użata għat-tisħin, il-misħun, it-tberrid, il-ventilazzjoni, u t-tidwil fiss, filwaqt li jitqiesu l-gwadanni passivi mix-xemx, is-sistemi li jagħtu d-dell, u d-dawl naturali;

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) “enerġija primarja”: tfisser enerġija li tiġġedded u enerġija li ma tiġġeddidx li ma għaddiet mill-ebda proċess ta’ konverżjoni jew trasformazzjoni;

(4) “enerġija primarja”: tfisser enerġija minn sorsi li jiġġeddu u minn sorsi li ma jiġġeddux li ma għaddiet mill-ebda proċess ta’ konverżjoni jew trasformazzjoni;

Ġustifikazzjoni

Fil-politiki tal-UE għandu jkun hemm il-koerenza fid-definizzjonijiet. Il-bida fit-test qiegħda tiġi ssuġġerita biex issir referenza diretta għad-definizzjoni ta’ “enerġiji minn sorsi li jiġġeddu” kif jissuġġerixxi l-Artikolu 2(a) tad-Direttiva RES adottata mis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2008.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) "enerġija minn sorsi li jiġġeddu" tfisser l-enerġija minn sorsi li jiġġeddu mhux fossili: enerġija mir-riħ, mix-xemx, ġeotermika, aerotermika, idrotermika u mill-oċeani, idroelettrika, mill-bijomassa, mill-gass tal-landfills, mill-gass minn impjanti għat-trattament tad-dranaġġ u mill-bijogassijiet;

Ġustifikazzjoni

L-enerġija minn sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu għandha sehem importanti fit-tfassil mill-ġdid tal-proposta, u għalhekk għandha tiġi ddefinita kif jixraq. Fil-politiki tal-UE għandu jkun hemm il-koerenza fid-definizzjonijiet. Id-definizzjoni proposta hija l-Artikolu 2(a) tad-Direttiva RES kif adottata mis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2008.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) “involukru tal-binja” tfisser elementi ta’ binja li jifirdu l-ġewwieni tagħha mill-ambjent ta’ barra, inklużi t-twieqi, il-ħitan, il-pedament, iċ-ċangatura tal-qiegħa, is-saqaf, il-bejt u l-iżolament;

(5) “involukru tal-binja” tfisser l-elementi integrati ta’ binja li jifirdu l-ġewwieni tagħha mill-ambjent ta’ barra;

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) "komponent tal-bini" tfisser parti individwali ta' bini li jaffettwa l-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini u li ma tkunx koperta minn sistema teknika ta' bini, inklużi t-twieqi, is-sistemi ta' dell, il-bibien esterni, il-ħitan, il-pedament, iċ-ċangatura tal-kantina, is-saqaf, il-bejt, u s-sistemi ta' iżolament;

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) “tibdil/tiġdid kbir”: tfisser it-tibdil f’bini meta

(6) “tibdil/tiġdid kbir”: tfisser it-tibdil f’bini meta

(a) l-ispiża totali għat-tibdil marbuta mal-involukru tal-binja jew is-sistemi tekniċi tal-bini tkun ogħla minn 25 % tal-valur tal-binja, eskluż il-valur tal-art li fuqha qiegħda l-binja, jew

(a) l-ispiża totali għat-tibdil marbuta mal-involukru tal-binja jew is-sistemi tekniċi tal-bini tkun ogħla minn 20 % tal-valur tal-binja, f'liema każ il-valur għandu jkun imsejjes fuq l-ispejjeż attwali tal-kostruzzjoni fl-Istat Membru konċernat, eskluż il-valur tal-art li fuqha qiegħda l-binja, jew

(b) aktar minn 25 % tas-superfiċje tal-involukru tal-bini tgħaddi minn tibdil;

(b) aktar minn 25 % tas-superfiċje tal-involukru tal-bini, li jkollha effett dirett fuq il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, tgħaddi minn tibdil;

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) “livell ta’ spiża ottimali” tfisser l-aktar livell baxx ta’ spejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ bini, li huwa determinat billi jitqiesu l-ispejjeż tal-investiment, l-ispejjeż tal-manutenzjoni u l-operat (inklużi l-ispejjeż tal-enerġija), qligħ mill-enerġija prodotta, fejn applikabbli, u spejjeż tar-rimi, fejn applikabbli;

(10) "livell ottimali fir-rigward tal-ispejjeż" tfisser il-livell fejn l-analiżi tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż ikkalkulata tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ bini jkun pożittiv, li huwa determinat billi jitqiesu tal-anqas il-valur nett attwali tal-ispejjeż tal-investiment u tal-operat (inklużi l-ispejjeż tal-enerġija), tal-manutenzjoni, qligħ mill-enerġija prodotta, u spejjeż tar-rimi, fejn applikabbli;

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) "pompa tas-sħana" tfisser  inġenju jew installazzjoni li tiġbed is-sħana f’temperatura baxxa mill-arja, l-ilma jew l-art u tissupplixxi s-sħana lill-bini.

(14) "pompa tas-sħana" tfisser magna, inġenju jew installazzjoni li tittrasferixxi s-sħana mill-madwar naturali bħalma huma l-arja, l-ilma jew l-art lill-bini jew applikazzjonijiet industrijali billi treġġa' lura l-fluss naturali tas-sħana b'mod li tgħaddi minn temperatura aktar baxxa lejn waħda ogħla. L-ammont ta' enerġija mill-ambjent maqbuda mill-pompi tas-sħana li għandha titqies enerġija li tiġġedded għall-finijiet ta' din id-Direttiva għandu jkun dak stabbilit mid-Direttiva 2009/.../KE [dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu].

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni tal-pompi tas-sħana u tal-metodoloġija użata biex jiġi kkalkulat l-ammont ta' enerġija primarja u l-effiċjenza ta' dan it-tagħmir għandha tkun skont id-Direttiva li għadha kif ġiet adottata dan l-aħħar dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 14 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14a) 'faqar enerġetiku" tfisser sitwazzjoni fejn familja jkollha tonfoq aktar minn 10% tad-dħul tagħha fuq il-kontijiet tal-enerġija sabiex issaħħan id-dar sa standard aċċettabbli msejjes fuq il-livelli rakkomandati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;

Ġustifikazzjoni

Huwa teknikament neċessarju li jiġi definit il-'faqar enerġetiku', terminu msemmi fl-Emenda 31.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 14 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14b) "sistema ta' tidwil" tfisser il-kombinazzjoni ta' komponenti meħtieġa biex jingħata ċertu livell ta' dawl.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 14 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14c) "sistemi ta' tisħin jew ta' tberrid urbani" tfisser id-distribuzzjoni tal-enerġija termika fil-forma ta' fwar, misħun jew likwidi mkessħa, minn sors ċentrali ta' produzzjoni permezz ta' netwerk li diversi binjiet, għat-tisħin jew it-tberrid tal-ispazji jew tal-industriji, jew għat-tisħin tal-ilma.

Ġustifikazzjoni

Id-direttiva għandu jkollha definizzjoni ta' sistemi ta' tisħin jew ta' tberrid urbani. Dawn huma infrastrutturi importanti li jippermettu s-sinerġiji bejn l-effiċjenza enerġetika u s-sorsi ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 14 d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14d) "diżinn tad-tidwil" tfisser skema jew stampa li tagħti fid-dettall il-konfigurazzjoni u t-tqassim tad-dwal inkluż it-tagħmir tal-kontroll relatat.

Ġustifikazzjoni

L-objettiv tad-diżinn tat-tidwil huwa l-għażla tal-kriterji tajbin għall-biċċa tax-xogħol tat-tidwil skont l-Istandards Ewropej armonizzati li jużaw l-aħjar sistemi ta' tidwil b'effiċjenza enerġetika.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jadottaw metodoloġija għal kalkolu tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini skont il-  qafas ġenerali speċifikat fl-Anness I ma’ .

1. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-partijiet interessati rilevanti u b'mod partikulari lir-rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, għandha tistabbilixxi, sal-31 ta' Marzu 2010, metodoloġija għal kalkolu tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini skont il-qafas ġenerali speċifikat fl-Anness I.

 

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(2).

Din il-metodoloġija għandha tiġi adottata  fuq livell nazzjonali jew reġjonali.

2. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw din il-metodoloġija komuni.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini għandha titfisser b'mod trasparenti u għandha tinkludi indikatur għall-emissjonijiet tas-CO2 u għad-domanda għall-enerġija primarja.

Ġustifikazzjoni

Il-mira politika ġenerali ta' din id-direttiva hija li jitnaqqas l-impatt tas-CO2 fil-bini. Għaldaqstant din il-mira għandha tkun imsemmija espliċitament fl-Artikolu 3.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li r-rekwiżiti tal-  prestazzjoni minima ta’ l-enerġija għall-bini jiġu ffissati bil-għan li jaslu għal livelli ta’ spiża ottimali  u jkunu kkalkulati skont  il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 3.

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li r-rekwiżiti tal-prestazzjoni minima ta’ l-enerġija għall-bini eżistenti u għal komponenti u sistemi tekniċi ta' bini u partijiet minnu, jiġu ffissati biex mill-inqas jinkisbu livelli ta’ spiża ottimali u jkunu kkalkulati skont il-metodoloġija komuni msemmija fl-Artikolu 3.

Meta jiffissaw rekwiżiti, l-Istati Membri jistgħu jiddifferenzjaw bejn kategoriji ta’ bini ġdid u bini eżistenti u bejn kategoriji differenti ta’ bini.

Meta jiffissaw rekwiżiti, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet pubbliċi u lil partijiet interessati oħra u jistgħu jiddifferenzjaw bejn kategoriji ta’ bini ġdid u bini eżistenti u bejn kategoriji differenti ta’ bini.

Dawn ir-rekwiżiti għandhom iqisu l-kundizzjonijiet klimatiċi interni, sabiex ikunu evitati effetti negattivi possibbli bħal ventilazzjoni mhux adegwata, kif ukoll il-kundizzjonijiet lokali u l-funzjoni ffissata u l-età tal-bini.

Dawn ir-rekwiżiti għandhom ikunu konformi ma' leġiżlazzjoni Komunitarja oħra li tapplika u għandhom iqisu l-kundizzjonijiet klimatiċi interni u tad-tidwil ta' ġewwa u ta' barra, sabiex ikunu evitati effetti negattivi possibbli bħal ventilazzjoni mhux adegwata, dawl naturali mhux adegwat, kif ukoll il-kundizzjonijiet lokali u l-funzjoni ffissata u l-età tal-bini.

Dawn ir-rekwiżiti għandhom ikunu rreveduti f’intervalli regolari li ma għandhomx  ikunu itwal minn ħames snin u, jekk ikun hemm bżonn, għandhom jiġu  aġġornati sabiex jirriflettu progress tekniku fil-qasam tal-bini.

Dawn ir-rekwiżiti għandhom ikunu rreveduti f’intervalli regolari li ma għandhomx  ikunu itwal minn erba' snin u għandhom jiġu  aġġornati sabiex jirriflettu progress tekniku fil-qasam tal-bini.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiffissawx jew japplikaw ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 għal kategoriji tal-bini li ġejjin:

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiffissawx jew japplikaw ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 għal kategoriji tal-bini li ġejjin:

(a) bini u monumenti protetti uffiċjalment bħala parti minn ambjent ikklassifikat  jew minħabba l-mertu speċjali arkitettoniku jew storiku tiegħu, fejn il-konformità mar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija  taltera b’mod inaċċettabli il-karattru jew l-apparenza tiegħu;

(a) bini u monumenti protetti uffiċjalment bħala parti minn ambjent ikklassifikat  jew minħabba l-mertu speċjali arkitettoniku jew storiku tiegħu, sakemm il-konformità ma' rekwiżit minimu speċifiku tal-prestazzjoni tal-enerġija  taltera b’mod inaċċettabli il-karattru jew l-apparenza tiegħu;

(b) bini użat  bħala postijiet ta’ qima u għal attivitajiet reliġjużi;

(b) bini użat  bħala postijiet ta’ qima u għal attivitajiet reliġjużi;

(c) bini temporanju għal perjodu pjanat ta’ sentejn jew anqas, siti industrijali, postijiet tax-xogħol u bini agrikolu mhux residenzjali b’domanda baxxa ta’ enerġija u bini agrikolu mhux residenzjali  li huma ta’ użu minn settur kopert minn ftehim settorjali dwar il-prestazzjoni tal--enerġija;

(c) bini temporanju għal perjodu pjanat ta’ anqas minn 18-il xahar, siti industrijali, postijiet tax-xogħol u bini agrikolu mhux residenzjali b’domanda baxxa ta’ enerġija u bini agrikolu mhux residenzjali  li huma ta’ użu minn settur kopert minn ftehim settorjali dwar il-prestazzjoni tal-enerġija;

(d) bini residenzjali li huwa intiż sabiex jintuża għal inqas minn erba’ xhur ta’ matul is-sena;

 

(f) bini waħdu b’ erja totali ta’ art  utli ta’ anqas minn 50 m2.

(e) bini waħdu b’erja totali ta’ art  utli ta’ anqas minn 50 m2.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Mit-30 ta’ Ġunju 2014 l-Istati Membri m’għandhomx jagħtu inċentivi għall-kostruzzjoni jew it-tibdil ta' bini jew partijiet minnu li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija li jilħqu r-riżultati tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 5(2).

3. Mit-30 ta’ Ġunju 2012 l-Istati Membri għandhom jagħtu biss inċentivi għall-kostruzzjoni jew it-tibdil kbir ta' bini jew partijiet minnu, inklużi l-komponenti tal-bini, li r-riżultati tagħhom jikkonformaw tal-anqas mar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija li jinkisbu r-riżultati tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 5(2).

