RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) fir-rigward tal-perjodi tal-intervent tal-2009 u l-2010 għall-butir u l-ħalib xkumat tat-trab
4.9.2009 - (COM(2009)0354 – C7‑0103/2009 – 2009/0094(CNS)) - *
Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Paolo De Castro
(Proċedura simplifikata - Artikolu 46(2) tar-Regoli ta' Proċedura)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) fir-rigward tal-perjodi tal-intervent tal-2009 u l-2010 għall-butir u l-ħalib xkumat tat-trab
(COM(2009)0354 – C7‑0103/2009 – 2009/0094(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0354),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, li bi qbil miegħu huwa ġie kkonsultat mill-Kunsill(C7‑0103/2009),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 u l-Artikolu 46 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7‑0005/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni hekk kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex temenda b'hekk il-proposta tagħha, bi qbil mal-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jitlob lill-Kunsill biex jinformah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal Regolament Artikolu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 2a Emenda lir-Regolament (KE) Nru 72/2009 L-Artikolu 4(8) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 dwar modifiki għall-Politika Agrikola Komuni billi jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 320/2006, (KE) Nru 1405/2006, (KE) Nru 1234/2007, (KE) Nru 3/2008, u (KE) Nru 479/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 1883/78, (KEE) Nru 1254/89, (KEE) Nru 2247/89, (KEE) Nru 2055/93, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 2596/97, (KE) Nru 1182/2005 u (KE) Nru 315/2001 għandu jitħassar. _________ 1ĠU L 30, 31.1.2009, p. 1. |
Ġustifikazzjoni | |
Minħabba kriżi serja fis-settur tal-ħalib, l-emenda proposta titlob li terġa' tiddaħħal l-għajnuna għall-ħażna privata tal-ġobon. |
PROĊEDURA
Titolu |
Perjodi ta’ intervent 2009 u 2010 għall-butir u t-trab tal-ħalib xkumat tat-trab |
||||||
Referenzi |
COM(2009)0354 – C7-0103/2009 – 2009/0094(CNS) |
||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
22.7.2009 |
||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI |
||||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Paolo De Castro 21.7.2009 |
|
|
||||
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni |
21.7.2009 |
||||||
Eżami fil-kumitat |
2.9.2009 |
|
|
|
|||
Data tal-adozzjoni |
2.9.2009 |
|
|
|
|||
Data tat-tressiq |
7.9.2009 |
||||||