RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003

3.9.2009 - (COM(2009)0321 – C7‑0093/2009 – 2009/0084(CNS)) - *

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Paolo De Castro
(Proċedura simplifikata - Artikolu 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2009/0084(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0004/2009
Testi mressqa :
A7-0004/2009
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar li jemenda r-Regolament (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003

(COM(2009)0321 – C7‑0093/2009 – 2009/0084(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0321),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7–0093/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46 (1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7–0004/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Skemi ta’ appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni

Referenzi

COM(2009)0321 – C7-0093/2009 – 2009/0084(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

13.7.2009

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

16.7.2009

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

16.7.2009

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

1.9.2009

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Paolo De Castro

21.7.2009

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

21.7.2009

Eżami fil-kumitat

2.9.2009

 

 

 

Data tal-adozzjoni

2.9.2009

 

 

 

Data tat-tressiq

4.9.2009