RAPPORT dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm ta' kooperazzjoni fil-qasam awdjoviżiv ma' nies professjonisti minn pajjiżi terzi msejjaħ “MEDIA Mundus”
8.4.2009 - (COM(2008)0892 – C6‑0011/2009 – 2008/0258(COD)) - ***I
Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
Rapporteur: Ruth Hieronymi
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm ta' kooperazzjoni fil-qasam awdjoviżiv ma' nies professjonisti minn pajjiżi terzi msejjaħ “MEDIA Mundus”
(COM(2008)0892 – C6‑0011/2009 – 2008/0258(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0892),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251 (2) u l-Artikoli 150(4) u 157(3) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0011/2009),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6–0260/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Il-Parlament Ewropew dejjem enfasizza l-fatt li s-settur awdjoviżiv jagħti kontribuzzjoni importanti lill-ekonomija kreattiva u ta' għarfien Ewropea u li għandu rwol ċentrali fil-promozzjoni tad-diversità kulturali u fil-pluraliżmu. |
(2) Il-Parlament Ewropew dejjem enfasizza l-fatt li s-settur awdjoviżiv jagħti kontribuzzjoni importanti lill-ekonomija kreattiva u ta' għarfien Ewropea u li għandu rwol ċentrali fil-promozzjoni tad-diversità kulturali u fil-pluraliżmu u jirrapreżenta pjattaforma importanti għal-libertà tal-espressjoni. |
Emenda 2 Proposta għal deċiżjoni Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Fir-Riżoluzzjoni tiegħu nru 2007/C 287 tas-16 ta' Novembru 2007 dwar Aġenda Ewropea għall-Kultura, il-Kunsill ikkunsidra li l-kultura kienet element vitali tar-relazzjonijiet internazzjonali u enfasizza l-ħtieġa li jiżdied ir-rwol tagħha fir-relazzjonijiet esterni tal-UE u fil-politika tal-iżvilupp. |
(4) Fir-Riżoluzzjoni tiegħu nru 2007/C 287 tas-16 ta' Novembru 2007 dwar Aġenda Ewropea għall-Kultura, il-Kunsill ikkunsidra li l-kultura kienet element vitali tar-relazzjonijiet internazzjonali u enfasizza l-ħtieġa li jiżdied l-irwol tagħha fir-relazzjonijiet esterni tal-UE u fil-politika tal-iżvilupp. Anke l-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' April 2008 dwar aġenda Ewropea tal-kultura fl-era tal-globalizzazzjoni1, enfasizza, fir-rigward tal-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali, l-importanza tal-integrazzjoni tad-dimensjoni kulturali fil-politiki u l-programmi kollha, inklużi l-politiki esterni u tal-iżvilupp. |
|
___________ |
Emenda 3 Proposta għal deċiżjoni Premessa 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) L-appoġġ tal-Komunità fis-settur awdjoviżiv jikkunsidra l-Artikolu 151 tat-Trattat, li jistqarr li l-Komunità u l-Istati Membri għandhom irawmu l-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet kompetenti internazzjonali fil-qasam tal-kultura. |
(7) L-appoġġ tal-Komunità fis-settur awdjoviżiv jikkunsidra l-Artikolu 151 tat-Trattat, li jistqarr li l-Komunità u l-Istati Membri għandhom irawmu l-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet kompetenti internazzjonali fil-qasam tal-kultura, fl-istess waqt jenfasizza l-importanza li jkunu rispettati l-kulturi differenti sabiex tkun promossa d-diversità tagħhom . |
Emenda 4 Proposta għal deċiżjoni Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Ix-xenarju awdjoviżiv internazzjonali nbidel b'mod sinifikanti matul dawn l-aħħar żewġ deċenni, speċjalment taħt l-impatt tal-iżviluppi teknoloġiċi bħalma huma l-projezzjoni diġitali taċ-ċinema, il-filmati b'talba (''video-on-demand'') jew it-televiżjoni diġitali ta' ħafna stazzjonijiet. Dan ġab miegħu tkabbir finanzjarju b'saħħtu kif ukoll investimenti li jippromettu u bħala riżultat, domanda b’saħħitha u li qiegħda dejjem tikber għal iktar kontenut awdjoviżiv, li joffri għadd kbir ta' opportunitajiet għall-kumpaniji. B'dan il-mod, hemm interess qawwi u li qiegħed dejjem jiżdied fi proġetti li qed jiżviluppaw li jirrigwardaw l-applikazzjonijiet diġitali varji. Barra minn hekk, hemm rabta qawwija bejn il-kooperazzjoni internazzjonali fuq il-proġetti u l-abbiltà tagħna li fid-dinja nippromwovu l-mudell regolatorju tal-Ewropa dwar il-kwistjonijiet awdjoviżivi kif ukoll il-konverġenza bejn il-komunikazzjonijiet awdjoviżivi u dawk elettroniċi. |
(10) Ix-xenarju awdjoviżiv internazzjonali nbidel b'mod sinifikanti matul dawn l-aħħar żewġ deċenni, u attwalment qed iħabbat wiċċu ma’ sfidi ġodda speċjalment taħt l-impatt tal-iżviluppi teknoloġiċi bħalma huma l-projezzjoni diġitali taċ-ċinema, il-filmati b'talba (''video-on-demand'') (VOD) jew it-televiżjoni diġitali ta' ħafna stazzjonijiet permezz tal-Internet Protocol Television (IPTV) jew il-Web TV. Dan ġab miegħu tkabbir finanzjarju b'saħħtu kif ukoll investimenti li jippromettu u bħala riżultat, domanda b’saħħitha u li qiegħda dejjem tikber għal iktar kontenut awdjoviżiv, li joffri għadd kbir ta' opportunitajiet għall-kumpaniji. B'dan il-mod, hemm interess qawwi u li qiegħed dejjem jiżdied fi proġetti li qed jiżviluppaw li jirrigwardaw l-applikazzjonijiet diġitali varji. Barra minn hekk, hemm rabta qawwija bejn il-kooperazzjoni internazzjonali fuq il-proġetti u l-abbiltà tagħna li fid-dinja nippromwovu l-mudell regolatorju tal-Ewropa dwar il-kwistjonijiet awdjoviżivi kif ukoll il-konverġenza bejn il-komunikazzjonijiet awdjoviżivi u dawk elettroniċi. |
