RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tajba
4.9.2009 - (COM(2009)0371 – C7‑0115/2009 – 2009/2066(BUD))
Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Reimer Böge
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tajba
(COM(2009)0371 – C7‑0115/2009 – 2009/2066(BUD))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0371 – C7‑0115/2009),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod[1], u b'mod partikulari l-punt 28,
– ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni[2],
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0006/2009),
A. billi l-Unjoni Ewropea stabbilixxiet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex jipprovdu appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li jsofru mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fil-kummerċ globali u biex jgħinuhom jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol,
B. billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ġew qegħda għandha tkun għajnuna dinamika u tkun disponibbli b'mod effiċjenti u malajr kemm jista' jkun, b’konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u wara kunsidrazzjoni xierqa tal-IIA tas-17 ta 'Mejju 2006 rigward l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-Fond,
C. billi Spanja u l-Portugalll talbu l-assistenza fir-rigward ta’ każijiet li jikkonċernaw dawk il-ħaddiema li sfaw bla xogħol fis-settur tat-tessuti fir-reġjuni ta’ Cataluña[3] u Norte-Centro[4] u billi ssodisfaw il-kriterji ta’ eliġibilità kif stipulat fir-Regolament EGF,
1. Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jaghmlu l-isforzi necessarji biex ihaffu l-mobilizzazzjoni tal-Fond;
2. Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea ghandha tuza l-mezzi taghha kollha biex tiffaccja l-konsegwenzi tal-krizi ekonomika u finanzjarja fid-dinja; f'dan ir-rigward, jinnota li l-EGF jista' jkollha rwol kruċjali fl-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol ta’ dawk il-ħaddiema li sfaw bla xogħol;
3. Ifakkar li l-mobilizzazzjoni tal-EGF fl-approprjazzjonijiet ghall-hlasijiet m’ghandhomx jipperikolaw l-iffinanzjar tal-Fond Socjali Ewropew; jesprimi certi dubji dwar jekk il-kumplimentarità ma’ strumenti ohra ezistenti bhall-Fond Socjali tal-UE hijiex iggarantita;
4. Jimpenja ruhu li jevalwa l-funzjonament u l-valur mizjud tal-EGF fil-kuntest tal-evalwazzjoni generali tal-programmi u ta’ strumenti varji ohra mahluqa mill-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006, fi hdan il-process tar-revizjoni tal-bagit tal-qafas finanzjarju plurijennali 2007-2013;
5. Japprova d-decizjoni mehmuza ma’ din ir-rizoluzzjoni;
6. Jaghti istruzzjonijiet lill-President tieghu sabiex jiffirma din id-decizjoni mal-President tal-Kunsill u biex jaghmel arrangamenti sabiex tigi ppubblikata fil-Gurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea;
7. Jaghti istruzzjonijiet lill-President tieghu biex jghaddi din ir-rizoluzzjoni, inkluz l-anness taghha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
ANNESS: DECIZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
ta' XX Settembru 2009
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aggustament ghall-Globalizzazzjoni, b'applikazzjoni tal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina bagitarja u l-immaniggjar finanzjarju sod
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda[1], u b’mod partikulari l-punt 28 tagħha,
wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,
wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) Il-Fond Ewropew ta’ Aggustament ghall-Globalizzazzjoni (EGF) gie stabbilit sabiex jipprovdi appogg addizzjonali ghall-haddiema ssensjati li jbatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummercjali dinjin, u sabiex jghinhom fl-integrazzjoni mill-gdid fis-suq tax-xoghol.
(2) Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-limitu annwali ta’ EUR 500 miljun.
(3) Spanja ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-EGF, fir-rigward ta' sensji fis-settur tat-tessuti, fid-29 ta' Diċembru 2008. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiziti sabiex jigu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni ghalhekk ressqet proposta biex tuza l-ammont ta' EUR 3,306,750.
(4) Il-Portugall ressaq applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-EGF, fir-rigward ta' sensji fis-settur tat-tessuti, fit-23 ta' Jannar 2009. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiziti sabiex jigu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni ghalhekk ressqet proposta biex tuza l-ammont ta' EUR 832,800.
