RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)
14.4.2009 - (COM(2009)0038 – C6‑0051/2009 – 2009/0011(CNS)) - *
Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Petya Stavreva
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)
(COM(2009)0038 – C6‑0051/2009 – 2009/0011(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0038),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 36 u 37 tat-Trattat KE, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6‑0051/2009),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikultura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, u l-Kumitat għall-Baġits (A6‑0259/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jirrikonoxxi li hemm inċertezzi rigward id-disponibilità tal-marġini fl-intestatura 2; jenfasizza li l-finanzjament tal-pjan ta’ rkupru ekonomiku m’għandux iqiegħed f’riskju l-bżonnijiet fil-ġejjieni f’dik il-kategorija tal-infiq; jesprimi l-preferenza tiegħu li jintużaw il-marġini tas-snin baġitarji li waslu biex jagħlqu;
3. Ifakkar li l-ammont annwali se jkun deċiż fil-proċedura baġitarja annwali, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Punt 38 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006[1];
4. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
5. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
6. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
7. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emendi 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 1 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
|
(1a) L-iffinanzjar tal-pjan Ewropew għall-irkupru ekonomiku għandu jsir b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u amministrazzjoni finanzjarja fis-sod1. | ||||||||||||||||||||||||
|
____________ 1ĠU C 139, 14.6.2006, p.1. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 1 b (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
|
(1b) Il-marġini attwali fl-intestatura 2 ma jistgħux jitqiesu bħala fatt ċert u kull ftehima dwar il-pjan ta’ rkupru ekonomiku ma għandhiex tpoġġi fir-riskju l-ħtiġijiet futuri ta’ ebda kategorija tan-nefqa. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 2 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
(2) Minn dan l-ammont, EUR 1.5 biljun għandhom ikunu disponibbli għall-Istati Membri kollha permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) bil-għan li jiġi żviluppat l-internet tal-broadband f’żoni rurali u li jissaħħu l-operazzjonijiet marbuta mal-prijoritajiet stipulati fl-Artikolu 16a(1)(a) sa (f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (minn issa ‘l quddiem “sfidi ġodda”). |
(2) Minn dan l-ammont, EUR 1,020 miljun għandhom ikunu disponibbli għall-Istati Membri kollha permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) bil-għan li jiġi żviluppat l-internet tal-broadband f’żoni rurali u li jissaħħu l-operazzjonijiet marbuta mal-prijoritajiet stipulati fl-Artikolu 16a(1)(a) sa (f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (minn issa ‘l quddiem “sfidi ġodda”). Minn dan l-ammont, EUR 850 miljun għandhom ikunu disponibbli fl-2009, filwaqt li EUR 170 miljun għandhom jiġu ggarantiti permezz ta’ mekkaniżmu fil-kuntest tal-konċiljazzjoni fuq il-baġit 2010 u għandhom ikunu disponibbli fl-2010. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 2 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
|
(2a) L-awtorità baġitarja żiedet il-linja baġitarja tal-2009 għall-iżvilupp rurali b'EUR 249,840,000. Dawn il-fondi addizzjonali għandhom ikunu disponibbli għall-miżuri ffinanzjati skont il-FAEŻR fil-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Fuq inċentiv tal-Parlament Ewropew, l-awtorità baġitarja żiedet il-linja tal-baġit tal-2009 għall-iżvilupp rurali b'EUR 250 miljun, filwaqt li llimitat dawn il-fondi għall-attivitajiet relatati mal-bidla fil-klima (ara Emenda 0371 fuq il-linja 05 04 05 01 kif adottata mill-Parlament Ewropew fit-18 ta' Diċembru 2008). Fil-kuntest tal-ipprogrammar attwali, dawn il-fondi addizzjonali għandhom ikunu disponibbli. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 4 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
(4) Sabiex jiġi żgurat li t-tqassim tal-kontribuzzjoni Komunitarja addizzjonali f’kull Stat Membru tintuża b’konsistenza mal-għanijiet taż-żewġ pakketti ta’ politika (sfidi ġodda u l-internet tal-broadband), l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw fil-pjanijiet strateġiċi nazzjonali l-ammont indikattiv li jirriżulta mill-modulazzjoni obbligatorja flimkien mal-fondi mhux użati ġġenerati taħt l-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru … u ż-żieda fl-impenji globali kif stipulati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/493/KE kif emendata bid-Deċiżjoni… Dawn l-ammonti jkunu allokati għall-infrastruttura tal-internet tal-broadband f’żoni rurali minn naħa waħda u għall-“isfidi l-ġodda” min-naħa l-oħra. |
(4) Sabiex jiġi żgurat li t-tqassim tal-kontribuzzjoni Komunitarja addizzjonali f’kull Stat Membru tintuża b’konsistenza mal-għanijiet taż-żewġ pakketti ta’ politika (sfidi ġodda u l-internet tal-broadband), l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw fil-pjanijiet strateġiċi nazzjonali l-ammont indikattiv li jirriżulta mill-modulazzjoni obbligatorja flimkien mal-fondi mhux użati ġġenerati taħt l-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru … u ż-żieda fl-impenji globali kif stipulati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/493/KE kif emendata bid-Deċiżjoni… Dawn l-ammonti jkunu allokati għall-infrastruttura tal-internet tal-broadband f’żoni rurali, għall-“isfidi l-ġodda”, u għal miżuri oħra li għandhom l-għan li jtejbu l-użu tal-fondi u joħolqu impjiegi ġodda. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Mhux l-Istati Membri kollha għandhom l-istess problemi, u grad ta' flessibilità huwa meħtieġ biex jiġi żgurat użu massimu ta' dawn il-fondi. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 4 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