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Mit-30 ta' Ġunju 2017, meta l-Istati Membri jirrevedu r-rekwiżiti minimi tagħhom tal-prestazzjoni tal-enerġija stipulati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għandhom jiżguraw illi dawn ir-rekwiżiti jilħqu r-riżultati tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 5(2).

4. L-Istati Membri għandhom jirrevedu r-rekwiżiti minimi tagħhom tal-prestazzjoni tal-enerġija stipulati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u għandhom jiżguraw illi dawn ir-rekwiżiti jiksbu tal-anqas ir-riżultati tal-kalkolu msemmi fl-Artikolu 5(2) sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2015.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a. L-Istati Membri għandhom jipprovdu sussidji u pariri tekniċi għal bini jew ċentri storiċi biex dawn jidħlu għal programmi speċifiċi ta' adattament għall-effiċjenza tal-enerġija.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4b. Is-sistemi għall-produzzjoni ta' enerġija u l-miżuri ta' iżolament f'ċentri storiċi għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjonijiet ta' impatt viżiv.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sal-31 ta’ Diċembru 2010 metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli ta’ spiża ottimali għar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija għall-bini jew partijiet minnu. Il-metodoloġija komparattiva għandha tiddifferenzja bejn bini ġdid u eżistenti u bejn kategoriji differenti ta’ bini.

1. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-partijiet interessati rilevanti u b'mod partikulari lir-rappreżentanti minn awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali u abbażi tal-prinċipji stipulati fl-Anness IIIa, għandha tistabbilixxi sal-31 ta’ Marzu 2010 metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-livelli ta’ spiża ottimali għar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija għall-bini jew partijiet minnu. Din il-metodoloġija komuni tista' tirreferi għal standards Ewropej rilevanti u għandha:

 

- tiddifferenzja bejn bini ġdid u eżistenti u bejn kategoriji differenti ta’ bini,

 

- tirrifletti l-kundizzjonijiet klimatiċi differenti fl-Istati Membri differenti u l-bidla probabbli f’dawn il-kundizzjonijiet matul ħajjet il-bini konċernat, u

 

- tistabbilixxi suppożizzjonijiet jew metodi ta' kalkolu komuni għall-ispejjeż tal-enerġija.

 

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi u, jekk ikun meħtieġ, taġġorna l-metodoloġija komuni kull ħames snin.

Dawn il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2).

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(2).

2. L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-livelli ta’ spiża effettiva tar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija billi jużaw il-metodoloġija komparattiva stabbilita skont il-paragrafu 1 u parametri rilevanti, bħall-kundizzjonijiet klimatiċi, u jqabblu r-riżultati ta’ dan il-kalkolu mar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija li stipulaw.

2. L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-livelli ta’ spiża effettiva tar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija billi jużaw il-metodoloġija komuni stabbilita skont il-paragrafu 1 u parametri rilevanti, bħall-kundizzjonijiet klimatiċi.

Għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni d-dejta mdaħħla u l-assunzjonijiet kollha użati għal dawk il-kalkoli u r-riżultati kollha tal-kalkoli. Ir-rapport jista' jiġi inkluż fil-Pjani ta' Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE. L-Istati Membri għandhom iressqu dawn ir-rapporti lill-Kummissjoni kull tliet snin. L-ewwel rapport għandu jitressaq sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2011.

Għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni d-dejta mdaħħla u s-suppożizzjonijiet kollha użati għal dawk il-kalkoli u r-riżultati kollha tal-kalkoli. Ir-rapport għandu jiġi inkluż fil-Pjani ta' Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija msemmi fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE. L-Istati Membri għandhom iressqu dawn ir-rapporti lill-Kummissjoni kull tliet snin. L-ewwel rapport għandu jitressaq sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2011.

3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar il-progress tal-Istati membri fl-ilħiq tal-livelli ta’ spiża ottimali tar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija.

3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar il-progress tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji sabiex jiżguraw li bini ġdid jilħaq il-prestazzjoni minima tal- stipulata skont l-  Artikolu 4.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji sabiex jiżguraw li bini ġdid jissodisfa r-rekwiżiti minimi ta' prestazzjoni tal-enerġija stipulati fl-Artikolu 4 u d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9.

Għal bini ġdid l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel ma tibda l-kostruzzjoni,  il-vijabilità teknika, ambjentali u ekonomika tas-sistemi alternattivi li ġejjin titqies  :

Għal bini ġdid l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vijabilità tas-sistemi alternattivi b'effiċjenza għolja titqies. Dawn is-sistemi alternattivi jistgħu jinkludu iżda mhumiex limitati għal:

(a) sistemi ta’ provvista deċentralizzata tal-enerġija bbażata fuq enerġija rinnovabbli;

(a) sistemi ta’ provvista deċentralizzata tal-enerġija bbażata fuq enerġija minn sorsi li jiġġeddu;

(b) koġenerazzjoni  ;

(b) koġenerazzjoni;

(c) tisħin jew tberrid ta’ distrett jew  ta’ blokk , jekk ikun disponibbli;

(c) sistemi ta' tisħin jew ta' tberrid urbani jew ta’ blokk, jekk ikunu disponibbli, b'mod partikolari dak ibbażat kompletament jew parzjalment fuq enerġija rinnovabbli;

(d) pompi tas-sħana.

(d) pompi tas-sħana;

 

(da) tagħmir tal-ICT għal skopijiet ta' monitoraġġ u kontroll.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-analiżi tas-sistemi alternattivi msemmija fil-paragrafu 1 tkun dokumentata b’mod trasparenti fl-applikazzjoni tal-permess tal-bini jew għall-approvazzjoni finali tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni tal-bini.

 

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li meta xi bini jgħaddi minn tibdil kbir, il-prestazzjoni tal--enerġija tkun aġġornata sabiex tilħaq  ir-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija  sa fejn dan hu teknikament , funzjonalment u ekonomikament vijabbli. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw dawn il-  prestazzjonijiet minimi tal--enerġija skont l-Artikolu 4. Ir-rekwiżiti jistgħu jkunu ffissati jew għall-bini renovat kollu jew għas-sistemi renovati jew għal komponenti meta dawn huma parti minn renovazzjoni li għandha issir fi żmien perjodu stipulat, bil-għan li tkun imtejba l-prestazzjoni ġenerali ta’ l-enerġija tal-bini jew partijiet minnu.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li meta xi bini jgħaddi minn tibdil kbir jew il-komponenti tal-bini u s-sistemi tekniċi tal-bini jew partijiet minnhom jiġu aġġornati jew sostitwiti, il-prestazzjoni tal-enerġija tkun aġġornata sabiex tissodisfa  tal-anqas ir-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija sa fejn dan hu teknikament, funzjonalment u ekonomikament vijabbli. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw dawn il-prestazzjonijiet minimi tal-enerġija skont l-Artikolu 4 u r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 9. Ir-rekwiżiti għandhom ikunu ffissati kemm għas-sistemi rinnovati kif ukoll għall-komponenti tal-bini kull meta jiġu aġġornati jew sostitwiti, u għall-bini rinnovat kollu f'każ ta' rinnovament kbir.

 

L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu, fir-rigward ta' bini li qed isirlu rinnovazzjoni kbira, is-sistemi alternattivi b'effiċjenza għolja li ġejjin u li qed jitqiesu:

 

(a) sistemi ta’ provvista deċentralizzata tal-enerġija bbażata fuq enerġija minn sorsi li jiġġeddu;

 

(b) koġenerazzjoni;

 

(c) sistemi ta' tisħin jew ta' tberrid urbani jew ta’ blokk, jekk ikunu disponibbli, b'mod partikolari dak ibbażat kompletament jew parzjalment fuq enerġija rinnovabbli;

 

(d) pompi tas-sħana;

 

(da) tagħmir tal-ICT għal skopijiet ta' monitoraġġ u kontroll.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sistemi tekniċi tal-bini

Sistemi tekniċi tal-bini u komponenti tal-bini

1. L-Istati Membri għandhom jiffissaw rekwiżiti minimi għall-prestazzjoni tal-enerġija fir-rigward tas-sistemi tekniċi tal-bini li huma installati fil-binjiet. Ir-rekwiżiti se jiġu ffissati għal sistemi tekniċi tal-bini u partijiet minnu ġodda, sostitwiti jew imqiegħda mill-ġdid.

1. L-Istati Membri għandhom jiffissaw rekwiżiti minimi għall-prestazzjoni tal-enerġija fir-rigward tal-komponenti tal-bini u tas-sistemi tekniċi tal-bini li huma installati u li jitħaddmu fil-binjiet u li mhumiex koperti mid-Direttiva 2009/.../KE [li tistabbilixxi qafas għall-ħolqien ta' rekwiżiti ta' ekodiżinn għall-prodotti marbuta mal-enerġija] u mill-miżuri ta' implimentazzjoni tagħha. Għandhom ikunu stabbiliti rekwiżiti għal tagħmir operattiv, sistemi tekniċi tal-bini u komponenti tal-bini u partijiet minnu u għandhom ikunu applikati sakemm ikunu teknikament u funzjonalment fattibbli.

Dawn ir-rekwiżiti għandhom, partikolarment, ikopru l-komponenti li ġejjin:

Dawn ir-rekwiżiti għandhom, partikolarment, ikopru l-komponenti li ġejjin:

(a) bojlers jew ġeneraturi oħra tas-sħana ta' sistemi ta' tisħin;

(a) bojlers, ġeneraturi oħra tas-sħana jew sistemi ta' skambju ta' sħana ta’ sistemi ta’ tisħin, inklużi sistemi ta' tisħin jew ta' tberrid urbani jew ta' blokk;

(b) saħħana tal-ilma f’sistemi tal-misħun;

(b) saħħana tal-ilma f’sistemi tal-misħun;

(c) unita’ ċentrali tal-ikkundizzjonar tal-arja jew ġeneratur tal-kesħa f’sistemi tal-ikkundizzjonar tal-arja.

(c) unità ċentrali tal-ikkundizzjonar tal-arja jew ġeneratur tal-kesħa f’sistemi tal-ikkundizzjonar tal-arja;

 

(ca) tidwil installat;

 

(cb) komponenti tal-bini kif definiti fl-Artikolu 2(5a).

2. Ir-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija stipulati skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu konsistenti mal-leġiżlazzjoni applikabbli lill-prodott(i) li jagħmlu s-sistema, u għandhom ikunu bbażati fuq stallazzjoni proprja tal-prodott(i) u r-regolazzjoni u l-kontroll xieraq tas-sistema teknika tal-bini. B’mod partikolari, dawk ir-rekwiżiti għandhom jiżguraw li jintlaħaq bilanċ idrawliku xieraq ta’ sistemi idrawliċi ta’ tisħin bl-ilma, u li d-daqs u t-tip xierqa tal-prodott(i) intużaw għall-istallazzjoni fir-rigward tal-użu maħsub tas-sistema teknika tal-bini.

2. Ir-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija stipulati skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu konsistenti ma' kull leġiżlazzjoni applikabbli lill-prodott(i) li jagħmlu s-sistema u l-komponenti tal-bini, u għandhom ikunu bbażati fuq stallazzjoni proprja tal-prodott(i) u r-regolazzjoni u l-kontroll xieraq tas-sistema teknika tal-bini. Fil-każ ta' sistemi tekniċi ta' bini, dawk ir-rekwiżiti għandhom jiżguraw li jkunu aġġustati kif xieraq meta jitħaddmu, li t-tagħmir tekniku jkun irregolat kif suppost meta jibda jitħaddem, li jintlaħaq bilanċ idrawliku xieraq ta’ sistemi idrawliċi ta’ tisħin bl-ilma, u li d-daqs u t-tip xierqa tal-prodott(i) intużaw għall-istallazzjoni fir-rigward tal-użu maħsub tas-sistema teknika tal-bini.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-bini ġdid kollu u fil-bini li qed issirlu rinnovazzjoni kbira jiġu installati miters intelliġenti kif ukoll kull meta jinbidel miter, u għandhom jinkoraġġixxu l-installazzjoni ta' sistemi ta' kontroll attiv bħall-awtomazzjoni, u sistemi ta' monitoraġġ u ta' kontroll, meta jkun xieraq.

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-bini li għandu sew l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju sew il-konsum tal-enerġija primarja baxxi jew żero

Bini li li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet

1. L-Istati Membri għandhom ifasslu pjani nazzjonali biex jiżdied l-għadd ta’ binjiet li jkollhom sew l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju sew il-konsum tal-enerġija primarja baxxi jew żero Għandhom jiffisaw miri għall-perċentwali minimu li dawk li binjiet sejrin jikkostitwixxi, fl-2020, tal-għadd totali ta’ binijiet, u li se jirrapreżentaw f’relazzjoni mal-erja totali utlii tal-art.

1. L-Istati Membri għandhom ifasslu pjanijiet nazzjonali biex jiżdied l-għadd ta’ binjiet li ma jikkonsmawx enerġija u ma jipproduċux emissjonijiet kif definiti fl-Artikolu 2(1c).

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bini ġdid kollu jkun bini li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2018.

 

L-Istati Membri għandhom jiffissaw miri għall-perċentwali minimu ta' bini li, sal-2015 u l-2020 rispettivament, għandu jkun bini li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet, imkejjel bħala perċentwali tal-għadd totali ta' binjiet u bħala perċentwali f'relazzjoni mal-eja totali utli tal-art.