(5) L-EGF għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjonijiet imressqa minn Spanja u l-Portugalll,
IDDECIDEW DAN LI GEJ:
Artikolu 1
Ghall-bagit generali tal-Unjoni Ewropea ghas-sena finanzjarja 2009, il-Fond Ewropew ta' Aggustament ghall-Globalizzazzjoni ghandu jigi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 4,139,550 f'approprjazzjonijiet ghall-impenji u ghall-hlasijiet.
Artikolu 2
Din id-Decizjoni ghandha tigi ppubblikata fil-Gurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell,
Ghall-Parlament Ewropew Ghall-Kunsill
Il-President Il-President
NOTA SPJEGATTIVA
I. Sfond
Il-Fond Ewropew ta' Aggustament ghall-Globalizzazzjoni twaqqaf sabiex jaghti assistenza addizzjonali lill-haddiema li jkunu qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerc dinji.
Skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod[1] u tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006[2], il-Fond ma jistax jaqbeż l-ammont massimu ta' EUR 500 miljun, meħuda mill-marġni li jinsab taħt il-limitu massimu tal-infiq globali mis-sena preċedenti, u / jew mill-approprjazzjonijiet għall-impenji kkanċellati mis-sentejn ta' qabel, esklużi dawk relatati mal-Intestatura 1b. L-ammonti relattivi jiddahhlu fil-bagit bhala provvediment hekk kif jigu identifikati l-margini sufficjenti u / jew l-impenji kkancellati.
Rigward il-procedura, sabiex il-Kummissjoni tattiva l-Fond, fil-kaz ta’ evalwazzjoni ta’ applikazzjoni pozittiva, tipprezenta proposta ghall-mobilizzazzjoni tal-Fond lill-awtorità bagitarja u, fl-istess hin, taghmel talba korrispondenti ghal trasferiment. B’mod parallel, trialogu jigi organizzat sabiex jintlahaq qbil dwar l-uzu tal-Fond u l-ammonti mehtiega. It-trialogu jista’ jiehu forma simplifikata.
II. Is-sitwazzjoni attwali: Proposta tal-Kummissjoni
Din il-proposta tikkonċerna l-mobilizzazzjoni ta' ammont globali ta' EUR 4,139,550 mill-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) favur Spanja u l-Portugall, sabiex tkopri l-assistenza lill-ħaddiema li tilfu l-impjieg fl-settur tat-tessuti fir-reġjuni ta’ Cataluña (Spanja ) u Norte-Centro (Portugall).
Iz-zewg applikazzjonijiet huma bbazati fuq il-kriterji msemmija fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, dwar il-kriterji generali ta’ intervent (intilfu mill-inqas 1000 impjieg f’perjodu ta’ 9 xhur, b’mod partikulari f’intraprizi zghar u ta’ daqs medju, f’settur NACE 2 f’regjun wiehed jew f'zewg regjuni kontigwi fil-livell ta’ NUTS II).
L-applikazzjoni Spanjola, EGF/2008/005/ES/Cataluña, maghmula lill-Kummissjoni fid-29 ta’ Dicembru 2008 u supplimentata b'informazzjoni addizzjonali fit-13 ta’ Marzu 2009, tirrigwarda 1,720 sensja li sehhew fi 30 intrapriza li joperaw fis-settur tat-tessuti u li jinsabu kollha f’regjun wiehed fil-livell ta’ NUTS II, fil-Cataluña. L-awtoritajiet Spanjoli applikaw ghal EUR 3,306,750 mill-Fond.
L-applikazzjoni Portugiza, EGF/2009/001/PT/Norte-Centro, giet ipprezentata lill-Kummissjoni fid-29 ta’ Jannar 2009. Hija tirreferi ghal 1,588 sensja li sehhew f’49 intrapriza li joperaw fis-settur tat-tessuti Portugiz (NACE 13) f’zewg regjuni kontigwi ta’ Norte u Centro. Il-Portugall applika għal EUR 832,800 mill-Fond.
Sabiex timmobilizza l-Fond, il-Kummissjoni ssottomettiet lill-Awtorità tal-Bagit talba ta’ trasferiment (DEC18//2009) ghal ammont globali ta' EUR 4,139,550 mir-rizerva EGF (40 02 43) f’impenji mill-linji tal-bagit ESF (04 02 17 – konvergenza ESF) f’pagamenti lill-linji tal-bagit EGF (04 05 01) ghal impenji u hlasijiet.