|
(4a) Sabiex jiżdiedu l-impenji fir-rigward tal-programmi tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jużaw il-fondi addizzjonali bħala garanzija u fond għas-self. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Il-proposta tal-Kummissjoni hija parti mill-Pjan ta' Rkupru Ekonomiku Ewropew, li jiffoka fuq l-azzjoni prijoritarja biex l-ekonomiji Ewropej ikunu jistgħu jaġġustaw malajr għall-isifidi attwali. Jeħtieġ li l-Istati Membri jingħataw l-għażla għall-fondi għas-self u l-garanziji ta' kreditu, għaliex dan jippermetti lill-partijiet rurali kkonċernati li jniedu investimenti, u b'hekk iżidu l-impenji fil-programmi. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 6 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
(6) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2008 jfakkru l-appoġġ tal-Kunsill Ewropew taħt l-EERP, b'mod partikolari, l-iżvilupp tal-internet tal-broadband, inkluż f'żoni li mhumiex moqdija tajjeb. Minħabba li ż-żoni rurali kemm-il darba jbatu minn nuqqasijiet fl-aċċess għall-internet, l-appoġġ għall-infrastrutturi tal-broadband fiż-żoni rurali għandu jissaħħaħ taħt l-appoġġ għall-FAEŻR. Fid-dawl tal-importanza ta' din il-prijorità, fil-programmi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal operazzjonijiet marbuta ma’ din il-prijorità sa tmiem l-2009. Lista tat-tipi ta’ operazzjonijiet marbuta mal-infrastrutturi tal-broadband għandha tiġi stabbilita sabiex tgħin lill-Istati Membri jidentifikaw l-operazzjonijiet rilevanti fil-kuntest tal-qafas legali għall-iżvilupp rurali. |
(6) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2008 jfakkru l-appoġġ tal-Kunsill Ewropew taħt l-EERP, b'mod partikolari, l-iżvilupp tal-internet tal-broadband, inkluż f'żoni li mhumiex moqdija tajjeb. Minħabba li z-zoni rurali kemm-il darba jbatu minn nuqqasijiet fl-aċċess għall-internet, l-appoġġ għall-infrastrutturi tal-broadband u faċilitajiet relatati fiz-zoni rurali għandu jissaħħaħ taħt l-appoġġ għall-FAEŻR. Fid-dawl tal-importanza ta' din il-prijorità, fil-programmi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal operazzjonijiet marbuta ma’ din il-prijorità sa tmiem l-2009. Lista tat-tipi ta’ operazzjonijiet marbuta mal-infrastrutturi u l-faċilitajiet tal-broadband għandha tiġi stabbilita sabiex tgħin lill-Istati Membri jidentifikaw l-operazzjonijiet rilevanti fil-kuntest tal-qafas legali għall-iżvilupp rurali. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Meta jitqiesu s-sitwazzjonijiet ekonomiċi f'bosta zoni rurali, mhux iċ-ċittadini kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw minn aċċess privat għal infrastruttura broadband. Minbarra l-proposta għal operazzjonijiet ta' infrastruttura broadband, l-Istati Membri għalhekk għandu jkollhom l-għażla li jappoġġjaw faċilitajiet ta' interess pubbliku f'komunitajiet rurali (eż. f'libreriji pubbliċi jew fil-kunsilli). Din l-għażla tkun konformi bis-sħiħ mal-ispirtu tal-Artikolu 56 dwar id-dispożizzjoni ta' servizzi bażiċi għall-ekonomija u l-popolazzjoni rurali. Madankollu, it-taħriġ u s-softwer għandhom jiġu esklużi. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 10 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
(10) Iż-żoni rurali ta’ spiss tonqoshom l-infrastruttura tal-broadband, kemm fuq skala żgħira kif ukoll fuq skala kbira. Din tal-aħħar tista’ tkun kruċjali biex jinqdew żoni rurali inqas aċċessibbli. Sabiex jiġi żgurat l-użu l-aktar effikaċi tar-riżorsi disponibbli u sabiex ikun jista’ jseħħ l-iżvilupp sostantiv tal-internet tal-broadband fiż-żoni rurali, l-operazzjonijiet pertinenti għandhom jitqiesu bħala eliġibbli mingħajr limitu fuq id-daqs tal-infrastruttura relatata. Għalhekk, il-limitu li jeżisti fid-daqs għall-infrastruttura tas-servizzi bażiċi għall-ekonomija u l-popolazzjoni rurali m’għandux jeżisti għall-operazzjonijiet marbuta mal-infrastrutturi tal-broadband. |
(10) Iż-żoni rurali ta’ spiss tonqoshom l-infrastruttura tal-broadband, kemm fuq skala żgħira kif ukoll fuq skala kbira. Din tal-aħħar hija kruċjali biex jinqdew zoni rurali inqas aċċessibbli bħal gżejjer u reġjuni muntanjużi. Sabiex jiġi żgurat l-użu l-aktar effikaċi tar-riżorsi disponibbli u tal-infrastruttura eżistenti u sabiex ikun jista’ jseħħ l-iżvilupp sostantiv tal-internet tal-broadband u tal-faċilitajiet fiż-żoni rurali, l-operazzjonijiet pertinenti għandhom jitqiesu bħala eliġibbli mingħajr limitu fuq id-daqs tal-infrastruttura relatata attiva jew passiva jew parti minnha. Għalhekk, il-limitu li jeżisti fid-daqs għall-infrastruttura tas-servizzi bażiċi għall-ekonomija u l-popolazzjoni rurali m’għandux jeżisti għall-operazzjonijiet marbuta mal-infrastrutturi tal-broadband. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Il-karatteristiċi ġeomorfoloġiċi speċjali ta’ dawn iz-zoni jpoġġuhom fi żvantaġġ fir-rigward tal-aċċess għall-prodotti u s-servizzi u t-tqassim tagħhom. Skont riżoluzzjoni preċedenti tal-Kumitat għat-Trasport tal-Parlament Ewropew (A5-0188/2003), ir-reġjuni żvantaġġati tal-Ewropa huma definiti bħala reġjuni prinċipalment magħmulin minn tali zoni. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 11 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
|
(11a) Meta jitqies il-bżonn għal reazzjoni malajr fir-rigward tal-kriżi ekonomika attwali, huwa xieraq li jsiru previżjonijiet għal ħlas li jista' jsir fis-sena baġitarja 2009. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