Emenda 5 Proposta għal deċiżjoni Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Is-settur tat-tqassim jiddetermina d-diversità tax-xogħolijiet awdjoviżivi pprovudti lill-konsumaturi u l-għażla tagħhom. Għall-kuntrarju tal-kompetituri kbar tagħhom li huma integrati b’mod vertikali, id-distributuri Ewropej huma kumpaniji żgħar u minħabba l-istruttura u l-frammentazzjoni tas-suq mhumiex attrezzati tajjeb sabiex jiksbu aċċess għas-swieq internazzjonali. Barra minn hekk, tfaċċaw parteċipanti u pjattaformi ta' tqassim ġodda li jħeġġu jew jeħtieġu iktar kontenut awdjoviżiv. Għalhekk huwa xieraq li jittieħdu miżuri sabiex jitjiebu t-tqassim, iċ-ċirkulazzjoni u l-wiri tax-xogħolijiet awdjoviżivi. |
(16) Is-settur tat-tqassim jiddetermina d-diversità tax-xogħlijiet awdjoviżivi pprovudti lill-konsumaturi u l-għażla tagħhom. Għall-kuntrarju tal-kompetituri kbar tagħhom li huma integrati b’mod vertikali, id-distributuri Ewropej huma kumpaniji żgħar u minħabba l-istruttura u l-frammentazzjoni tas-suq mhumiex attrezzati tajjeb sabiex jiksbu aċċess għas-swieq internazzjonali. Barra minn hekk, tfaċċaw parteċipanti u pjattaformi ta' tqassim ġodda li jħeġġu jew jeħtieġu iktar kontenut awdjoviżiv. Għalhekk huwa xieraq li jittieħdu miżuri sabiex jitjiebu t-tqassim, iċ-ċirkulazzjoni u l-wiri tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej f’pajjiżi terzi u ta’ xogħlijiet minn pajjiżi terzi fl-Ewropa. |
Emenda 6 Proposta għal deċiżjoni Premessa 19 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) Għandhom jiġu implimentati miżuri xierqa sabiex jiġu evitati l-irregolaritajiet u l-frodi u biex jiġu rkuprati l-fondi li jkunu ġew mitlufa, trasferiti jew użati ħażin. |
(19) Għandhom jiġu mfassla u implimentati miżuri xierqa sabiex jiġu evitati l-irregolaritajiet u l-frodi u biex jiġu rkuprati l-fondi li jkunu ġew mitlufa, trasferiti jew użati ħażin. |
Emenda 7 Proposta għal deċiżjoni Kapitolu 1 - Titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
IL-KAPITOLU 1: IT-TWAQQIF, L-AMBITU U L-GĦANIJIET TAL-PROGRAMM |
IL-KAPITOLU 1: IT-TWAQQIF, L-GĦANIJIET ĠENERALI U L-AMBITU TAL-PROGRAMM |
Emenda 8 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 1 – Titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
It-twaqqif tal-programm |
It-twaqqif u l-għanijiet ġenerali tal-programm |
Emenda 9 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 1 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-programm “MEDIA Mundus” (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ''il-programm'') huwa b’dan imwaqqaf għall-finanzjament tal-proġetti għall-kooperazzjoni internazzjonali ma' nies professjonisti f'pajjiżi terzi fis-settur awdjoviżiv. |
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-programm “MEDIA Mundus” (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ''il-programm'') għall-finanzjament tal-proġetti għall-kooperazzjoni internazzjonali ma' nies professjonisti f'pajjiżi terzi fis-settur awdjoviżiv, għal perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2013. |
Emenda 10 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 1 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-programm għandu jiġi implimentat mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013. |
imħassar |
Emenda 11 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 1 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. L-għanijiet ġenerali tal-programm huma li tiżdied il-kompetittività tal-industrija awdjoviżiva Ewropea, sabiex l-Ewropa tingħata ċ-ċans li twettaq l-irwol kulturali u politiku tagħha fid-dinja b'mod iktar effettiv u li tiżdied l-għażla għall-konsumatur u d-diversità kulturali. |
Ġustifikazzjoni | |
Għal aktar koerenza, l-għanijiet ġenerali tal-programm tal-Artikolu 5 tal-proposta tal-Kummissjoni ġew inklużi fl-Artikolu 1. | |
Emenda 12 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Kull proġett għandu jkollu minimu ta' tliet imsieħba u għandu jfittex li jippromwovi effett internazzjonali ta' ħolqien u żamma tal-kuntatti. |
2. Kull proġett għandu jkollu minimu ta' tliet imsieħba u għandu jfittex li jippromwovi l-ħolqien u ż-żamma tal-kuntatti internazzjonali. |
Emenda 13 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 5 L-għanijiet tal-programm |
imħassar |