Il-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-limitu annwali ta’ EUR 500 miljun. Din hija t-tieni proposta għall-mobilizzazzjoni tal-Fond fl-2009. S'issa, żewġ applikazzjonijiet ġew aċċettati għall-finanzjament fl-2009 għal ammont globali ta' EUR 3,384,300 favur Spanja (Castilla y Leon u Aragona) u l-assistenza teknika tal-Kummissjoni.
Skont l-Artikolu 12(6) tal-bazi legali, fl-1 ta’ Settembru ta’ kull sena, mill-inqas EUR 125 miljun (25%) ghandhom jinzammu disponibbli sabiex ikopru l-bzonnijiet li jinqalghu sal-ahhar tas-sena. Wara t-tnaqqis tal-ammont impenjat digà fl-2009, jibqghu disponibbli EUR 496,615,700.
Harsa generali tal-applikazzjonijiet – bagit 2009
|
Il-Fond Ewropew ta' Aggustament ghall-Globalizzazzjoni (EGF): |
|||||
|
|
|
|
|
|
|
|
Referenza
|
Stat Membru |
kaz
|
Kontribuzzjoni EGF (€) |
Telf ta’ impjiegi
|
|
|
EGF/2008/004 |
Spanja |
L-industrija awtomobilistika Castilla y Leon u Aragon |
2 694 300 |
1 082 |
|
|
SEC(2008)2986 |
Kummissjoni |
Assistenza teknika |
690 000 |
--- |
|
|
EGF/2008/005 |
Spanja |
Tessuti / Cataluña |
3 306 750 |
1 720 |
|
|
EGF/2009/001 |
Il-Portugall |
Tessuti / Norte - Centro |
832 800 |
1 588 |
|
|
|
|
TOTAL Margini |
7 523 850 492 476 150 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
N.B. Il-fond ma jistax jaqbez l-ammont massimu ta’ EUR 500 miljun fis-sena |
|||||
III. Procedura
Il-Kummissjoni ppreżentat talba għal trasferiment[3] sabiex iddaħħal approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta' ħlasijiet speċifiċi fil-baġit tal-2009, skont[4] il-Punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006.
It-trialogu dwar il-proposta tal-Kummissjoni ghal Decizjoni dwar il-mobilizzazzjoni tal-EGF possibilment jaf jiehu forma aktar simplifikata (skambju ta’ ittri), skont id-dispozizzjoni tal-Artikolu 12(5) tal-bazi legali, jekk ma jkunx hemm qbil bejn il-Parlament u l-Kunsill.
Skont ftehim intern mal-Kumitat ghall-Impjiegi u l-Affarijiet Socjali (EMPL), dan il-kumitat ghandu jigi assocjat fil-process, sabiex jinghataw appogg u kontribuzzjoni kostruttivi ghall-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aggustament ghall-Globalizzazzjoni.
Wara l-evalwazzjoni tieghu tat-talbiet, il-Kumitat EMPL tal-Parlament Ewropew ta l-opinjonijiet tieghu dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond, kif jidher fl-opinjoni mehmuza mar-rapport attwali.
Id-Dikjarazzjoni Kongunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, li giet adottata waqt il-laqgha ta’ konciljazzjoni fis-17 ta’ Lulju 2008, ikkonfermat l-importanza li tigi zgurata procedura mghaggla rigward il-Ftehima Interistituzzjonali ghall-adozzjoni tad-decizjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond.
OPINJONI TAL-KUMITAT GHALL-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOCJALI
Is-Sur Alain Lamassoure
President tal-Kumitat tal-Baġit
ASP 13 E 158
Suġġet: Opinjoni tal-Kumitat għall-Impjieg u l-Affarijiet Soċjali dwar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni tas-16 ta’ Lulju 2009 (COM(2009)371 finali)
Sur President,
Biex jiffaċilitaw l-adozzjoni mingħajr dewmien, mill-awtorità tal-baġit Ewropea, tal-proposta tal-Kummissjoni dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni fil-każijiet EGF/2008 / 005 ES /Cataluña u EGF/2009/001 PT /Norte-Centro, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali ressaq għall-konsiderazzjoni din il-proposta lill-Grupp ta’ Ħidma tiegħu dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF ) u lill-koordinaturi. Il-grupp ta' ħidma ltaqa fl-1 ta' Settembru 2009 taħt l-awtorità tiegħi u talabni nħabbar dan li ġej:
Il-grupp ta' esperti speċjalizzati fil-fond Ewropew ta' aġġustament għall-globalizzazzjoni u l-koordinaturi tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali huma favur il-promozzjoni tal-mobilizzazzjoni tal-EGF rigward iż-żewġ applikazzjonijiet EGF/2008/005 ES / Cataluña u EGF/2009 /001 PT /Norte-Centro. Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jagħmel ir-rimarki li ġejjin li ma jikkonċernawx, madankollu, il-proċess tal-ħlas.