It-tabella finanzjarja annessa mal-proposta tal-Kummissjoni tindika li l-ammont sħiħ ta' EUR 1.5 biljun huwa allokat għall-2009, iżda li l-ħlas jitwettaq biss matul is-snin baġitarji 2010 u 2011. Meta jitqies il-bżonn għal reazzjoni malajr fir-rigward tal-kriżi ekonomika attwali, huwa xieraq li jsiru previżjonijiet għal ħlas li jista' jsir fis-sena baġitarja 2009. Dan l-approċċ huwa konformi mal-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2008, bil-għan li ''l-ekonomiji tagħna jkunu jistgħu jaġġustaw iktar malajr għall-isfidi attwali''. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 13 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
|
(13a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni speċifika tkun disponibbli għall-awtoritajiet reġjonali u lokali u għall-benefiċjarji potenzjali fir-rigward tal-opportunitajiet ġodda offruti mill-programmi riveduti tal-iżvilupp rurali. | ||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Peress li l-prijoritajiet il-ġodda għall-iżvilupp rurali, speċjalment fir-rigward tal-infrastruttura u tal-faċilitajiet broadband, iġibu magħhom modifiki sostanzjali fil-programmi għall-iżvilupp rurali, għandha tiġi pprovduta informazzjoni speċifika lill-pubblika in ġenerali u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali responsabbli għall-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri ġodda. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 13 b (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
|
Għandhom jiġu stabbiliti miżuri speċjali biex ikunu jistgħu jingħataw korsijiet edukattivi u taħriġ dwar l-użu tal-infrastrutturi u l-faċilitajiet tal-broadband f’komunitajiet rurali, b’attenzjoni speċjali għat-taħriġ vokazzjonali ta’ esperti fl-agrikultura, biex imbagħad ikunu jistgħu jintużaw il-ħiliet prattiċi tagħhom. F’dan ir-rigward, l-istimulazzjoni tas-settur tar-riċerka għandha tiġi kkunsidrata bħala prijorità; | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 Artikolu 16a – paragrafu 1 – punt g | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Biorąc pod uwagę realia gospodarcze na wielu obszarach wiejskich, nie wszyscy obywatele będą mogli korzystać z prywatnego dostępu do szerokopasmowego Internetu. Obok zaproponowanych działań związanych z infrastrukturą państwa członkowskie powinny zatem mieć możliwość wspierania publicznych urządzeń dostępu do Internetu we wspólnotach wiejskich (np. w księgarniach publicznych lub w urzędach miejskich). Taka opcja byłaby w pełni zgodna z duchem art. 56 dotyczącego podstawowych usług dla gospodarki i ludności wiejskiej. Nie powinna ona jednak obejmować szkolenia i oprogramowania. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 Artikolu 16a – paragrafu 1 – punt g a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 Artikolu 16a – paragrafu 1 – punt g b (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 Artikolu 16a – paragrafu 1 – punt g c (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
L-appoġġ għal bdiewa ġodda, fuq perjodu ta’ żmien medju, ser jiffaċilita rilanċ ekonomiku ffukat fuq it-tkabbir fl-ekonomiji rurali. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 Artikolu 16a – paragrafu 3 – punt b | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 6 – sottopunt a Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 Artikolu 69 – paragrafu 2a | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 6 – sottopunt aa (ġdid) Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 Artikolu 69 – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
L-użu tal-isfond storiku għall-fondi għall-iżvilupp rurali mhuwiex adegwat għall-allokazzjoni tal-fondi speċifiċi maħsuba għall-appoġġ tal-infrastruttura broadband. Il-Baseline Indicator 32 fuq l-Internet take-up fiz-zoni rurali (DSL), flimkien mad-dejta dwar il-kopertura broadband mistennija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Broadband, jistgħu jintużaw bħala indikaturi għall-allokazzjoni differenzjali ta' dawn il-fondi speċifiċi. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 6 – sottopunt b Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 Artikolu 69 - paragrafu 5a - subparagrafu 1 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
L-iskop ta' din l-emenda hu biex isir possibbli li wara li tkun inbdiet jiġi vverifikat li l-proċedura aċċelerata użata għall-allokazzjoni tal-fondi hi riflessa b'mod xieraq meta jintefqu l-fondi. L-għan hu li jiġi żgurat li l-azzjonijiet huma kompletament effettivi u biex jiġu forniti strumenti xierqa biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni meħtieġa ma' attivitajiet simili ffinanzjati mill-Fondi Strutturali. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 6 – sottopunt b Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 Artikolu 69 – paragrafu 5 b | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 6 – sottopunt ba (ġdid) Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 Artikolu 69 – paragrafu 6a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