1. L-għanijiet globali tal-programm huma li tiżdied il-kompetittività tal-industrija awdjoviżiva Ewropea, li l-Ewropa tingħata ċ-ċans li twettaq ir-rwol kulturali u politiku tagħha fid-dinja b'mod iktar effettiv u li tiżdied l-għażla tal-konsumaturi u d-diversità kulturali. |
|
2. L-għanijiet speċifiċi tal-programm huma: |
|
(a) li jiżdied l-iskambju tat-tagħrif u, b'mod partikulari permezz ta' attivitajiet ta' taħriġ u tal-boroż ta' studju, li jitħaffu l-ħolqien u ż-żamma tal-kuntatti tranżnazzjonali bejn il-professjonisti sabiex jitjieb l-aċċess għas-swieq tal-pajjiżi terzi u sabiex jinbnew relazzjonijiet kummerċjali ta’ fiduċja fit-tul; |
|
(b) li jitjiebu l-kompetittività u t-tqassim transnazzjonali tax-xogħolijiet awdjoviżivi fid-dinja; |
|
(c) li jitjiebu ċ-ċirkulazzjoni u l-wiri tax-xogħlijiet awdjoviżivi mad-dinja kollha u li tiżdied id-domanda pubblika (b'mod partikulari mill-pubbliku żagħżugħ) għal kontenut awdjoviżiv kulturalment divers. |
|
3. Għandha tingħata attenzjoni partikulari għall-konsistenza u l-kumplimentarjetà bejn il-programm u politiki, strumenti u azzjonijiet Komunitarji rilevanti oħra, speċjalment mal-programm “MEDIA 2007”, u ma’ programmi esterni ta' kooperazzjoni fis-setturi awdjoviżivi u kulturali ma' pajjiżi terzi. |
|
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 5 li jittratta l-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-programm qed jitħassar. Għal aktar koerenza, l-għanijiet ġenerali tal-programm ġew inklużi fl-Artikolu 1 (Em. 10) u t-tliet għanijiet speċifiċi tal-programm ġew rispettivament inklużi fl-Artikolu 6, fl-Artikolu 7 u fl-Artikolu 8 (Em. 15, Em. 17 u Em. 19). | |
Emenda 14 Proposta għal deċiżjoni Kapitolu 2 - Titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
IL-KAPITOLU 2: L-GĦANIJIET OPERATTIVI TAL-PROGRAMM |
IL-KAPITOLU 2: L-GĦANIJIET SPEĊIFIĊI TAL-PROGRAMM |
Emenda 15 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 6 – Titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-iskambju tat-tagħrif, it-taħriġ u l-għarfien tas-suq |
L-għan speċifiku nru 1: L-iskambju tat-tagħrif, it-taħriġ u l-għarfien tas-suq |
Emenda 16 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 6 - parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fil-qasam tal-iskambju tat-tagħrif u tat-taħriġ, l-għan operattiv tal-programm huwa li: |
Il-programm għandu l-għan li jżid l-iskambju tat-tagħrif u, b'mod partikulari permezz ta' attivitajiet ta' taħriġ u ta' boroż ta' studju, li jiffaċilita l-ħolqien u ż-żamma ta' kuntatti tranżnazzjonali bejn il-professjonisti sabiex jitjieb l-aċċess għas-swieq tal-pajjiżi terzi u sabiex jinbnew il-fiduċja u relazzjonijiet kummerċjali fit-tul. Sabiex jinkiseb dan l-għan speċifiku, l-għanijiet operattivi tal-programm huma li: |
Ġustifikazzjoni | |
L-istess ġustifikazzjoni bħall-Emenda 12. | |
Emenda 17 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 6 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. jissaħħu l-ħiliet tal-professjonisti Ewropej u ta’ dawk mill-pajjiżi msemmijin fl-Artikolu 2(4) sabiex jitjieb il-fehim tagħhom b’mod partikulari tal-kundizzjonijiet tal-operat, tal-oqfsa legali, tas-sistemi ta' finanzjament u tal-possibilitajiet ta' kooperazzjoni tas-swieq awdjoviżivi rispettivi tagħhom u, b'mod partikulari permezz tal-boroż ta' studju. B'hekk jitħaffu l-ħolqien u ż-żamma tal-kuntatti kif ukoll it-twelid ta' relazzjonijiet kummerċjali fit-tul. Jitjieb il-livell ta' informazzjoni u l-għarfien tas-swieq awdjoviżivi sabiex tiġi żgurata u ffaċilitata l-kooperazzjoni awdjoviżiva bejn il-professjonisti. |
1. jissaħħu l-ħiliet tal-professjonisti Ewropej u ta’ dawk mill-pajjiżi msemmijin fl-Artikolu 2(4) sabiex jitjieb il-fehim tagħhom b’mod partikulari tal-kundizzjonijiet tal-operat, tal-oqfsa legali inkluż id-dritt tal-awtur, tas-sistemi ta' finanzjament u tal-possibilitajiet ta' kooperazzjoni tas-swieq awdjoviżivi rispettivi tagħhom u, b'mod partikulari permezz tal-boroż ta' studju. B'hekk jitħaffu l-ħolqien u ż-żamma tal-kuntatti kif ukoll it-twelid ta' relazzjonijiet kummerċjali fit-tul. Jitjieb il-livell ta' informazzjoni u l-għarfien tas-swieq awdjoviżivi sabiex tiġi żgurata u ffaċilitata l-kooperazzjoni awdjoviżiva bejn il-professjonisti. |
Emenda 18 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 7 – Titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-kompetittività u t-tqassim |
L-għan speċifiku nru 2: Il-kompetittività u t-tqassim |
Emenda 19 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 7 - parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fir-rigward tat-titjib tal-kompetittività u t-tqassim tax-xogħolijiet awdjoviżivi fis-swieq barranin, l-għanijiet operattivi tal-programm huma li: |
Il-programm għandu l-għan li jtejjeb il-kompetittività u t-tqassim tranżnazzjonali tax-xogħlijiet awdjoviżivi fis-swieq barranin. Sabiex jinkiseb dan l-għan speċifiku, l-għanijiet operattivi tal-programm huma li: |