Il-punti ta' diskussjoni kienu:
a) Osservazzjonijiet ġenerali
Applikazzjonijiet (Artikolu 5 tar-Regolament 1927/2006)
Iż-żewġ talbiet biex jitħaddem il-Fond tressqu fi żmien 10 ġimgħat mid-data li fiha l-kondizzjonijiet għall-intervent tal-EGF ġew sodisfatti. Imressqa tard fl-2008 u kmieni fl-2009 rispettivament, dawn iż-żewġ talbiet ma jaqgħux fi ħdan il-proċedura biex jitħaddem il-Fond, kif rivedut l-aħħar fit-18 ta’ Ġunju ta’ din is-sena biex jirrispondu għall-kriżi.
Kriterji għall-intervenzjoni (Artikolu 2 tar-Regolament 1927/2006)
Skont id-dokumenti magħmula disponibbli lill-Kummissjoni, iż-żewġ applikazzjonijiet jissodisfaw prerekwiżit essenzjali għall-intervenzjoni tal-EGF : tkeċċija, matul il-perjodu ta’ disa' xhur, ta’ mill-inqas elf impjegat, b'mod partikolari f’każ ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fis-settur NACE 2 f'reġjun wieħed jew f'żewġ reġjuni kontigwi fuq livell NUTS II kif speċifikat fl-Artikolu 2b) tar-Regolament 1927/2006.
Fi Spanja, 1,720 ruħ tkeċċew, fosthom1,269 fi żmien 9 xhur (mit-28 ta’ Frar 2008 sas-27 ta’ Ottubru 2008) u 451 fix-xahrejn wara l-perjodu ta' referenza. Dawn it-tkeċċijiet kollha seħħew fir-reġjun uniku NUTS II tal-Katalunja. It-telf ta’ 1,269 impjieg jikkonċerna total ta' 30 kumpanija.
Fil-Portugall, 1,588 ruħ tilfu l-impjieg tagħhom matul il-perjodu ta' referenza (mis-16 ta’ Frar 2008 sal-15 ta’ Novembru 2008). Barra minn hekk, fi żmien għaxar ġimgħat wara l-perjodu ta' 9 xhur, tkeċċew 138 ruħ oħra. Hemm 49 kumpanija involuta fiż-żewġ reġjuni kontigwi tat-Tramuntana u taċ-Ċentru.
Kif previst mill-Artikolu 2 tar-Regolament 1927/2006, Spanja u l-Portugall urew, skont il-Kummissjoni, li t-telf tal-impjiegi kien marbut ma' bidliet kbar fis-sistemi kummerċjali globali li wasslu għal tfixkil ekonomiku serju inkluża żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet fl-UE, jew tnaqqis mgħaġġel tas-sehem tas-suq tal-Unjoni Ewropea f'settur partikolari jew delokalizzazzjoni lejn pajjiżi terzi.
Iż-żewġ applikazzjonijiet huma fil-fatt marbuta mas-settur "Manifattura ta' tessuti”, settur li sejjer lura b’mod konsiderevoli wara l-iskadenza ta' ftehimiet internazzjonali dwar it-tessuti u l-ħwejjeġ. Għaldaqstant, is-servizzi tal-Kummissjoni kkonkludew, fuq il-bażi tad-data pprovduta minn Spanja u l-Portugall, li tista' tiġi stabbilita rabta bejn is-sensji u bidliet kbar fl-istruttura tal-kummerċ dinji, li wasslu għal żieda fl-importazzjonijiet tat-tessuti fl-UE, u tnaqqis fis-sehem tal-produzzjoni tat-tessuti fl-UE jew ir-rilokazzjoni tal-produzzjoni lejn pajjiżi terzi.
Il-grupp ta’ ħidma tal-Kummissjoni EMPL jista’ jsegwi dan l-argument.
