RAPPORT 

28.7.2009 - (11888/2009 – C7‑0098/2009 – 2009/2047(BUD))

dwar l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 6/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Kummissjoni
Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Jutta Haug

Proċedura : 2009/2047(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0003/2009
Testi mressqa :
A7-0003/2009
Dibattiti :
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 6/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Kummissjoni

(11888/2009 – C7‑0098/2009 – 2009/2047(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[1], u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, adottat b’mod definittiv fit-18 ta' Diċembru 2008[2],

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja solida[3],

–   wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 6/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 ppreżentat mill-Kummissjoni fit-18 ta' Ġunju 2009 (COM(2009)0288),

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 6/2009 mħejji mill-Kunsill fit-13 ta' Lulju 2009 (11888/2009 – C7-0098/2009)

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 75 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7‑0003/2009),

A. billi l-abbozz preliminari tal-baġit ta’ emenda Nru 6 tal-baġit għall-2009 jkopri r-reviżjoni tal-previżjoni tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali, tal-bażijiet tal-VAT u tad-DGN, tal-ibbaġitjar tal-korrezzjonijiet relevanti tar-Renju Unit kif ukoll l-iffinanzjar tagħhom u r-reviżjoni tal-iffinanzjar tat-tnaqqis tad-DGN favur l-Olanda u l-Iżvezja fl-2009,

B.  billi l-għan tal-abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 6/2009 huwa li dawn l-aġġustamenti baġitarji jiddaħħlu b'mod formali fil-baġit tal-2009,

1.  Japprova l-abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 6/2009 mingħajr emendi;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

  • [1]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [2]  ĠU L 69, 13.3.2009.
  • [3]  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

NOTA SPJEGATTIVA

L-Abbozz Preliminari tal-Baġit ta’ Emenda Nru 6 tal-Baġit għall-2009 (APBE 6/2009) ikopri r-reviżjoni tal-previżjoni tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (RPT, jiġifieri dazji tad-dwana u dazji imposti fuq iz-zokkor), il-bażijiet tal-VAT u d-DGN u l-ibbaġittjar tal-korrezzjonijiet relevanti tar-Renju Unit flimkien mal-iffinanzjar tagħhom u r-reviżjoni tal-iffinanzjar tat-tnaqqis fid-DGN tal-Olanda u l-Iżvezja fl-2009, li rriżulta f'bidla fid-distribuzzjoni bejn l-Istati Membri tal-kontribuzzjonijiet tagħhom tar-riżorsi proprji għall-baġit tal-UE.

Ir-reviżjoni tal-previżjoni tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali, tal-bażijiet tal-VAT u tad-DGN hija waħda teknika b'mod eminenti u tipprovdi aġġustamenti mill-ġdid ibbażati fuq previżjonijiet ekonomiċi iżjed reċenti, adottata waqt laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji.

Il-korrezzjoni tal-iżbilanċ baġitarju favur ir-Renju Unit (korrezzjoni tar-Renju Unit), li se jkun ibbaġittjat fl-APBE 6/2009, jikkonċerna s-snin 2005 u 2008. Peress li l-korrezzjoni ta’ sena partikulari tar-Renju Unit għandha tiġi ffinanzjata fis-sena ta' wara, kull wieħed mis-27 Stat Membru jipparteċipa fl-iffinanzjar tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2008. L-iffinanzjar tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2005, madankollu, jikkonċerna biss lill-25 pajjiż li kienu Stati Membri fl-2006.

It-tnaqqis gross fil-ħlasijiet tad-DGN tal-Olanda u l-Iżvezja għall-2009 kien stabbilit fil-BE 3/2009. L-ammonti ġew aġġustati għall-prezzijiet attwali billi ġie applikat il-fattur tad-deflazzjoni tal-Prodott Gross Domestiku għall-UE espress f'EUR, kif ipprovdut mill-Kummissjoni fil-Previżjoni Ekonomika tar-Rebbiegħa 2008, jiġifieri li kienu disponibbli meta tfassal l-abbozz preliminari tal-baġit 2009. L-ammonti gross huma EUR 665.8 miljun għall-Olanda u EUR 165.1 miljun għall-Iżvezja u ma jinbidlux u mhumiex se jinbidlu. It-tnaqqis għandu jiġi ffinanzjat mill-Istati Membri kollha skont is-sehem fid-DGN.

Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

L-APBE 6/2009 jikkonċerna s-sistema tar-riżorsi proprji. Is-sistema hija waħda teknika b'mod eminenti u r-regoli tal-ikkalkular tagħha huma stipulati fid-dettall fil-leġiżlazzjoni relatata. Għalhekk ir-Rapporteur tagħkom jirrakkomanda li l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 6/2009 jiġi adottat mingħajr emendi.

PROĊEDURA

Titolu

L-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 6/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Kummissjoni

Referenzi

11888/2009– C7-0098/2009 – 2009/2047(BUD)

Kumitat responsabbli

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG0.0.0000

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

 

Rapporteur(s)

  Data tal-ħatra

Jutta Haug

24.1.2008

Rapporteur(s) preċedenti

 

Data tat-tħejjija tal-abbozz tal-baġit ta' emenda mill-Kunsill

13.7.2009

Data meta l-Kunsill bagħat l-abbozz tal-baġit ta' emenda

21.7.2009

Eżami fil-kumitat

21.7.2009

 

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.7.2009

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

 

 

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Damien Abad, Reimer Böge, José Manuel Fernandes, Salvador Garriga Polledo, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Francesca Balzani, Göran Färm, Eider Gardiazábal Rubial, Jutta Haug, Jiří Havel, Edit Herczog, Ivaylo Kalfin, Vladimír Maňka, Alexander Alvaro, Carl Christoffer Haglund, Anne E. Jensen, Sergej Kozlík, Lajos Bokros, Miguel Portas, Claudio Morganti

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Bendt Bendtsen, Pascale Gruny, Giovanni La Via, Paul Rübig, Theodor Dumitru Stolojan, Axel Voss, Frederic Daerden, Cătălin Sorin Ivan, Georgios Stavrakakis, Jutta Steinruck, Derek Vaughan, Riikka Manner

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Data tat-tressiq 

28.7.2009

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...