Ġustifikazzjoni | |
L-istess ġustifikazzjoni bħall-Emenda 12. | |
Emenda 20 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 8 – Titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Iċ-ċirkulazzjoni |
L-għan speċifiku nru 3: Iċ-ċirkulazzjoni |
Emenda 21 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 8 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fil-qasam taċ-ċirkulazzjoni, l-għanijiet operattivi tal-programm huma li: |
Il-programm għandu l-għan li jtejjeb iċ-ċirkulazzjoni u l-wiri ta' xogħlijiet awdjoviżivi mad-dinja kollha u li tiżdied id-domanda pubblika (b'mod partikulari fost iż-żgħażagħ) għal kontenut awdjoviżiv kulturalment divers. Sabiex jinkiseb dan l-għan speċifiku, l-għanijiet operattivi tal-programm huma li: |
Ġustifikazzjoni | |
L-istess ġustifikazzjoni bħall-Emenda 12. | |
Emenda 22 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 9 L-implimentazzjoni tal-għanijiet operattivi |
imħassar |
1. Il-Kummissjoni għandha tieħu passi sabiex tiżgura li l-attivitajiet appoġġati taħt l-għanijiet operattivi msemmija fl-Artikoli 6 sa 8 jikkumplimentaw lil xulxin. |
|
2. Il-miżuri stipulati fl-Artikoli 6 sa 8 għandhom jiġu implimentati skont id-dispożizzjonijiet fl-Anness. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Għal aktar koerenza, l-Artikolu 9 li jittratta l-"implimentazzjoni tal-għanijiet operattivi" qed jitħassar u jingħaqad mal-Artikolu 11 "l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni" (Em. 21). | |
Emenda 23 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 11 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Kummissjoni hi responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm skont l-arranġamenti stipulati fl-Anness. |
1. Il-Kummissjoni hi responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm u tal-objettivi tiegħu skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness. Il-Kummissjoni għandha tieħu passi sabiex tiżgura li l-attivitajiet appoġġati taħt l-għanijiet operattivi msemmija fl-Artikoli 6 sa 8 jikkumplimentaw lil xulxin. |
Emenda 24 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) il-kontenut tas-sejħiet għall-proposti, id-definizzjoni tal-kriterji u l-proċeduri għall-għażla tal-proġetti; |
(d) il-kontenut tas-sejħiet għall-proposti u l-proċeduri għall-għażla tal-proġetti; |
Emenda 25 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) l-għażla tal-proposti għall-allokazzjoni tal-finanzjamenti Komunitarji li jaqbżu l-EUR 400 000 kull benefiċjarju u kull sena; |
(e) l-għażla tal-proposti għall-allokazzjoni tal-finanzjamenti Komunitarji li jaqbżu: |
|
EUR 200 000 kull benefiċjarju kull sena, fil-każ tal-għan speċifiku nru 1 kif definit fl-Artikolu 6; |
|
EUR 300,000 kull benefiċjarju kull sena, fil-każ tal-għan speċifiku nru 2 kif definit fl-Artikolu 7; |
|
EUR 300,000 kull benefiċjarju kull sena, fil-każ tal-għan speċifiku nru 3 kif definit fl-Artikolu 8; |
Emenda 26 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 11 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet dwar l-għotjiet finanzjarji minbarra dawk elenkati fil-punt (d) tal-paragrafu 2. Il-Kummissjoni se tipprovdi lill-Kumitat u lill-Parlament Ewropew bl-informazzjoni rilevanti kollha rigward id-deċiżjonijiet tal-għażla li jittieħdu skont dan il-paragrafu fi żmien jumejn ta' ħidma wara l-adozzjoni ta' dawn id-deċiżjonijiet. |
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet ta' għażla minbarra dawk elenkati fil-punt (d) tal-paragrafu 2. Il-Kummissjoni se tipprovdi lill-Kumitat u lill-Parlament Ewropew bl-informazzjoni rilevanti kollha rigward id-deċiżjonijiet tal-għażla li jittieħdu skont dan il-paragrafu fi żmien jumejn ta' ħidma wara l-adozzjoni ta' dawn id-deċiżjonijiet. |
Emenda 27 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 13 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 13a Konsistenza u komplimentarjetà |
|
Fl-implimentazzjoni tal-programm, il-Kummissjoni, b'koperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, għandha tiżgura konsistenza u komplimentarjetà ġenerali mal-politiki, il-programmi u l-azzjonijiet Komunitarji relevanti l-oħra, b'mod partikulari, il-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tal-programm MEDIA 2007 u programmi ta' koperazzjoni esterna fis-setturi awdjoviżivi u kulturali ma' pajjiżi terzi. |
Ġustifikazzjoni | |
Għal aktar koerenza, il-paragrafu 3 tal-Artikolu 5 li jittratta l-konsistenza u l-komplimentarjetà qed jitqiegħed f'paragrafu separat. | |
Emenda 28 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 13 – punt 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. jqajjem kuxjenza dwar l-importanza tad-diversità kulturali u l-multikulturaliżmu fid-dinja; |
