RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards minimi dwar l-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil (tfassil mill-ġdid)

29.4.2009 - (COM(2008)0815 – C6‑0477/2008 – 2008/0244(COD)) - ***I

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Antonio Masip Hidalgo
(Tfassil mill-ġdid – Artikolu 80a tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2008/0244(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0285/2009

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards minimi dwar l-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil (tfassil mill-ġdid)

(COM(2008)0815 – C6‑0477/2008 – 2008/0244(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0815),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 63(1)(b) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0477/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu iżjed strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni tal-atti legali[1],

–   wara li kkunsidra l-ittra tal-24 ta' Frar 2009 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali bi qbil mal-Artikolu 80a(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0285/2009),

A. billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta konċernata ma tinkludix emendi sostanzjali ħlief dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li baqgħu ma nbidlux tal-atti eżistenti, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi ta' dawn it-testi, bla ebda tibdil fis-sustanza tagħhom,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, kif emendata hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda                     1

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Standards minimi għall-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil li għandhom ikunu biżżejjed biex jiżguraw standard ta' ħajja dinjituż u kondizzjonijiet ta' ħajja komparabbli fl-Istati Membri kollha b'konsiderazzjoni għall-livell tal-assistenza soċjali disponibbli għaċ-ċittadini fl-Istat Membri ospitanti,  għandhom ikunu preskritti.

(11) Standards minimi għall-akkoljenza ta’ dawk li jfittxu ażil, li normalment għandhom ikunu biżżejjed biex jiżguraw standard ta’ ħajja dinjituża u kondizzjonijiet ta’ ħajja komparabbli fl-Istati Membri kollha, għandhom ikunu preskritti.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Id-detenzjoni ta' dawk li jfittxu ażil għandha tkun applikata skont il-prinċipju sottostant li persuna m'għandiex tinżamm f'detenzjoni għall-unika raġuni li hu/hi qed tfittex protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari skont l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatus tar-Refuġjati tat-28 ta' Lulju 1951. B'mod partikolari l-Istati Membri m'għandhomx jinponu penali fuq dawk li jfittxu ażil minħabba dħul jew presenza illegali u kwalunkwe restrizzjonijiet fuq il-moviment għandhom ikunu neċessarji. F'dan ir-rigward, id-detenzjoni ta' dawk li jfittxu ażil għandha tkun possibbli biss taħt ċirkostanzi eċċezzjonali definiti b'mod ċar ħafna li huma preskritti fid-Direttiva u soġġetti għall-prinċipju ta' neċessità u proporzjonalità fir-rigward kemm tal-manjiera kif ukoll tal-iskop ta' detenzjoni bħal din. Fejn dak li jfittex ażil jinżamm f'detenzjoni hu/hi għandhom dritt għal rimedju ġudizzjarju quddiem qorti nazzjonali.

(16) Id-detenzjoni ta' dawk li jfittxu ażil għandha tkun applikata skont il-prinċipju sottostant li persuna m'għandiex tinżamm f'detenzjoni għall-unika raġuni li hu/hi qed tfittex protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari skont l-obbligi legali internazzjonali tal-Istati Membri u partikolarment l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatus tar-Refuġjati tat-28 ta' Lulju 1951. B'mod partikolari l-Istati Membri m'għandhomx jinponu penali fuq dawk li jfittxu ażil minħabba dħul jew presenza illegali u kwalunkwe restrizzjonijiet fuq il-moviment għandhom ikunu neċessarji. F'dan ir-rigward, id-detenzjoni ta' dawk li jfittxu ażil għandha tkun possibbli biss taħt ċirkostanzi eċċezzjonali definiti b'mod ċar ħafna li huma preskritti fid-Direttiva u soġġetti għall-prinċipju ta' neċessità u proporzjonalità fir-rigward kemm tal-manjiera kif ukoll tal-iskop ta' detenzjoni bħal din. Fejn dak li jfittex ażil jinżamm f'detenzjoni hu/hi għandhom dritt għal rimedju ġudizzjarju quddiem qorti nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Il-kliem miżjud jenfasizza l-importanza suprema li jiġu rispettati l-istandards internazzjonali rigward id-drittijiet tal-bniedem fl-ambitu tad-Direttiva. Il-miżuri ta' detenzjoni ma jridux ikunu konformi biss mal-leġiżlazzjoni internazzjonali applikabbli, imma wkoll mal-obbligi tal-liġijiet internazzjonali li jassumu l-Istati Membri.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 23 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a) Sabiex jiġi kopert kull titjib fl-istandards minimi dwar l-akkoljenza ta’ dawk li jfittxu l-ażil, għandu jkun hemm żieda proporzjonata fil-fondi disponibbli mill-Unjoni Ewropea bil-għan li jkunu koperti l-ispejjeż ta’ tali titjib, b’mod partikulari fil-każijiet ta’ Stati Membri li qegħdin jiffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati fuq is-sistema nazzjonali ta’ ażil tagħhom, partikolarment minħabba l-qagħda ġeografika jew demografika tagħhom.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta ta' Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u li tippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 1, 6, 7, 18, 24 and 47  tal-Karta msemmija u trid tiġi applikata b'dan il-mod.