It-tabella finanzjarja annessa mal-proposta tal-Kummissjoni tindika li l-ammont sħiħ ta' EUR 1.5 biljun huwa allokat għall-2009, iżda li l-ħlas jitwettaq biss matul is-snin baġitarji 2010 u 2011. Meta jitqies il-bżonn għal reazzjoni malajr fir-rigward tal-kriżi ekonomika attwali, huwa xieraq li jsiru previżjonijiet għal ħlas li jista' jsir fis-sena baġitarja 2009. Dan l-approċċ huwa konformi mal-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2008, bil-għan li ''l-ekonomiji tagħna jkunu jistgħu jaġġustaw iktar malajr għall-isfidi attwali''. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 2 – punt 6a (ġdid) Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 Artikolu 69a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Il-proposta tal-Kummissjoni hija parti mill-Pjan ta' Rkupru Ekonomiku Ewropew, li jiffoka fuq l-azzjoni prijoritarja biex l-ekonomiji Ewropej ikunu jistgħu jaġġustaw malajr għall-isifidi attwali. Jeħtieġ li l-Istati Membri jingħataw l-għażla li jużaw il-fondi għas-self u l-garanziji fuq il-kreditu, għaliex dan jippermetti lill-partijiet rurali kkonċernati illi jillanċjaw investimenti. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 7 Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 Artikolu 70 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Fid-dawl tal-prinċipju tal-koeżjoni territorjali u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 69(4)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, kontribuzzjoni tal-FAEŻR sa 100% titqies bħala adegwata għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 16a(1) ta’ dan ir-Regolament, biex tiġi żgurata kontribuzzjoni massima għall-modernizzazzjoni taz-zoni agrikoli kkonċernati. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 8a (ġdid) Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 Artikolu 76 – paragrafu 2 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Peress li l-prijoritajiet il-ġodda għall-iżvilupp rurali, speċjalment fir-rigward tal-infrastruttura u tal-faċilitajiet broadband, iġibu magħhom modifiki sostanzjali fil-programmi għall-iżvilupp rurali, għandha tiġi pprovduta informazzjoni speċifika lill-pubblika in ġenerali u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali responsabbli għall-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri ġodda. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 Anness III – Titolu | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Huwa meqjus bħala xieraq li l-Istati Membri jingħataw il-flessibilità meħtieġa li tippermettilhom jappoġġjaw operazzjonijiet skont l-Artikolu 16a(1)(g) minbarra dawk elenkati fl-Anness III. | |||||||||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 Anness III – kolonna 1 – linja 1 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal regolament – att li jemenda Anness Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 Anness III – linja 3 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||
Meta jitqiesu s-sitwazzjonijiet ekonomiċi f'bosta zoni rurali, mhux iċ-ċittadini kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw minn aċċess privat għal infrastruttura broadband. Minbarra l-proposta għal operazzjonijiet ta' infrastruttura broadband, l-Istati Membri għalhekk għandu jkollhom l-għażla li jappoġġjaw faċilitajiet ta' interess pubbliku f'komunitajiet rurali (eż. f'libreriji pubbliċi jew fil-kunsilli). Din l-għażla tkun konformi bis-sħiħ mal-ispirtu tal-Artikolu 56 dwar id-dispożizzjoni ta' servizzi bażiċi għall-ekonomija u l-popolazzjoni rurali. |
- [1] ĠU C 139, 14.6.2006, p.1.
NOTA SPJEGATTIVA
Daħla:
Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa tiegħu tal-11 u t-12 ta’ Diċembru 2008, approva Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku (EERP), li jipprevedi l-bidu ta’ azzjoni prijoritarja biex l-ekonomiji tal-Istati Membri jkunu jistgħu jaġġustaw b’rata aktar mgħaġġla għall-isfidi attwali, abbażi ta’ sforz totali ekwivalenti għal madwar 1.5% tal-GDP tal-Unjoni Ewropea (ċifra li tammonta għal madwar EUR 200 biljun). Minn dan l-ammont, EUR 1.5 biljun għandhom ikunu disponibbli għall-Istati Membri kollha permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) bil-għan li jiġi żviluppat l-internet broadband f’zoni rurali u li jissaħħu l-operazzjonijiet relatati mal-isfidi l-ġodda kif definiti fil-kuntest tal-valutazzjoni tar-riforma ta’ nofs il-mandat tal-Politika Agrikola Komuni fl-2003 – il-“Kontroll tas-Saħħa”. L-ammont ta' EUR 1.5 biljun għandu jinqasam, u terz minnu (EUR 0.5 biljun) għandu jintefaq fuq l-isfidi l-ġodda u żewġ terzi (EUR 1 biljun) fuq l-iżvilupp tal-infrastruttura għall-internet broadband f’zoni rurali. Mhumiex permessi trasferimenti bejn dawn iż-żewġ subpakketti.
Il-proposta tal-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-qafas legali biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw l-ammonti msemmija hawn fuq.
Sabiex dawn ir-riżorsi addizzjonali jkunu disponibbli bħala appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali taħt l-EERP, l-Istati Membri għandhom jirrevedu l-programmi tagħhom għall-iżvilupp rurali sat-30 ta' Ġunju 2009.
Fir-rigward tal-broadband, l-Istati Membri, fil-programmi nazzjonali tagħhom, għandhom jipprovdu għal operazzjonijiet relatati mal-infrastruttura broadband. Sabiex jiġi żgurat żvilupp sostanzjali tal-internet broadband fiz-zoni rurali, il-Kummissjoni qed tipproponi li operazzjonijiet relatati mal-infrastruttura broadband għandhom jitqiesu bħala eliġibbli mingħajr limiti fid-daqs tal-infrastruttura relatata, minflok il-limitu eżistenti fid-daqs tal-infrastruttura f'servizzi bażiċi għall-ekonomija u l-popolazzjoni rurali.
Fl-Anness III tal-proposta, il-Kummissjoni tipprovdi lista eżawrjenti ta' tipi ta' operazzjonijiet relatati mal-infrastruttura broadband bħall-ħolqien ta' infrastruttura broadband ġdida, it-titjib tal-infrastruttura broadband eżistenti u t-twaqqif ta' infrastruttura broadband passiva.
Fir-rigward tal-isfidi l-ġodda, l-Istati Membri, fil-programmi tagħhom għall-iżvilupp rurali, għandhom jipprovdu għal tipi ta' operazzjonijiet relatati mal-isfidi l-ġodda sat-30 ta' Ġunju 2009.
Il-proposta tal-Kummissjoni tippermetti b'mod eċċezzjonali li jiżdiedu b'100% r-rati tal-kofinanzjament għas-sena baġitarja 2009. L-Istati Membri għandhom madankollu jirrispettaw il-limiti ta' kofinanzjament tul il-perjodu kollu ta' programmazzjoni, jiġifieri li se jkollhom iżidu l-parti tagħhom tal-kofinanzjament fil-bqija tas-snin tal-perjodu ta' programmazzjoni.