3. jqajjem kuxjenza dwar l-importanza tad-diversità kulturali, tal-valuri komuni, il-multikulturaliżmu u l-multilingwiżmu fid-dinja; |
Emenda 29 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) Komunikazzjoni dwar it-tkomplija tal-programm sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2012; |
(a) Komunikazzjoni dwar it-tkomplija tal-programm sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Jannar 2012; |
Emenda 30 Proposta għal deċiżjoni Anness – Parti 1 – punt 1 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Li jissaħħu l-ħiliet tal-professjonisti Ewropej u dawk minn pajjiżi terzi sabiex jitjieb il-fehim tagħhom b'mod partikulari tal-kundizzjonijiet tal-operat, tal-oqfsa legali, tas-sistemi ta' finanzjament u tal-possibilitajiet ta' kooperazzjoni tas-swieq awdjoviżivi rispettivi tagħhom u, b'hekk jitħaffu l-ħolqien u ż-żamma tal-kuntatti kif ukoll it-twelid ta' relazzjonijiet kummerċjali fit-tul. Li jitjieb il-livell ta' informazzjoni u l-għarfien tas-swieq awdjoviżivi sabiex tiġi żgurata u ffaċilitata l-kooperazzjoni awdjoviżiva bejn il-professjonisti Ewropej u dawk minn pajjiżi terzi. |
Li jissaħħu l-ħiliet tal-professjonisti Ewropej u dawk minn pajjiżi terzi sabiex jitjieb il-fehim tagħhom b'mod partikulari tal-kundizzjonijiet tal-operat, tal-oqfsa legali inkluż id-dritt tal-awtur, tas-sistemi ta' finanzjament u tal-possibilitajiet ta' kooperazzjoni tas-swieq awdjoviżivi rispettivi tagħhom u, b'hekk jitħaffu l-ħolqien u ż-żamma tal-kuntatti kif ukoll il-bidu ta' relazzjonijiet kummerċjali fit-tul. Li jitjieb il-livell ta' informazzjoni u l-għarfien tas-swieq awdjoviżivi sabiex tiġi żgurata u ffaċilitata l-kooperazzjoni awdjoviżiva bejn il-professjonisti Ewropej u dawk minn pajjiżi terzi. |
Emenda 31 Proposta għal deċiżjoni Anness – Parti 1 – punt 1 – inċiż 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
- L-appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-moduli tat-taħriġ inklużi l-persuni li jkunu qed jitħarrġu u dawk li jagħtu t-taħriġ minn pajjiżi Ewropej u minn pajjiżi terzi; |
- L-appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-moduli tat-taħriġ inklużi l-persuni li jkunu qed jitħarrġu u dawk li jagħtu t-taħriġ minn pajjiżi Ewropej u minn pajjiżi terzi: |
b'enfasi fuq il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni, tal-koproduzzjoni, tat-tqassim, tal-wiri u tat-tixrid tax-xogħlijiet awdjoviżivi fis-swieq internazzjonali rilevanti. |
(a) b'enfasi fuq il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni, tal-koproduzzjoni, tat-tqassim, tal-wiri u tat-tixrid tax-xogħlijiet awdjoviżivi fis-swieq internazzjonali rilevanti; |
|
(b) b'enfasi fuq l-inklużjoni ta' teknoloġiji ġodda għall-produzzjoni, għall-postproduzzjoni, għat-tqassim (inklużi l-pjattaformi l-ġodda għat-tqassim, bħalma huma l-VOD, l-IPTV, u l-Web TV), għall-kummerċjalizzazzjoni u l-arkivjar tax-xogħlijiet awdjoviżivi. |
Emenda 32 Proposta għal deċiżjoni Anness – Parti 1 – punt 1 – inċiż 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
- L-appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-moduli tat-taħriġ inklużi l-persuni li jkunu qed jitħarrġu u dawk li jagħtu t-taħriġ minn pajjiżi Ewropej u minn pajjiżi terzi; dwar l-inklużjoni ta' teknoloġiji ġodda għall-produzzjoni, għal wara l-produzzjoni, għat-tqassim (inklużi l-pjattaformi l-ġodda għat-tqassim, bħalma huma l-VOD, l-IPTV, u l-Web TV), għall-kummerċjalizzazzjoni u l-arkivjar tax-xogħlijiet awdjoviżivi. |
imħassar |
Emenda 33 Proposta għal deċiżjoni Anness – Parti 1 – punt 1 – inċiż 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-kontribut għat-taħriġ lil min iħarreġ. |
Il-kontribut għat-taħriġ lil min iħarreġ, bl-iżvilupp, pereżempju permezz ta' korsijiet ta' taħriġ jew miżuri ta' taħriġ konġunti, fehim aktar fil-fond tal-kundizzjonijiet operattivi, il-qafas legali u s-sistema ta' ffinanzjar tas-swieq awdjoviżivi fil-pajjiżi kollha li qed jieħdu sehem. |
Ġustifikazzjoni | |
Eżempji ta' miżuri relatati mat-"taħriġ lil min iħarreġ" għal kjarifika. |
NOTA SPJEGATTIVA
Ix-xena awdjoviżiva internazzjonali għaddiet minn trasformazzjoni f'dawn l-aħħar għoxrin sena, speċifikament minħabba l-impatt tal-iżviluppi teknoloġiċi bħalma huma t-televiżjoni diġitali ta' ħafna stazzjonijiet, l-IPTV u l-WebTV, il-projezzjoni diġitali taċ-ċinema, kif ukoll il-filmati b’talba (''video-on-demand'' - VOD). F'xi swieq barranin, din ħolqot tkabbir finanzjarju b'saħħtu, investimenti li jippromettu u konsegwentement, domanda dejjem tikber għal aktar kontenut awdjoviżiv. Madankollu, id-dgħufijiet strutturali li jaffettwaw iċ-ċirkulazzjoni tax-xogħlijiet Ewropej fis-swieq barranin u finanzjament mhux adegwat tal-kumpaniji awdjoviżivi Ewropej qed iwaqqfu lill-industrija milli tgawdi kompletament minn din l-espansjoni ta' opportunitajiet globali.