(26) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta ta' Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u li tippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 1, 4, 6, 7,  18, 24 and 47  tal-Karta msemmija u trid tiġi applikata b'dan il-mod.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li ssir referenza fid-direttiva in kwistjoni għall-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE li jipprojbixxi t-trattament inuman u degradanti.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) "applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali" tfisser applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali kif definita fid-Direttiva 2004/83/KE;

(a) "applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali" tfisser applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali kif definita fl-Artikolu 2g tad-Direttiva 2004/83/KE;

Ġustifikazzjoni

Biex isir allinjament ma’ strumenti oħra dwar l-ażil.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - punt c - punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) It-tfal minorenni miżżewġa tal-koppja li jirreferi għalihom il-punt (i) jew tal-applikant, mingħajr ma jittieħed każ ta' jekk twildux ġewwa jew barra ż-żwieġ jew adottati kif iddefinit taħt il-liġi nazzjonali; fejn hu għall-aħjar interessi tagħhom li jirrisedju mal-applikant;

(iii) It-tfal minorenni miżżewġa tal-koppja li jirreferi għalihom il-punt (i) jew tal-applikant, mingħajr ma jittieħed każ ta' jekk twildux ġewwa jew barra ż-żwieġ jew adottati kif iddefinit taħt il-liġi nazzjonali u sakemm ma jkunux akkumpanjati mill-konjuġi tagħhom, fejn hu għall-aħjar interessi tagħhom li jirrisedju mal-applikant;

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - punt c - punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv) Il-missier, l-omm jew il-gwardjan tal-applikant, meta dan tal-aħħar hu minorenni u mhux miżżewweġ, jew meta hu/hi minorenni u miżżewweġ iżda hu għall-aħjar interessi tiegħu/tagħha li jirrisjedi ma' missieru/ha, ommu/ha jew l-gwardjan tiegħu/tagħha;

(iiv) Il-missier, l-omm jew il-gwardjan tal-applikant, meta dan tal-aħħar hu minorenni u mhux miżżewweġ, jew meta hu/hi minorenni u miżżewweġ u mhux akkumpanjat mill-konjuġi tiegħu/tagħha iżda hu għall-aħjar interessi tiegħu/tagħha li jirrisjedi ma' missieru/ha, ommu/ha jew l-gwardjan tiegħu/tagħha;

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - punt c - punt v

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(v) ħut minorenni mhux miżżewġa tal-applikant, meta dan tal-aħħar hu minorenni u mhux miżżewweġ, jew meta l-applikant jew ħutu/ha minorenni huma minorenni u miżżewġa iżda hu għall-aħjar interessi għal wieħed jew iktar minnhom li jirrisjedu flimkien;

(v) ħut minorenni mhux miżżewġa tal-applikant, meta dan tal-aħħar hu minorenni u mhux miżżewweġ, jew meta l-applikant jew ħutu/ha minorenni huma minorenni u miżżewġa u mhux akkumpanjat mill-konjuġi tiegħu/tagħha iżda hu għall-aħjar interessi għal wieħed jew iktar minnhom li jirrisjedu flimkien;

Emenda          9

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - punt c - punt vi (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(vi) adulti dipendenti bi bżonnijiet speċjali.

Emenda          10

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li jirreferi għaliha l-paragrafu 1 tkun bil-miktub u, sakemm hu possibbli, f'lingwa li l-applikanti huma  raġonevolment jissupponi li jifhmu. Fejn xieraq, din l-informazzjoni tista' wkoll tkun fornita oralment.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li jirreferi għaliha l-paragrafu 1 tkun bil-miktub u b’lingwa li l-applikanti jifhmu jew li l-Istati Membri raġonevolment jistgħu jissopponu li jifhmu. Fejn xieraq, din l-informazzjoni tista' wkoll tkun fornita oralment.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha mogħtija lil min ifittex l-ażil tkun aċċessibbli; għalhekk għandha tkun mogħtija b’lingwa li l-applikant jifhem.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 - paragrafu 1 - subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-detentur tad-dokument għandu jingħata aċċess għad-drittijiet mogħtija lil dawk li jfittxu ażil taħt din id-Direttiva.

Mhux se jkun hemm bżonn ta' dokumenti addizzjonali sabiex wieħed jingħata aċċess għad-drittijiet mogħtija lil dawk li jfittxu ażil taħt din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Dokument wieħed għandu jkun biżżejjed biex jiċċertifika l-istejtus ta' min jitlob l-ażil, kif ukoll id-drittijiet u l-vantaġġi li jkollu.

Emenda          12

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 - paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Meta jkun meħtieġ, pereżempju għal raġunijiet legali jew raġunijiet ta' politika pubblika, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw applikant għal post speċifiku skont il-liġi nazzjonali tagħhom.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 - paragrafu 1 - subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Detenzjoni ser tkun ordnata għall-iqsar żmien possibbli. B'mod partikolari d-detenzjoni applikata taħt l-Artikolu 8 (2) (a), (b) u (c) m'għandhiex teċċedi ż-żmien meħtieġ b'mod raġonevoli biex ikunu sodisfatti l-proċeduri amministrattivi meħtieġa sabiex tkun miksuba informazzjoni dwar in-nazzjonalità ta' dak li jfittex ażil jew dwar l-elementi fuqiex hi bbażata l-applikazzjoni tiegħu jew biex titwettaq il-proċedura relevanti bil-ħsieb tad-deċiżjoni għad-dritt tiegħu/tagħha tad-dħul fir-territorju.

1. Detenzjoni ser tkun ordnata għall-iqsar żmien possibbli. B'mod partikolari d-detenzjoni applikata taħt l-Artikolu 8 (2) (a), (b) u (c) m'għandhiex teċċedi ż-żmien meħtieġ b'mod raġonevoli biex ikunu sodisfatti l-proċeduri amministrattivi meħtieġa sabiex tkun miksuba informazzjoni dwar in-nazzjonalità jew l-identità ta' dak li jfittex ażil jew dwar l-elementi fuqiex hi bbażata l-applikazzjoni tiegħu jew biex titwettaq il-proċedura relevanti bil-ħsieb tad-deċiżjoni għad-dritt tiegħu/tagħha tad-dħul fir-territorju.

Emenda          14

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 - paragrafu 1 - subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dewmien fl-ipproċessar tal-proċedura amministrattiva li ma jistgħux ikunu attribwiti lil dak li jfittex ażil m'għandhiex tiġġustifika kontinwazjoni tad-detenzjoni.

Il-proċeduri ta' dan it-tip għandhom jitwettqu bir-reqqa xierqa. Dewmien fl-ipproċessar tal-proċedura amministrattiva li ma jistgħux ikunu attribwiti lil dak li jfittex ażil m'għandhiex tiġġustifika kontinwazjoni tad-detenzjoni.