Il-Kummissjoni qed tipproponi rati ogħla ta' kofinanzjament għal miżuri marbuta mal-isfidi l-ġodda u l-infrastruttura broadband. Skont il-proposta tal-Kummissjoni, il-FAEŻR għandu jiżgura 90% tal-kofinanzjament għar-reġjuni ta' konverġenza u 75% għar-reġjuni tan-non-konverġenza. Għalhekk, għas-sena 2009, il-kofinanzjament għar-reġjuni ta' konverġenza jista' jiżdied sa 100%.
Ir-Rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni u jemmen li din għandha tippermetti li jkun hemm tweġiba mgħaġġla għall-kriżi ekonomika attwali.
Kwistjonijiet ewlenin imressqa mir-Rapporteur:
EUR250 miljun għandhom ikunu disponibbli għal attivitajiet marbuta mal-isfidi l-ġodda
B'emenda għall-Baġit 2009, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill żiedu l-linja tal-baġit tal-2009 għall-iżvilupp rurali b'EUR 250 miljun, filwaqt li llimitaw dawn il-fondi għall-iżvilupp rurali fil-kuntest tal-bidla fil-klima (ara Emenda 0371 fuq il-linja 05 04 05 01 kif adottata mill-Parlament Ewropew fit-18 ta' Diċembru 2008). Il-Kummissjoni rrifjutat li ġġestixxi dawn il-fondi addizzjonali, bl-argument li ma jkunx xieraq li jiġu modifikati l-programmi kollha ta' żvilupp rurali.
Ir-Rapporteur jemmen li l-proposta attwali tal-Kummissjoni tikkostitwixxi opportunità biex dawn il-fondi, li diġà huma disponibbli fil-Baġit 2009, ikunu jistgħu jiġu implimentati. Fil-kuntest tar-riprogrammazzjoni attwali, ir-Rapporteur jipproponi li dawn il-fondi għandhom ikunu disponibbli għal attivitajiet marbuta mal-prijoritajiet definiti fil-''Health Check'' tal-CAP.
Pagamenti fis-sena baġitarja 2009
It-tabella finanzjarja annessa mal-proposta tal-Kummissjoni tindika li l-ammont sħiħ ta' EUR 1.5 biljun huwa allokat għall-2009, iżda li l-ħlas jitwettaq biss matul is-snin baġitarji 2010 u 2011.
Ir-Rapporteur jemmen li l-bżonn għal reazzjoni mgħaġġla fir-rigward tal-kriżi ekonomika attwali teħtieġ li jsiru previżjonijiet għal ħlas li jista' jsir fis-sena baġitarja 2009.
Fondi ta' garanzija għas-self u l-kreditu
Kwistjoni ewlenija fil-kriżi ekonomika attwali hija t-tnaqqis fid-disponibilità ġenerali tas-self u r-restrizzjoni tal-kundizzjonijiet rikjesti biex jinkiseb self mill-banek. Ir-Rapporteur jipproponi għalhekk li l-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jużaw il-fondi disponibbli għall-garanziji għas-self u l-kreditu, għaliex permezz t'hekk il-partijiet rurali kkonċernati jkunu jistgħu jillanċjaw investimenti fi żminijiet diffiċli.
Il-provvista ta' aċċess pubbliku għall-faċilitajiet tal-internet broadband
Minħabba l-popolazzjonijiet mifruxa u l-ispejjeż għoljin f'ċerti komunitajiet rurali, mhux iċ-ċittadini kollha jkun jista' jkollhom aċċess għall-infrastruttura broadband.
Ir-Rapporteur huwa għalhekk tal-fehma li minbarra l-proposta għal operazzjonijiet ta' infrastruttura, l-Istati Membri għalhekk għandu jkollhom l-għażla li jappoġġjaw faċilitajiet ta' interess pubbliku f'komunitajiet rurali, bħal f'libreriji pubbliċi jew f'kunsilli. L-appoġġ pubbliku madankollu m'għandux jintuża għat-taħriġ u s-softwer.
Informazzjoni lill-awtoritajiet lokali u lill-benefiċjarji potenzjali tal-miżuri
Il-propsta attwali tal-Kummissjoni se ġġib magħha modifiki sostanzjali fil-programmi ta' żvilupp rurali tal-Istati Membri, u b'mod partikolari fir-rigward tat-tipi ta' operazzjonijiet marbuta mal-isfidi l-ġodda tal-''Health Check'' u l-infrastruttura broadband. Ir-Rapporteur qed jipproponi għalhekk li għandha tkun provduta informazzjoni speċifika lill-pubblika in ġenerali u lill-awtoritajiet lokali responsabbli għall-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri ġodda.
Il-konsiderazzjoni tad-differenzi fil-kopertura broadband eżistenti fl-Istati Membri
Sabiex jiġi żgurat l-iktar użu effettiv tar-riżorsi disponibbli u biex ikun jista' jsir żvilupp sostanzjali tal-internet broadband fiz-zoni rurali, ir-Rapporteur jemmen li l-Kummissjoni għandha tirreferi għad-differenzi fil-kopertura tal-broadband eżistenti fl-Istati Membri bħala indikatur għall-allokazzjoni differenzjali ta' dawn il-fondi.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (30.3.2009)
għall-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)
(COM(2009)0038 – C6‑0051/2009 – 2009/0011(CNS))
Rapporteur għal opinjoni: Vicente Miguel Garcés Ramón
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-proposta tifforma parti mill-Pjan ta' Rkupru Ekonomiku Ewropew li tnieda f'Novembru 2008 u approvat mill-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta' Diċembru 2008, b'ammont totali ta' EUR 200 biljun, li l-parti l-kbira tagħhom (EUR 170 biljun) huma fil-livell tal-Istati Membri (ikkoordinati, madankollu, mill-UE). Madwar EUR 30 biljun se jkunu mobilizzati mill-baġits tal-UE u tal-Bank Ewropew għall-Investiment, li EUR 5 biljun minnhom f'"investiment ġdid" ġew issuġġeriti għal pakkett tal-Enerġija (EUR 3.5 biljun - rapport fil-Kumitat ITRE) u għall-EAFRD (EUR 1.5 biljun - rapport fil-Kumitat AGRI).