Għandhom jiġu stabbiliti miri separati għal:

Għandhom jiġu stabbiliti miri separati għal:

(a) bini residenzjali ġdid u rranġat;

(a) bini residenzjali ġdid u rranġat;

(b) bini mhux residenzjali ġdid u rranġat;

(b) bini mhux residenzjali ġdid u rranġat;

(c) bini okkupat minn awtoritajiet pubbliċi.

(c) bini okkupat minn awtoritajiet pubbliċi.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-miri msemmija fil-punt (c) filwaqt li jqisu r-rwol ewlieni li għandu jkollhom l-awtoritajiet pubbliċi fil-qasam tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini.

Għall-bini msemmi fil-punt (c), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miri li għandhom jintlaħqu ħafna qabel il-perjodi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu u fit-tieni subparagrafu, filwaqt li jqisu r-rwol ewlieni li għandu jkollhom l-awtoritajiet pubbliċi fil-qasam tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini.

2. Il-pjan nazzjonali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi fost l-oħrajn l-elementi li ġejjin:

2. Il-pjan nazzjonali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jitfassal wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti kollha, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, u għandu jinkludi fost l-oħrajn l-elementi li ġejjin:

(a) id-definizzjoni tal-Istati Membri ta’ binjiet li għandhom sew l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju sew il-konsum tal-enerġija primarja baxxi jew żero;

 

(b) miri intermedji espressi bħala perċentwal li dawk il-binjiet għandhom jikkostitwixxu mill-għadd totali ta’ binijiet u jirrappreżenta f’relazzjoni mal-erja totali utli tal-art fl-2015;

(b) miri intermedji espressi bħala perċentwali li dawk il-binjiet għandhom jikkostitwixxu mill-għadd totali ta’ binijiet u jirrappreżenta f’relazzjoni mal-erja totali utli tal-art fl-2015 u fl-2020;

 

(ba) dettalji tar-rekwiżiti nazzjonali rigward il-livelli minimi tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu f’bini ġdid u f’bini eżistenti li qed isirlu rinnovament kbir, kif rikjest skont id-Direttiva 2009/xx/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu u l-Artikoli 6 u 7 ta’ din id-Direttiva;

(c) informazzjoni dwar il-miżuri implimentati għall-promozzjoni ta’ dawn il-binijiet.

(c) sommarju tal-politiki kollha u informazzjoni dwar il-miżuri implimentati għall-promozzjoni ta’ dawn il-binijiet.

 

(ca) programmi nazzjonali, reġjonali jew lokali biex jappoġġjaw il-miżuri għall-promozzjoni ta' dan il-bini bħall-inċentivi fiskali, l-istrumenti finanzjarji jew it-tnaqqis tal-VAT.

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-pjani nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2001 u jirrappurtaw lill-Kummissjoni kull tliet snin dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjani nazzjonali tagħhom. Il-pjani nazzjonali u r-rapporti dwar il-progress jistgħu jiġu inklużi fil-Pjani ta' Azzjoni għall-Effiċjenza ta' Enerġija msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE.

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-pjani nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2001 u jirrappurtaw lill-Kummissjoni kull tliet snin dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali tagħhom. Il-pjanijiet nazzjonali u r-rapporti dwar il-progress għandhom jiġu inklużi fil-Pjanijiet ta' Azzjoni għall-Effiċjenza ta' Enerġija msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE.

 

3a. Fi żmien xahrejn mill-komunikazzjoni ta’ pjan nazzjonali minn Stat Membru msemmi fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis bis-sħiħ il-prinċipju tas-sussidjarjetà, tista’ tirrifjuta dak il-pjan, jew kull aspett minnu, fuq il-bażi li ma jirrispettax ir-rekwiżiti kollha ta’ dan l-Artikolu. F’dan il-każ, l-Istat Membru konċernat għandu jipproponi emendi. Fi żmien xahar minn meta tirċievi dawn il-proposti, il-Kummissjoni għandha taċċetta l-pjan emendat jew titlob aktar emendi speċifiċi. Il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jintlaħaq ftehim dwar il-pjan nazzjonali fi żmien ħames xhur mid-data tal-komunikazzjoni inizjali.

4. The Commission shall establish common principles for defining buildings of which both carbon dioxide emissions and primary energy consumption are low or equal to zero.

4. Il-Kummissjoni, b'konformità mad-definizzjoni stipulata fl-Artikolu 2, għandha tistabbilixxi definizzjoni dettaljata komuni ta' bini li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010.

Dawn il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).

Dawn il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).

5. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar il-progress tal-Istati Membri fiż-żieda fl-għadd ta’ binjiet li għandhom sew l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju sew il-konsum tal-enerġija primarja baxxi jew żero Abbażi ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha mbagħad tiżviluppa strateġija u, jekk meħtieġ, tipproponi miżuri biex iżżid l-għadd ta' dawk il-binjiet.

5. Il-Kummissjoni, sat-30 ta' Ġunju 2012 u kull tliet snin wara dik id-data għandha tippubblika rapport dwar il-progress tal-Istati Membri fiż-żieda fl-għadd ta’ binjiet li ma jikkonsmawx enerġija u ma jipproduċux emissjonijiet. Abbażi ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha mbagħad tiżviluppa pjan ta' azzjoni u, jekk meħtieġ, tipproponi miżuri biex iżżid l-għadd ta' dawk il-binjiet.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9a

 

Inċentivi Finanzjarji u Ostakli għas-Suq

 

1. L-Istati Membri, sat-30 ta' Ġunju 2011, għandhom ifasslu pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali, inklużi miżuri proposti, sabiex ikunu ssodisfati r-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva permezz tat-tnaqqis tal-ostakli legali u għas-suq u billi jkunu żviluppati strumenti fiskali u finanzjarji ġodda u eżistenti sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika ta' bini ġdid u eżistenti.

 

Dawn il-miżuri proposti għandhom ikunu suffiċjenti, effettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji, għandhom jappoġġjaw l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-enerġija, jippruvaw jinkoraġġixxu titjib sostanzjali fil-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini meta titjib inkella ma jkunx ekonomikament fattibbli u għandhom jinkludu miżuri li jappoġġjaw lil dawk il-familji f'riskju ta' faqar enerġetiku.

 

L-Istati Membri għandhom iqabblu l-istrumenti fiskali u finanzjarji tagħhom mal-istrumenti elenkati fl-Anness IIIb u, bla ħsara għal-leġiżlazzjoni nazzjonali, għandhom jimplimentaw tal-anqas żewġ miżuri minn dak l-Anness.

 

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dawn il-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali lill-Kummissjoni billi jinkluduhom fil-Pjanijiet ta' Azzjoni dwar l-Effiċjenza Enerġetika msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE u għandhom jaġġornawhom kull tliet snin.

 

3. Il-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2010, u skont evalwazzjoni tal-impatt, għandha tippreżenta proposti leġiżlattivi xierqa sabiex jissaħħu l-istrumenti finanzjarji Komunitarji u sabiex jipproponu strumenti ġodda biex tkun appoġġjata l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

 

Dawn il-proposti għandhom iqisu l-miżuri li ġejjin:

 

(a) żieda tal-ammont massimu tal-allokazzjoni tal-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali li jista’ jintuża biex jappoġġja l-effiċjenza tal-enerġija inklużi s-sistemi ta' tisħin u ta' tberrid urbani kif ukoll l-investimenti fl-enerġija minn sorsi li jiġġeddu skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 għal tal-anqas 15% tal-allokazzjoni totali;

 

(b) estensjoni tal-eliġibilità ta' proġetti favur iż-żieda tal-effiċjenza enerġetika tal-bini inklużi s-sistemi ta' tisħin u ta' tberrid urbani kif ukoll proġetti għall-enerġija minn sorsi li jiġġeddu għal finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali;

 

(c) l-użu ta’ fondi oħra tal-Komunità biex jappoġġjaw ir-riċerka u l-iżvilupp, il-kampanji tal-informazzjoni jew it-taħriġ marbut mal-effiċjenza tal-enerġija;

 

(d) it-twaqqif ta' Fond għall-Effiċjenza Enerġetika, ibbażat fuq kontribuzzjonijiet mill-baġit Komunitarju, mill-Bank Ewropew tal-Investiment u mill-Istati Membri, bħala spinta sabiex jiżdiedu l-investimenti privati u pubbliċi għal proġetti li jżidu l-effiċjenza enerġetika tal-bini, inkluża l-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-bini jew fil-komponenti tal-bini, marbuta mal-effiċjenza enerġetika sal-2020. Dan il-Fond għall-Effiċjenza Enerġetika għandu jkun integrat fil-programmazzjoni ta' għajnuna strutturali Komunitarja oħra. Il-kriterji għall-allokazzjoni tiegħu għandhom ikunu definiti skont ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 li għandu jkun implimentat sa mhux aktar tard mill-2014;

 

(e) it-tnaqqis tal-VAT għal servizzi u prodotti, inkluża l-enerġija minn sorsi li jiġġeddu fil-bini jew fil-komponenti tal-bini, marbuta mal-effiċjenza enerġetika.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ma tikkonċernax partijiet tal-proposta għal verżjoni mfassla mill-ġdid li jkun fiha bidliet. Madankollu, hija meħtieġa għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test u marbuta sew ma' partijiet oħra li fihom it-tibdil, b'mod partikulari l-Artikolu 9.

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-miżuri meħtieġa biex tiġi stabbilita sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini.  Iċ-ċertifikazzjoni ta’ prestazzjoni tal-enerġija għandu jinkludi  l-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini u valuri ta’ referenza  bħal  rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija  sabiex ikun possibbli  għas-sidien u l-okkupanti tal-bini jew ta’ partijiet minnu jqabblu  u jagħmlu stima tal-prestazzjoni tal-enerġija  tiegħu  .

1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-miżuri meħtieġa biex tiġi stabbilita sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini. Iċ-ċertifikazzjoni ta’ prestazzjoni tal-enerġija għandha tinkludi  l-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini jew, meta ma jkunx għadu nbena, il-prestazzjoni enerġetika stmata, u valuri ta’ referenza  bħal  rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija  sabiex ikun possibbli  għas-sidien u l-inkwilini tal-bini jew ta’ partijiet minnu sabiex jagħmlu stima tal-prestazzjoni tal-enerġija  tiegħu  u jqabbluha faċilment ma' bini residenzjali jew mhux residenzjali ieħor. Għal bini mhux residenzjali, jekk ikun xieraq, tista' tinkludi wkoll l-enerġija annwali li fil-fatt qed tiġi kkonsmata, kif imsemmi fl-Anness I.

2. Iċ-ċertifikat għandu jinkludi  rakkomandazzjonijiet għal titjib fil-ġestjoni tal-ispejjeż tal-prestazzjoni tal-enerġija ta’ bini jew partijiet tiegħu  .

2. Iċ-ċertifikat għandu jinkludi  rakkomandazzjonijiet għal titjib ottimali fir-rigward tal-ispejjeż tal-prestazzjoni tal-enerġija ta’ bini jew partijiet tiegħu .

Ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija għandhom ikopru:

Ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija għandhom ikopru:

(a) miżuri mwettqa b’rabta ma’ tibdil/tiġdid maġġuri tal-involukru tal-bini jew is-sistema/i teknika/ċi tal-bini; kif ukoll

(a) miżuri mwettqa b’rabta ma’ tibdil/tiġdid kbir tal-involukru tal-bini, inklużi s-sistemi ta' iżolament tiegħu, jew is-sistema/i teknika/ċi tal-bini;

(b) miżuri għal partijiet inidvidwali jew elementi ta' bini indipendenti minn tibdil/tiġdid maġġuri tal-involukru tal-bini jew is-sistema/i teknika/ċi tal-bini;

(b) miżuri għal partijiet inidvidwali jew elementi ta' bini indipendenti minn tibdil/tiġdid kbir tal-involukru tal-bini, inklużi s-sistemi ta' iżolament tiegħu, jew is-sistema/i teknika/ċi tal-bini;

3. Ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija għandhom ikunu teknikament fattibbli għall-bini speċifiku u għandhom jipprovdu informazzjoni trasparanti fir-rigward tal-effettività tal-ispiża tagħhom. L-evalwazzjoni tal-effettività tal-ispiża għandha tkun ibbażata fuq sett ta’ kundizzjonijiet standard, bħal fuq il-valutazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija u l-prezzijiet sottostanti tal-enerġija u r-rati tal-imgħax għall-investimenti meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet.

3. Ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija għandhom ikunu teknikament fattibbli għall-bini speċifiku u għandhom jipprovdu informazzjoni trasparenti fir-rigward tal-effikaċja fir-rigward tal-infiq tagħhom. L-evalwazzjoni tal-effikaċja fir-rigward tal-infiq għandha tkun ibbażata fuq sett ta’ kundizzjonijiet standard, li tal-anqas għandhom jinkludu l-evalwazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija u l-prezzijiet sottostanti tal-enerġija, l-inċentivi finanzjarji jew fiskali u r-rati tal-imgħax għall-investimenti meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet.

 

3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet pubbliċi u istituzzjonijiet oħra li jipprovdu finanzjament għax-xiri jew ir-rinnovament ta' bini jqisu l-prestazzjoni tal-enerġija indikata u r-rakkomandazzjonijiet miċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija meta jistabbilixxu l-livell u l-kundizzjonijiet tal-inċentivi finanzjarji, tal-miżuri fiskali u tas-self.

4. Iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija għandu jipprovdi indikazzjoni dwar fejn is-sid jew l-okkupant jista’ jirċievi aktar tagħrif dettaljat fir-rigward tar-rakkomandazzjoni mogħtija fiċ-ċertifikat Barra minn hekk, għandu jkun fih tagħrif dwar il-passi li għandhom jittieħdu għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet.

4. Iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija għandu jipprovdi indikazzjoni dwar fejn is-sid jew l-inkwilin jista’ jirċievi aktar tagħrif dettaljat fir-rigward tar-rakkomandazzjoni mogħtija fiċ-ċertifikat. Barra minn hekk, għandu jkun fih tagħrif dwar il-passi li għandhom jittieħdu għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, inkluża informazzjoni dwar inċentivi finanzjarji u fiskali disponibbli u possibilitajiet ta’ finanzjament.

 

4a. L-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li jqisu l-irwol ewlieni li għandu jkollhom fil-qasam tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, għandhom jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija maħruġ għal bini li jużaw huma stess fil-perjodu li matulu jkun validu.

5. Iċ-ċertifikazzjoni għall-appartamenti jew unitajiet iddisinjati għal użu separat fi blokki ta’ binitista’ tkun ibbażata fuq:

5. Iċ-ċertifikazzjoni għall-appartamenti jew unitajiet iddisinjati għal użu separat fi blokki ta’ bini tista’ tkun ibbażata fuq:

(a) ċertifikazzjoni komuni tal-bini kollu għall-blokki b’sistema ta’ tisħin komuni, jew

(a) ċertifikazzjoni komuni tal-bini kollu għall-blokki b’sistema ta’ tisħin komuni, jew

(b) l-istima ta’ appartament rappreżentattiv ieħor fl-istess blokka tal-bini.

(b) l-istima tal-prestazzjoni tal-enerġija ta’ dak l-appartament jew unità.

6. Iċ-ċertifikazzjoni għad-djar ta’ familja waħda tista’ tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni ta’ bini rappresentattiv ieħor ta’ disinn u daqs simili bi kwalità ta’ prestazzjoni tal-enerġija simili jekk din il-korrispondenza tkun tista’ tiġi ggarantita mill-espert li jkun qed joħroġ iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija.

6. Iċ-ċertifikazzjoni għad-djar ta’ familja waħda tista’ tkun ibbażata fuq l-evalwazzjoni ta’ bini rappreżentattiv ieħor ta’ diżinn u daqs simili bi kwalità ta’ prestazzjoni tal-enerġija simili jekk din il-korrispondenza tkun tista’ tiġi ggarantita mill-espert li jkun qed joħroġ iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija.

7. Il-validità taċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija m’għandhiex taqbeż l-għaxar snin.

7. Il-validità taċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija m’għandhiex taqbeż l-għaxar snin.

 

7a. Il-Kummissjoni għandha tadotta, sat-30 ta’ Ġunju 2010, linji gwida li jispeċifikaw l-istandards minimi tal-kontenut, il-lingwa u l-preżentazzjoni taċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija.

 

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplementawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(2).

 

7b. Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi ċ-ċertifikati maħruġa fi Stat Membru ieħor skont dawn il-linji gwida u m’għandux jirrestrinġi l-libertà li jingħataw servizzi finanzjarji għal raġunijiet relatati maċ-ċertifikat maħruġ f'dak l-Istat Membru.

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija jinħareġ għall-bini jew partijiet tiegħu li huma mibnija, mibjugħa jew mikrija u għal bini b’erja totali utilizzabbli tal-art ta’ aktar minn 250 m2 okkupat minn awtorità pubblika.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija jinħareġ għall-bini jew partijiet tiegħu li huma mibnija, mibjugħa jew mikrija, u għal bini li l-pubbliku jżur ta' spiss b’erja totali utilizzabbli tal-art ta’ aktar minn 250 m2 u għal bini okkupat minn awtorità pubblika.

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a. Is-sid tal-bini jista’ f’kull ħin jitlob espert akkreditat biex jipproduċi, jikkalkulaw mill-ġdid u jaġġorna ċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija, irrispettivament minn jekk il-bini hux qed jinbena, qed jiġi rranġat, qed jinkera jew huwiex għall-bejgħ.

Ġustifikazzjoni

Sabiex titjieb il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, il-persuna interessata għandha tkun tista’ titlob ċertifikat bħal dan, irrispettivament minn jekk il-bini hux qed jinbena, qed jiġi rranġat, qed jinkera jew huwiex għall-bejgħ.

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li meta  l-erja totali  utli tal-art  ta’ aktar minn 250  m2 ta’ bini jkunu  okkupati minn awtoritajiet pubbliċi jitpoġġa f’post prominenti ċarament  viżibbli għal pubbliku ċ-  ċertifikat tal-prestazzjoni  tal-enerġija .

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li meta  bini jkun  okkupat minn awtoritajiet pubbliċi jew meta bini b'erja totali utli tal-art ta' aktar minn 250m2 jintuża ta' spiss mill-pubbliku, iċ-ċertifikat tal-prestazzjoni  tal-enerġija jitpoġġa f’post prominenti fejn il-pubbliku jista' jarah sew.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li meta l-erja totali utli tal-art ta’ aktar minn 250 m2 li għaliha jkun inħareġ ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija skont l-Artikolu 11(1) iżurha spiss il-pubbliku, jitpoġġa f’post viżibbli għal pubbliku ċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija.

 

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-miżuri neċessarji sabiex tkun stabbilita spezzjoni regolari ta’ sistemi ta’ tisħin ta’ qawwa nominali effettiva ta’ aktar minn 20 kW. L-ispezzjoni għandha tinkludi stima tal-effiċjenza tal-bojler u d-daqs tal-bojler imqabbel mar-rekwiżiti tat-tisħin tal-bini.

1. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-miżuri neċessarji sabiex tkun stabbilita spezzjoni regolari ta’ sistemi ta’ tisħin b'bojlers li jaħdmu bi fjuwil likwidu jew solidu li ma jiġġeddidx ta’ qawwa nominali effettiva ta’ aktar minn 20 kW. L-ispezzjoni għandha tinkludi stima tal-effiċjenza tal-bojler u d-daqs tal-bojler imqabbel mar-rekwiżiti tat-tisħin tal-bini. L-Istati Membri jistgħu jissospendu dawn l-ispezzjonijiet meta tkun fis-seħħ sistema elettronika ta' monitoraġġ u ta' kontroll.

Ġustifikazzjoni

Sistema elettronika ta' monitoraġġ u ta' kontroll tgħin biex tiġi evalwata l-prestazzjoni tal-enerġija tat-tagħmir u l-installazzjonijiet li jikkonsmaw l-enerġija biex b'hekk possibilment tiġi eliminata l-ħtieġa ta' spezzjonijiet ulterjuri.

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw frekwenzi tal-ispezzjoni differenti skont it-tip u l-qawwa effettiva nominali tal-bojler tas-sistema tat-tisħin. Meta jkunu qed jistipulaw il-frekwenzi, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ispejjeż tal-ispezzjoni tas-sistema tal-arja kkundizzjonta u l-iffrankar stmat fl-ispejjeż għall-enerġija li jista’ jirriżulta mill-ispezzjoni.

2. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw frekwenzi tal-ispezzjoni differenti skont it-tip u l-qawwa effettiva nominali tas-sistema tat-tisħin. Meta jkunu qed jistipulaw il-frekwenzi, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ispejjeż tal-ispezzjoni tas-sistema tal-arja kkundizzjonata u l-iffrankar stmat fl-ispejjeż għall-enerġija li jista’ jirriżulta mill-ispezzjoni.

Ġustifikazzjoni

Jekk tiġi spezzjonata s-sistema tat-tisħin kollha, inklużi l-bojlers, jiġu evitati piżijiet amministrattivi bla bżonn u l-ispezzjonijiet ikunu aktar effettivi.

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 - paragrafu 4 - subparagrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li r-rapport mill-Istat Membru msemmi fit-tieni subparagrafu ma jurix l-ekwivalenza ta’ miżura msemmija fl-ewwel subparagrafu, tista’, fi żmien 6 xhur minn meta tirċievi r-rapport, titlob lill-Istat Membru jew jipproduċi aktar evidenza jew jimplimenta miżuri addizzjonali speċifiċi. Jekk, fi żmien sena minn meta ssir din it-talba, il-Kummissjoni ma tkunx sodisfatta bl-evidenza mogħtija jew bil-miżuri addizzjonali implimentati, tista’ tirtira d-deroga.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li tkun definita l-proċedura ċara għall-approvazzjoni fil-każ tal-użu tad-deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3. L-Istati Membri jeħtieġu ċertezza meta japplikaw dawn id-derogi.

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom joħolqu s-sistemi neċessarji sabiex ikun hemm spezzjoni regolari tas-sistemi tal-arja kondizzjonata ta’ ħruġ effettiv ta’ aktar minn 12 kW. L-ispezzjoni għandha tinkludi stima tal-effiċjenza tal-arja kondizzjonata u tad-daqs komparati mar-rekwiżiti għat-tberrid tal-bini.

1. L-Istati Membri għandhom joħolqu s-sistemi neċessarji sabiex ikun hemm spezzjoni regolari tas-sistemi tal-arja kondizzjonata u ta' ventilazzjoni, u pompi tas-sħana riversibbli bi ħruġ effettiv ta’ aktar minn 5 kW. L-ispezzjoni għandha tinkludi stima tal-effiċjenza tal-arja kondizzjonata u tad-daqs komparati mar-rekwiżiti għat-tberrid tal-bini. L-ispezzjoni tas-sistemi ta' ventilazzjoni għandha tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-flussi tal-arja.

 

L-Istati Membri jistgħu jissospendu dawn l-ispezzjonijiet meta tkun fis-seħħ sistema ta' monitoraġġ u kontroll elettronika.

2. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw frekwenzi differenti għall-ispezzjonijiet skont it-tip u l-qawwa nominali effettiva tas-sistema tal-ikkundizzjonar tal-arja. Meta jkunu qed jistipulaw il-frekwenzi, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ispejjeż tal-ispezzjoni tas-sistema tal-arja kkundizzjonata u l-iffrankar stmat fl-ispejjeż għall-enerġija li jista’ jirriżulta mill-ispezzjoni.

2. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw frekwenzi differenti għall-ispezzjonijiet skont it-tip u l-qawwa nominali effettiva tas-sistema tal-ikkundizzjonar tal-arja, tas-sistema ta' ventilazzjoni jew tal-pompi tas-sħana riversibbli. Meta jkunu qed jistipulaw il-frekwenzi, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ispejjeż tal-ispezzjoni tas-sistema tal-arja kkundizzjonta u l-iffrankar stmat fl-ispejjeż għall-enerġija li jista’ jirriżulta mill-ispezzjoni.

 

2a. Meta jkunu qed jistipulaw il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom, sa kemm ikun fattibbli ekonomikament u teknikament, jiżguraw li l-ispezzjonijiet isiru bi qbil mal-ispezzjoni ta' sistemi ta' tisħin u ta' sistemi tekniċi oħra msemmija fl-Artikolu 13 ta' din id-Direttiva u l-ispezzjoni ta' telf kif stipulati fir-Regolament KE 842/2006.

2b. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2 l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jieħdu miżuri sabiex jiżguraw l-għoti ta’ pariri lill-utenti dwar il-bdil tas-sistemi tal-arja kondizzjonata jew dwar modifikazzjonijiet oħra lis-sistema tal-arja kondizzjonata li jistgħu jinkludu spezzjonijiet biex jistmaw l-effiċjenza u d-daqs xieraq tas-sistema tal-arja kondizzjonata. L-impatt globali ta’ dan l-approċċ għandu jkun ekwivalenti għal dak li jiġi minn dispożizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 1 u 2.

 

Meta l-Istati Membri japplikaw il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport dwar l-ekwivalenza ta’ dawk il-miżuri ma’ miżuri stipulati fil-paragrafi 1 u 2 sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2011. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni kull tliet snin. Ir-rapport jista' jiġi inkluż fil-Pjani ta' Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE.

 

Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li r-rapport mill-Istat Membru msemmi fit-tieni subparagrafu ma jurix l-ekwivalenza ta’ miżura msemmija fl-ewwel subparagrafu, tista’, fi żmien 6 xhur minn meta tirċievi r-rapport, titlob lill-Istat Membru jew jipproduċi aktar evidenza jew jimplimenta miżuri addizzjonali speċifiċi. Jekk, fi żmien sena minn meta ssir din it-talba, il-Kummissjoni ma tkunx sodisfatta bl-evidenza mogħtija jew bil-miżuri addizzjonali implimentati, tista’ tirtira d-deroga.

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-enerġija  tal-bini, l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tas-sistemi tal-  arja kondizzjonata jitwettqu b’mod indipendenti minn esperti kkwalifikati u akkreditati, kemm jekk jaħdmu għal rashom kif ukoll jekk impjegati minn  entitajiet pubbliċi jew impriżi privati.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-enerġija  tal-bini, l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tas-sistemi tal-arja kondizzjonata jitwettqu b’mod indipendenti minn esperti kkwalifikati u akkreditati, kemm jekk jaħdmu għal rashom kif ukoll jekk impjegati minn  entitajiet pubbliċi jew impriżi privati.

L-esperti għandhom jiġu akkreditati billi jitqiesu l-kompetenza u l-indipendenza tagħhom.

L-esperti għandhom jiġu akkreditati billi jitqiesu l-kompetenza u l-indipendenza tagħhom.

 

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki u l-akkreditazzjoni nazzjonali.

 

3. Sal-2011 il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida inklużi rakkomandazzjonijiet għall-istandards minimi għat-taħriġ regolari tal-esperti.