Spjegazzjoni tan-natura mhux mistennija tas-sensji (Art. 5.2 a) tar-Regolament 1927/2006)
Spanja u l-Portugall jiġġustifikaw dan min-naħa permezz tal-aspettattivi ta' industrija aktar stabbli li sadanittant tkun adattat għas-sitwazzjoni l-ġdida u min-naħa l-oħra permezz tal-apprezzament mhux mistenni tal-euro meta mqabbel mad-dollaru Amerikan.
Minħabba s-sitwazzjoni lokali u reġjonali mfakkra hawn taħt, kien ikun utli għall-evalwazzjoni taż-żewġ applikazzjonijiet li kieku l-Kummissjoni tefgħet enfasi akbar fuq l-ispjega tan-natura mhux prevedibbli ta' dawn is-sensji kif mitlub fl- Art.5.2 tar-Regolament.
Il-komplementarjetà, il-konformità u l-koordinazzjoni (l-Artikolu 6 tar-Regolament 1927/2006)
Iż-żewġ Stati Membri jikkonfermaw li l-miżuri deskritti huma komplementarji għall-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali. Huma jiggarantixxu miżuri amministrattivi sabiex jiġi evitat finanzjament doppju u monitoraġġ kontinwu tal-ESF u l-EGF.
Barra minn hekk, Spanja u l-Portugall jistgħu juru li l-kontribuzzjoni tal-EGF mhux se jintuża għar-ristrutturazzjoni ta' intrapriżi, iżda biss għal azzjonijiet ta' appoġġ għall-ħaddiema kkonċernati.
Fl-aħħarnett, l-awtoritajiet Spanjoli u Portugiżi kkonfermaw li l-kontribut tal-EGF mhux se jieħu post il-miżuri li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji taħt il-leġislazzjoni nazzjonali jew skont ftehimiet kollettivi.
L-ispejjeż amministrattivi skont l-Artikolu 3 tar-Regolament
Iż-żewġ Stati Membri għandhom jispeċifikaw li l-miżati amministrattivi b’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) 1027/2006 jirrigwardaw il-preparazzjoni tal-applikazzjoni, l-immaniġġjar, it-tagħrif u l-pubbliċità, kif ukoll il-kontroll għall-implimentazzjoni ta' tal-EGF.
L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u n-non-diskriminazzjoni (Art. 7 tar-Regolament)
Fuq il-bażi ta' informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni, il-Portugall u Spanja ma jispeċifikawx b'mod ċar jekk huma tawx xhieda li tiddetermina jekk l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru, fi stadji differenti tal-implimentazzjoni tal-EGF, ġietx sodisfatta kif meħtieġ mir-Regolament. Bl-istess mod, ir-rispett tan-non-diskriminazzjoni ma tistax tiġi evalwata.
b) Karatteristiċi partikulari taż-żewġ applikazzjonijiet
Il-każ EGF/2008/005 ES/Cataluña
L-effetti mistennija ta' telf ta' impjiegi fuq l-impjieg lokali, reġjonali jew nazzjonali (Art 1 tar-Regolament)
Fil-Katalonja, mill-2004 sal-2008, in-numru ta' ħaddiema qegħda fl-industrija tat-tessuti żdied b'mod sinifikanti. F’5 mit-12-il distrett (comarques) tal-komunità awtonoma tal-Katalunja, fejn xi oqsma huma kkaratterizzati mill-konċentrazzjoni tagħhom fil-kumpaniji tat-tessuti, 50% jew aktar tan-nies qegħda jirriżultaw minn sensji fis-settur tat-tessuti. Is-sensji fis-settur tat-tessuti b'hekk għandhom effetti akbar milli dawk f’oqsma oħra u l-possibbiltà ta' impjieg mill-ġdid f’dan is-settur għall-ħaddiema mkeċċija hija żgħira.
Għandu jiġi nnotat li d-dokumenti ma jipprovdux ċifri dwar il-qgħad fil-Katalonja, u b’hekk huwa diffiċli li wieħed jinterpreta l-persentaġġi indikati.