Emenda          15

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 - paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Għandhom ikunu komunikati minnufih ir-raġunijiet ta' detenzjoni lil dawk li jfittxu ażil detenuti, it-tul ta' żmien massimu tad-detenzjoni u l-proċeduri stabbiliti fil-liġi nazzjonali, għall-isfida tad-deċiżjoni tad-detenzjoni f'lingwa li huma mistennija li jifhmu.

4. Għandhom ikunu komunikati minnufih ir-raġunijiet ta' detenzjoni lil dawk li jfittxu ażil detenuti, it-tul ta' żmien massimu tad-detenzjoni u l-proċeduri stabbiliti fil-liġi nazzjonali, għall-isfida tad-deċiżjoni tad-detenzjoni f'lingwa li huma jifhmu jew li huma raġjonevoli mistennija li jifhmu.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 - paragrafu 6 - subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess għal assistenza legali u/jew rappreżentazzjoni f'każijiet ta' detenzjoni li għandha tkun mingħajr ħlas fejn dak li jfittex ażil ma jkunx jista' jħallas l-ispejjeż involuti.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li assistenza legali neċessarja u/jew rappreżentazzjoni tingħata meta tintalab, u mingħajr ħlas, bi qbil mal-Artikolu 15(3) sa (6) tad-Direttiva 2005/85/KE..

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk li jfittxu ażil igawdu aċċess veru għal għajnuna u / jew rappreżentanza legali.

L-għajnuna u/jew rappreżentanza legali għandha tkun mingħajr ħlas. Il-persuni li jfittxu l-ażil m'għandhomx għalfejn jippruvaw li huma ma jistgħux ikopru l-ispejjeż ta' assistenza jew rappreżentanza legali. Huma għandhom dejjem ikollhom l-għażla ta' assistenza jew rappreżentanza legali privata. L-aċċess għall-għajnuna u / jew rappreżentanza legali għandu jkun regolat mil-liġi nazzjonali.

Emenda          17

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk li jfittxu ażil f'detenzjoni jkollhom l-opportunità li jistabbilixxu kuntatt, inkluż drittijiet ta żjara, ma' rapprezentanti legali u membri tal-familja. L-UNHCR u organizzazzjonijiet u entitajiet oħrajn nazzjonali, internazzjonali u mhux governamentali relevanti u kompetenti għandhom ukoll ikollhom l-opportunità li jikkomunikaw mal-applikanti u jżuruhom f'żoni ta' detenzjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk li jfittxu ażil f'detenzjoni jkollhom l-opportunità li jistabbilixxu kuntatt, inkluż drittijiet ta żjara, ma' rapprezentanti legali u membri tal-familja, ħaddiema soċjali u persuni li jżuru bi skop reliġjuż. L-UNHCR u organizzazzjonijiet u entitajiet oħrajn nazzjonali, internazzjonali u mhux governamentali relevanti u kompetenti għandhom ukoll ikollhom l-opportunità li jikkomunikaw mal-applikanti u jżuruhom f'żoni ta' detenzjoni.

Ġustifikazzjoni

Inkluża r-referenza għall-aċċess għall-assistenza soċjali u reliġjuża għal dawk il-persuni li jfittxu l-ażil f’detenzjoni, id-Direttiva 2003/9/KE tinsab konformi ma’ dak previst mil-Linji Gwida tal-UNHCR dwar il-kriterji u l-istandards applikabbli f’każ ta’ detenzjoni ta’ persuni li qed ifittxu l-ażil u mir-Rakkomandazzjoni Rec(2003) 5 tal-Kumitat għall-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa (il-miżuri ta’ detenzjoni għal persuni li qed ifittxu l-ażil).

Emenda          18

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 - paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk li jfittxu l-ażil f’detenzjoni jkollhom aċċess għal kura medika adegwata u konsulenza psikoloġika, fejn xieraq.

Emenda          19

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom minnufih jipprovdu lil dawk li jfittxu ażil f'detenzjoni b'informazzjoni aġġornata dwar ir-regoli li japplikaw fil-faċilità u jistabbilixxu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom f'lingwa li huma nistennija li jifhmu b'mod raġonevoli.

3. L-Istati Membri għandhom minnufih jipprovdu lil dawk li jfittxu ażil f'detenzjoni b'informazzjoni aġġornata dwar ir-regoli li japplikaw fil-faċilità u jistabbilixxu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom f'lingwa li huma jifhmu jew li jistgħu jkunu mistennija li jifhmu b'mod raġonevoli.

Ġustifikazzjoni

L-għan ta’ din l-emenda huwa l-adozzjoni ta’ approċċ armonizzat f’diversi strumenti legali b’referenzi simili għal-livell meħtieġ ta’ għarfien ta’ lingwa.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn il-minorenni ikunu detenuti huma għandhom ikollhom il-possibbiltà li jieħdu sehem f'attivitajiet ta' rikreazzjoni, inkluż logħob u attivitajiet ta' rekreazzjoni li huma xierqa għall-età tagħhom.

2. Fejn il-minorenni ikunu detenuti huma għandhom ikollhom il-possibbiltà li jieħdu sehem f'attivitajiet ta' rikreazzjoni, inkluż logħob u attivitajiet ta' rekreazzjoni li huma xierqa għall-età tagħhom, u attivitajiet fil-beraħ.

Ġustifikazzjoni

Xieraq li jiġu inklużi l-attivitajiet fil-beraħ sabiex il-minorenni jkunu jistgħu jiżviluppaw fiżikament u mentalment.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 - paragrafu 5 - subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Persuni bi bżonnijiet speċjali m'għandhomx ikunu detenuti ħlief jekk eżaminazzjoni individwali tas-sitwazzjoni tagħhom minn professjonali kwalifkat jiċċertifika li s-saħħa tagħhom, inkluż is-saħħa mentali tagħhom, mhux ser imorru għall-agħar bħala riżultat tad-detenzjoni

5. Persuni bi bżonnijiet speċjali m'għandhomx ikunu detenuti ħlief jekk eżaminazzjoni individwali tas-sitwazzjoni tagħhom minn professjonali kwalifkat u indipendenti jiċċertifika li s-saħħa tagħhom, inkluż is-saħħa mentali tagħhom, mhux ser imorru għall-agħar bħala riżultat tad-detenzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-professjonista għandu jkun indipendenti sabiex jiggarantixxi evalwazzjoni indipendenti.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 - paragrafu 2 - subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Aċċess għas-sistema ta' edukazzjoni m'għandux ikun pospost għal iktar minn tliet xhur mid-data li fiha l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali  kienet iddepożitata mill-minorenni jew mill-ġenituri tal-minorenni.