 

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(2).

 

4. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku informazzjoni dwar it-taħriġ u l-akkreditazzjoni. L-Istati Membri għandhom ukoll joħolqu u jagħmlu disponibbli reġistru ta' esperti kwalifikati u akkreditati.

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sistema ta’ kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija u għar-rapporti dwar l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-ikkundizzjonar tal-arja huwa stabbilit skont l-Anness II.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sistema ta’ kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija u għar-rapporti dwar l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-ikkundizzjonar tal-arja huwa stabbilit skont l-Anness II. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta' infurzar diviżi għall-organizzazzjonijiet li għandhom ir-responsabilità għall-infurzar taċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija u jirrappurtaw dwar l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-ikkundizzjonar tal-arja.

Ġustifikazzjoni

Il-mekkaniżmi tal-infurzar diviżi (għall-organizzazzjonijiet, eż. l-awtoritajiet lokali li għandhom responsabilità għall-infurzar taċ-ċeritifikati tal-prestazzjoni enerġetika u jirrappurtaw dwar l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin/ikkundizzjonar tal-arja) huma essenzjali għall-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva u biex jiġu evitati kunflitti ta' interess inevitabbli fejn organizzazzjoni tista' tkun rikjesta toħroġ avviż ta' penali kontra tagħha stess.

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – parti introduttiva

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 21, għandha tevalwa din id-Direttiva fid-dawl ta’ esperjenza miksuba matul l-applikazzjoni tagħha, u, jekk ikun hemm il-bżonn, tagħmel proposti fir-rigward ta’ , fost l-oħrajn:

Il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 21, għandha tevalwa din id-Direttiva u tqis reviżjoni sal-2015, fid-dawl ta’ esperjenza miksuba u tal-progress li sar matul l-applikazzjoni tagħha, u, jekk ikun hemm il-bżonn, tagħmel proposti fir-rigward ta’, fost l-oħrajn:

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – punt b a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) il-ħolqien ta' rekwiżit fil-Komunità kollha sabiex il-bini eżistenti jkun bini li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapport ta' progress ippreżentat mill-Kummissjoni għandu janalizza l-istejtus attwali tal-implimentazzjoni tad-direttiva u għandu jipproponi miżuri għaż-żieda fil-perċentwali tal-bini eżistenti li jkun bini li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet.

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jinfurmaw lis-sidien jew l-okkupanti tal-binjiet jew partijiet minnhomdwar il-metodi differenti u l-prattiċi li jservu sabiex tkun imtejba l-prestazzjoni tal-enerġija.

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jinfurmaw lis-sidien u l-inkwilini tal-binjiet jew partijiet minnhom dwar il-metodi differenti u l-prattiki li jservu sabiex tkun imtejba l-prestazzjoni tal-enerġija.

L-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jipprovdu informazzjoni lis-sidien u lill-okkupanti tal-bini dwar iċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija u r-rapporti tal-ispezzjoni, l-iksop u l-għanijiet tagħhom, modi ta’ spiża effettivi għat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, u dwar konsegwenzi għaż-żmien mezzan u ż-żmien fit-tul jekk ma tittieħed ebda azzjoni biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini.

2. L-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jipprovdu informazzjoni lis-sidien u lill-inkwilini tal-bini dwar iċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija u r-rapporti tal-ispezzjoni, l-iskop u l-għanijiet tagħhom, modi ta’ spiża effettivi għat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, u dwar konsegwenzi għal perjodu medju u twil ta' żmien jekk ma tittieħed ebda azzjoni u dwar l-istrumenti finanzjarji disponibbli biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini. Il-kampanji ta' informazzjoni għandu jkollhom l-għan li jinkoraġġixxu lis-sidien u lill-inkwilini biex jissodisfaw tal-anqas ir-rekwiżiti minimi stipulati fl-Artikoli 4 u 9.

 

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti fl-iżvilupp ta' programmi li jipprovdu informazzjoni u taħriġ kif ukoll li jżidu l-għarfien.

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll, bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li gwida u taħriġ adattati jkunu disponibbli għal dawk responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva permezz tal-ippjanar u l-infurzar tal-istandards tal-bini. B’mod partikolari din il-gwida u dan it-taħriġ għandhom isaħħu l-importanza tat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija u għandhom jippermettu l-konsiderazzjoni tal-kombinazzjoni ottimali tat-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija, l-użu tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu u l-użu ta' sistemi ta' tisħin u ta' tberrid urbani fl-ippjanar, it-tfassil, il-bini u t-tibdil u t-tiġdid ta’ żoni industrijali jew residenzjali.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li gwida u taħriġ adattati jkunu disponibbli permezz tal-ippjanar u l-infurzar tal-istandards tal-bini. B’mod partikolari din il-gwida u dan it-taħriġ għandhom isaħħu l-importanza tat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija u għandhom jippermettu l-konsiderazzjoni tal-kombinazzjoni ottimali tat-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija, l-użu tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu u l-użu tas-sistemi ta' tisħin jew ta' tberrid urbani fl-ippjanar, it-tfassil, il-bini u t-tibdil u t-tiġdid ta’ żoni industrijali jew residenzjali.

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 3 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3b. Is-sidien u l-inkwilini tal-bini kummerċjali għandhom ikunu obbligati jaqsmu l-informazzjoni dwar il-konsum enerġetiku proprju.

Ġustifikazzjoni

Ladarba l-prestazzjoni tal-enerġija hija influwenzata bil-kbir mill-mod li bih jintuża l-bini u mill-għażliet enerġetiċi tal-inkwilini, kemm is-sidien KIF UKOLL l-okkupanti jeħtieġ li jkollhom aċċess għall-informazzjoni dwar it-titjib fl-effiċjenza enerġetika. Is-sidien u l-inkwilini ta’ binjiet kummerċjali għandhom ikunu obbligati jaqsmu t-tagħrif dwar l-użu reali tal-bini, jew ta’ parti minnu, sabiex jiżguraw li tkun disponibbli d-dejta kollha biex ikunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar titjib meħtieġ.

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 3 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

3c. L-Istati Membri għandhom jagħtu l-informazzjoni lill-Kummissjoni dwar:

 

(a) l-iskemi ta'appoġġ f'livelli nazzjonali, reġjonali u lokali għall-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u l-użu tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu fil-bini;

 

(b) il-parti mill-enerġija li ġejja minn sorsi li jiġġeddu użata fis-settur tal-bini f'livell nazzjonali u reġjonali, inkluża informazzjoni speċifika dwar jekk l-enerġija minn sorsi li jiġġeddu hix ġejja minn tagħmir li jkun fis-sit, sistemi ta' tisħin u ta' tberrid urbani jew koġenerazzjoni;

 

Ir-rapport jista' jiġi inkluż fil-Pjanijiet ta' Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE.

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 3 d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3d. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex iħarrġu aktar installaturi u biex jiżguraw taħriġ f’livell ogħla ta’ kompetenza għall-installazzjoni u l-integrazzjoni tat-teknoloġija rinnovabbli u enerġetikament effiċjenti meħtieġa, sabiex jippermettulhom iwettqu l-irwol ewlieni li għandhom fl-appoġġ tat-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija tal-bini.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li taħriġ adattat ikun disponibbli għall-installaturi. Dan it-taħriġ għandu jsaħħaħ l-importanza tat-titjib fil-prestazzjoni tal-enerġija.

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 3 e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3e. Sa l-2010, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi websajt, li għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

 

(a) l-aħħar verżjoni ta’ kull Pjan ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija msemmi fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE;

 

(b) dettalji tal-miżuri attwalment fis-seħħ fil-livell tal-Komunità għat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, fosthom kull strument finanzjarju/fiskali applikabbli, l-applikazzjoni xierqa jew id-dettalji tal-kuntatt;

 

(c) dettalji tal-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali u tal-miżuri nazzjonali, reġjonali u lokali attwalment fis-seħħ f’kull Stat Membru għat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, inklużi kull strument finanzjarju jew fiskali applikabbli, kull applikazzjoni xierqa jew id-dettalji tal-kuntatt;

 

(d) eżempji tal-aqwa prattika fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali fit-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini.

 

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun f’forma aċċessibbli faċilment u li tinftiehem mill-inkwilini, sidien u negozji ordinarji mill-Istati Membri kollha, kif ukoll mill-awtoritajiet kollha lokali, reġjonali u nazzjonali. Għandha tkun f’forma li tgħin lil dawn l-individwi u l-organizzazzjonijiet jistmaw faċilment l-appoġġ disponibbli għalihom biex itejbu l-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, u biex iqabblu l-miżuri tal-appoġġ bejn l-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

L-implimentazzjoni tad-Direttiva għandha tkun aktar mgħaġġla bil-ħolqien ta’ websajt, mibnija u aġġornata mill-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri, immirata biex tgħin l-Istati Membri u partijiet oħra interessati jirċievu u jaqsmu l-informazzjoni dwar l-aqwa prattiki u dwar il-programmi nazzjonali u dwar l-istrumenti finanzjarji/fiskali disponibbli.

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Artikolu 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jrid ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kumissjoni dwar dawk id-disposizzjonijet sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b' kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kumissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijet sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b' kull emenda sussegwenti li taffettwahom. L-Istati Membri għandhom jipprovdu evidenza tal-effikaċja tar-regoli dwar il-pieni fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li ssir analiżi tal-effikaċja tal-pieni applikati mill-Istati Membri.

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-prestazzjoni tal-enerġija ta’ bini għandha tiġi ddetrminata fuq il-bażi tal-enerġija annwali kkalukulata jew attwali li tiġi kkunsmata sabiex tilħaq il-ħtiġijiet differenti assoċjati mal-użu tipiku tagħha, u għandha tirrifletti l-ħtiġijiet tal-enerġija għat-tisħin u l-ħtiġijiet tal-enerġija għat-tberrid (enerġija meħtieġa biex jiġi evitat tisħin żejjed) biex jinżammu l-kundizzjoni tat-temperatura previsti għall-bini.

1. Il-prestazzjoni tal-enerġija ta’ bini għandha tiġi ddetrminata fuq il-bażi tal-enerġija primarja annwali kkalukulata jew attwali li tiġi kkunsmata sabiex ikunu ssodisfati l-ħtiġijiet differenti assoċjati mal-użu tradizzjonali tagħha, u għandha tirrifletti l-ħtiġijiet tal-enerġija għat-tisħin u l-ħtiġijiet tal-enerġija għat-tberrid (enerġija meħtieġa biex jiġi evitat tisħin żejjed) biex jinżammu l-kundizzjoni tat-temperatura previsti għall-bini. Il-konsum, meta jkun japplika, għandu jitqabbel mal-produzzjoni fil-post ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu.

Ġustifikazzjoni

Il-metodoloġija għall-ikkalkular tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini għandha tqis il-ġenerazzjoni li jmiss ta' bini, u b'mod partikolari l-potenzjal tal-awtosuffiċjenza fil-bini li jkunu kemm jipproduċu kif ukoll jikkonsmaw l-enerġija. Għalhekk il-qafas ġenerali għall-ikkalkolar għandu jqis kemm il-konsum kif ukoll il-produzzjoni interna.

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-prestazzjoni ta’ l-enerġija ta’ bini għandha tkun espressa b’mod trasparenti u tista’ jinkludi indikatur numerika tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju u tal-użu tal-enerġija primarja.

2. Il-prestazzjoni tal-enerġija ta’ bini għandha tkun espressa b’mod trasparenti u tista’ jinkludi indikatur numeriku tal-użu tal-enerġija primarja, imfissser f'kWh/m2 fis-sena.

Il-metodoloġija tal-kalkolu tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini għandha tqis l-istandards Ewropej.

Il-metodoloġija tal-kalkolu tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini għandha tuża l-istandards Ewropej u l-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti, inkluża d-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament u tal-Kunsill Ewropew [dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli].

Ġustifikazzjoni

Unità komuni għall-prestazzjoni tal-enerġija ta' bini, espressa f'termini ta' domanda għall-enerġija primarja, għandha tinstab biex tiżgura t-trasparenza u l-paragonabilità. kWh/m2 fis-sena hija l-unika unità li tagħti tali informazzjoni affidabbli. Inoltre, il-metodi ta' kalkolu inklużi fil-leġiżlazzjonijiet relevanti tal-UE għandhom jitiqesu wkoll. Id-Direttiva adottata dan l-aħħar dwar l-enerġija minn sorsi li jiġġeddu hija każ ċar meta jkun ikkalkulat, ngħidu aħna, l-ammont nett ta' enerġija minn sorsi li jiġġeddu ttrasferita mill-pompi tas-sħana.

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 2 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta titkejjel il-prestazzjoni tal-enerġija tal-użu tal-elettriku f'bini, il-fattur tal-konverżjoni minn enerġija finali għal dik primarja għandu jqis il-medja weighted ta' kull sena tat-taħlita xierqa tal-fjuwil tal-elettriku.

Ġustifikazzjoni

L-emenda proposta tevita r-riskju tal-bdil tal-prestazzjoni tal-enerġija ta' bini billi sempliċement jinbidel il-fornitur tal-elettriku. L-effiċjenza fil-ġenerazzjoni tal-elettriku, fil-fatt, tvarja skont il-fjuwil u t-teknoloġija użati.

