RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tajba

8.9.2009 - (COM(2009)0308 – C7‑0051/2009 – 2009/2048(BUD))

Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Reimer Böge

Proċedura : 2009/2048(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0008/2009
Testi mressqa :
A7-0008/2009
Dibattiti :
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tajba

(COM(2009)0308 – C7‑0051/2009 – 2009/2048(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0308 – C7‑00051/2009),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tajba[1], u b’mod partikolari l-punt 26 tagħha,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarità tal-Unjoni Ewropea[2],

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008 dwar il-Fond ta' Solidarjetà,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tat-trijalogu tas-7 ta' Lulju 2009,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7‑0008/2009),

1.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, inkluż l-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

  • [1]  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
  • [2]  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta’ xxx Settembru 2009

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u ġestjoni finanzjarja tajba

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tajba[1], u b’mod partikolari l-punt 26 tagħha,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea[2],

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)      L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il "Fond") biex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta’ reġjuni milqutin minn diżastri.

(2)      Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-livell massimu annwali ta' EUR 1 biljun.

(3)      Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li bihom il-fond jista' jkun immobilizzat.

(4)      Franza ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, dwar diżastru li sar kawża ta' tempesta.

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 109,377,165 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                          Għall-Kunsill

Il-President                                                   Il-President

  • [1]               ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
  • [2]               ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-Kummissjoni tipproponi li jiġi mmobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà Ewropew favur Franza fuq il-bażi tal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006. Il-Ftehima Interistituzzjonali tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-livell massimu annwali ta' EUR 1 biljun. Din hija t-tieni proposta biex jiġi mmobilizzat il-Fond fl-2009. Fl-2009, EUR 11.8 miljun kienu diġà ġew imwarrba fuq applikazzjoni li għamlet ir-Rumanija, u dan ħalla EUR 988.2 miljun disponibbli.

Flimkien ma' din il-proposta, il-Kummissjoni ppreżentat baġit preliminari li jemenda (PDAB Nru 7 / 2009) sabiex jiddaħħlu fil-baġit tal-2009 l-approprjazzjonijiet korrispondenti ta' impenji u ta’ ħlasijiet kif previst f'punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali.

Ir-Rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni pproponiet il-mobilizzazzjoni tal-EUSF bħala l-unika kwistjoni fil-PDAB 7/2009, bi qbil mad-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2008.

Franza applikat għall-għajnuna mill-Fond wara maltempata li, f'Jannar 2009, affettwat 31 "dipartiment" fil-parti tal-lbiċ tal-pajjiż, u li kkawżat ħsara kbira.

It-totalità tal-ħsara diretta kkawżata mill-maltempata, kif stmat mis-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, tammonta għal EUR 3,805 biljun. Għalhekk id-diżastru kien ikkwalifikat bħala "diżastru kbir naturali" u jaqa' fil-kamp ewlieni ta' applikazzjoni tal-bażi legali.

Wara li ġie vverifikat li din l-applikazzjoni tikkonforma mal-kriterji ta' eliġibilità tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002, il-Kummissjoni pproponiet li jkun immobbilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-UE għal ammont totali ta' EUR 109 377 165 f'approprjazzjonijiet ta' impenji u ta' ħlasijiet. Dan l-ammont għandu jkun immobilizzat permezz ta' mekkaniżmu ta' flessibilità, li jipprovdi "fondi ġodda": mill-Kapitolu 1 4 tad-Dħul tal-Baġit Ġenerali dwar ir-Riżorsi Proprji Bbażati fuq il-GNI skont l-Artikolu 2 (1) (c) tad-Deċiżjoni 2007/436 / KE, EURATOM lil-linja tal-baġit 13 06 01 tal-intestatura 3b tal-MFF: EUSF - L-Istati Membri.

Figuri - Fond ta' Solidarjetà

Artikolu Punt

Intestatura

FF

Approprjazzjonijiet 2009

Baġit li jemenda Nru 7

Ammont ġdid

CA

PA

CA

PA

CA

PA

13 06

Fond ta’ Solidarjetà

 

 

 

 

 

 

 

13 06 01

Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea — Stati Membri

3.2

11 785 377

11 785 377

109 377 165

109 377 165

121 162 542

121 162 542

 

L-Artikolu 13 06 01 - Subtotal

 

11 785 377

11 785 377

109 377 165

109 377 165

121 162 542

121 162 542

Skont il-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali, it-trijalogu għandu jsir qabel ma ż-żewġ friegħi tal-awtorità baġitarja juru l-qbil tagħhom għall-mobilizzazzjoni.

Il-PDAB 7/2009 kienet fuq l-aġenda tat-trijalogu tal-baġit tas-7 ta' Lulju 2009, meta ż-żewġ friegħi tal-awtorità baġitarja qablu dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond.

Il-Kumitat dwar l-Iżvilupp Reġjonali wera l-opinjoni pożittiva tiegħu f'ittra mehmuża ma' dan ir-rapport.

Ir-Rapporteur jirrakkomanda l-approvazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni annessa ma' dan ir-rapport.

L-OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI

Is-Sur Alain Lamassoure

President

Kumitat għall-Baġits

Suġġett: Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE favur Franza (COM(2009)0308 Finali)

Għażiż Sur Lamassoure,

Sabiex ikun evitat dewmien bla bżonn fl-approvazzjoni ta' din il-miżura li l-Kumitat għall-Baġits għandu ħsieb li jadotta malajr kemm jista' jkun, għandi pjaċir ninfurmak li l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali m'għandu l-ebda oġġezzjoni dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà sabiex tkun ipprovduta s-somma ta' EUR 109,377,163 lil Franza kif propost mill-Kummissjoni Ewropea u bi qbil mar-regoli mniżżla fil-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 u fir-Regolament Nru 2012/2002.

Dejjem tiegħek,

Danuta Hübner

PROĊEDURA

Titolu

Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u ġestjoni finanzjarja tajba

Referenzi

COM(2009)0308– C7-0051 – 2009/2048(BUD)

Kumitat responsabbli

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG14.7.2009

 

Kumitat(i) mitlub(a) li jagħtu opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI14.7.2009

 

 

 

 

 

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Reimer Böge20.9.2004

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

Data tat-tħejjija tal-abbozz tal-baġit ta' emenda mill-Kunsill

 

Data meta l-Kunsill bagħat l-abbozz ta' baġit ta' emenda

 

Eżami fil-Kumitat

2.9.2009

 

 

 

 

Data tal-adozzjoni

2.9.2009

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

1

 

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Damien Abad, Alexander Alvaro, Francesca Balzani, Reimer Böge, Giovanni Collino, Andrea Cozzolino, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ivars Godmanis, Estelle Grelier, Carl Haglund, Jutta Haug, Jiří Havel, Monika Hohlmeier, Ivaylo Kalfin, Sergej Kozlík, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Vladimír Maňka, Barbara Matera, Nadezhda Mihaylova, Claudio Morganti, Miguel Portas, Vladimír Remek, Daniël van der Stoep, László Surján, Helga Trüpel, Angelika Werthmann, Jacek Włosowicz

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Frederic Daerden, Cătălin Sorin Ivan, Riikka Manner

Sostitut(i), skont l-Artikolu 178(2), preżenti għall-votazzjoni finali

 

Data tat-tressiq

8.9.2009

Kummenti (disponibbli f’lingwa waħda biss)

 

...