2. L-aċċess għas-sistema ta' edukazzjoni għandu jkun garantit mill-aktar fis possibbli wara li ssir it-talba għall-protezzjoni internazzjonali u, fil-każijiet kollha, m'għandux ikun pospost għal iktar minn tliet xhur mid-data li fiha l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali kienet iddepożitata mill-minorenni jew mill-ġenituri tal-minorenni.

Ġustifikazzjoni

L-attendenza ta' skola għandha tkun garantita kemm jista' jkun malajr għall-minorenii sabiex jiġu żgurati edukazzjoni deċenti.

Emenda          23

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 - paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Il-kundizzjonijiet materjali tar-riċeviment jistgħu jiġu provduti fi speċi jew f'forma ta' allowances finanzjarji jew vawċers jew taħlita tat-tnejn. Meta l-Istati Membri jipprovdu kundizzjonijiet materjali ta' riċeviment f'forma ta' allowances finanzjarji jew vawċers, l-ammont tagħhom għandu jiġi determinat bi qbil mal-prinċipji mniżżla f'dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

17 par. 2 għandha titħalla f’idejn l-Istati Membri. Għandha tibqa’ possibbli l-għażla bejn l-għoti ta’ assistenza f’għamla ta’ oġġetti u konċessjonijiet finanzjarji. Bħall-konċessjonijiet finanzjarji, anki l-għoti ta’ oġġetti jista’ jiżgura standard adegwat. Il-konċessjonijiet finanzjarji obbligatorji jirrappreżentaw inċentiv importanti li hemm ċans li jwassal għal żieda fl-immigrazzjoni illegali.

Emenda          24

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 - paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta jikkalkulaw l-ammont ta' assistenza li trid tingħata lil dawk li jfittxu ażil l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-valur totali tal-kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali li trid tkun magħmula disponibbli għal dawk li jfittxu ażil għandu jkun ekwivalenti għall-ammont ta' assistenza soċjali mogħtija liċ-ċittadini li jeħtieġu assistenza bħal din. Kwalunkwe differenza f'dan ir-rigward għandha tkun ġġustifikata kif jixraq.

imħassar

Emenda          25

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza medika jew assistenza oħra meħtieġa lil applikanti li għandhom bżonnijiet speċjali inkluż kura tas-saħħa mentali xierqa fejn hu meħtieġ, taħt l-istess kondizzjonijiet bħaċ-ċittadini  .

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza medika jew assistenza oħra meħtieġa lil applikanti li għandhom bżonnijiet speċjali inkluż kura tas-saħħa mentali xierqa fejn hu meħtieġ.

Emenda          26

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 19a

Vittmi ta' tortura

 

L-Istati Membri jiżguraw li l-vittmi tat- tortura jittieħdu malajr f’ċentru ta’ kura adegwat għas-sitwazzjoni tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Il-vittmi tat-tortura li jfittxu l-ażil għandhom jirċievu l-kura adegwata skont il-patoloġija tagħhom.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom iqisu s-sitwazzjoni speċifika ta' persuni bi bżonnijiet speċjali fil-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta din id-Direttiva. Persuni vulnerabbli bħalma huma minorenni, minorenni mhux akkompanjati, nies inkapaċitati, nies anzjani, nisa tqal, ġenituri single bi tfal minorenni, vittmi ta' trafikkar, persuni bi problemi ta' saħħa mentali  u persuni li kienu ssoġġettati għal tortura, stupru jew forom serji oħra ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, dejjem għandhom ikunu kkonsiderati bħala persuni li għandhom bżonnijiet speċjali

1. L-Istati Membri għandhom iqisu s-sitwazzjoni speċifika ta' persuni bi bżonnijiet speċjali fil-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta din id-Direttiva. Persuni vulnerabbli bħalma huma minorenni, minorenni mhux akkompanjati, nies inkapaċitati, nies anzjani, nisa tqal, ġenituri single bi tfal minorenni, vittmi ta' trafikkar, vittmi ta' mutilazzjoni ġenitali femminili, persuni bi problemi ta' saħħa mentali  u persuni li kienu ssoġġettati għal tortura, stupru jew forom serji oħra ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, dejjem għandhom ikunu kkonsiderati bħala persuni li għandhom bżonnijiet speċjali

Ġustifikazzjoni

Għandha tingħata attenzjoni partikulari lill-vittmi tal-mutilazzjoni ġenitali tan-nisa.

Emenda          28

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri fil-leġiżlazzjoni nazzjonali bl-għan li jidentifikaw, hekk kif tkun iddepożitata applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, jekk l-applikant għandhux bżonnijiet speċjali bl-indikazzjoni tan-natura ta' dawn il-bżonnijiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw appoġġ għall-individwi bi bżonnijiet speċjali matul il-proċedura tal-ażil u għandhom jipprovdu għall-monitoraġġ xieraq tas-sitwazzjoni tagħhom.

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri fil-leġiżlazzjoni nazzjonali bl-għan li jidentifikaw, hekk kif tkun iddepożitata applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, jekk l-applikant għandhux bżonnijiet speċjali bl-indikazzjoni tan-natura ta' dawn il-bżonnijiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw appoġġ adegwat għall-individwi bi bżonnijiet speċjali matul il-proċedura tal-ażil u għandhom jipprovdu għall-monitoraġġ xieraq tas-sitwazzjoni tagħhom.

Ġustifikazzjoni

L-appoġġ għandu jkun adegwat.