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 3 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) iżolament;

(ii) iżolament, kif miksub mill-materjali bl-iktar konduttività termika baxxa disponibbli;

Ġustifikazzjoni

It-tekniki ta' iżolament huma element kruċjali biex tiġi determinata l-effikaċja enerġetika ta' bini. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-valur tal-iżolament tal-fowms iżolanti disponibbli fis-suq li l-iktar jagħtu prestazzjoni tajba meta jkunu qed jistabbilixxu l-objettivi tal-effiċjenza enerġetika għall-bini.

Emenda  85

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) installazzjonijiet ta' l-arja kondizzjonata;

(c) installazzjonijiet ta' l-arja kondizzjonata, inklużi sistemi ta' tberrid;

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi kkalkulata l-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, huwa importanti li tiġi kkunsidrata l-interazzjoni bejn is-sistemi li jberrdu, li jsaħħnu u ta' ventilazzjoni. Pereżempju sistemi li jinkludu mekkaniżmi għall-irkupru tas-sħana jistgħu jikkontribwixxu għal użu iktar effiċjenti tal-enerġija. Pereżempju s-sħana li tiġi estratta minn kamra waħda waqt it-tberrid tagħha tista' tiġi użata biex tissaħħan kamra oħra. Barra minn hekk l-iskambju tas-sħana jista' jsir bejn l-arja li tkun dieħla u dik li tkun ħierġa permezz tal-ventilazzjoni għall-irkupru tas-sħana,u dan inaqqas l-użu ta' enerġija ta' sistema li tberred jew issaħħan. Barra minn hekk il-kontroll adegwat ta' zona jista' jikkontribwixxi għall-iffrankar tal-enerġija fuq it-tisħin jew tberrid ta' spazju.

Emenda  86

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) installazzjonijiet ta' dawl fissi (l-aktar fis-settur mhux residenzjali);

(e) sistemi ta' tidwil fissi karaterizzati minn diżinn ta' tidwil li jqis il-livelli xierqa ta' dawl għall-funzjonijiet li jiġu eżegwiti fil-livell tal-kamra, il-preżenza ta' persuni, id-disponibilità tal-livell xieraq ta' dawl naturali, l-adozzjoni flessibbli ta' livelli tad-dawl li jirrispettaw id-differenzi fil-funzjonijiet u jekk l-installazzjoni hijiex għas-settur mhux residenzjali jew għal dak residenzjali;

Emenda  87

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 5 – punt h a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha) bini tal-bejgħ bl-ingrossa u l-loġistika;

Ġustifikazzjoni

'Bini fejn jingħataw servizzi bl-ingrossa u bl-imnut' hija kategorija wiesgħa wisq minħabba li din kieku tkun tinkludi ċentri ta' loġistika, ħwienet awtonomi, ċentri kummerċjali u bini ta' użu kummerċjali mħallat, li kull wieħed minn dawn it-tipi huwa uniku fir-rigward tal-bżonnijiet enerġetiċi tiegħu.

Emenda  88

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet jew l-entitajiet kompetenti li ġew delegati lihom responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kontroll indipendenti għandhom jagħmlu għażla aleatorja ta mill-inqas 0.5 % taċ-ċertifikati kollha tal-prestazzjoni tal-enerġija maħruġa kull sena u jgħadduhom minn verifika. Il-verifika għandha ssir fuq wieħed minn tliet livelli alternattivi indikati taħt u kull livell ta’ verifika għandu jitwettaq mill-inqas għal porzjon statistikament sinifikanti taċ-ċertifikati magħżula:

1. L-awtoritajiet jew l-entitajiet kompetenti li ġew delegati lihom responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kontroll indipendenti għandhom jagħmlu għażla aleatorja ta' mill-inqas 0.5 % taċ-ċertifikati kollha tal-prestazzjoni tal-enerġija maħruġa kull sena minn kull espert u jgħadduhom minn verifika. Jekk espert indipendenti joħroġ ftit ċertifikati biss, l-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti għandhom jagħmlu għażla mingħajr ordni ta' mill-inqas ċertifikat wieħed u dan ikun suġġett għall-verifika. Il-verifika għandha ssir fuq wieħed minn tliet livelli alternattivi indikati taħt u kull livell ta’ verifika għandu jitwettaq mill-inqas għal porzjon statistikament sinifikanti taċ-ċertifikati magħżula:

Ġustifikazzjoni

Is-sistema ta' kontroll indipendenti biex tikkontrolla l-validità u l-kwalità taċ-ċertifikati u r-rapporti tal-ispezzjonijiet għandha tkun imsaħħa billi jiġi żgurat li x-xogħol ta' kull espert jiġi kontrollat regolarment. Fil-każ ta' irregolaritajiet, it-tieni livell ta' kontroll, flimkien mal-impożizzjoni tas-sanzjonijiet fuq l-esperti li jkollhom tort, iservu ta' deterrent għall-infrazzjonijiet fuq ir-regoli tal-kwalità taċ-ċertifikati u tar-rapporti tal-ispezzjoni.

Emenda  89

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Jekk il-kontrolli juru nuqqas ta' konformità, l-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti għandhom jagħmlu għażla mingħajr ordni ta' ħames ċertifikati oħra li jkunu maħruġa mill-istess espert u dawn ikunu suġġetti għall-verifika. L-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti għandhom jimponu penali fuq l-espert jekk il-kontrolli miżjuda juru nuqqas ta' konformità; il-ksur l-iktar serju jista' jkun ikkastigat bir-revoka tal-akkreditazzjoni tal-espert.

Ġustifikazzjoni

Is-sistema ta' kontroll indipendenti biex tikkontrolla l-validità u l-kwalità taċ-ċertifikati u r-rapporti tal-ispezzjonijiet għanda tkun imsaħħa billi jiġi żgurat li x-xogħol ta' kull espert jiġi kontrollat regolarment. Fil-każ ta' irregolaritajiet, it-tieni livell ta' kontroll, flimkien mal-impożizzjoni tas-sanzjonijiet fuq l-esperti li jkollhom tort, iservu ta' deterrent għall-infrazzjonijiet fuq ir-regoli tal-kwalità taċ-ċertifikati u tar-rapporti tal-ispezzjoni.

Emenda  90

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-awtoritajiet jew l-entitajiet kompetenti li ġew delegati lilhom responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kontroll indipendenti għandhom jagħmlu għażla aleatorja ta’ mill-inqas 0.1 % tar-rapporti kollha tal-ispezzjoni maħruġa kull sena u jgħadduhom minn verifika. Il-verifika għandha ssir fuq wieħed minn tliet livelli alternattivi indikati taħt u kull livell ta’ verifika għandu jitwettaq mill-inqas għal porzjoni statistikament sinifikanti tar-rapporti tal-ispezzjoni magħżula.

2. L-awtoritajiet jew l-entitajiet kompetenti li ġew delegati lilhom responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kontroll indipendenti għandhom jagħmlu għażla aleatorja ta’ mill-inqas 0.1 % tar-rapporti kollha tal-ispezzjoni maħruġa kull sena minn kull espert u jgħadduhom minn verifika. Jekk espert indipendenti joħroġ biss ftit rapporti ta' spezzjoni, l-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti għandhom jagħmlu għażla mingħajr ordni ta' mill-inqas rapport wieħed ta' spezzjoni u dan ikun suġġett għall-verifika. Il-verifika għandha ssir fuq wieħed minn tliet livelli alternattivi indikati taħt u kull livell ta’ verifika għandu jitwettaq mill-inqas għal porzjoni statistikament sinifikanti tar-rapporti tal-ispezzjoni magħżula.

Ġustifikazzjoni

Is-sistema ta' kontroll indipendenti biex tikkontrolla l-validità u l-kwalità taċ-ċertifikati u r-rapporti tal-ispezzjonijiet għandha tkun imsaħħa billi jiġi żgurat li x-xogħol ta' kull espert jiġi kontrollat regolarment. Fil-każ ta' irregolaritajiet, it-tieni livell ta' kontroll, flimkien mal-impożizzjoni tas-sanzjonijiet fuq l-esperti li jkollhom tort, iservu ta' deterrent għall-infrazzjonijiet fuq ir-regoli tal-kwalità taċ-ċertifikati u tar-rapporti tal-ispezzjoni.

Emenda  91

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Jekk il-kontrolli juru nuqqas ta' konformità, l-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti għandhom jagħmlu għażla mingħajr ordni ta' ħames rapporti ta' spezzjoni oħra li jkunu maħruġa mill-istess espert u dawn ikunu suġġetti għall-verifika L-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti għandhom jimponu penali fuq l-espert jekk il-kontrolli miżjuda juru nuqqas ta' konformità; il-ksur l-iktar serju jista' jkun ikkastigat bir-revoka tal-akkreditazzjoni tal-espert

Ġustifikazzjoni

Is-sistema ta' kontroll indipendenti biex tikkontrolla l-validità u l-kwalità taċ-ċertifikati u r-rapporti tal-ispezzjonijiet għandha tkun imsaħħa billi jiġi żgurat li x-xogħol ta' kull espert jiġi kontrollat regolarment. Fil-każ ta' irregolaritajiet, it-tieni livell ta' kontroll, flimkien mal-impożizzjoni tas-sanzjonijiet fuq l-esperti li jkollhom tort, iservu ta' deterrent għall-infrazzjonijiet fuq ir-regoli tal-kwalità taċ-ċertifikati u tar-rapporti tal-ispezzjoni.

Emenda  92

Proposta għal direttiva

Anness III a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Anness III a

 

Prinċipji għal metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-livelli ottimali fir-rigward tal-ispejjez

Meta tkun stabbilita metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-livelli ottimali fir-rigward tal-ispejjeż, il-Kummissjoni għandha tqis tal-anqas il-prinċipji li ġejjin:

 

- id-definizzjoni ta' binjiet ta' referenza li huma karatterizzati mill-funzjonalità u mil-lok ġeografiku tagħhom kif ukoll rappreżentattivi ta' dawn, inklużi l-kundizzjonijiet klimatiċi ta' ġewwa u ta' barra. Il-binjiet ta' referenza għandhom ikopru binjiet residenzjali u mhux residenzjali, kemm ġodda kif ukoll eżistenti;

 

- id-definizzjoni ta' pakketti tekniċi (pereżempju l-iżolament tal-għeluq estern ta' bini jew ta' partijiet minnu jew ta' sistemi tekniċi ta' bini iktar enerġetikament effiċjenti) jew ta' miżuri ta' effiċjenza enerġetika u tal-forniment tal-enerġija li għad iridu jiġu evalwati;

- id-definizzjoni ta' pakketti tekniċi kompleti mfassla bil-għan ta' bini li ma jikkonsmax enerġija u ma jipproduċix emissjonijiet;

 

- l-evalwazzjoni tad-domanda għall-enerġija għat-tisħin u t-tberrid, tal-enerġija primarja użata u l-emissjonijiet ta' CO2 tal-binjiet ta' referenza (inklużi l-pakketti tekniċi definiti u applikati);

 

- l-evalwazzjoni tal-ispejjeż ta' investiment korrispondenti marbuta mal-enerġija, tal-ispejjeż tal-enerġija u spejjeż amministrattivi oħra tal-pakketti tekniċi applikati għall-binjiet ta' referenza.

 

Billi jiġu kkalkulati l-ispejjeż għaċ-ċiklu ta' ħajja ta' bini fuq il-bażi tal-pakketti tekniċi ta' miżuri applikati għal bini ta' referenza u t-tqegħid ta' dawn f'relazzjoni mal-prestazzjoni tal-enerġija u tal-emissjonijiet tas-CO2, l-effiċjenza fil-konfront tal-ispejjeż ta' livelli differenti ta' rekwiżiti minimi ta' prestazzjoni enerġetika għandha tiġi evalwata.

Emenda  93

Proposta għal direttiva

Anness III b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anness III b

 

Strumenti finanzjarji għat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini

 

Bla ħsara għal-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw tal-anqas żewġ strumenti finanzjarji mil-lista li ġejja:

 

(a) tnaqqis fil-VAT għall-iffrankar tal-enerġija, il-prestazzjoni għolja tal-enerġija u l-prodotti u s-servizzi tal-enerġija rinnovabbli;

 

(b) tnaqqis ieħor fit-taxxa fuq prodotti u servizzi li jiffrankaw l-enerġija jew bini enerġetikament effiċjenti, inkluż it-tnaqqis fiskali fuq id-dħul jew it-taxxi fuq il-proprjetà;

 

(c) sussidji diretti;

 

(d) skemi ta’ self sussidjati jew self b’interessi baxxi;

 

(e) skemi ta' għotjiet;

 

(f) skemi ta’ garanziji fuq is-self;

 

(g) rekwiżiti fuq il-fornituri tal-enerġija jew ftehimiet biex joffru għajnuna finanzjarja lill-kategoriji kollha tal-konsumaturi;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ma tikkonċernax partijiet tal-proposta għal verżjoni mfassla mill-ġdid li jkun fiha bidliet. Madankollu, hija meħtieġa għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test u marbuta sew ma' partijiet oħra li fihom it-tibdil, b'mod partikulari l-Artikolu 9.

  • [1]  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.

NOTA SPJEGATTIVA

L-Importanza tal-Effiċjenza tal-Enerġija

L-Ewropa għandha quddiemha diversi sfidi kbar fuq perjodu qasir, medju u twil ta’ żmien marbuta mal-provvista tal-enerġija u d-domanda għall-enerġija.

L-Ewropa għandha bżonn futur sostenibbli, b’livell ta’ karbonju baxx. L-UE ma stabbilietx għaliha nnifisha miri ambizzjużi ħafna għall-2020: it-tnaqqis tal-gassijiet b’effett ta’ serra b’20% (30% jekk jintlaħaq ftehim internazzjonali), tfaddil ta’ 20% tal-konsum tal-enerġija permezz taż-żieda fl-effiċjenza tal-enerġija u li tissodisfa 20% tal-bżonnijiet tal-enerġija tagħna minn sorsi li jiġġeddu.