Azzjonijiet ammissibbli (Artikolu 3 tar-Regolament)
Spanja pproponiet sett koordinat ta' servizzi personalizzati mfassla biex jirrijabilitaw l-1,100 ħaddiem imkeċċija u li jeħtieġu l-għajnuna fis-suq tax-xogħol. Il-pakkett jinkludi gwida professjonali għall-1,100 ħaddiem kollha involuti. Miżuri oħra huma marbuta biss mal-ħaddiema bi bżonnijiet speċifiċi. 550 ħaddiem pereżempju se jirċievu "taħriġ u żvilupp mill-ġdid" li jinkludi stima tal-ħtiġijiet ta' taħriġ tal-ħaddiema u t-taħriġ f'oqsma fejn jeżistu l-opportunitajiet.
B'mod partikolari, wieħed għandu jiġbed l-attenzjoni għall-azzjonijiet li jipprovdu "inċentivi għall-impjieg mill-ġdid estern" li jinkludu l-assistenza finanzjarja temporanja li tammonta għal EUR 2,500 (sa EUR 3,000 għall-ħaddiema ‘l fuq minn 45 sena) għall-ħaddiema li jaċċettaw kuntratt tax-xogħol għal perjodu ta' mill-inqas sitt xhur. Din l-għajnuna se titħallas biss jekk il-paga offruta tkun ta’ inqas minn EUR 38,000 kull sena.
Imqabbla ma' dawn il-miżuri, il-Regolament Nru 1927/2006 jipprevedi fl-Art. 3c) miżuri li jindirizzaw b'mod partikulari lil ħaddiema żvantaġġati jew ta’ età akbar biex jippermettulhom li jibqgħu fis-suq tax-xogħol jew jirritornaw lejh.
L-applikazzjoni tiddikjara li 435 persuna, li ħafna minnhom huma taħt il-45 sena (figura qrib EUR 2,500 għal kull persuna), jiġifieri ftit aktar minn terz, għandhom jibbenefikaw minn din l-azzjoni. Il-Kummissjoni ma tispeċifikax għaliex hemm il-ħtieġa ta’ inċentiv f’dawn il-każijiet, meta s-salarju huwa ta' EUR 38,000 fis-sena. Barra minn hekk, hemm dubju dwar jekk azzjoni bħal din hijiex koperta mill-Art. 3.
Il-każ EGF/2009/001 PT/Norte-Centro
L-effetti mistennija ta' telf ta' impjiegi fuq l-impjieg lokali, reġjonali jew nazzjonali (Art 1 tar-Regolament)
L-awtoritajiet Portugiżi rrappurtaw li fl-2008 l-komunitajiet l-aktar milquta mill-qgħad fil-qasam tat-tessuti laħqu livelli ta’ qgħad ogħla (9%/11%) mill-medja fil-Portugalll jew anki minn tar-reġjun Norte bħala entità sħiħa (5.8%/7%). Huma jżidu li r-reġjuni li huma speċjalment dipendenti fuq il-produzzjoni tat-tessuti għandhom biss ftit opportunitajiet ta’ impjiegi alternattivi li huma faċilment aċċessibbli għal dawk li tkeċċew.
Azzjonijiet ammissibbli (Artikolu 3 tar-Regolament)
L-awtoritajiet Portugiżi jispjegaw li, bil-karatteristiċi tal-ħaddiema kkonċernati, huma ppreferew miżuri ta' informazzjoni u motivazzjoni għall-persuni affettwati li għandhom livell ta' edukazzjoni baxx, u qed jitħabtu biex jamministraw il-karrieri tagħhom b’mod proattiv u ftit għandhom inċentiv biex jagħmlu dan.
Il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati huwa mfassla biex jerġa’ jintegra lill-ħaddiema fuq is-suq tax-xogħol. Dawn is-servizzi jistrieħu fuq il-pjanti tal-impjieg personali (PEPs), imfassla flimkien mal-ħaddiema qabel it-tressiq tal-applikazzjoni tal-EGF u, b'mod partikolari, huma mhumiex parti mill-pakkett tal-EGF. Il-PEP jinkludi servizzi ta’ pariri, diskussjonijiet fi grupp u pjan għall-motivazzjoni tal-karriera, żvilupp personali u strateġiji għall-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol. Il-miżuri jinkludu, pereżempju, programm għal 300 ruħ li għandhom edukazzjoni formali ta’ inqas minn disa' snin . Il-programm jipprevedi li l-persuni kkonċernati, flimkien mal-persuni li jmexxu t-taħriġ, jiddefinixxu rotta personalizzata, ta' dewmien varjat, li twassal għall-validazzjoni tal-esperjenza miksuba (VAE), ħiliet professjonali u ċ-ċertifikazzjoni tal-għarfien akkademiku fuq livell bażiku jew sekondarju.