Il-Kummissjoni tipproponi lui, mill-EUR 1.5 biljun addizzjonali, EUR 1 biljun għandhom jintużaw għall-infrastruttura broadband u EUR 500 miljun għall-bidla fil-klima, l-enerġiji li jiġġeddu, il-biodiversità u r-ristrutturar tas-settur tal-ħalib, filwaqt li jinbidlu l-kriterji tal-eliġibilità għall-finanzjament skont ir-Regolament Nru 1698/2005[1].
Meta kienet qed issir il-votazzjoni fuq din l-opinjoni, il-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta’ Marzu 2009 naqqas is-somma tal-parti agrikola għal EUR 1.02 biljun filwaqt li żied dik tal-enerġija għal EUR 3.98 biljun. Il-Kunsill barra minn hekk immodifika l-proposta tal-Kummissjoni għal impenn tal-approprjazzjonijiet kollha kemm huma fl-2009, maqsuma bejn 2009 (600 miljun) u l-2010 (420 miljun).
Il-Kummissjoni se tħejji proposta għal baġit li jemenda biex tiġi ppreżentata flimkien mal-istrumenti l-oħra malli jiġu stabbiliti l-bażijiet legali.
Barra minn hekk, l-approprjazzjonijiet attwali għall-impenji previsti fil-linja 05 04 05 01, "Programmi għall-iżvilupp rurali" (baġit 2009) jammontaw għal EUR 13.623 biljun, meta mqabbla mad-EUR 9.135 biljun fi ħlasijiet. Din is-somma ġiet allokata fil-baġit 2009 grazzi għal emenda mill-PE li żiedet il-fondi għal din il-linja b'EUR 249.84 miljun.
Fid-dawl ta’ dan, ir-rapporteur qed iressaq l-emendi li ġejjin:
EMENDI
Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva Paragrafu 1 a (ġdid) | |||||||||||||||||||
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva |
Emenda | ||||||||||||||||||
|
1a. Iqis li l-ammont ta' referenza indikat fil-proposta leġiżlattiva huwa kompatibbli mal-limitu massimu tal-Intestatura 2 tal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 2007-2013; | ||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
Din l-emenda għandha l-għan li tfakkar fl-analiżi ta' nofs iż-żmien li għadha għaddejja tal-qafas finanzjarju pluriennali 2007-2013 u tal-kontroll tas-saħħa tal-CAP. | |||||||||||||||||||
Emenda 2 Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva Paragrafu 1 b (ġdid) | |||||||||||||||||||
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva |
Emenda | ||||||||||||||||||
|
1b. Jirrikonoxxi li hemm inċertezzi rigward id-disponibilità ta' marġini taħt l-intestatura 2; jenfasizza li l-iffinanzjar tal-pjan ta' rkupru ekonomiku m'għandux iqiegħed f'riskju bżonnijiet futuri f'dik il-kategorija tal-ispiża; jesprimi l-preferenza tiegħu biex jintużaw il-marġini tas-snin baġitarji li waslu fl-għeluq tagħhom; | ||||||||||||||||||
Emenda 3 Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva Paragrafu 1 c (ġdid) | |||||||||||||||||||
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva |
Emenda | ||||||||||||||||||
|
1c. Ifakkar li l-ammont annwali se jkun deċiż fil-proċedura baġitarja annwali, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punt 38 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006[2]; | ||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
Din l-emenda għandha l-għan li tfakkar li l-pakkett finanzjarju propost huwa suġġett ukoll għal qbil fil-proċedura baġitarja annwali (infiq mhux obbligatorju!). | |||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament - att li jemenda Premessa 2 a (ġdida) | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
|
(2a) L-awtorità baġitarja żiedet il-linja baġitarja għall-2009 għall-programmi għall-iżvilupp rurali b'EUR 249 840 000 f'approprjazzjonijiet għall-impenji. Dawn il-fondi addizzjonali għandhom ikunu disponibbli għal attivitajiet marbuta ma' sfidi ġodda. | ||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew, l-awtorità baġitarja żiedet il-linja baġitarja għall-2009 għall-iżvilupp rurali b'EUR 249.84 miljun, filwaqt li pprevediet li dawn il-fondi imorru għall-attivitajiet relatati mal-bidla fil-klima (ara Emenda 0371 fuq il-linja 05 04 05 01 kif adottata mill-Parlament Ewropew fit-18 ta' Diċembru 2008). Dawn il-fondi addizzjonali għandhom ikunu disponibbli għal attivitajiet marbuta mal-prijoritajiet definiti fil-Kontroll tas-Saħħa tal-CAP. | |||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament - att li jemenda Artikolu 1 – punt 6 – punt a | |||||||||||||||||||
Regolament (KE) Nru 1698/2005 | |||||||||||||||||||
Artikolu 69 – paragrafu 2a | |||||||||||||||||||
|
PROĊEDURA
Titolu |
Appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) |
|||||||
Referenzi |
COM(2009)0038 – C6-0051/2009 – 2009/0011(CNS) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
AGRI |
|||||||
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 19.2.2009 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Vicente Miguel Garcés Ramón 10.2.2009 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
11.3.2009 |
30.3.2009 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
30.3.2009 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
17 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Laima Liucija Andrikienė, Richard James Ashworth, Reimer Böge, Simon Busuttil, Paulo Casaca, Szabolcs Fazakas, Salvador Garriga Polledo, Ingeborg Gräßle, Catherine Guy-Quint, Janusz Lewandowski, Vladimír Maňka, Mario Mauro, Gérard Onesta, Nina Škottová, László Surján, Gary Titley |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Călin Cătălin Chiriţă |
|||||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (30.3.2009)
għall-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)
(COM(2009)0038 – C6‑0051/2009 – 2009/0011(CNS))
Rapporteur: Domenico Antonio Basile
ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR
Il-proposta li qed tiġi kkunsidrata hi rispons immedjat mill-Kummissjoni għall-preokkupazzjonijiet li rriżultaw fid-deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2008 biex tapprova Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku li jinkludi miżuri speċifiċi għal diversi setturi politiċi Komunitarji u nazzjonali sabiex tiġi affrontata l-kriżi ekonomika u finanzjarja li ilha taffetwa lis-swieq Ewropej mill-2007.