Emenda          29

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom kemm jista' jkun malajr jieħdu miżuri biex jiżguraw ir-rappreżentanza meħtieġa ta' minorenni minn kuratur legali jew, fejn meħtieġ, rappreżentanza minn organizzazzjoni li hija responsabbli għall-kura u kumdità ta' minorenni, jew minn kull rappreżentanza oħra xierqa. Evalwazzjonijiet regolari għandhom isiru mill-awtoritajiet addattati.

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw ir-rappreżentanza meħtieġa ta’ minorenni mhux akkompanjati minn kuratur legali. Il-gwardjan għandu jinħatar bil-għan li jagħti pariri u li jipproteġi lill-minorenni u li jiżgura li d-deċiżjonijiet kollha jittieħdu fl-aħjar interess tiegħu jew tagħha. Il-gwardjan għandu jkollu l-esperjenza meħtieġa fil-qasam tal-kura tat-tfal biex jiġi żgurat li jkunu salvagwardjati l-interessi tal-minorenni u li jjintlaħqu b’mod adegwat il-bżonnijiet legali, soċjali, mediċi, psikoloġiċi, materjali u edukazzjonali tiegħu jew tagħha. L-Aġenziji jew l-individwi li l-interessi tagħhom jistgħu jkunu kunflittwali ma' dawk tat-tfal m'għandhomx ikunu eliġibbli biex ikunu l-gwardjani. Evalwazzjonijiet regolari għandhom isiru mill-awtoritajiet addattati.

Ġustifikazzjoni

Din hija salvagwardja addizzjonali biex jiġi żgurat li s-sistema statali għall-ħarsien tat-tfal tilħaq lil dawn it-tfal.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Dawk li jaħdmu ma' minorenni mhux akkompanjati kellhom jew għandhom jirċievu taħriġ xieraq dwar il-ħtiġiet tagħhom, u għandhom jintrabtu bil-prinċipju ta' konfidenzjalità kif iddefinit fil-liġi nazzjonali, in konnessjoni ma' kull informazzjoni li jiksbu matul xogħlhom.

2. Dawk li jaħdmu ma' vittmi ta' tortura, stupru jew atti serji oħra ta' vjolenza għandhom jirċievu taħriġ xieraq dwar il-ħtiġiet tagħhom, u għandhom jintrabtu bil-prinċipju ta' konfidenzjalità kif iddefinit fil-liġi nazzjonali, in konnessjoni ma' kull informazzjoni li jiksbu matul xogħlhom.

Ġustifikazzjoni

Huwa loġikua li dawn jaħdmu mal-vittmi tat-tortura, u dawk li jaħdmu mal-vittmi ta' stupru jew atti ta' vjolenza serji (gruppi msemmija fil-punt 1 ta' dan l-Artikolu) għandhom ikunu rċevew u jkomplu jirċievu taħriġ xieraq. Aktar minn hekk, in-nota spjegattiva tgħid li huwa importanti li jkun iggarantit li dawk li jaħdmu mal-vittmi ta' tortura u vjolenza għandha ikunu rċevew u jkomplu jirċievu taħriġ xieraq, kif previst fid-Direttiva fir-rigward ta' minorenni mhux akkumpanjati.

Emenda  31

Proposta għal

Artikolu 25 - paragrafu 2 - subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess għall-assistenza legali u/jew rappreżentanza fil-każijiet imsemmija f'paragrafu 1. Assistenza legali bħal din għandha tkun bla ħlas fejn dak li jfittex ażil ma jkunx jista' jħallas l-ispejjeż involuti.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tingħata jew assistenza legali neċessarja u/jew rappreżentanza meta jkun hemm talba għalihom, u dan mingħajr ħlas, skont it-termini tal-Artikolu 15(3) sa (6) tad-Direttiva 2005/85/KE.

Ġustifikazzjoni

NOTA SPJEGATTIVA

L-Istat tal-Messiku jieħu ħsieb dawn it-tfal (Repubblikani Spanjoli), jagħtihom l-għożża u t-tagħlim sabiex għada huma jkunu difensuri dinjitużi tal-ideali ta' pajjiżek (Ittra tal-President Messikan Lázaro Cárdenas lil Manuel Azaña, President Spanjol).

L-Unjoni Ewropea hija qabel kollox komunità ta’ valuri li jħaddnu l-Istati Membri tagħha u li huma miġbura fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tagħha (ad infra l-Karta), il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem (ECHR) u l-każistika tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem (ECtHR). Fost dawn id-drittijiet hemm dak tal-ażil, fl-Artikolu 18 tal-Karta, fit-termini tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tat-28 ta’ Lulju tal-1951 u tal-Protokoll tal-31 ta’ Jannar tal-1967 dwar l-Istatus tar-Refuġjati, u dak tal-protezzjoni sussidjarja, fl-Artikolu 19 tal-Karta wkoll, li jipprojbixxi t-tkeċċijiet kollettivi.

L-ażil huwa jedd fundamentali u fl-istess waqt tranżitorju, u t-tgawdija tiegħu tiddependi mill-persekuzzjoni fil-pajjiżi tal-oriġini. Ir-rikonoxximent tal-ażil jeħtieġ li jiżgura l-iżvilupp sħiħ u essenzjali ta’ min qiegħed ifittxu, bħalma qal il-President Cárdenas lill-President Azaña biex ngħidu aħna t-tfal li qed jitrabbew il-lum isiru d-difensuri ta’ għada tal-ideali tal-libertà, permezz tal-integrazzjoni provviżorja tagħhom fil-pajjiż tal-akkoljenza.

Id-dritt tal-ażil jgħaqqad flimkien l-istati demokratiċi fil-protezzjoni u l-promozzjoni tal-valuri tagħhom.

Wara l-Kunsill Ewropew ta’ Tampere, waqt l-ewwel fażi tas-Sistema Komuni Ewropea tal-Ażil (CEAS) (1999-2005), l-objettiv kien li l-oqfsa legali tal-Istati Membri jkunu armonizzati fuq il-bażi ta’ standards minimi komuni. It-tieni fażi tinvolvi l-implimentazzjoni ta’ proċedura komuni ta’ ażil u ta’ status uniformi għall-benefiċjarji tal-ażil jew tal-protezzjoni sussidjarja.