Identifikazzjoni tal-kategoriji tal-ħaddiema kkonċernati (Art. 5.2b))
Il-fatt li l-awtoritajiet Portugiżi joffru biss miżuri għal 1000 persuna, filwaqt li huwa maħsub li 1,504 ħaddiem jibbenefikaw mill-miżuri ffinanzjati mill-EGF, u li d-deskrizzjonijiet tal-kategoriji kollha ta' ħaddiema jirreferu għal din il-figura, iqajjem xi mistoqsijiet. Huwa diffiċli li wieħed ikun jaf min se jipparteċipa eventwalment f’waħda mill-azzjoni proposti.
Min-naħa l-oħra, billi l-Kummissjoni indikat li l-mod kif ġew ippreżenta l-persuni intitolati li jipparteċipaw fil-miżuri ffinanzjati mill-EGF kien xhieda ta' tmexxija finanzjarja tajba, dan jista' jservi ta’ eżempju għall-Istati Membri l-oħra.
Ikun utli jekk l-ispeċifikazzjoni tal-persuni kkonċernati kemm jista' jkun tikkorrispondi mal-grupp ta' parteċipanti attwali.
Rimarki dwar il-koperazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-EGF
Il-proċedura speċjali biex ikun mobilizzat l-EGF biex jistimula t-tkabbir ekonomiku u biex jinħolqu iktar impjiegi fl-Unjoni Ewropea teħtieġ l-isforz u r-rieda ta’ koperazzjoni mill-partijiet kollha kkonċernati. Għall-EMPL, li jrid jagħti pariri lill-Kumitat tal-Baġit rigward it-trasferiment ta' krediti lill-pajjiżi membri, l-informazzjoni u d-dejta komprensivi u li jaslu fil-ħin huma obbligatorji. Minn issa ‘l quddiem, ippjanar aħjar fil-kuntest ta' kooperazzjoni msaħħa mal-Kumitat tal-Baġit se jsir possibbli permezz ta' notifika immedjata mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjonijiet magħmula mill-Istati Membri. Dan huwa l-uniku mod li bih tista’ tittieħed deċiżjoni fuq bażi tajba u ta’ kwalità għall-benefiċċju taċ-ċittadini Ewropej.
Dejjem tiegħek,
Pervenche Berès
PROĊEDURA
|
Titolu |
Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'applikazzjoni tal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod |
|||||||
|
Referenzi |
COM(2009)0371– C7-0115/2009 – 2009/2066(BUD) |
|||||||
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG0.0.0000
|
|||||||
|
Kumitat(i) mitlub(a) għal opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja
|
|
|
|
|
|
|||
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Reimer Böge 24.1.2008 |
|||||||
|
Rapporteur(s) preċedenti |
|
|||||||
|
Data tal-abbozz ta’ baġit ta’ emenda stabbilita mill-Kunsill |
13.7.2009 |
|||||||
|
Data tal-abbozz ta’ baġit ta’ emenda mibgħut mill-Kunsill |
21.7.2009 |
|||||||
|
Diskussa fil-kumitat |
2.9.2009 |
|
|
|
|
|||
|
Data tal-adozzjoni |
2.9.2009 |
|||||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
37 1 1 |
||||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Damien Abad, Alexander Alvaro, Francesca Balzani, Reimer Böge, Giovanni Collino, Andrea Cozzolino, James Elles, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ivars Godmanis, Ingeborg Gräßle, Estelle Grelier, Carl Haglund, Jutta Haug, Jiří Havel, Edit Herczog, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Ivaylo Kalfin, Sergej Kozlík, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Vladimír Maňka, Barbara Matera, Nadezhda Mihaylova, Claudio Morganti, Miguel Portas, Vladimír Remek, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Daniël van der Stoep, László Surján, Helga Trüpel, Angelika Werthmann, Jacek Włosowicz |
|||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Frederic Daerden, Georgios Stavrakakis |
|||||||
|
Sostiut(i) skont l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali |
|
|||||||
|
Data tat-tressiq |
4.9.2009 |
|||||||
|
Kummenti (disponibbli b’lingwa waħda biss)
|
... |
|||||||