L-industrija awdjoviżiva Ewropea żdiedet u tjiebet b'mod pjuttost sinifikanti matul dawn l-aħħar snin waqt li qed taffaċċja bosta sfidi u bidliet ġodda li għandhom x'jaqsma mal-feġġien tal-ambjent diġitali. Madankollu, iċ-ċirkulazzjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej fis-suq internazzjonali għadha limitata. Ix-xogħlijiet awdjoviżivi minn pajjiżi terzi apparti mill-istudjows ta' Hollywood qed jaffaċċjaw problema simili ta' ċirkulazzjoni limitata fis-swieq Ewropej, għalkemm hemm domanda għal kontenut awdjoviżi aktar divers.
Issa sar evidenti li għandha tingħata għalhekk prijorità biex tiżdied il-kompetittività tal-industrija awdjoviżiva tal-UE fis-suq globali, kif ukoll biex jiżdiedu l-għażla għall-konsumatur u d-diversità kulturali fis-swieq Ewropej u internazzjonali speċjalment meta jidher li l-opportunitajiet li attwalment qed joffru t-teknoloġiji diġitali u online huma bla limiti.
MEDIA 2007
Bħall-ġenerazzjoni preċedenti tal-programmi MEDIA, il-programm MEDIA 2007 jiffoka fuq l-attivitajiet ta' preproduzzjoni u postproduzzjoni, b'mod partikulari t-tqassim u l-promozzjoni. B'baġit ta' €755 miljun fuq seba' snin (2007 -2013), dan il-programm hu intenzjonat għall-appoġġ tas-settur awdjoviżiv Ewropew waqt li jkun hemm adattament għall-isfidi l-ġodda. Il-programm MEDIA 2007 għalhekk ġie adattat biex jitqiesu l-aktar żviluppi reċenti fit-teknoloġija u fis-suq tal-UE li jirriżultaw mir-rivoluzzjoni diġitali u t-tkabbir tal-UE, u għaldaqstant jixhed il-konsegwenzi tad-diġitizazzjoni u jindirizza l-problemi speċifiċi tal-professjonisti awdjoviżivi fl-Istati Membri l-ġodda.
L-objettivi ta' preservazzjoni tad-diversità u l-wirt kulturali Ewropej, ta' żieda ta' ċirkulazzjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej u ta' tisħiħ tal-kompetittività tas-settur awdjoviżiv Ewropew qed jinkisbu u l-films appoġġjati minn dan il-programm kellhom suċċess notevoli[1]. Madankollu, id-dimensjoni internazzjonali tal-appoġġ għat-tqassim tax-xogħlijiet awdjoviżivi ma kinentx inkluża fl-ambitu tiegħu.
Sabiex jiġu affrontati l-problemi u l-isfidi l-ġodda li jirriżultaw mill-internazzjonalizzazzjoni tas-swieq li qed taffetwa lis-settur awdjoviżiv Ewropew, il-Parlament Ewropew adotta, nhar it-13 ta' Diċembru 2007, għall-baġit tal-2008, Azzjoni Preparatorja MEDIA International li tiffoka fuq l-iżvilupp tar-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mas-swieq awdjoviżivi ta' pajjiżi terzi sabiex jiġu ssodisfati l-bżonnijiet immedjati tal-pajjiżi terzi u biex titjieb l-effettività globali ta' MEDIA 2007. Dan kien hemm bżonnu peress li l-bażi legali ta' MEDIA 2007 ma kinitx tippermetti l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet b'koperazzjoni ma' pajjiżi terzi.
