RAPPORT dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea
27.7.2009 - (8127/2009 – 13698/2008 – C7‑0030/2009 – 2008/0133(CNS)) - *
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Brian Simpson
(Proċedura ssimplifikata - Artikolu 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-ftehim dwar it-trasport marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (8127/2009 - 13698/2008 – C7‑0030/2009 – 2008/0133(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0405)
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (- 8127/2009),
– wara li kkunsidra il-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra (13698/2009)
– wara li kkunsidra l-Artikolu 80(2) u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0030/2009),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 90 (8) u l-Artikolu 46 (1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0002/2009),
1. Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll li jemenda l-Ftehima;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
NOTA SPJEGATTIVA
Il-Bulgarija u r-Rumanija ssieħbu mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2007. Skont l-artikolu 6(2), tal-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, is-sħubija tagħhom dwar il-ftehima tat-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, għandha tiġi approvata permezz tal-konklużjoni ta' protokoll li jemenda din il-ftehima. Dan il-protokoll għandu jiġi konkluż permezz ta' proċedura ssimplifikata stabbilita fl-istess Artikolu 6(2), tal-Att ta' adeżjoni mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li jaġixxi b'mod unanimu f'isem l-Istati Membri.
Il-Kummissjoni u r-rappreżentanti Ċiniżi bdew l-abbozz ta' protokoll f'Beijing fit-28 ta' Frar 2008.
Il-Protokoll jipprovdi għall-adattamenti tekniċi u lingwistiċi meħtieġa għall-Ftehim li jirriżultaw mill-adeżjoni taż-żewġ Stati Membri l-ġodda.
Il-Parlament għandu d-dritt li jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dan il-Protokoll fuq il-bażi tal-proċedura ta' konsultazzjoni, u b'mod konformi mal-Artikolu 90 'Ftehimiet Internazzjonali', paragrafu 8 tar-Regoli ta' Proċedura, li jgħid hekk:
"Il-Parlament jagħti l-opinjoni jew il-kunsens tiegħu dwar il-konklużjoni, it-tiġdid jew l-emendar ta' ftehima internazzjonali jew ta' protokoll finanzjarju li jsir mill-Komunità Ewropea f'votazzjoni waħda b'maġġoranza tal-voti mitfugħa mingħajr l-ammissibiltà ta' emendi għat-test tal-ftehima jew ta' protokoll."
Il-Protokoll kkonċernat ġie ffirmat fi Brussell fil-31 ta' Marzu 2009.
Fuq il-bażi ta' dak li ġie diskuss hawn fuq u meta tiġi kkunsidrata n-natura teknika tad-dokument ikkonċernat, ir-rapporteur tagħkom jipproponi li l-Kumitat TRAN jagħti opinjoni favorevoli rigward il-konklużjoni ta' dan il-Protokoll.
PROĊEDURA
Titolu |
It-Trasport Marittimu bejn il-KE u ċ-Ċina |
||||||
Referenzi |
08127/2009 – C7-0030/2009 – COM(2008)0405 – 2008/0133(CNS) |
||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
6.5.2009 |
||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 14.7.2009 |
||||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Brian Simpson 15.7.2009 |
|
|
||||
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni |
9.7.2009 |
||||||
Data tal-adozzjoni |
21.7.2009 |
|
|
|
|||
Data tat-tressiq |
28.7.2009 |
||||||