L-UE qed taffaċċja wkoll tnaqqis ekonomiku konsiderovoli. Il-GDP naqas b’0.2% fl-UE27 matul it-tielet trimestru tal-2008, meta mqabbel mat-trimestru ta’ qabel. Fiż-żona tal-ewro (EA15) ir-rata tal-qgħad aġġustata skont l-istaġun żdiedet b’7.8% f’Novembru 2008.

Il-prezz u l-affidabilità tal-provvista tal-enerġija se jkunu fattur kritiku kemm għall-kompetittività tal-UE kif ukoll għall-benessri taċ-ċittadini tagħha. F'livell tal-UE, matul is-sentejn li għaddew, il-prezzijiet tal-enerġija għad-djar żdiedu sostanzjalment: bi 15% għall-elettriku, b'21% għan-nafta u bi 28% għall-gass naturali. Dan wassal għal impatti sinifikanti fuq il-membri l-aktar vulnerabbli tas-soċjetà.

Il-promozzjoni ta’ 'xogħlijiet ambjentali' għandha l-potenzjal li tkun parti kritika mill-pjan ta’ rkupru tal-UE. L-investimenti fl-effiċjenza tal-enerġija, li spiss jirrikjedu nefqa kbira fuq il-ħaddiema, għandhom rwol partikolarment importanti fil-ħolqien tal-impjiegi. Riċerka kkummissjonata mill-Kummissjoni tindika li l-investimenti fl-effiċjenza tal-enerġija jiġġeneraw impjiegi daqs jew iżjed mill-investimenti fl-infrastrutturi tradizzjonali (toroq, pontijiet, jew it-trasmissjoni tal-enerġija).

Il-kriżi tal-gass fl-aħħar tal-2008 u fil-bidu tal-2009 wriet l-isfidi għas-sigurtà tal-provvista fl-UE, u d-dipendenza tagħha fuq il-provvista esterna tal-gass. L-UE-27 tiddependi mill-importazzjoni għal 51% tal-bżonnijiet tal-enerġija tagħha.

Iż-żieda tal-effiċjenza tal-enerġija hi l-iżjed mod effettiv għall-UE sabiex: tilħaq l-għanijiet rigward l-emissjonijiet ta’ CO2, toħloq l-impjiegi, tnaqqas l-ispejjeż għan-negozju, tindirizza l-impatti soċjali taż-żidiet fil-prezz tal-enerġija u tnaqqas id-dipendenza dejjem tikber tal-UE fuq il-fornituri esterni tal-enerġija.

It-titjib fil-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, li tirrappreżenta madwar 40% tal-konsum tal-enerġija, hu pass partikolarment kritiku. Fil-kuntest deskritt hawn fuq, bħalissa hu ż-żmien xieraq għall-UE sabiex tirriformula u ttejjeb id-Direttiva dwar il-Prestazzjoni tal-Enerġija tal-Bini.

Ostakli għall-Progress

L-intenzjoni dikjarata mill-Kummissjoni għall-proposta ta’ dan it-tfassil mill-ġdid hi doppja:

· Sabiex tapplika l-esperjenza miksuba minn meta d-Direttiva oriġinali daħlet fis-seħħ fl-2002;

· Sabiex tiżgura applikazzjoni iżjed uniformi u stretta tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-leġiżlazzjoni.

Il-prinċipju tat-tfassil mil-ġdid intlaqa' ħafna fis-setturi tal-kostruzzjoni u l-enerġija. Iżda madankollu dan ma jfissirx li m’għandux bżonn eżami bir-reqqa u emendi.

B’mod partikolari, it-tfassil mill-ġdid għandu quddiemu sfida minħabba l-livell diżappuntanti ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva preżenti. 22 Stat Membru jistqarru li għamlu traspożizzjoni sħiħa, iżda l-Kummissjoni esprimiet diżappunt bil-livell tal-implimentazzjoni tal-miżuri tal-effiċjenza tal-enerġija f’ħafna Stati Membri; u (għalkemm m’hemmx dejta konkreta) il-perċezzjoni hi li l-għadd ta’ bini ġdid u tibdil li jinkorporaw titjib sinifikanti fl-effiċjenza tal-enerġija huma baxxi f’ħafna Stati Membri.

Uħud mill-ostakli għall-progress huma:

1. Nuqqas ta’ kuxjenza dwar il-possibiltà ta’ ffrankar finanzjarju. Dan l-ostaklu għandu jitneħħa b’kampanji informattivi.

2. Inċertezza u nuqqas ta’ fiduċja dwar il-kwantità tal-iffrankar li se jinkiseb. Il-ġestjoni taċ-ċertifikazzjoni u l-kwalità jistgħu jgħinu biex iżidu l-kunfidenza fir-riżultati tal-miżuri tal-iffrankar tal-enerġija.

3. Nuqqas ta’ aċċess għal finanzjament għal investimenti kbar f’miżuri tal-iffrankar tal-enerġija. Il-Gvernijiet għandhom iwaqqfu programmi ta’ appoġġ finanzjarju u jgħinu biex jiżguraw li l-banek jistgħu joffru l-finanzjament.

4. L-'isforz' involut – b’mod partikolari għall-irranġar u t-tibdil u t-tiġdid. Il-kampanji informattivi u l-programmi tal-appoġġ għandhom jiffukaw fuq l-opportunitajiet tal-investiment naturali, eż. meta tinbidel l-okkupazzjoni, flimkien ma’ programmi tat-titjib tad-distrett.

Titjib li jeħtieġ li jsir fid-Direttiva

Finanzjament:

Id-Direttiva għandha tirrifletti l-bżonn għal finanzjament xieraq sabiex jakkumpanja l-istandards u r-rekwiżiti minimi li se jiġu stabbiliti. L-għan tad-Direttiva jintlaħaq biss jekk ikun hemm disponibbli taħlita ta’ strumenti finanzjarji - li idealment jolqtu d-djar l-aktar vulnerabbli.

Hemm ħafna strumenti potenzjali li l-Istati Membri u/jew il-Kummissjoni jistgħu u għandhom jużaw:

· Proġetti ta’ nefqa pubblika diretta.

· Garanziji u sussidji fuq self (utli meta jkun diffiċli li jinkiseb il-kreditu).

· Għotjiet soċjali.

· Tnaqqis tal-VAT fuq servizzi u prodotti relatati mat-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija tal-bini

· Tnaqqis fit-taxxa fuq il-proprjetà.

· Mudelli ta’ finanzjament innovattivi - eż. finanzjament permezz ta’ ħlas lura bbażat fuq l-iffrankar magħmul fuq kontijiet tal-enerġija.

· Il-ħolqien tal-Fond Ewropew tal-Effiċjenza tal-Enerġija u l-Enerġija li Tiġġedded għall-appoġġ tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

S’issa, l-użu limitat tal-fondi strutturali għall-effiċjenza tal-enerġija tal-bini tħalla biss għal dawk l-Istati Membri li daħlu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara. Il-Kummissjoni proponiet li din l-opportunità tiġi estiża għall-Istati Membri kollha. Ir-Rapporteur ipproponiet żieda minn 3% għal 15% fl-ammont massimu ta’ fondi tal-ERDF li għandu jiġi allokat għal dawn il-proġetti.

Informazzjoni u Għarfien

Hu importanti li l-partijiet rilevanti kollha jkunu mgħarrfa bil-benefiċċji tat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija, u jkollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti dwar x’għandhom jagħmlu. L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jaqsmu ma’ xulxin informazzjoni rigward l-aqwa prattika.

Għandha tiġi żviluppata riżorsa Ewropea komuni – websajt u bażi ta' dejta – li jkun fiha l-leġiżlazzjoni applikabbli kollha, il-programmi pubbliċi kollha li jippromwovu emissjoni baxxa ta’ CO2 u bini enerġetikament effiċjenti u l-istrumenti finanzjarji u fiskali applikabbli.

Kampanji informattivi u ta’ għarfien għandhom jiffukaw fuq aspetti mhux koperti bl-istandards minimi.

Awtoritajiet lokali u reġjonali

L-Istati Membri għandhom rwol importanti fl-implimentazzjoni tat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini.

L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu kkonsultati fl-iżvilupp tal-Metodoloġija Standardizzata għall-kalkolu tal-metodoloġija tal-istandards minimi.

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli gwida u taħriġ lil dawk li jippjanaw u lill-ispetturi tal-bini sabiex ikunu jistgħu jikkunsidraw b’mod xieraq l-aħjar kombinazzjoni ta’ sorsi tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu, ta’ teknoloġija ta’ effiċjenza għolja u ta’ sistemi ta' tisħin u ta' tberrid urbani fl-ippjanar, it-tfassil, il-bini u t-tiġdid ta’ żoni industrijali jew residenzjali.

Ċertifikati tal-Prestazzjoni tal-Enerġija

'Prestazzjoni tal-enerġija' kif definita fid-Direttiva mhux bilfors tirrifletti l-użu attwali tal-enerġija. Għal bini fejn l-erja totali ta’ art utli ta’ aktar minn 250m2 hija okkupata minn awtorità pubblika u għal bini li l-pubbliku jżur spiss b’erja totali utilizzabbli tal-art ta’ aktar minn 250 m2 hu rilevanti li tiġi pprovduta u tintwera informazzjoni dwar l-użu tal-enerġija attwali fiċ-Ċertifikati tal-Prestazzjoni tal-Enerġija.

L-informazzjoni li tintwera fiċ-Ċertifikati tal-Prestazzjoni tal-Enerġija f’bini okkupat minn awtoritajiet pubbliċi u għal bini ieħor li jżur il-pubbliku għandha tkun aċċessibbli u tkun tista’ tiġi mqabbla faċilment. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa standards komuni għall-wiri, inkluża tikketta tal-enerġija komuni għal dan il-bini.

Peress li l-bini okkupat minn awtoritajiet pubbliċi għandu jkollu rwol eżemplari fid-dimostrazzjoni u l-promozzjoni tal-effiċjenza tal-enerġija, hu raġonevoli li wieħed jistenna minnhom li jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet li hemm fl-EPC fi żmien raġonevoli. Is-sidien kollha tal-bini, madankollu, għandu jkollhom id-dritt li jibdew jew jirrevedu l-EPC f'kull żmien, bl-użu ta’ esperti differenti jekk ma jaqblux mar-rakkomandazzjonijiet ipprovduti.

Fl-aħħar nett, hu essenzjali li jkun hemm iżjed standardizzazzjoni u rikonoxximent reċiproku kemm għal EPCs u kif ukoll għat-taħriġ u l-akkreditazzjoni tal-esperti li jipprovduhom, fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa linji gwida komuni għat-tnejn, u dawn għandhom jippermettu dan l-iżvilupp.

Standards minimi

Ir-Rapporteur tappoġġja l-approċċ tal-Kummissjoni li tkun żgurata l-konverġenza bejn l-Istati Membri fuq il-bażi tal-istandards minimi tagħhom, u l-iskedi taż-żmien proposti. L-approċċ se jippermetti flessibilità li tirrifletti d-differenzi ġeografiċi u klimatiċi, filwaqt li jkun żgurat li l-istandards ikunu stretti u bbażati fuq pedamenti sodi. Madankollu, xi titjib żgħir hu meħtieġ.

Meta wieħed iqis it-titjib kontinwu fil-ħila teknoloġika u tal-kostruzzjoni, u fid-dawl tal-esperjenza tal-Istati Membri fl-applikazzjoni, hu loġiku li l-Kummissjoni għandha b’mod regolari tirrevedi u taġġorna l-metodoloġija standardizzata għall-kalkolu tal-effiċjenza tal-enerġija ottimali fir-rigward tal-ispejjeż.

L-Istati Membri m’għandhomx jinċentivaw bini ġdid li ma jilħaqx il-livelli ottimali fir-rigward tal-ispejjeż tal-prestazzjoni tal-enerġija implikati bil-metodoloġija standardizzata wara l-2014. Madankollu, ir-Rapporteur hija mħassba li l-applikazzjoni ta’ din l-iskala taż-żmien għar-rinnovazzjoni tista’ tkun problematika – l-ippjanar u t-twettiq ta’ proġetti ta' rinnovazzjoni fuq skala kbira jieħu ż-żmien, u għaldaqstant id-data tal-2014 tista’ tfisser li proġetti importanti fuq skala kbira f’ħafna pajjiżi jiġu posposti u jkun hemm tfixkil fihom.

Dwar l-eżenzjonijiet, ir-Rapporteur ma tara l-ebda raġuni għaliex residenzi sekondarji għandhom ikunu eżentati mill-istandards minimi. Madankollu, ir-Rapporteur tagħkom tikkunsidra li perjodu ta’ sentejn hu perjodu qasir wisq għad-definizzjoni ta’ bini b'użu temporanju – pereżempju, kumpaniji kbar ikollhom bżonn isibu residenza temporanja f’bini għal perjodi itwal waqt li l-kwartieri ewlenin tagħhom ikunu qed jiġu rinnovati.

Ir-Rapporteur taqbel mal-proposta tal-Kummissjoni li jkunu estiżi l-istandards minimi sabiex japplikaw għal kull tip ta' rinnovazzjoni kbira. Iżda tapplika eżenzjoni bbażata fuq il-vijabilità teknika u ekonomika. Hu probabbli li Stati Membri differenti u anke aġenziji tal-infurzar lokali differenti jiddefinixxu l-vijabiltà b’modi differenti, u għaldaqstant hi meħtieġa gwida ċara f’dan il-qasam.