Azzjoni preparatorja MEDIA International
B'baġit ta' €2 miljuni għal azzjonijiet fl-2008, il-MEDIA International dejjem kien programmat li jopera għal mhux aktar minn tliet snin sabiex jiġu esplorati metodi ġodda għall-istrutturar u t-tisħiħ tar-relazzjonijiet u n-netwerks bejn il-professjonisti fis-settur awdjoviżiv tal-UE u ta' pajjiżi terzi, għall-benefiċċju reċiproku tal-industrija Ewropea u l-pajjiżi terzi involuti. Din l-azzjoni preparatorja taqa' taħt il-patroċinju tal-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar id-diversità kulturali, il-programm MEDIA 2007 u d-dispożizzjonijiet dwar il-koperazzjoni kulturali fil-ftehimiet dwar il-kummerċ ħieles u ftehimiet oħra eżistenti jew li qed jiġu nnegozjati bħalissa. Waqt li joperaw fuq il-bażi tar-reċiproċità, l-azzjonijiet li tbassru, sabiex ikun hemm koperazzjoni internazzjonali fis-settur awdjoviżiv, jinkludu t-taħriġ kontinwu, il-promozzjoni tax-xogħlijiet ċinematografiċi permezz tat-tħeġġiġ taċ-ċirkulazzjoni reċiproka tax-xogħlijiet ċinematografiċi u l-appoġġ tan-netwerks taċ-ċinema internazzjonali.
L-ewwel sejħa għall-proposti għal proġetti tnediet fir-Rebbiegħa tal-2008. Intgħażlu tmintax-il proġett. Fost il-proġetti magħżula, il-proġett "Cartoon Connection", għall-organizzazzjoni ta' taħriġ konġunt dwar l-iżvilupp u l-finanzjament ta' kartuns koprodotti internazzjonalment għall-professjonisti mill-UE, mill-Amerika Latina u mill-Kanada, jew il-"European Producers' Club", għall-appoġġ tal-promozzjoni u t-tqassim tax-xogħlijiet awdjoviżivi biex kumpaniji jiġu mgħejuna biex ikollhom aċċess għall-fondi barranin.
Nhar it-18 ta' Diċembru 2008, il-Parlament Ewropew approva baġit ta' €5 miljuni għat-tieni sena ta' attività tal-Azzjoni Preparatorja MEDIA International (2009). Sejħiet għall-proposti mnedija fi Frar 2009 jkopru oqsma differenti bl-intenzjoni li jiġu appoġġjati t-taħriġ, il-promozzjoni u t-tqassim tax-xogħlijiet ċinematografiċi permezz ta' koperazzjoni fit-tul bejn professjonisti Ewropej u mhux Ewropej, il-wiri ta' xogħlijiet ċinematografiċi fis-swali tal-films u ż-żieda tal-udjenzi potenzjali għax-xogħlijiet awdjoviżivi/ċinematografiċi.
Din l-azzjoni preparatorja wittiet it-triq għal programm ta' appoġġ tal-UE aktar estensiv għal koperazzjoni globali fis-settur tal-industrija awdjoviżiva u wasslet biex il-Kummissjoni, f'Jannar 2009, adottat proposta biex jiġi stabbilit il-programm MEDIA Mundus. Is-suċċess inizjali tal-Azzjoni Preparatorja MEDIA International fil-verità żvela l-importanza tad-domanda dinjija b'saħħitha għal koperazzjoni mal-industrija Ewropea tal-films. L-istruttura tal-programm propost hi pjuttost simili għal din l-azzjoni preparatorja.
Il-proposta dwar it-twaqqif tal-programm MEDIA Mundus
Fil-kuntest tal-globalizzazzjoni tas-servizzi awdjoviżivi, id-dimensjoni esterna tal-politika awdjoviżiva qed tieħu dejjem aktar importanza. Il-proposta tal-Kummissjoni dwar t-twaqqif tal-programm MEDIA Mundus għalhekk tirrapreżenta impenn serju għal multilateraliżmu effettiv fis-settur awdjoviżiv u għall-involviment tal-professjonisti tal-UE mal-imsieħba internazzjonali, għall-benefiċċju reċiproku tas-setturi awdjoviżivi. Jekk jiġu intensifikati l-iskambji u l-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi mhux Ewropej, se tissaħħaħ il-kompetittività tas-settur awdjoviżiv Ewropew u se jinħoloq valur miżjud ulterjuri f'dak li għandu x'jaqsam mal-promozzjoni, l-aċċess għas-suq, it-tqassim, id-disseminazzjoni u l-wiri ta' xogħlijiet Ewropej f'pajjiżi terzi. Din il-proposta tikkostitwixxi wkoll pass sinifikanti fil-kuntest tal-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar id-diversità kulturali peress li se jkun l-ewwel programm fil-livell internazzjonali li jimplimenta direttament il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali.
B'baġit ta' €15-il miljun ta' fondi għall-perjodu 2011-2013 għall-proġetti mressqa mill-professjonisti tas-settur awdjoviżiv mill-Ewropa u minn pajjiżi terzi, dan il-programm se joffri opportunitajiet ġodda għal koperazzjoni internazzjonali fl-industrija awdjoviżiva u se jżid l-għażla għall-konsumatur, waqt li jġib prodotti kulturalment aktar diversi fis-swieq Ewropej u internazzjonali. Il-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi tista' tgħin, b'mod partikulari, lil xi industriji kulturali u professjonisti f'pajjiżi li qed jiżviluppaw li jaffaċċjaw diffikultajiet biex itejbu l-għarfien tagħhom u l-infrastruttura fir-rigward tat-tqassim, il-kummerċjalizzazzjoni, il-promozzjoni u l-faċilitajiet għall-wiri waqt li ċ-ċirkulazzjoni limitata ta' xogħlijiet u servizzi kulturali ixxekkel l-iżvilupp tas-swieq għall-industriji kulturali f'dawk il-pajjiżi.