Kien f'dan il-kuntest li ġiet adottata d-Direttiva 2003/09/KE tal-Kunsill li tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta’ dawk li jfittxu ażil fl-Istati Membri, liema Direttiva tħallil marġni konsiderevoli ta’ diskrezzjoni lill-Istati Membri.

Wara perkors ta’ snin, il-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni u ż-żjarat tal-Kumitat għal-Libertajiet tal-Parlament Ewropew (LIBE) ikkonkludew li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza ta’ min qiegħed ifittex l-ażil għadhom problematiċi ħafna u ma jaqblu xejn bejniethom, u dan joħloq movimenti sekondarji u jmur kontra l-prinċipji tal-ugwaljanza ta’ aċċess għall-protezzjoni fl-Unjoni.

Il-Parlament kellu l-okkażjoni jistmerr it-tbatija inaċċettabbli ta' dawk li jkunu qed ifittxu l-ażil fl-Unjoni Ewropea u wera wkoll il-piż inugwali li jridu jġorru l-Istati Membri. Minkejja li l-mezzi finanzjarji tjiebu, il-Fond Ewropew għar-Refuġjati mhux biżżejjed biex jiżgura l-iffaċċjar tal-isfidi li għandna quddiemna.

Minkejja li dan l-ewwel pakkett ta’ rapporti ta’ kodeċiżjoni dwar l-ażil jinvolvi qabża kwalitattiva fl-irwol li kellu sa issa l-Parlament Ewropew, ma rridux ninsew li l-objettiv huwa li tinħoloq regolamentazzjoni komuni tal-ażil.

Proposta eċċellenti ppreżentata mill-Kummissjoni

Ir-Rapporteur laqa’ bil-qalb il-proposta ta’ tfassil mill-ġdid tad-Direttiva 2003/9/KE tal-Kunsill li tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta’ dawk li jfittxu ażil fl-Istati Membri u wera r-riżoluzzjoni soda tiegħu li jappoġġja l-ispirtu tat-test ippreżentat mill-Kummissjoni.

Id-Direttiva l-ġdida għandha tikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni u t-titjib tal-istandards ta’ akkoljenza kif ukoll biex tillimita l-movimenti sekondarji.

Huwa jqis il-proposti li ġejjin bħala essenzjali:

1. Ambitu tad-Direttiva:

- L-inklużjoni ta’ dawk li jfittxu protezzjoni sussidjarja, bl-għan li tkun żgurata l-koerenza mal-bqija tal-acquis Komunitarju (Direttiva “Kwalifikazzjoni” li tintroduċi l-kunċett ta’ “protezzjoni sussidjarja”, li x-xebh tagħha mal-ażil huwa rrikonoxxut fis-sentenza reċenti tal-qorti ta’ Elgafaji tas-17 ta’ Frar 2009).

- L-applikazzjoni tad-Direttiva għall-proċeduri kollha ta’ ażil, iz-zoni ġeografiċi kollha u l-faċilitajiet li jakkomodaw lil dawk li jfittxu ażil, inklużi l-fruntieri u z-zoni ta’ tranżitu.

2. L-aċċess għas-suq tax-xogħol, vantaġġuż kemm għal min ifittex ażil u kemm għall-Istat Membru: l-idea hija li jingħata aċċess simplifikat u iktar armonizzat għas-suq tax-xogħol, wara massimu ta’ sitt xhur mit-tressiq ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali.

L-aċċess effettiv għax-xogħol m’għandux ikun ostakolat minn restrizzjonijiet amministrattivi.

L-aċċess għas-suq tax-xogħol huwa l-aħjar mod biex ikunu żgurati l-awtonomija u l-benessri tal-persuni li kienu obbligati jabbandunaw pajjiżhom minħabba biża’ li jkunu ppresegwitati minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, l-opinjonijiet politiċi jew l-appartenenza għal grupp soċjali. Huwa jippreveni l-iżolazzjoni soċjali u l-ħolqien ta’ sitwazzjoni ta’ dipendenza kronika. L-impjieg bi ħlas jikkontribwixxi għal għarfien aħjar, fi ħdan is-soċjetà ospitanti, taċ-ċirkustanzi li min ifittex l-ażil ikun fihom u tal-kontribut soċjali tiegħu. Għal dan il-kontribut imsemmi minn Cárdenas huwa fundamentali li fin-nazzjonijiet tal-oriġini tieqaf ir-ripressjoni kontra l-Libertà.

L-istabbiliment ta’ obbligi addizzjonali għal min ifittex l-ażil biex ikollu aċċess għas-suq tax-xogħol, bħar-rekwiżit tal-permess tax-xogħol m’għandux idewwem bl-ebda mod dan il-perjodu massimu stabbilit ta’ sitt xhur.

3. L-aċċess għall-kundizzjonijiet tal-akkoljenza materjali bl-għan li jiżguraw standard ta’ ħajja xieraq għas-saħħa ta’ dak li jfittex ażil u kapaċi li jiżguraw is-sussistenza tiegħu: il-proposta tobbliga lill-Istati Membri biex jikkunsidraw il-livell ta’ assistenza soċjali pprovduta liċ-ċittadini tagħhom stess.

4. Detenzjoni Ir-rapporteur fakkar il-prinċipju li skontu ħadd ma għandu jinżamm f’detenzjoni minħabba s-sempliċi fatt li jfittex protezzjoni internazzjonali kif ukoll il-ħtieġa li jkunu inklużi garanziji proċedurali rigorużi għad-detenzjoni temporanja.

Xi ħadd li jkun persegwitat minn reġimi ostili għal-libertà ma jistax jiġi detenut fl-Ewropa, wisq anqas impriġunat fuq il-bażi li qed jaħrab minn tali persekuzzjoni.

F’konformità mal-liġi Ewropea (il-Karta) u dik internazzjonali (l-ECHR u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Tortura jew Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal), il-proposta tal-Kummissjoni tiżgura li d-detenzjoni tkun permessa biss għal raġunijiet eċċezzjonali, dejjem f’konformità mal-prinċipju ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità u soġġetta għal valutazzjoni tal-individwu ta’ kull każ.

