RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Mongolja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

7.8.2009 - (COM(2007)0731 – C7‑0001/2009 – 2007/0252(CNS)) - *

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Brian Simpson
(Proċedura ssimplifikata - Artikolu 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura)
PR_CNS_art90app

Proċedura : 2007/0252(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0001/2009
Testi mressqa :
A7-0001/2009
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Mongolja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

(COM(2007)0731 - C7-0000/2009 - 2007/0252(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0731),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80(2) u 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0001/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55, 90(8) u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7‑0001/2009),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-ftehima;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u l-Gvern tal-Mongolja.

.

NOTA SPJEGATTIVA

Hekk kif kien deċiż mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, il-Komunità għandha l-kompetenza esklussiva f'dak li għandu x'jaqsam ma' aspetti varji tal-avjazzjoni esterna li tradizzjonalment kienu rregolati minn ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi.

Konsegwentement, f'Ġunju tal-2003 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ in-negozjati ma' pajjiżi terzi sabiex tibdel ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehimiet Komunitarji.

Għalhekk, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehima mal-Gvern tal-Mongolja li jibdel ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali eżistenti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u l-Mongolja.

Dawn il-bidliet jirrigwardaw:

L-Artikolu 2 (klawsola ta' deżinjazzjoni): Sabiex tkun evitata diskriminazzjoni bejn kumpaniji tal-ajru tal-Komunità, il-klawsoli ta' deżinjazzjoni tradizzjonali, li jirreferu għall-kumpaniji tal-ajru tal-Istat Membru firmatarju tal-ftehima bilaterali, jiġu mibdula bi klawsola ta' deżinjazzjoni Komunitarja, li tirreferi għat-kumpaniji tal-ajru tal-Komunità, tal-EEA u tal-Iżvizzera.

L-Artikolu 4 (tassazzjoni tal-fjuwil għall-avjazzjoni): Filwaqt li l-ftehimiet bilaterali tradizzjonali għandhom it-tendenza li jeżentaw il-fjuwil għall-inġenji tal-ajru mit-tassazzjoni b’mod ġenerali, id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE li tirristruttura l-qafas Komunitarju għat-tassazzjoni ta' prodotti tal-enerġija u tal-elettriku tippermetti din it-tassazzjoni għal operazzjonijiet fit-territorju tal-Komunità.

L-Artikolu 5 (Tariffi): Il-ftehima tistipula li t-tariffi imposti mill-kumpaniji tal-ajru magħżula mill-Mongolja għat-trasport fi ħdan il-Komunità Ewropea għandhom ikunu suġġetti għal-liġi tal-Komunità Ewropea.

L-Artikolu 6 (kompetizzjoni): Id-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-ftehimiet bilaterali li ma jirrispettawx b'mod evidenti l-kompetizzjoni jiġu konformi mal-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE.

L-Annessi 1 u 2 jelenkaw il-ftehimiet bilaterali kif ukoll l-artikoli tagħhom li għalihom hemm referenza fl-Artikoli 1 sa 6 tal-Ftehima proposta; dawn huma l-ftehimiet bejn il-Mongolja u l-Awstrija, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Polonja, ir-Rumanija, l-Iżvezja u r-Renju Unit.

L-Anness 3 jelenka l-istati l-oħra msemmija fl-Artikolu 2: L-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja - li jaqgħu taħt il-Ftehima taz-Zona Ekonomika Ewropea - u l-Iżvizzera li taqa' taħt il-Ftehima dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera.

Il-Ftehima nnegozjata mill-Kummissjoni kienet iffirmata u għandha tkun applikata b'mod proviżorju. Id-Deċiżjoni proposta tal-Kunsill tawtorizza lill-President tal-Kunsill biex jaħtar lil persuna jew persuni kompetenti biex jinnotifikaw lill-Mongolja li tlestew il-proċeduri interni meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehima.

Il-Parlament għandu d-dritt jagħti l-opinjoni tiegħu dwar din il-Ftehima skont il-proċedura ta' konsultazzjoni, bi qbil mal-Artikolu 83 'Ftehimiet Internazzjonali', paragrafu 7, li jgħid:

"Il-Parlament għandu jagħti l-opinjoni tiegħu, jew l-approvazzjoni tiegħu, dwar il-konklużjoni, rinnovament jew emendar ta' ftehima internazzjonali jew ta' protokoll finanzjarju konkluż mill-Komunità Ewropea b'votazzjoni waħda permezz ta' maġġoranza tal-voti mitfugħa mingħajr ma jkunu ammissibbli l-emendi fit-test tal-ftehima jew tal-protokoll."

Fuq il-bażi ta' dan, ir-rapporteur jissuġġerixxi li l-Kumitat TRAN għandu jagħti opinjoni favorevoli dwar il-konklużjoni ta' din il-Ftehima.

PROĊEDURA

Titolu

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Mongolja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

Referenzi

COM(2007)0731 – C7-0001/2009 – 2007/0252(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

14.4.2009

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

14.7.2009

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Brian Simpson

15.7.2009

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

9.7.2009

Data tal-adozzjoni

21.7.2009

 

 

 

Data tat-tressiq

28.7.2009