Bini li l-emissjonijiet tiegħu tad-diossidu tal-karbonju huma ftit jew nulli

Il-proposti tal-Kummissjoni hawnhekk jistgħu jissaħħu. M’hemmx raġuni għala l-bini l-ġdid kollu għandu jilħaq dan l-istandard sal-2020. Il-bini pubbliku għandu jilħaq dan il-livell qabel.

Il-Kummissjoni għandha, sal-2013, toħroġ bi proposta għal definizzjoni komuni ta’ bini li l-emissjonijiet tiegħu tad-diossidu tal-karbonju huma ftit jew nulli u b’metodoloġija komparattiva li għandha tintuża mill-Istati Membri fl-irfinar tal-pjani u d-definizzjonijiet nazzjonali tagħhom. Sabiex jiġi żgurat li dawn jitqiesu b’mod strett, effettiv u xieraq, għandhom ikunu deċiżi b’kodeċiżjoni, u mhux mill-komitoloġija.

Spezzjoni ta’ sistemi tat-tisħin u tal-ikkondizzjonar tal-arja.

Peress li l-ispezzjonijiet tas-sistemi tat-tisħin u tal-ikkondizzjonar tal-arja jistgħu jkunu piż burokratiku konsiderevoli fuq is-sidien tal-bini, hu essenzjali li l-ispezzjonijiet jiġu allinjati, idealment sabiex iż-żewġ spezzjonijiet iseħħu fl-istess żmien.

Il-Kummissjoni tipprovdi deroga minn spezzjonijiet regolari tas-sistemi tat-tisħin jekk l-Istati Membri jieħdu miżuri oħra li huma ‘ekwivalenti’. L-istess regola għandha tapplika għal sistemi tal-ikkondizzjonar tal-arja. Iżda jidher li l-Kummissjoni m’għandhiex mezz kif tibblokka d-deroga jekk, fl-opinjoni tagħha l-miżuri mhumiex, fil-fatt, ekwivalenti. Dan għandu jiġi kkoreġut.

ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

Ref.: D(2009)14334

Is-Sa Angelika NIEBLER

Chairperson tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

LOW T06021

STRAŻBURGU

Suġġett:   Proposta għal tfassil mill-ġdid: Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prestazzjoni tal-Enerġija tal-Bini

                 (COM(2008)0780 – C6‑0413/2008 – 2008/0223(COD))

Għażiża Sa Niebler,

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, li għandi l-unur nippresiedi, eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, skont l-Artikolu 80a dwar it-Tfassil mill-ġdid, kif imdaħħal fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament bid-Deċiżjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2007.

Il-Paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu jgħid hekk:

"Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jikkonkludi li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali għal-leġiżlazzjoni minbarra dawk identifikati bħala tali, għandu jinforma lill-kumitat responsabbli dwar dan.

F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 150 u 151, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet sostanzjali.

Madankollu, emendi tal-partijiet li ma nbidlux jistgħu jiġu annessi fuq bażi eċċezzjonali u fuq bażi ta' każ b'każ mill-president ta' dan il-kumitat jekk iqis li dan huwa meħtieġ għal raġunijiet imperattivi li għandhom x'jaqsmu mal-koerenza interna tat-test jew għaliex l-emendi huma marbuta mill-qrib ma' emendi oħra li jkunu ammissibbli. Dawn ir-raġunijiet għandhom jitniżżlu f'ġustifikazzjoni miktuba tal-emendi".

B'segwitu għall-opinjoni tas-Servizz Legali, li r-rappreżentanti tiegħu pparteċipaw fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li eżamina l-proposta ta' tfassil mill-ġdid, u b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur għal opinjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jqis li l-proposta inkwistjoni ma tinkludi ebda bidla sostanzjali għajr dawk identifikati bħala tali fil-proposta jew fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv u li, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti b'dawk il-bidliet, il-proposta tinkludi kodifikazzjoni ċara u diretta tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom.

Barra minn hekk, skont l-Artikoli 80a(2) u 80(3), il-Kumitat għall-Affarijiet Legali kkunsidra li l-adattamenti tekniċi suġġeriti fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma msemmi hawn fuq kienu meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-proposta tikkonforma mar-regoli dwar it-tfassil mill-ġdid.

Fl-aħħar nett, wara li ddiskutieha fil-laqgħa tiegħu tad-9 ta' Marzu 2009, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, b'16-il vot favur[1], u bl-ebda astensjoni, jirrakkomanda li l-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, jeżamina l-proposta msemmija hawn fuq skont is-suġġerimenti tiegħu b'konformità mal-Artikolu 80a.

Dejjem tiegћek,

Giuseppe GARGANI

Mehmuża: L-Opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv

  • [1]  Kienu preżenti dawn il-Membri: Giuseppe Gargani (Chairman), Klaus-Heiner Lehne, Eva-Riitta Siitonen, Tadeusz Zwiefka, Neena Gill, Manuel Medina Ortega, Diana Wallis, Francesco Enrico Speroni, Monica Frassoni, Jean-Paul Gauzès, Kurt Lechner, Georgios Papastamkos, Gabriele Stauner, Ieke van den Burg, Vicente Miguel Garcés Ramón, Bill Newton Dunn.

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, 27 ta’ Jannar 2009

OPINJONI

                     GĦALL-ATTENZJONI  TAL-PARLAMENT EWROPEW

                                                              TAL-KUNSILL

                                                              TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini

COM(2008)780 tat-13.11.2008 – 2008/0223(COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 dwar użu iktar strutturat tat-teknika ta’ riformulazzjoni tal-atti legali, u b’mod partikolari punt 9 tagħha, il-Grupp Konsultattiv ta’ Ħidma li jikkonsisti mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni ltaqa’ fis-26 ta’ Novembru u l-4 ta’ Diċembru 2008 biex jeżamina, fost l-oħrajn, il-proposta msemmija hawn fuq li tressqet mill-Kummissjoni, .

F’dawk il-laqgħat[1], l-eżaminazzjoni tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirriformula id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/91/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar il-prestazzjoni tal-enerġija fil-bini, wasslet biex il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv jistabbilixxi, bi qbil komuni, dan li ġej hawn taħt.

1) Il-partijiet li ġejjin tat-test tal-proposta għal riformulazzjoni kellhom jiġu identifikati permezz tal-użu ta’ shading griż li ġeneralment jintuża biex jiġi identifikat tibdil sostanzjali:

- fi premessa 6, il-kliem "aktar minn" (li ġew ingassati darbtejn) u l-kelma "madwar" (li ġiet ippreżentata bejn il-vleġeġ ta’ adattament);

- fi premessa 9, l-aħħar sentenza "Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-prestazzjoni tal-enerġija m’għandux ikun ibbażat biss fuq l-istaġun meta jkun meħtieġ it-tisħin, iżda għandu jkopri l-prestazzjoni tal-enerġija annwali tal-bini" (ippreżentata bejn il-vleġeġ ta’ adattament);

- fi premessa 10, l-ewwel sentenza "L-Istati Membri għandhom jiffissaw rekwiżiti minimi għall-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini. Dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu ffissati bil-għan li jintlaħaq bilanċ bi spiża ottimali bejn l-investimenti involuti u l-ispejjeż tal-enerġija ffrankati tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini" (ippreżentata bejn il-vleġeġ ta’ adattament);

- fi premessa 13, il-parti tat test li ġiet ingassata darbtejn bejn l-ewwel sentenza u t-tieni waħda u li tgħid hekk "L-aqwa prattika għandha f’dan ir-rigward tkun indirizzata lejn l-użu ottimu ta’ fatturi li għandhom x’jaqsmu mat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija", kif ukoll il-parti tat-test ta’ wara t-tieni sentenza u li ġie ingassat darbtejn wkoll ("dan jista’ jseħħ minnufih, mill-Istat Membru, permezz ta’ studju li jipproduċi lista ta’ miżuri ta’ konservazzjoni tal-enerġija, għal kondizzjonijiet medji tas-suq, u tintlaħaq ġestjoni ta’ spejjeż effettiva. Qabel ma jibda l-bini, jistgħu jintalbu studji jekk il-miżura, jew miżuri, ikunu meqjusa bħala possibbli");

- fi premessa 18, il-parti tat-test ingassata darbtejn qabel l-ewwel sentenza u li tgħid hekk "Il-proċess ta’ ċertifikazzjoni jista’ jkun appoġġjat minn programm li jiffaċilita l-aċċess ugwali għal prestazzjoni aħjar; ibbażat fuq ftehim bejn organizzazzjonijiet ta’ nies interessanti u korp maħtur mill-Istati Membri; implimentat minn kumpaniji tas-servizzi tal-enerġija li jaqblu li jikkommettu lilhom infushom li jwettqu l-investiment identifikat. L-iskemi adottati għandhom ikunu sorveljati u segwiti mill-Istati Membri, li għandhom ukoll jiffaċilitaw l-użu ta’ sistemi ta’ inċentiva. Sa fejn ikun possibbli, iċ-ċertifikat għandu jiddeskrivi s-sitwazzjoni attwali ta’ prestazzjoni tal-enerġija tal-bini u jista’ jkun rivedut skont il-każ";

- il-parti tat-test ingassata darbtejn li tiġi wara l-Artikolu 11(5) u li tgħid hekk "L-għan taċ-ċertifikati għandu jkun limitat għad-dispożizzjonijiet tal-informazzjoni, u kwalunkwe effetti ta’ dawn iċ-ċertifikati skont il-proċeduri ġudizzjarji jew inkella kif ikun deċiż skont ir-regoli nazzjonali";

- il-parti tat-test ingassata darbtejn li tiġi wara l-Artikolu 12(2) u li tgħid hekk "Il-limiti ta’ temperaturi interni rakkomandati u kurrenti, u meta xieraq, fatturi klimatiċi rilevanti oħra jistgħu jkunu kjarament viżibbli";

- fl-Artikolu 13(1), il-kliem "sistemi ta’ tisħin", li ġew miżjuda quddiem il-kelma "bojlers";

- fl-Anness I, il-kliem "Dawn il-karatteristiċi jistgħu jinkludu sikkar tal-arja", li jidhru bejn it-testi ta’ punti 3(a) u (b) u li ġew ingassati darbtejn.

2) Il-partijiet li ġejjin tat-test riformulat jikkorrispondu mal-partijiet tat-test tad-Direttiva 2002/91/KE li tapplika bħalissa, li dwarhom ma jidher li qed tiġi proposta l-ebda bidla, u li għalhekk ma kellhomx jiġu mmarkati b’shading griż:

- l-Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu;

- l-Artikolu 4(2)(d);

- l-Artikolu 10(5);

- l-Artikolu 10(7);

- l-Artikolu 25.

3) Fl-Artikolu 20, it-tieni paragrafu, iż-żieda tal-kliem fil-bidu "Dawk il-miżuri" tikkostitwixxi adattament tat-test eżistenti tal-Artikolu 13, it-tieni paragrafu, tad-Direttiva 2002/91/KE li kellu jiġi identifikat permezz tal-użu ta’ sinjali xierqa li juru li kien hemm adattament.

Għalhekk, l-eżaminazzjoni tal-proposta ppermettiet lill-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv li jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta ma tinkludi ebda emenda sostanzjali għajr dawk li ġew identifikati bħala tali fl-eżaminazzjoni jew f’din l-opinjoni. Il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv ikkonkluda wkoll, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-att ta’ qabel b’dawk l-emendi sostanzjali, li l-proposta tikkonsisti f’kodifikazzjoni sempliċi tat-test eżistenti, mingħajr ebda tibdil fis-sustanza tiegħu.

C. PENNERA                                  J.-C. PIRIS                                      C.-F.DURAND

Ġuriskonsult                                     Ġuriskonsult                                     Direttur Ġenerali

  • [1]  Il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv kellu l-verżjonijiet bl-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża, li hija l-verżjoni oriġinali tat-test li qed jiġi diskuss.

PROĊEDURA

Titolu

Il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini (tfassil mill-ġdid)

Referenzi

COM(2008)0780 – C6-0413/2008 – 2008/0223(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

13.11.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

15.1.2009

Kumitat mitlub jagħti opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

15.1.2009

 

 

 

Opinjoni mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

JURI

9.3.2009

 

 

 

Rapporteur

       Data tal-ħatra

Silvia-Adriana Ţicău

2.12.2008

 

 

Bażi legali kkontestata

       Data tal-opinjoni tal-JURI

JURI

31.3.2009

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.1.2009

16.2.2009

19.3.2009

 

Data tal-adozzjoni

31.3.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

10

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Šarūnas Birutis, Jan Březina, Jerzy Buzek, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Pilar del Castillo Vera, Den Dover, Adam Gierek, Fiona Hall, Rebecca Harms, Erna Hennicot-Schoepges, Mary Honeyball, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Werner Langen, Pia Elda Locatelli, Eugenijus Maldeikis, Eluned Morgan, Antonio Mussa, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Atanas Paparizov, Aldo Patriciello, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Anni Podimata, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Mechtild Rothe, Paul Rübig, Andres Tarand, Britta Thomsen, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Adina-Ioana Vălean, Alejo Vidal-Quadras

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ivo Belet, Danutė Budreikaitė, Edit Herczog, Gunnar Hökmark, Bernhard Rapkay, Esko Seppänen, Silvia-Adriana Ţicău, Lambert van Nistelrooij

Sostituti (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jill Evans, Ona Juknevičienė, Marusya Ivanova Lyubcheva, Willem Schuth

Data tat-tressiq

6.4.2009