Fil-fatt jeżistu sitwazzjonijiet ta’ sigurtà pubblika u/jew ta’ verifika ta’ dejta u/jew taċ-ċirkustanzi tal-każ fejn xi miżura amministrattiva ta’ detenzjoni temporanja straordinarja tista’ ssir permanenti. Il-proċeduri stabbiliti fil-proposta inizjali tal-Kummissjoni jagħmlu mod li dawn is-sitwazzjonijiet minimi jkunu aċċettabbli u għall-perjodi raġonevoli b’garanziji stretti. B’dan il-mod ikunu żgurati s-sorveljanza ġudizzjarja u r-reviżjoni regolari tagħha.

5. Assistenza legali. Min ifittex ażil irid igawdi mill-bidu nett minn garanziji proċedurali massimi. Dawk li jfittxu ażil iridu jserrħu fuq assistenza legali ta’ kwalità li tgħinhom jifhmu drittijiethom.

Is-servizz legali jrid jiġi żgurat f’perjodu inqas minn dak previst ta’ 72 siegħa kif titlob l-EctHR fis-Sentenza Saadi vs. ir-Renju Unit ikkwotata kemm-il darba, billi perjodu ta’ iktar minn 48 siegħa jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 5(2) tal-ECHR.

Il-UNHCR u organizzazzjonijiet speċjalizzati oħra msejħa “mhux governattivi” għandhom igawdu mid-dritt li jżuru l-faċilitajiet fejn jinsabu l-persuni miżmuma temporanjament li qatt ma jitħalltu ma’ priġunieri komuni.

6. Gruppi vulnerabbli: Qegħdin isiru sforzi biex ikunu żgurati n-neċessitajiet speċifiċi għall-persuni vulnerabbli, bħat-tfal, il-persuni b’diżabilità, l-anzjani, il-vittmi tat-traffikar ta’ persuni, ta’ torturi, ta’ asportazzjoni, il-morda, eċċ. biex ikunu jistgħu jiġu identifikati mill-bidu, kif ukoll f’kull ħin tal-proċess ta’ ażil bl-għan li jirċievu l-kura adegwata.

Din l-attenzjoni adegwata minnufih għandha tikkontribwixxi biex tħaffef l-investigazzjonijiet u jiġu evitati d-duplikazzjonijiet.

Huwa importanti li fil-valutazzjoni tal-interess superjuri tal-minorenni, l-Istati Membri jikkunsidraw b’mod partikolari l-fatturi li ġejjin:

(a) il-possibilitajiet ta’ riunifikazzjoni familjari;

(b) il-kuntest etniku, reliġjuż, kulturali u lingwistiku tal-minorenni;

(c) ir-riskju li jkunu vittma tat-traffikar tal-minorenni;

(d) l-opinjoni tal-minorenni, billi tingħata attenzjoni għall-età u l-maturità tiegħu/tagħha.

7. Il-jedd għal informazzjoni xierqa f'ilsien mifhum mill-applikanti. Huwa essenzjali, sabiex jiġi ggarantit li l-fittiex tal-ażil jifhem sew jeddijietu, illi dawn jingħatawlu f'ilsien li jifhem, biex, kif osservat il-Qorti Ewropea tal-Jeddijiet tal-Bniedem, dawn il-jeddijiet jiġu spjegati lilu f'lingwaġġ sempliċi u mhux-tekniku ħalli jkun jista' jitlob li dawn il-jeddijiet jiġu difiża quddiem qorti.

Konklużjonijiet

Ir-rapporteur jidentifika ruħu mal-objettiv fundamentali tal-proposta tal-Kummissjoni li tistabbilixxi qafas iktar eżiġenti fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza ta’ min ifittex ażil, li jiżguralhom livell ta’ ħajja dinjituż, f’konformità mal-liġi internazzjonali.

Filwaqt li jagħraf li ħafna nuqqasijiet fil-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza għal min ifittex ażil huma minħabba l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni differenti fid-diversi Stati Membri, ir-Rapporteur jappoġġja ż-żieda tal-possibilitajiet ta’ kontrolli min-naħa tal-Kummissjoni. L-iskambju ta’ prattiki tajbin bejn l-Istati Membri għandu jikkontribwixxi wkoll għal konverġenza ikbar fl-implimentazzjoni ta’ dawn l-istandards ta’ akkoljenza. Il-Parlament, permezz tal-Kumitat LIBE tiegħu, għandu jistabbilixxi kalendarju ta’ żjarat fiċ-ċentri ta’ detenzjoni.

Kull proposta li tipprova tillimita l-garanziji ppreżentati mill-Kummissjoni u dawk li jinsabu fl-emendi mressqa mir-rapporteur għandha tiġi miċħuda minn maġġoranza ta’ nies fi ħdan il-Parlament; objettiv hu t-titjib tat-test.

Ir-Rapporteur jagħraf li t-tisħiħ tat-trattament privileġġat ta’ min ifittex l-ażil meta mqabbel ma’ tal-immigranti li jippruvaw jidħlu fl-UE jista’ jwassal għal diversi talbiet mingħajr ebda bażi. L-istabbiliment ta’ sanzjonijiet amministrattivi għal min jagħmel użu ħażin jew abbużiv tal-proċedura huwa teknikament kumpless; minkejja l-fatt li dawk li jfittxu l-ażil b’għajnuna legali u adegwata u li jitolbu protezzjoni internazzjonali mingħajr ma jġarrbu l-ebda persekuzzjoni iridu jiffaċċjaw xi obbligi, danni jew konsegwenzi negattivi fir-relazzjoni amministrattiva tagħhom mal-UE. Il-konsulenti ta’ min ifittex l-ażil iridu jagħrfu jwasslu l-prinċipju tal- proċedura ta’ bona fide. Jekk dan iseħħ, dan jikkontribwixxi b’mod indirett u effikaċi biex it-talbiet ta’ ażil iġġustifikati jkunu ttrattati bl-aħjar mod. Barra minn hekk, l-ideoloġija l-ġdida tal-każistika qiegħda hemm biex tikkonferma l-opinjoni li hija appoġġjata fil-proposta tal-Kummissjoni dwar il-pertinenza tal-ipproċessar simultanju tat-talba ta’ min ifittex l-ażil u l-protezzjoni sussidjarja.