Il-programm hu miftuħ għal proġetti bbażati fuq ftehimiet ta’ sħubija li jikkonsistu minn minimu ta' tliet imsieħba, waqt li kull sħubija tiġi kkoordinata minn professjonist tal-UE u tkun tinkludi tal-anqas imsieħeb wieħed mhux mill-UE (Artikolu 2 sa Artikolu 4). Il-programm hu mmirat biex tiżdied il-kompetittività tal-industrija awdjoviżiva Ewropea, kif ukoll l-għażla għall-konsumatur u d-diversità kulturali, u biex l-Ewropa tkun tista' twettaq l-irwol kulturali u politiku tagħha fid-dinja (Artikolu 5). F'dan ir-rigward, il-propost tiddeskrivi tliet objettivi speċifiċi għall-programm, ie. iż-żieda tal-iskambju tal-informazzjoni, it-taħriġ u l-għarfien tas-suq, it-titjib tal-kompetizzjoni u t-tqassim minn naħa u taċ-ċirkulazzjoni min-naħa l-oħra. Dawn it-tliet objettivi innifishom huma appoġġjati minn għanijiet operattivi (deskritti fl-Artikoli minn 6 sa 8) u azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati (deskritti fl-Anness).
Il-pożizzjoni tar-rapporteur
Ir-Rapporteur kontinwament esprimiet l-appoġġ tagħha għall-implimentazzjoni ta' programm ta' dan it-tip u dejjem esprimiet ir-rieda tagħha li jiġi żgurat finanzjament regolari għal din il-koperazzjoni internazzjonali fis-settur awdjoviżiv. Ir-Rapporteur għalhekk tilqa' b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni peress li tista' tipprovdi t-tweġiba kulturali xierqa għall-bżonnijiet speċifiċi tal-industriji awdjoviżivi, kif ukoll għall-isfidi teknoloġiċi globali, waqt li titwitta t-triq għal implimentazzjoni aktar effettiva tal-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar id-Diversità Kulturali.
Madankollu, għad fadal numru ta' punti li hemm bżonn jiġu ċċarati ulterjurment. Sabiex it-test isir aktar koerenti u konsistenti, ir-Rapporteur qed tipproponi sensiela ta' emendi intenzjonati biex tittejjeb l-istruttura globali tal-proposta sabiex din issir aktar ċara u aktar effiċjenti.
Pereżempju, l-Artikolu 5 li jittratta l-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-programm qed jitħassar (Em. 12). Għal konsistenza aħjar, l-għanijiet ġenerali tal-programm ġew inklużi fl-Artikolu 1 (Em. 10) u t-tliet għanijiet speċifiċi tal-programm ġew rispettivament inklużi fl-Artikolu 6, fl-Artikolu 7 u fl-Artikolu 8 (Em. 15, Em. 17 u Em. 19).
Anke l-Artikolu 9 li jittratta l-implimentazzjoni tal-għanijiet operattivi qed jitħassar (Em. 20) u jingħaqad mal-Artikolu 11 "l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni" (Em. 21) għal aktar koerenza.
Xi termini ġew speċifikati (Em. 2). Ir-Rapporteur tippreferi t-terminu għanijiet "ġenerali" minn għanijiet "globali", li hu aktar relevanti (Em. 10) u l-kunċett ta' "ħolqien u żamma ta' kuntatti internazzjonali" minn "effett internazzjonali ta' ħolqien u żamma tal-kuntatti." (Em. 11).
Sakemm ma jiġix iċċarat u ppreċiżat ulterjurment fl-att leġiżlattiv, il-linji gwida ġenerali u l-kriterji għall-għażla msemmijin fl-Artikolu 11, paragrafu 2, punti (c) u (d), imfassla biex jiġu emendati l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Deċiżjoni, għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. (Em. 3, Em. 4, Em. 22, Em. 23, Em. 24 u Em. 28).
- [1] Pereżempju, “Entre Les Murs” jew “Gomorra”, li rispettivament ingħataw il-Palme d’Or u l-Gran Prix fil-Festival ta' Cannes fl-2008 .
PROĊEDURA
Titolu |
Programm MEDIA Mundus ta’ koperazzjoni fil-qasam awdjoviżiv ma’ nies professjonisti minn pajjiżi terzi |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0892 – C6-0011/2009 – 2008/0258(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
9.1.2009 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
CULT 15.1.2009 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 15.1.2009 |
DEVE 15.1.2009 |
BUDG 15.1.2009 |
|
||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
AFET 12.2.2009 |
DEVE 21.1.2009 |
BUDG 4.2.2009 |
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Ruth Hieronymi 21.1.2009 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
9.3.2009 |
|
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
2.4.2009 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
13 1 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Věra Flasarová, Lissy Gröner, Ruth Hieronymi, Adrian Manole, Manolis Mavrommatis, Ljudmila Novak, Doris Pack, Zdzisław Zbigniew Podkański, Pál Schmitt, Hannu Takkula, Thomas Wise |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Erna Hennicot-Schoepges, Ewa Tomaszewska, Cornelis Visser |
|||||||
Data tat-tressiq |
8.4.2009 |
|||||||