Fis-settur tal-iżvilupp rurali, it-test tal-Kummissjoni qed jipproponi r-reviżjoni tal-punti relevanti tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 sabiex jiġu inkorporati t-termini tal-Pjan ta' Rkupru.
B'mod partikulari, il-Kummissjoni qed tipproponi li s-somma ta' EUR 1.5 miljuni ssir disponibbli għall-Istati Membri kollha permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), li l-aċċess għall-broadband internet fiz-zoni rurali jiġi żviluppat u li jiġu affrontati l-isfidi l-ġodda li ġew identifikati fl-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu (li ntemmet f'Novembru 2008) tar-riforma tal-2003 tal-Politika Agrikola Komuni (bidla fil-klima, sorsi ta' enerġija li jiġġeddu, immaniġġjar tar-riżorsi tal-ilma, bijodiversità).
Globalment, ir-rapporteur jappoġġja kompletament il-propost, peress li jikkunsidra li dawn il-miżuri, jekk jiġu implimentati malajr b'approċċ integrat, se jkunu jistgħu ċertament ibiddlu d-direzzjoni tal-ekonomiji nazzjonali u jerġgħu jiġġeneraw il-kunfidenza tal-konsumatur fis-sistema.
Madankollu, minħabba l-urġenza ovvja li kkaratterizzat il-leġiżlazzjoni u l-ħidma ta' ppjanar Komunitarji f'dan il-punt, ir-rapporteur jikkunsidra li għandhom jiġu introdotti xi elementi addizzjonali, li jistgħu jgħinu biex jiżguraw li din l-urġenza tiġi riflessa wkoll meta jasal iż-żmien biex dawn il-miżuri jiġu implimentati fl-Istati Membri.
L-emendi proposti, għalhekk, huma intenzjonati biex jiżguraw li l-Istati Membri jirċirkulaw l-informazzjoni relevanti dwar l-allokazzjoni ta' riżorsi finanzjarji ulterjuri għal azzjonijiet fis-settur rurali kemm lill-awtoritajiet reġjonali - sabiex ikunu jistgħu jaġġustaw il-pjanijiet għall-iżvilupp rurali tagħhom mal-ewwel - u kemm għal dawk li potenzjalment jistgħu jkunu benefiċjarji u jkollhom sehem fil-qasam.
Barra minn hekk, qed jinħass li t-tħassib li wera l-Kunsill b'mod konformi mal-objettiv tiegħu ta' rkupru ekonomiku fl-Unjoni Ewropea kollha, li l-opportunitajiet għan-nefqa jiġu mmassimizzati fis-snin finanzjarji inizjali, għandu jiġi enfasizzat billi jiġi promoss l-użu ta' proċeduri ta' implimentazzjoni mħaffa u ssimplifikati.
Fl-aħħar, bl-intenzjoni li jiżdiedu t-trasparenza u l-informazzjoni disponibbli dwar ir-riżultat għall-2009-2011 u li jiġi żgurat li l-istrumenti li jikkoordinaw l-azzjonijiet li jiffinanzjaw l-infrastruttura tal-broadband internet li jirċievu fondi mill-FAEŻR u l-Fondi Strutturali huma xierqa, il-Kummissjoni qed tintalab tinkludi taqsima speċifikament iddedikata għall-verifika tar-riżultati ta' din l-inizjattiva fir-rapport ta' monitoraġġ annwali rikjest għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Agrikultura u l-Iżvilupp Rurali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emenda li ġejja fir-rapport tiegħu:
Emendi 1 Proposta għal regolament - l-att li jemenda Premessa 8 a (ġdida) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emendi | ||||||||||||
|
8a. Il-preokkupazzjoni għal urġenza f'dak li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet titlob l-użu ta' prinċipji bbażati fuq it-tħaffif u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri, bl-intenzjoni li jiġi żgurat li l-emendi marbuta mal-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku jidħlu malajr fis-seħħ u li tiġi ggarantita l-effettività tagħhom fil-qagħda attwali ta' kriżi. Għal dan il-għan, iċ-ċirkulazzjoni xierqa ta' informazzjoni dwar il-miżuri f'dan ir-regolament lill-awtoritajiet reġjonali u lill-benefiċjarji potenzjali tal-fondi trid tiġi ggarantita fl-Istati Membri permezz ta' inizjattivi informattivi mifruxa sew. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
L-emenda proposta ddaħħal il-bżonn urġenti li jiġu implimentati l-azzjonijiet fil-motivazzjonijiet għall-miżura li qed tiġi adottata, permezz tar-rekwiżit li l-benefiċjarji potenzjali jingħataw l-informazzjoni xierqa u immedjata dwar l-inizjattiva l-ġdida, minn naħa, u tal-adozzjoni ta' proċeduri ta' implimentazzjoni aċċelerati u ssimplifikati, għal darb'oħra relatati mal-limiti ta' żmien stretti stipulati fil-miżura, min-naħa l-oħra. | |||||||||||||
Emendi 2 Proposta għal regolament - l-att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 Artikolu 12 a – paragrafu 1 a (ġdid) | |||||||||||||
| |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Sabiex jiġu sodisfatti bl-iktar mod effikaċi possibbli l-bżonnijiet speċifiċi ta' kull reġjun individwali, l-awtoritajiet reġjonali kompetenti għandhom ikunu konsultati. B'dan il-mod, wieħed ikun jista' jasal għall-aħjar strateġija reġjonali ta' żvilupp komuni possibbli. | |||||||||||||
Emendi 3 Proposta għal regolament - l-att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 Artikolu 16 a – paragrafu 1 – frażi introduttorja | |||||||||||||
| |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Kull meta jiġu mfassla strateġiji ta' żvilupp rurali, dawn għandhom iqisu l-prijoritajiet tal-politika ta' żvilupp reġjonali. Politika komuni li tgħaqqad fiha dawn iż-żewġ aspetti - l-objettivi tal-iżvilupp rurali u reġjonali - tista' tagħmel possibbli li jinkisbu r-riżultati mixtieqa. | |||||||||||||
Emendi 4 Proposta għal regolament - l-att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 Artikolu 16 a – paragrafu 1 – punt a | |||||||||||||