ANNEX: LETTER FROM THE COMMITTEE ON LEGAL AFFAIRS

COMMITTEE ON LEGAL AFFAIRS

CHAIRMAN

Ref.: D(2009)19544

Mr Gérard DEPREZ

Chairman

Committee on Civil Liberties, Justice and Home Affairs

ASP 09G206

BRUSSELS

Subject:        li tistabbilixxi l-istandards minimi dwar l-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil

                    (COM(2008)815 - C6-0477/2008 - 2008/0244(COD

Dear Chairman,

The Committee on Legal Affairs, which I am honoured to chair, has examined the proposal referred to above, pursuant to Rule 80a on Recasting, as introduced into the Parliament's Rules of Procedure by its Decision of 10 May 2007.

Paragraph 3 of that Rule reads as follows:

"If the committee responsible for legal affairs considers that the proposal does not entail any substantive changes other than those identified as such in the proposal, it shall inform the committee responsible.

In such a case, over and above the conditions laid down in Rules 150 and 151, amendments shall be admissible within the committee responsible only if they concern those parts of the proposal which contain changes.

However, amendments to the parts which have remained unchanged may be admitted by way of exception and on a case-by-case basis by the chairman of the above committee if he considers that this is necessary for pressing reasons relating to the internal logic of the text or because the amendments are inextricably linked to other admissible amendments. Such reasons must be stated in a written justification to the amendments".

Following the opinion of the Legal Service, whose representatives participated in the meetings of the Consultative Working Party examining the recast proposal, and in keeping with the recommendations of the draftsperson, the Committee on Legal Affairs considers that the proposal in question does not include any substantive changes other than those identified as such in the proposal and that, as regards the codification of the unchanged provisions of the earlier acts with those changes, the proposal contains a straightforward codification of the existing texts, without any change in their substance.

In conclusion, after discussing it at its meeting of 31 March 2009, the Committee on Legal Affairs, by 17 votes in favour and no abstentions[2], recommends that your Committee, as the committee responsible, proceed to examine the above proposal in keeping with its suggestions and in accordance with Rule 80a.

Yours faithfully,

Giuseppe GARGANI

Encl.: Opinion of the Consultative Working Party.

ANNEX: OPINION OF THE CONSULTATIVE WORKING PARTY OF THE LEGAL SERVICES OF THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL AND THE COMMISSION

 

 

 

GROUPE CONSULTATIF

DES SERVICES JURIDIQUES

 

                     Brussels,

OPINION

FOR THE ATTENTION OF           THE EUROPEAN PARLIAMENT

                                                       THE COUNCIL

                                                       THE COMMISSION

li tistabbilixxi l-istandards minimi dwar l-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil

Having regard to the Inter-institutional Agreement of 28 November 2001 on a more structured use of the recasting technique for legal acts, and in particular to point 9 thereof, the Consultative Working Party consisting of the respective legal services of the European Parliament, the Council and the Commission met on 17 December 2008[3] for the purpose of examining, among others, the aforementioned proposal submitted by the Commission.

An examination of the proposal for a directive of the European Parliament and of the Council recasting Council Directive 2003/9/EC of 27 January 2003 laying down minimum standards for the reception of asylum seekers (COM(2008) 815 final/2 of 9.12.2008 - 2008/0244 (COD)) resulted in the Consultative Working Party’s concluding, without dissent, that the proposal does not comprise any substantive amendments other than those identified as such. The Working Party also concluded, as regards the codification of the unchanged provisions of the earlier act with those substantive amendments, that the proposal contains a straightforward codification of the existing text, without any change in its substance.

C. PENNERA                                  J.-C. PIRIS                           C.-F.DURAND

Jurisconsult                                       Jurisconsult                            Director General

PROĊEDURA

Titolu

Standards minimi dwar l-akkoljenza ta’ min ifittex l-ażil (Tfassil mill-ġdid)

Referenzi

COM(2008)0815 – C6-0477/2008 – 2008/0244(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

3.12.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

15.1.2009

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

15.1.2009

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

JURI

31.3.2009

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Antonio Masip Hidalgo

20.1.2009

 

 

Eżami fil-kumitat

20.1.2009

16.3.2009

16.4.2009

27.4.2009

Data tal-adozzjoni

27.4.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Emine Bozkurt, Mihael Brejc, Michael Cashman, Carlos Coelho, Panayiotis Demetriou, Gérard Deprez, Bárbara Dührkop Dührkop, Claudio Fava, Armando França, Kinga Gál, Roland Gewalt, Jeanine Hennis-Plasschaert, Magda Kósáné Kovács, Roselyne Lefrançois, Claude Moraes, Vladimir Urutchev

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Simon Busuttil, Elisabetta Gardini, Sophia in ‘t Veld, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Jean Lambert, Antonio Masip Hidalgo, Nicolae Vlad Popa, Charles Tannock, Johannes Voggenhuber

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Mariela Velichkova Baeva, Panayiotis Demetriou, Carmen Fraga Estévez, Anne E. Jensen, Helmuth Markov, Manolis Mavrommatis, Alexandru Nazare, Markus Pieper, Willem Schuth, Gabriele Zimmer

Data tat-tressiq

29.4.2009

  • [1]  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.
  • [2]  The following Members were present: Giuseppe Gargani (Chairman), Carlo Casini, Bert Doorn, Klaus-Heiner Lehne, Hartmut Nassauer, Eva-Riitta Siitonen, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Neena Gill, Manuel Medina Ortega, Aloyzas Sakalas, Diana Wallis, Francesco Enrico Speroni, Monica Frassoni, Jacques Toubon, Véronique Mathieu.
  • [3]  At that meeting the Consultative Working Party had at its disposal the English, French and German language versions of the proposal and worked on the basis of the English version, being the master-copy language version of the text under discussion.