| |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Il-ħamrija għandha rwol fundamentali fis-settur tal-agrikoltura. L-użu u l-ġestjoni tal-ħamrija agrikolturali huma ta' importanza fundamentali sabiex ikun jistgħu jiġu ffaċċjati l-isfidi maħluqa mill-bidla fil-klima, l-enerġiji rinnovabbli, l-iskarsezza tal-ilma u l-bijodiversità. | |||||||||||||
Emendi 5 Proposta għal regolament - l-att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 Artikolu 16 a – paragrafu 1 – punt b | |||||||||||||
| |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Ara emenda 3. | |||||||||||||
Emendi 6 Proposta għal regolament - l-att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 Artikolu 16a - paragrafu 1 - subparagrafu 2 a (ġdid) | |||||||||||||
| |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Ara emenda 3. | |||||||||||||
Emendi 7 Proposta għal regolament - l-att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament 1698/2005 Artikolu 16 a – paragrafu 1 – subparagrafu 3 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Minħabba ż-żmien qasir disponibbli għall-Istati Membri biex jemendaw il-pjanijiet nazzjonali tagħhom, hemm bżonn li l-leġiżlazzjoni l-ġdida tiġi ċċirkulata b'mod mifrux u immedjat, kif ukoll li jintużaw proċeduri aċċelerati u sempliċi kemm għan-nefqa u kemm għat-tressiq tal-kontijiet. | |||||||||||||
Emendi 8 Proposta għal regolament - l-att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 Artikolu 16 a – paragrafu 2 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
L-iżvilupp u l-konverġenza fir-reġjuni tal-Unjoni Ewropea jistgħu jiġu aċċellerati billi jingħatawlhom fondi għal miżuri sabiex jiġu sodisfatti l-bżonnijiet speċifiċi ta' kull reġjun individwali. Il-progress ekonomiku u l-iżvilupp sostenibbli jistgħu biss jintlaħqu permezz tal-għoti ta' ammonti ta' fondi sostanzjali għal dawk is-setturi li jippreżentaw l-ogħla potenzjal ta' tkabbir, pereżempju l-effiċjenza tal-enerġija u l-bijodiversità. | |||||||||||||
Emendi 9 Proposta għal regolament - l-att li jemenda Artikolu 1 - punt 6 - punt b Regolament 1698/2005 Artikolu 69 - paragrafu 5 a - subparagrafu 1 a (ġdid) | |||||||||||||
| |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
L-iskop ta' din l-emenda hi biex isir possibbli li wara li tkun inbdiet jiġi vverifikat li l-proċedura aċċelerata użata għall-allokazzjoni tal-fondi hi riflessa b'mod xieraq meta jintefqu l-fondi. L-għan hu li jiġi żgurat li l-azzjonijiet huma kompletament effettivi u biex jiġu forniti strumenti xierqa biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni meħtieġa ma' attivitajiet simili ffinanzjati mill-Fondi Strutturali. |
PROĊEDURA
Titlu |
Sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEIR) |
|||||||
Referenzi |
COM(2009)0038 – C6-0051/2009 – 2009/0011(CNS) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
AGRI |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
REGI 19.2.2009 |
|
|
|
||||
Rapporteur Data tal-ħatra |
Domenico Antonio Basile 9.3.2009 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
9.3.2009 |
|
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
30.3.2009 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
26 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Emmanouil Angelakas, Stavros Arnaoutakis, Rolf Berend, Victor Boştinaru, Wolfgang Bulfon, Gerardo Galeote, Gábor Harangozó, Mieczysław Edmund Janowski, Rumiana Jeleva, Gisela Kallenbach, Tunne Kelam, Evgeni Kirilov, Constanze Angela Krehl, Florencio Luque Aguilar, Sérgio Marques, Maria Petre, Elisabeth Schroedter, Catherine Stihler, Margie Sudre, Oldřich Vlasák |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Domenico Antonio Basile, Emanuel Jardim Fernandes, Samuli Pohjamo |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jorgo Chatzimarkakis, Dragoş Florin David, Siiri Oviir |
|||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) |
|||||||
Referenzi |
COM(2009)0038 – C6-0051/2009 – 2009/0011(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
5.2.2009 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 19.2.2009 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 19.2.2009 |
ENVI 19.2.2009 |
ITRE 19.2.2009 |
REGI 19.2.2009 |
||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ENVI 16.3.2009 |
ITRE 11.2.2009 |
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Petya Stavreva 20.1.2009 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
17.2.2009 |
16.3.2009 |
31.3.2009 |
|
||||
Data tal-adozzjoni |
31.3.2009 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
24 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Vincenzo Aita, Peter Baco, Luis Manuel Capoulas Santos, Albert Deß, Michl Ebner, Carmen Fraga Estévez, Ioannis Gklavakis, Lutz Goepel, Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf, Elisabeth Jeggle, Heinz Kindermann, Stéphane Le Foll, Véronique Mathieu, Mairead McGuinness, Rosa Miguélez Ramos, James Nicholson, María Isabel Salinas García, Agnes Schierhuber, Willem Schuth, Czesław Adam Siekierski, Alyn Smith, Petya Stavreva, Witold Tomczak, Andrzej Tomasz Zapałowski |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Gábor Harangozó, Catherine Neris, Maria Petre |
|||||||
Data tat-tressiq |
14.4.2009 |
|||||||